18.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/215

tas-17 ta’ Frar 2022

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada u l-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) u 232(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li l-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, sabiex jidħlu fl-Unjoni, iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk mill-pollam u l-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab fil-provinċja ta’ Nova Scotia, u ġiet ikkonfermata fl-1 ta’ Frar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Barra minn hekk, l-Istati Uniti tal-Amerka nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib il-kontea ta’ Dubois, l-istat ta’ Indiana u ġiet ikkonfermata fit-8 ta’ Frar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

L-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerka stabbilew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Il-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerka bagħat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u l-miżuri li ħa biex jiġi evitat li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tixtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk mill-pollam u għasafar tal-kaċċa miż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerka minħabba t-tifqigħat reċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan.

(10)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada u fl-Istati Uniti tal-Amerka b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela li ġejja għaż-żona CA-2.1 tiddaħħal wara r-ringiela CA-2:

“CA Il-Kanada

CA-2.1

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

1.2.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

1.2.2022

 

Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

1.2.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

1.2.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

1.2.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

1.2.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

1.2.2022

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

1.2.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

1.2.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

1.2.2022”;

 

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerka, ir-ringiela li ġejja għaż-żona US-2.4 tiddaħħal wara r-ringiela għaż-żona US-2.3:

“US l-Istati Uniti

US-2.4

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

8.2.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

8.2.2022

 

Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

8.2.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

8.2.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

8.2.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

8.2.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

8.2.2022

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

8.2.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

8.2.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

8.2.2022”;

 

(b)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona CA-2.1 tiddaħħal wara r-ringiela CA-2:

Il-Kanada

CA-2.1

fil-Provinċja tan-Nova Scotia:

Il-Muniċipalitajiet ta’ Gaspereau, Grand Pre, Lower Wolfville, Melanson, Wolfville, Avonport,, Greenfield, Hansport, Hortonville, New Minas, North Grand Pre, Port Williams u hite Rock”;

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, tiddaħħal id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona US-2.4, wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.3:

“L-Istati Uniti

US-2.4

L-Istat ta' Indiana:

Il-Kontea ta' Dubois: Żona b’raġġ ta’ 10 km li tibda bil-punt tat-Tramuntana fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta’ Kontroll tal-premessa 01 ta’ Dubois u li testendi favur l-arloġġ:

(a)

It-Tramuntana: 0,56 km lejn il-Grigal mill-intersezzjoni ta’ E. Schnellville Road u Rustic Acres Road.

(b)

Il-Grigal: 1,28 km fil-Majjistral it-Tramuntana mill-intersezzjoni tal-awtostradi S 600E u E 400S.

(c)

Il-Lvant: 0,45 km fl-intersezzjoni fil-punent ta’ S Schnell Road u S Kyana Road.

(d)

Ix-Xlokk: 0,11 km fin-Nofsinhar mill-intersezzjoni tal-Awtostrada 64 u E Ferdinand Road E.

(e)

In-Nofsinhar 0, 66km fix-Xlokk mill-intersezzjoni tal-County Road 875 E u E County Road 2100N

(f)

Il-Lbiċ: 0, 66km fil-Lvant mill-intersezzjoni tal-Awtostrada S US 231 u W 1100 S.

(g)

Il-Punent: 0, 94 km fix-Xlokk mill-intersezzjoni ta’ S 500W u W 630S.

(h)

Il-Majjistral: 0,2 km fit-Tramuntana tal-intersezzjoni tal-Awtostrada S US 231 u S Witz Road”;

(2)

L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej;

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela li ġejja għaż-żona CA-2.1 tiddaħħal wara r-ringiela CA-2:

“CA Il-Kanada

CA-2.1

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

1.2.2022

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

1.2.2022

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

1.2.2022”;

 

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerka, ir-ringiela li ġejja għaż-żona US-2.4 tiddaħħal wara r-ringiela għaż-żona US-2.3:

“US l-Istati Uniti

US-2.4

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

8.2.2022

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

8.2.2022

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

8.2.2022”;

 

(b)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjoni taż-żona CA-2 hija sostitwita b’li ġej:

Il-Kanada

CA-2

It-territorju tal-Kanada li jikkorrispondi għal:

CA-2.1

fil-Provinċja tan-Nova Scotia:

Il-Muniċipalitajiet ta’ Gaspereau, Grand Pre, Lower Wolfville, Melanson, Wolfville, Avonport,, Greenfield, Hansport, Hortonville, New Minas, North Grand Pre, Port Williams u hite Rock”;

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona US-2.4, tiddaħħal wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.3:

l-Istati Uniti

US-2.4

L-Istat ta' Indiana:

Il-Kontea ta' Dubois: Żona b’raġġ ta’ 10 km li tibda bil-punt tat-Tramuntana fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta’ Kontroll tal-premessa 01 ta’ Dubois u li testendi favur l-arloġġ:

(a)

It-Tramuntana: 0,56 km lejn il-Grigal mill-intersezzjoni ta’ E. Schnellville Road u Rustic Acres Road.

(b)

Il-Grigal: 1,28 km fil-Majjistral it-Tramuntana mill-intersezzjoni tal-awtostradi S 600E u E 400S.

(c)

Il-Lvant: 0,45 km fl-intersezzjoni fil-punent ta’ S Schnell Road u S Kyana Road.

(d)

Ix-Xlokk: 0,11 km fin-Nofsinhar mill-intersezzjoni tal-Awtostrada 64 u E Ferdinand Road E.

(e)

In-Nofsinhar 0, 66km fix-Xlokk mill-intersezzjoni tal-County Road 875 E u E County Road 2100N

(f)

Il-Lbiċ: 0, 66km fil-Lvant mill-intersezzjoni tal-Awtostrada S US 231 u W 1100 S.

(g)

Il-Punent: 0, 94 km fix-Xlokk mill-intersezzjoni ta’ S 500W u W 630S.

(h)

Il-Majjistral: 0,2 km fit-Tramuntana tal-intersezzjoni tal-Awtostrada S US 231 u S Witz Road”.