17.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/209
tas-16 ta’ Frar 2022
li jistabbilixxi l-format tad-data li għandha tinġabar u tiġi rrapportata sabiex jiġi ddeterminat il-volum tal-bejgħ u l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/578 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ġbir tad-data dwar il-volum tal-bejgħ u dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali. |
(2) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġbru u jirrapportaw tali data lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-Aġenzija”), il-format ta’ tali data jenħtieġ li jiġi definit b’mod ċar. |
(3) |
Il-format meħtieġ tad-data jenħtieġ li japplika għad-data miġbura għall-antimikrobiċi msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578 sabiex ikun hemm data armonizzata u komparabbli. Il-format meħtieġ tad-data jenħtieġ li japplika bl-istess mod għad-data miġbura dwar l-antimikrobiċi li jinsabu fl-għalf medikat u fil-prodotti intermedji, f’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(4) |
Il-format, li l-Istati Membri jridu jużaw għar-rapportar tad-data dwar il-bejgħ u l-użu tal-antimikrobiċi lill-Aġenzija, jenħtieġ li jqis il-varjabbli speċifiċi tad-data li jeħtieġ li jiġu pprovduti għal kull preżentazzjoni tal-prodott sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tikkalkula l-kwantità ta’ sustanzi attivi antimikrobiċi minn prodotti mediċinali veterinarji mibjugħa għal kull Stat Membru għall-użu fit-territorju tiegħu matul is-sena tal-ġbir tad-data. Dawk il-varjabbli tad-data jenħtieġ li jippermettu wkoll lill-Aġenzija tikkalkula l-kwantità ta’ sustanzi attivi antimikrobiċi minn prodotti mediċinali użati fi speċijiet jew f’kategoriji ta’ annimali ddeżinjati għal kull Stat Membru fit-territorju tiegħu matul is-sena tal-ġbir tad-data. Varjabbli addizzjonali tad-data jenħtieġ li jiġu pprovduti mill-Istati Membri lill-Aġenzija, għal kull sena ta’ rapportar, sabiex ikunu jistgħu jsiru analiżi u interpretazzjoni akkurati tad-data. |
(5) |
L-Aġenzija jenħtieġ li tipprovdi l-informazzjoni ta’ appoġġ meħtieġa lill-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-kalkolu armonizzat tal-volum tal-bejgħ u tal-użu tal-antimikrobiċi u sabiex tiffaċilita l-validazzjoni sussegwenti tad-data mill-Istati Membri qabel ma jirrapportaw lill-Aġenzija. Tali informazzjoni ta’ appoġġ trid tiġi pprovduta lill-Istati Membri mill-Aġenzija permezz tal-interfaċċa tal-web għar-rapportar tad-data miġbura msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578. |
(6) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Aġenzija timminimizza l-isforzi meħtieġa mill-Istati Membri sabiex idaħħlu d-data fl-interfaċċa tal-web, billi timla minn qabel il-kamp għad-dħul tad-data kull meta d-data tkun diġà disponibbli minn bażijiet tad-data eżistenti taħt il-kompetenza tal-Aġenzija. Fl-istess ħin, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578, l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità tad-data fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta dwar il-prodotti mediċinali antimikrobiċi awtorizzati fil-livell nazzjonali, inkluż l-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija f’dawk il-kampijiet għad-dħul tad-data mimlijin minn qabel. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li d-data miġbura dwar il-bejgħ u l-użu tal-antimikrobiċi tkun komparabbli sena wara sena fl-Istati Membri u fl-Unjoni u li dik id-data tiġi analizzata b’mod adegwat, il-format għar-rapportar tad-data jenħtieġ li jqis id-daqs tal-popolazzjoni tal-annimali li x’aktarx tiġi ttrattata bl-antimikrobiċi. Dan jenħtieġ li jiffaċilita wkoll it-tqabbil tad-data rrapportata fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni mad-data disponibbli minn pajjiżi mhux tal-Unjoni u fil-livell globali. Għalhekk huwa importanti li jiġi definit il-format li skontu jenħtieġ li ssir referenza għad-data dwar il-popolazzjoni tal-annimali. Kwalunkwe tqabbil tad-data fost l-Istati Membri jenħtieġ li jqis id-diversità tal-prattiki fl-Unjoni u d-differenzi fil-kuntesti legali nazzjonali. |
(8) |
L-aktar format xieraq għad-data dwar il-popolazzjoni tal-annimali fir-rigward tal-annimali terrestri jenħtieġ li jkun in-numru ta’ annimali ħajjin jew in-numru ta’ annimali maqtula, skont l-ispeċi jew il-kategoriji ta’ annimali kkonċernati, filwaqt li l-aktar format xieraq għad-data dwar il-popolazzjoni tal-annimali fir-rigward tal-ħut imrobbi jenħtieġ li jkun il-bijomassa prodotta. Madankollu, sabiex tiġi riflessa b’mod xieraq id-data dwar il-popolazzjoni tal-annimali ta’ kull Stat Membru fil-kuntest tal-ġbir tad-data dwar il-volum tal-bejgħ u dwar l-użu ta’ antimikrobiċi fl-annimali, sabiex tkun tista’ tintuża b’mod effettiv mill-Aġenzija, id-data dwar il-popolazzjoni tal-annimali jenħtieġ li tiġi aġġustata skont l-hekk imsejħa denominaturi, bħall-unità ta’ korrezzjoni tal-popolazzjoni jew denominaturi oħrajn, kif xieraq. Tali aġġustamenti huma meħtieġa għall-Aġenzija sabiex tidentifika x-xejriet fil-volum tal-bejgħ u fl-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali u sabiex tagħmel analiżijiet rilevanti. |
(9) |
Dan ir-Regolament huwa meħtieġ għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/6, li japplika mit-28 ta’ Jannar 2022. Għaldaqstant, u f’konformità mal-Artikolu 153(1) tar-Regolament (UE) 2019/6, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika minn dik l-istess data. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji msemmi fl-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) 2019/6, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Artikolu 1 Data li għandha tiġi rrapportata lill-Aġenzija dwar il-volum tal-bejgħ ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji
1. Id-data dwar il-volum tal-bejgħ ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji għandha tiġi rrapportata mill-Istati Membri lill-Aġenzija bl-użu tal-format speċifikat fl-Anness I.
2. L-Aġenzija għandha tinkludi l-format tad-data msemmija fil-paragrafu 1 fil-protokolli u fil-mudelli li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578. It-terminoloġija użata fil-protokolli u fil-mudelli tal-Aġenzija għar-rapportar għandha tkun ibbażata, kemm jista’ jkun, fuq it-termini kkontrollati definiti fil-katalogi eżistenti ta’ termini miżmuma mill-Aġenzija.
Artikolu 2
Data li għandha tiġi rrapportata lill-Aġenzija dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali
1. Id-data dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji għandha tiġi rrapportata mill-Istati Membri lill-Aġenzija permezz tal-interfaċċa tal-web imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578, bl-użu tal-format speċifikat fl-Anness II.
2. L-Aġenzija għandha tinkludi l-format tad-data msemmija fil-paragrafu 1 fil-protokolli u fil-mudelli li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578. It-terminoloġija użata fil-protokolli u fil-mudelli tal-Aġenzija għar-rapportar għandha tkun ibbażata, kemm jista’ jkun, fuq it-termini kkontrollati definiti fil-katalogi eżistenti ta’ termini miżmuma mill-Aġenzija.
Artikolu 3
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Aġenzija għall-finijiet ta’ kalkolu u ta’ validazzjoni
Meta tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-kalkolu tal-volum tal-bejgħ u tal-użu tal-antimikrobiċi u tal-validazzjoni tad-data, l-Aġenzija għandha tuża l-varjabbli speċifikati fl-Anness III.
Artikolu 4
Data dwar il-popolazzjoni tal-annimali
1. Id-data identifikata mill-Aġenzija jew irrapportata mill-Istati Membri dwar il-popolazzjonijiet tal-annimali rilevanti, kif speċifikat fl-Artikolu 16(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578, għandha tqis l-ispeċijiet tal-annimali, il-kategoriji u l-istadji tagħhom kif elenkati fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578 skont il-format li ġej:
(a) |
għall-annimali terrestri: in-numru ta’ annimali fis-sena (annimali ħajjin jew annimali maqtula, skont l-ispeċijiet jew il-kategoriji ta’ annimali kkonċernati, kif speċifikat fil-protokolli u l-mudelli tal-Aġenzija għar-rapportar tad-data); |
(b) |
għall-ħut imrobbi: il-bijomassa prodotta kull sena (piż ħaj waqt il-qatla). |
2. Filwaqt li jidentifikaw jew jirrapportaw id-data dwar il-popolazzjonijiet rilevanti tal-annimali, l-Aġenzija jew l-Istati Membri, kif speċifikat fl-Artikolu 16(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578, għandhom iqisu n-numru ta’ annimali li jiddaħħlu minn Stati Membri oħra u li jintbagħtu lil Stati Membri oħra għas-simna jew għall-iskarnar, għall-ispeċijiet, il-kategoriji u l-istadji rilevanti tal-annimali tagħhom, fejn xieraq, f’konformità mal-protokolli u l-mudelli tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578.
3. Meta l-Istati Membri jirrapportaw id-data dwar il-popolazzjonijiet tal-annimali rilevanti fit-territorji tagħhom, huma għandhom jissottomettu lill-Aġenzija deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġiji li użaw sabiex jiġġeneraw id-data dwar il-popolazzjoni tal-annimali rilevanti.
Artikolu 5
Aġġustamenti fid-data dwar il-popolazzjoni tal-annimali għal skopijiet ta’ analiżi
1. L-Aġenzija għandha taġġusta d-data għall-popolazzjonijiet rilevanti tal-annimali msemmija fl-Artikolu 4 skont l-hekk imsejħa denominaturi, li jiġu kkalkolati abbażi ta’ kombinazzjoni tan-numru ta’ annimali maqtula u tan-numru ta’ annimali ħajjin preżenti fi Stat Membru matul il-perjodu tal-ġbir tad-data, immultiplikati b’piżijiet standardizzati tal-annimali.
2. Skont id-data kkonċernata, l-aktar denominatur xieraq li għandu jintuża għandu jiġi indikat fil-protokolli u fil-mudelli tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578.
3. Is-sorsi tad-data u l-metodoloġija għall-kalkolu mill-Aġenzija tad-denominaturi differenti għandhom jiġu speċifikati fil-protokolli u l-mudelli tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/578 tad-29 ta’ Jannar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ġbir tad-data dwar il-volum tal-bejgħ u dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali (ĠU L 123, 9.4.2021, p. 7).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf medikat, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 1).
ANNESS I
Format għar-rapportar ta’ data lill-Aġenzija dwar il-volum tal-bejgħ ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji
Numru |
Isem tal-varjabbli tad-data |
Deskrizzjoni |
||||||||||||
|
||||||||||||||
1 |
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Kodiċi b’żewġ ittri (kodiċi alpha-2), skont l-Istandard Internazzjonali għall-kodiċijiet tal-pajjiżi (ISO, 2013); XI għall-Irlanda ta’ Fuq. |
||||||||||||
2 |
Sena |
Numru b’erba’ ċifri. |
||||||||||||
3 |
Permess għall-użu skont l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2019/6 |
Għażla ta’ iva/le li għandha tintgħażel sabiex tindika jekk il-prodott huwiex permess għall-użu skont l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2019/6. |
||||||||||||
4 |
Identifikazzjoni mill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tal-preżentazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju |
Kamp tad-data strutturata sabiex jindika l-identifikazzjoni permanenti u unika mill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tal-preżentazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju antimikrobiku, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578. |
||||||||||||
5 |
Numru ta’ referenza minn bażi(jiet) tad-data rilevanti oħra tal-preżentazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju |
Kamp ta’ test miftuħ sabiex jindika n-numru ta’ referenza minn bażi(jiet) tad-data rilevanti oħra, bħal bażi(jiet) tad-data nazzjonali, tal-preżentazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju antimikrobiku. Fakultattiv għall-Istati Membri. |
||||||||||||
6 |
Isem tal-prodott mediċinali |
Kamp ta’ test biex jiġi inkluż l-isem tal-prodott mediċinali veterinarju antimikrobiku skont l-informazzjoni dwar il-prodott. |
||||||||||||
7 |
Forma tal-prodott |
Forma tal-prodott li għandha tintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija. |
||||||||||||
8 |
Daqs tal-pakkett |
Valur numeriku biss, sabiex tiġi indikata l-kwantità tal-kontenut fid-daqs tal-pakkett. |
||||||||||||
9 |
Unità tad-daqs tal-pakkett |
Unità ta’ kejl tal-kontenut tad-daqs tal-pakkett li għandha tintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija. Unità ta’ kejl tal-kontenut tad-daqs tal-pakkett għandha tikkorrispondi mal-unità ta’ kejl tal-qawwa tas-sustanza attiva antimikrobika. |
||||||||||||
10 |
Kodiċi ATCvet: Kodiċi ta’ klassifikazzjoni Anatomiku Terapewtiku Kimiku għall-prodotti mediċinali veterinarji |
Kodiċi li għandu jintgħażel skont l-aħħar verżjoni tal-indiċi ATCvet. |
||||||||||||
11 |
Awtorizzati għall-annimali tad-dar biss |
Għażla ta’ iva/le, li għandha tintgħażel sabiex tindika jekk il-prodott mediċinali veterinarju antimikrobiku huwiex awtorizzat għall-użu f’annimali tad-dar biss. |
||||||||||||
12 |
Numru ta’ pakketti mibjugħin |
Il-valur numeriku sabiex jiġi indikat in-numru ta’ pakketti ta’ preżentazzjoni tal-prodott mibjugħin fis-sena ta’ rapportar fl-Istat Membru ta’ rapportar. |
||||||||||||
13 |
Isem tas-sustanza attiva antimikrobika |
Isem li għandu jintgħażel minn lista predefinita ta’ sustanzi attivi antimikrobiċi, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija, li tinkludi d-denominazzjoni internazzjonali komuni (INN) ta’ sustanzi antimikrobiċi, kif ippreżentat skont l-aħħar verżjoni tal-Indiċi ATCvet. Fil-każ ta’ prodotti ta’ kombinazzjoni fissa, is-sustanzi attivi antimikrobiċi kollha għandhom jiġu rrapportati individwalment. |
||||||||||||
14 |
Isem tal-melħ tas-sustanza attiva antimikrobika meta l-qawwa tkun espressa f’unità internazzjonali (IU) |
Isem tal-melħ li għandu jintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija, fejn applikabbli, sabiex tkun tista’ ssir il-konverżjoni għall-massa tas-sustanza attiva b’mod standardizzat. |
||||||||||||
15 |
Isem tad-derivattiv jew tal-kompost tas-sustanza attiva antimikrobika |
Isem tad-derivattiv jew tal-kompost li għandu jintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija, fejn applikabbli, sabiex ikun jista’ jsir il-kalkolu tal-massa tal-frazzjoni attiva antimikrobika b’mod standardizzat. |
||||||||||||
16 |
Qawwa |
Valur numeriku tal-qawwa jew tal-kwantità tas-sustanza/i attiva/i antimikrobika/antimikrobiċi, kif iddikjarat fl-informazzjoni dwar il-prodott, sabiex ikun jista’ jsir il-kalkolu tal-kwantità tas-sustanza/i attiva/i antimikrobika/antimikrobiċi f’kull preżentazzjoni tal-prodott. |
||||||||||||
17 |
Unità ta’ kejl tal-qawwa |
Unità ta’ kejl tal-qawwa li għandha tintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija. L-unità ta’ kejl tal-qawwa għandha tikkorrispondi mal-unità tal-kejl tad-daqs tal-pakkett. |
||||||||||||
|
||||||||||||||
18 |
Fornitur(i) tad-data |
Fornitur(i) tad-data li għandu jintgħażel/għandhom jintgħażlu minn lista predefinita li tinkludi:
|
||||||||||||
19 |
Dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali u tal-maniġers tad-data |
Kamp ta’ test miftuħ sabiex jiġu identifikati u pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali u tal-maniġers tad-data tal-Istat Membru għall-kollegament mal-Aġenzija fir-rigward tar-rapportar tad-data dwar il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji. |
||||||||||||
20 |
Azzjonijiet li ttieħdu sabiex jiġi evitat rapportar doppju tal-bejgħ |
Għażla ta’ iva/le li għandha tintgħażel sabiex tindika jekk ikunux ittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa jew le sabiex jiġi evitat rapportar doppju tal-bejgħ. |
||||||||||||
21 |
Korrezzjoni tad-data rrapportata dwar il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji, fir-rigward tal-movimenti ta’ prodotti mediċinali veterinarji approvati għall-kummerċ parallel |
Għażla ta’ iva/mhux applikabbli li għandha tintgħażel sabiex tikkonferma jekk id-data rrapportata dwar il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji fit-territorju tal-Istat Membru ġietx ikkoreġuta għall-movimenti ta’ tali prodotti bejn il-fruntieri tal-Istat Membru bħala parti mill-kummerċ parallel, f’konformità mal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2019/6. |
ANNESS II
Format għar-rapportar ta’ data lill-Aġenzija dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali
Numru |
Isem tal-varjabbli tad-data |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||
|
||||||||||||||||
1 |
Speċijiet ta’ annimali |
Speċijiet ta’ annimali, kategoriji u stadji tagħhom, li għalihom għandha tinġabar u tiġi rrapportata data dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi, li għandha tintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/578. |
||||||||||||||
2 |
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
Kodiċi b’żewġ ittri (kodiċi alpha-2), skont l-Istandard Internazzjonali għall-kodiċijiet tal-pajjiżi (ISO, 2013); XI għall-Irlanda ta’ Fuq. |
||||||||||||||
3 |
Sena |
Numru b’erba’ ċifri. |
||||||||||||||
4 |
Identifikazzjoni mill-bażi tad-data rilevanti tal-Unjoni tal-preżentazzjoni tal-prodott mediċinali |
Kamp ta’ data strutturata sabiex tiġi indikata:
|
||||||||||||||
5 |
Numru ta’ referenza minn bażi(jiet) tad-data rilevanti oħra tal-preżentazzjoni tal-prodott mediċinali |
Kamp ta’ test miftuħ sabiex jiġi indikat in-numru ta’ referenza minn bażi(jiet) tad-data rilevanti oħra, bħal bażi(jiet) tad-data nazzjonali, tal-preżentazzjoni tal-prodott mediċinali antimikrobiku. Fakultattiv għall-Istati Membri. |
||||||||||||||
6 |
Isem tal-prodott mediċinali |
Kamp ta’ test biex jiġi inkluż l-isem tal-prodott mediċinali skont l-informazzjoni dwar il-prodott |
||||||||||||||
7 |
Forma tal-prodott |
Forma tal-prodott li għandha tintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija. |
||||||||||||||
8 |
Identifikazzjoni ta’ prodotti parenterali li jaġixxu fit-tul |
Kodiċi b’żewġ ittri (LA) għall-prodotti injettabbli biss, meta applikabbli, sabiex jiġu identifikati prodotti parenterali b’forom tad-dożaġġ tar-rilaxx prolongat/li jdum jaġixxi, li l-forom tar-rilaxx modifikati tagħhom qegħdin juru rilaxx aktar bil-mod minn dak tal-forma tad-dożaġġ tar-rilaxx konvenzjonali amministrata mill-istess rotta. Rilaxx prolongat jinkiseb permezz ta’ tħejjija tal-formulazzjoni u/jew ta’ metodu ta’ manifattura speċjali. |
||||||||||||||
9 |
Daqs tal-pakkett |
Valur numeriku biss, sabiex tiġi indikata l-kwantità tal-kontenut fid-daqs tal-pakkett. |
||||||||||||||
10 |
Unità tad-daqs tal-pakkett |
Unità ta’ kejl tal-kontenut tad-daqs tal-pakkett li għandha tintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija. Unità ta’ kejl tal-kontenut tad-daqs tal-pakkett għandha tikkorrispondi mal-unità ta’ kejl tal-qawwa tas-sustanza attiva antimikrobika. |
||||||||||||||
11 |
Kodiċi ATC jew ATCvet: Kodiċi ta’ klassifikazzjoni Anatomiku Terapewtiku Kimiku għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għall-użu veterinarju |
Kodiċi li għandu jintgħażel skont l-aħħar verżjoni tal-indiċijiet tal-ATC jew tal-ATCvet. |
||||||||||||||
12 |
Numru ta’ pakketti użati |
Valur numeriku sabiex jiġi indikat in-numru ta’ pakketti ta’ preżentazzjoni tal-prodott użati fis-sena ta’ rapportar għal kull Stat Membru u għal kull speċi ta’ annimal, għal kull kategorija ta’ speċi ta’ annimal jew għal kull stadju ta’ speċi ta’ annimal, kif speċifikat fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/578. F’każ li kwalunkwe data fil-livell nazzjonali tinġabar f’unitajiet oħra għajr pakketti użati għal kull prodott antimikrobiku mill-ispeċijiet tal-annimali inkwistjoni, in-numru ta’ pakketti użati jista’ jiġi kkalkolat mill-Istat Membru mill-ammonti użati (espressi f’piż jew f’volum) qabel ma jiġi rrapportat lill-Aġenzija. |
||||||||||||||
13 |
Isem tas-sustanza attiva antimikrobika |
Isem li għandu jintgħażel minn lista predefinita ta’ sustanzi attivi antimikrobiċi, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija, li tinkludi d-denominazzjoni internazzjonali komuni (INN) ta’ sustanzi antimikrobiċi, kif ippreżentat skont l-aħħar verżjonijiet tal-indiċijiet tal-ATC jew tal-ATCvet, sabiex jiġi rrapportat l-użu antimikrobiku b’mod standardizzat għal kull klassi antimikrobika u sustanza attiva. Fil-każ ta’ prodotti ta’ kombinazzjoni fissa, is-sustanzi attivi antimikrobiċi kollha għandhom jiġu rrapportati individwalment. |
||||||||||||||
14 |
Isem tal-melħ tas-sustanza attiva antimikrobika, meta l-qawwa tiġi espressa f’unità internazzjonali (IU) |
Isem tal-melħ li għandu jintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija, fejn applikabbli, sabiex tkun tista’ ssir il-konverżjoni għall-massa tas-sustanza attiva b’mod standardizzat. |
||||||||||||||
15 |
Isem tad-derivattiv jew tal-kompost tas-sustanza attiva antimikrobika |
Isem tad-derivattiv jew tal-kompost li għandu jintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija, fejn applikabbli, sabiex ikun jista’ jsir il-kalkolu tal-massa tal-frazzjoni attiva antimikrobika b’mod standardizzat. |
||||||||||||||
16 |
Qawwa |
Valur numeriku tal-qawwa jew tal-kwantità tas-sustanza(i) attiva antimikrobika, kif iddikjarat fl-informazzjoni dwar il-prodott, sabiex ikun jista’ jsir il-kalkolu tal-kwantità tas-sustanza attiva antimikrobika f’kull preżentazzjoni tal-prodott. |
||||||||||||||
17 |
Unità ta’ kejl tal-qawwa |
Unità ta’ kejl tal-qawwa li għandha tintgħażel minn lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija. L-unità ta’ kejl tal-qawwa għandha tikkorrispondi mal-unità tal-kejl tad-daqs tal-pakkett. |
||||||||||||||
|
||||||||||||||||
18 |
Sors(i) tad-data |
Sors(i) tad-data li għandhom jintgħażlu minn lista predefinita li tinkludi:
|
||||||||||||||
19 |
Fornitur(i) tad-data |
Fornitur(i) tad-data li għandu jintgħażel/għandhom jintgħażlu minn lista predefinita li tinkludi:
|
||||||||||||||
20 |
Dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali u tal-maniġers tad-data |
Kamp ta’ test miftuħ sabiex jiġu identifikati u pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali u tal-maniġers tad-data tal-Istat Membru għal kollegament mal-Aġenzija fir-rigward tar-rapportar tad-data dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali. |
ANNESS III
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Aġenzija għall-finijiet ta’ kalkolu u ta’ validazzjoni
Numru |
Isem tal-varjabbli li għandu jiġi pprovdut |
Deskrizzjoni |
1 |
Fattur ta’ konverżjoni għas-sustanza attiva antimikrobika, meta l-qawwa tiġi espressa f’unitajiet internazzjonali (IU) |
Fattur ta’ konverżjoni assenjat awtomatikament mill-Aġenzija fl-interfaċċa tal-web, meta l-qawwa tas-sustanza attiva antimikrobika tiġi rrapportata f’IU u s-sustanza tiġi inkluża fil-lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija. Dan il-varjabbli ta’ informazzjoni għandu jippermetti l-konverżjoni minn IU għal massa tas-sustanza antimikrobika mibjugħa jew użata, għal kull preżentazzjoni tal-prodott. |
2 |
Fattur ta’ konverżjoni għad-derivattiv jew għall-kompost tas-sustanza attiva antimikrobika |
Fattur ta’ konverżjoni assenjat awtomatikament mill-Aġenzija fl-interfaċċa tal-web, meta l-qawwa tiġi rrapportata għad-derivattiv jew għall-kompost u mhux għall-frazzjoni attiva antimikrobika, u d-derivattiv jew il-kompost jiġi inkluż fil-lista predefinita, f’konformità mal-aħħar protokolli u mudelli tal-Aġenzija. Dan il-varjabbli ta’ informazzjoni għandu jippermetti l-kalkolu tal-massa tal-frazzjoni attiva antimikrobika mibjugħa jew użata, għal kull preżentazzjoni tal-prodott. |
3 |
Kontenut tas-sustanza attiva antimikrobika għal kull preżentazzjoni |
Kontenut tas-sustanza attiva antimikrobika għal kull gramma ta’ preżentazzjoni tal-prodott. Dan il-varjabbli ta’ informazzjoni għandu jippermetti l-kalkolu tal-volum tal-bejgħ u tal-użu. |
4 |
Unità ta’ sustanza attiva antimikrobika għal kull preżentazzjoni tal-prodott |
Unità ta’ kejl tal-kontenut tas-sustanza attiva antimikrobika għal kull preżentazzjoni fi grammi. Dan il-varjabbli ta’ informazzjoni għandu jippermetti l-kalkolu tal-volum tal-bejgħ u tal-użu. |
5 |
Tunnellati ta’ sustanza attiva antimikrobika mibjugħa jew użata |
Volum tal-bejgħ u l-użu (f’tunnellati) ta’ sustanza attiva antimikrobika għal kull preżentazzjoni tal-prodott. Dan il-varjabbli ta’ informazzjoni għandu jippermetti analiżi u interpretazzjoni ulterjuri tad-data. |