|
16.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/204
tat-8 ta’ Diċembru 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi l-istabbiliment ta’ Kunsilli Konsultattivi li jridu jippromwovu rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-qasam tas-sajd u tal-akkwakultura, u jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 (2) li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1575 (3) li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/242 biex tiċċara d-definizzjoni ta’ “organizzazzjonijiet tas-settur”, tispeċifika l-proċedura għall-klassifikazzjoni tal-membri tal-Kunsilli Konsultattivi f’waħda miż-żewġ kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u tagħti liż-żewġ kategoriji d-dritt li jiddeċiedu b’mod awtonomu dwar ir-rappreżentanza tagħhom fil-kumitat eżekuttiv. |
|
(4) |
Il-Kunsilli Konsultattivi u l-Istati Membri ġew ikkonsultati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2015/242. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata rappreżentanza aktar ibbilanċjata tal-interessi kollha u tittejjeb l-imparzjalità tal-Presidenti, huwa xieraq li l-Kunsilli Konsultattivi jaħtru, b’kunsens, President u mill-inqas viċi President wieħed li jappartjenu għal kategoriji differenti ta’ partijiet ikkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jenħtieġ li l-gruppi ta’ ħidma jiġu ppreseduti, fejn possibbli, minn rappreżentanti taż-żewġ kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-Kunsilli Konsultattivi jingħataw is-setgħa li jaħtru President u viċi Presidenti minn barra l-Kunsilli Konsultattivi. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tal-Kunsilli Konsultattivi, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ulterjorment il-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-membri tal-Kunsilli Konsultattivi fiż-żewġ kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(7) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/242 jiddefinixxi l-organizzazzjonijiet tas-setturi bħala organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi fis-settur tas-sajd (fosthom lis-sajjieda impjegati) u, fejn xieraq, lill-operaturi fil-qasam tal-akkwakultura u lir-rappreżentanti mis-setturi tal-ipproċessar u tal-kummerċ. L-Artikolu 4(30) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiddefinixxi “operatur” bħala l-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma’ xi stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq, il-ktajjen ta’ distribuzzjoni u tal-bejgħ lill-konsumatur tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Għalhekk, jenħtieġ li l-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-membri tal-Kunsilli Konsultattivi jippermettu l-klassifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-setturi msemmija hawn fuq fil-kategorija “organizzazzjonijiet tas-settur”. Barra minn hekk, il-fornituri tas-setturi msemmija hawn fuq, bħall-manifatturi tax-xbieki tas-sajd jew il-produtturi tas-silġ, jiġu kklassifikati wkoll bħala “organizzazzjonijiet tas-settur”. |
|
(8) |
Organizzazzjoni tista’ titqies li tirrappreżenta lis-settur meta mill-inqas 50 % tal-membri tagħha jkunu huma stess rappreżentanti mis-settur jew ikollhom interessi ekonomiċi diretti jew indiretti fis-settur, meta tirrappreżenta impjegati fis-settur, jew meta mill-inqas 50 % tal-finanzjament tagħha jiġi mis-settur. Jenħtieġ li tali organizzazzjonijiet jitqiesu wkoll bħala “organizzazzjonijiet tas-settur” għall-finijiet tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat funzjonament bilanċjat tal-Kunsilli Konsultattivi, huwa meħtieġ li l-organizzazzjonijiet li jippromwovu prinċipji orizzontali bħall-protezzjoni tal-ambjent, tal-konsumaturi u tad-drittijiet tal-bniedem, tas-saħħa, il-promozzjoni tal-ugwaljanza jew tat-trattament xieraq tas-saħħa jew it-trattament xieraq tal-annimali jiġu kklassifikati bħala organizzazzjonijiet tas-settur meta jkunu jirrappreżentaw lis-settur fis-sens tal-premessi (7) jew (8). L-organizzazzjonijiet li jippromwovu tali prinċipji orizzontali jenħtieġ għalhekk li jiġu kklassifikati biss fi “gruppi ta’ interess oħrajn” jekk ikunu indipendenti mis-settur, li jfisser li inqas minn 50 % tal-membri tagħhom ikunu huma stess rappreżentanti mis-settur jew ikollhom interess ekonomiku dirett jew indirett fis-settur, li ma jirrappreżentawx impjegati fis-settur, u li inqas minn 50 % tal-finanzjament tagħhom jiġi mis-settur. |
|
(10) |
L-Artikolu 4(28) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jiddefinixxi “sajd rikreattiv” bħala attivitajiet ta’ sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport. L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-sajd rikreattiv jew sportiv, peress li jvarjaw fin-natura, fl-objettivi u fil-mezzi mill-organizzazzjonijiet tas-settur kif definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/242, jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala “gruppi ta’ interess oħrajn”. |
|
(11) |
Is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura qed jiffaċċja dejjem aktar il-ħtieġa li jinvolvi ruħu mal-partijiet ikkonċernati li jikkompetu għal użi differenti tal-baħar, inkluż għall-finijiet ta’ produzzjoni tal-enerġija, estrazzjoni, turiżmu jew konservazzjoni. Tali partijiet ikkonċernati jista’ jkollhom interessi li jvarjaw minn dawk tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura. Għalhekk huwa meħtieġ li l-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-kompiti tal-Kunsilli Konsultattivi kif definiti fl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u li jirrappreżentaw jew li għandhom interessi ekonomiċi diretti jew indiretti marbuta mal-użu tal-ambjent tal-baħar jew tal-ispazju marittimu għajr is-sajd kummerċjali, l-akkwakultura jew l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-frott tal-baħar jiġu kklassifikati fi “gruppi ta’ interess oħrajn” |
|
(12) |
Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika biex tiġi żgurata rappreżentanza bilanċjata u wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-Kunsilli Konsultattivi, inklużi l-gruppi ta’ interess oħrajn u r-rappreżentanti mill-flotot iż-żgħar. |
|
(13) |
Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jipprevedi li l-Kunsilli Konsultattivi jiġu stabbiliti biex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fl-Artikolu 2 tagħha, huwa meħtieġ li jiġu spjegati l-metodi ta’ ħidma li l-Kunsilli Konsultattivi jenħtieġ li jirrispettaw meta jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet. |
|
(14) |
Il-Kunsilli Konsultattivi, bħala korpi li jsegwu għan ta’ interess Ewropew komuni, jingħataw appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-funzjonament tagħhom jiġi mmonitorjat u evalwat regolarment permezz tat-twettiq ta’ rieżamijiet tal-prestazzjoni esterni, regolari u indipendenti. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2015/242 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/242 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 L-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi 1. Barra mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 43(1), tal-Artikolu 45(1) sa (3) u tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu. 2. Il-Kunsill Konsultattiv għandu jaħtar, b’kunsens, President u mill-inqas viċi President wieħed. Il-President jista’ joriġina minn barra s-sħubija fil-Kunsill Konsultattiv. F’każ li l-President jinħatar minn fost ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet membri, mill-inqas wieħed mill-viċi-Presidenti għandu jinħatar minn fost il-membri tal-kategorija ta’ organizzazzjonijiet tas-settur u tal-gruppi ta’ interess oħrajn imsemmija fl-Artikolu 2 li ma jkunx jappartjeni għalihom il-President. Dan il-prinċipju għandu japplika wkoll, fejn possibbli, għall-Presidenti tal-gruppi ta’ ħidma. 3. L-assemblea ġenerali ta’ Kunsill Konsultattiv għandha:
4. Skont il-ħatriet li jsiru mill-organizzazzjonijiet tas-settur u mill-gruppi ta’ interess l-oħrajn għas-siġġijiet allokati lilhom rispettivament, l-assemblea ġenerali taħtar Kumitat Eżekuttiv ta’ mhux iżjed minn 25 membru. Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-assemblea ġenerali tista’ tiddeċiedi li taħtar kumitat eżekuttiv ta’ mhux iżjed minn 30 membru biex tiżgura rappreżentanza xierqa tal-flotot iż-żgħar. 5. L-assemblea ġenerali għandha tiżgura rappreżentanza bilanċjata u wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha billi tqis il-kapaċità finanzjarja ta’ dawn u tiffissa miżati tas-sħubija ekwi. 6. Il-Kumitat Eżekuttiv għandu:
7. L-assemblea ġenerali u l-Kumitat Konsultattiv għandhom jiżguraw rappreżentanza bilanċjata u wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha, b’enfasi fuq il-gruppi ta’ interess oħrajn u fuq il-flotot iż-żgħar, fejn rilevanti. Jenħtieġ li l-għadd ta’ rappreżentanti tal-flotot iż-żgħar jirrifletti l-proporzjon tal-flotot iż-żgħar fis-settur tas-sajd tal-Istati Membri kkonċernati.” |
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Metodi ta’ Ħidma 1. Il-Kunsill Konsultattiv għandu jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti maħruġa:
2. Meta jkun qed jiddeċiedi dwar il-metodi ta’ ħidma tiegħu, il-Kunsill Konsultattiv għandu jfittex li jiżgura l-effiċjenza u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-membri kollha billi juża mezzi ta’ komunikazzjoni tal-informatika moderni u jipprovdi servizzi ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni.” |
|
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej: “Artikolu 7a Ir-rieżamijiet tal-prestazzjoni Il-Kunsill Konsultattiv għandu joqgħod għal rieżami indipendenti tal-prestazzjoni mill-inqas darba kull ħames snin. Dan ir-rieżami għandu jkollu l-għan li jidentifika l-aħjar prattiki u nuqqasijiet, jelenka rakkomandazzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv u jivvaluta l-kontribut ġenerali tiegħu għall-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Ir-riżultati ta’ dawn ir-rieżamijiet għandhom jiġu ppubblikati u, fejn jiġu identifikati nuqqasijiet fil-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv, għandhom ikunu akkumpanjati minn pjan ta’ azzjoni li jistabbilixxi azzjonijiet konkreti u skeda ta’ żmien ċara għall-implimentazzjoni tagħhom.” |
|
(4) |
Jiżdied l-Anness “Kriterji għall-klassifikazzjoni tal-Membri tal-Kunsilli Konsultattivi taħt il-kategoriji “organizzazzjonijiet tas-settur” jew “gruppi ta’ interess oħrajn”: “ANNESS Kriterji għall-klassifikazzjoni tal-Membri tal-Kunsilli Konsultattivi taħt il-kategoriji “organizzazzjonijiet tas-settur” jew “gruppi ta’ interess oħrajn” 1. Organizzazzjoni għandha tiġi kklassifikata bħala “organizzazzjoni tas-settur” meta tissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
2. Organizzazzjoni għandha tkun klassifikata bħala “grupp ta’ interess ieħor” meta ma tkun tissodisfa ebda mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 u:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 tad-9 ta’ Ottubru 2014 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1575 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 (ĠU L 239, 19.9.2017, p. 1).