|
15.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/200
tat-2 ta’ Diċembru 2021
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti miżuri tekniċi dwar id-daqsijiet tal-malji u t-tul totali massimu għal ċerti xbieki tat-tkarkir bi travu fil-Baħar tat-Tramuntana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/1241 jipprevedi l-miżuri tekniċi stabbiliti fil-livell reġjonali għall-Baħar tat-Tramuntana. |
|
(2) |
Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands u l-Iżvezja (“il-Grupp ta’ Scheveningen”) għandhom interess ta’ ġestjoni tas-sajd dirett fil-Baħar tat-Tramuntana. Fis-7 ta’ Mejju u fil-21 ta’ Ġunju 2021, il-Grupp ta’ Scheveningen ippreżenta rakkomandazzjonijiet konġunti lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2019/1241, li jipproponu att delegat li jadotta ċerti modifiki tad-dispożizzjonijiet attwali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/1241. Iż-żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti ntbagħtu mill-Grupp ta’ Scheveningen lill-Kunsill Konsultattiv tal-Istokkijiet Pelaġiċi (PELAC) u lill-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana (NSAC) għall-konsultazzjoni. |
|
(3) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata fis-7 ta’ Mejju 2021 ipproponiet li l-Anness V, il-parti B tar-Regolament (UE) 2019/1241 tiġi emendata biex tillimita l-applikazzjoni tad-deroga dwar id-daqs tal-malja ta’ 90 mm fi Skagerrak għax-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti biss, fejn attwalment dan id-daqs tal-malja huwa applikabbli għall-irkapti rmunkati kollha, inklużi x-xbieki tat-tkarkir bi travu u t-tartaruni. Ir-rakkomandazzjoni pproponiet ukoll li d-deroga dwar l-użu tad-daqs tal-malja ta’ 90 mm fil-Kattegat tkun limitata għas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti jew bit-tartaruni. |
|
(4) |
L-STECF analizza l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri u kkonkluda (3) li l-emenda proposta tilħaq l-għan ewlieni tagħha li tneħħi kwalunkwe ambigwità mir-regolamenti attwali u tikkonferma li l-bastimenti li jużaw it-tartaruni jew ix-xbieki tat-tkarkir bi travu ma jistgħux jużaw id-daqs tal-malja ta’ 90 mm fi Skagerrak. L-emenda proposta se toffri protezzjoni ogħla għall-frieħ tal-ħut, minħabba l-fatt li d-deroga ta’ 90 mm ma għadhiex disponibbli għax-xbieki tat-tkarkir bi travu u t-tartaruni fi Skagerrak jew għax-xbieki tat-tkarkir bi travu fil-Kattegat. Għalhekk, ir-rakkomandazzjoni konġunta hija konformi mal-objettivi u l-miri tar-Regolament (UE) 2019/1241 fis-sens li l-qabdiet ta’ speċijiet tal-baħar li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun possibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżura proposta tiġi inkluża fir-Regolament Delegat (UE) 2019/1241. |
|
(5) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata fil-21 ta’ Ġunju 2021 ipproponiet l-introduzzjoni ta’ tul massimu totali ta’ 24 m għax-xbieki tat-tkarkir bi travu, filwaqt li jinżammu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet aktar stretti għax-xbieki tat-tkarkir bi travu f’ċerti żoni ġeografiċi diġà stipulati fir-Regolament (UE) 2019/1241. |
|
(6) |
L-STECF analizza l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri u kkonkluda (4) li, mingħajr ir-restrizzjoni proposta ta’ 24 m, ikun possibbli li s-sajjieda jżidu t-tul tat-travu, filwaqt li potenzjalment iżidu l-impatt fuq qiegħ il-baħar u d-disturb tal-ħabitat tal-bentos. Għalhekk, l-STECF appoġġa l-emendar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/1241 li t-tul massimu tat-travu jew li t-tul aggregat tat-travu mkejjel bħala s-somma tat-tul ta’ kull travu ma jaqbiżx l-24 m. Skont l-STECF, din l-emenda se tipprevjeni żieda fl-impatt negattiv fuq il-ħabitats tal-baħar u fuq l-ambjent f’konformità mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2019/1241. Għalhekk, se jiżgura livelli ta’ protezzjoni li huma tal-inqas ekwivalenti għal dak li huwa attwalment fis-seħħ. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżura proposta tiġi inkluża fir-Regolament Delegat (UE) 2019/1241. |
|
(7) |
Peress li ż-żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti jipproponu bidliet fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/1241, dan ir-Regolament delegat jipprevedi l-miżuri rrakkomandati mill-Grupp ta’ Scheveningen. |
|
(8) |
Il-miżuri f’dan ir-Regolament applikabbli għall-ilmijiet tal-Unjoni għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 494(1) u (2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u jikkunsidraw il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 494(3) ta’ dak il-ftehim. Dawn huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura applikabbli fl-ilmijiet tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(3) STECF-21-05, p. 25.
(4) STECF PLEN-21-02, p. 59-62.
ANNESS
Il-Parti B tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/1241 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-intestatura tal-punt 1 hija sostitwita b’dan li ġej:
(*1) Meta jsir is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir bi travu, it-tul massimu tat-travu jew it-tul aggregat tat-travu mkejjel bħala s-somma tat-tul ta’ kull travu ma għandux jaqbeż l-24 metru jew ma jistax jiġi estiż għal tul akbar minn 24 metru. It-tul tat-travu għandu jitkejjel bejn l-estremitajiet tiegħu li jinkludu kull irkaptu mwaħħal miegħu. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-miżuri aktar speċifiċi stabbiliti f’ċerti żoni tal-Baħar tat-Tramuntana.” " |
|
(2) |
Il-Punti1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*2) Meta jsir is-sajd fis-subdiviżjonijiet ta’ Skagerrak u ta' Kattegat bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti b’daqs tal-malja ta’ inqas minn 120 mm, għandu jitqabbad pannell ta’ fuq b’malja maqrut b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 270 mm jew b'malja kwadra b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 140 mm. Inkella, fis-subdiviżjoni ta’ Kattegat, għandu jitqabbad pannell b’malja kwadra ta’ mill-inqas 120 mm fil-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru." (*3) Meta jsir is-sajd fis-subdiviżjoni ta’ Kattegat bit-tartaruni b’daqs tal-malja ta’ inqas minn 120 mm, għandu jitqabbad pannell ta’ fuq b’malja maqrut b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 270 mm jew b'malja kwadra b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 140 mm. Inkella, għandu jitqabbad pannell b’malja kwadra ta’ mill-inqas 120 mm fil-perjodu mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Ottubru.” " |
(*1) Meta jsir is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir bi travu, it-tul massimu tat-travu jew it-tul aggregat tat-travu mkejjel bħala s-somma tat-tul ta’ kull travu ma għandux jaqbeż l-24 metru jew ma jistax jiġi estiż għal tul akbar minn 24 metru. It-tul tat-travu għandu jitkejjel bejn l-estremitajiet tiegħu li jinkludu kull irkaptu mwaħħal miegħu. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-miżuri aktar speċifiċi stabbiliti f’ċerti żoni tal-Baħar tat-Tramuntana.”
(*2) Meta jsir is-sajd fis-subdiviżjonijiet ta’ Skagerrak u ta' Kattegat bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti b’daqs tal-malja ta’ inqas minn 120 mm, għandu jitqabbad pannell ta’ fuq b’malja maqrut b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 270 mm jew b'malja kwadra b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 140 mm. Inkella, fis-subdiviżjoni ta’ Kattegat, għandu jitqabbad pannell b’malja kwadra ta’ mill-inqas 120 mm fil-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.
(*3) Meta jsir is-sajd fis-subdiviżjoni ta’ Kattegat bit-tartaruni b’daqs tal-malja ta’ inqas minn 120 mm, għandu jitqabbad pannell ta’ fuq b’malja maqrut b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 270 mm jew b'malja kwadra b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 140 mm. Inkella, għandu jitqabbad pannell b’malja kwadra ta’ mill-inqas 120 mm fil-perjodu mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Ottubru.” ”