14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/193

tas-17 ta’ Novembru 2021

li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2014 li jistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata meta jiġi eżerċitat id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(6), l-Artikolu 36(6) u l-Artikolu 39(5) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2014 (2) jistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/192 (3) introduċa rekwiżiti ġodda ta’ informazzjoni fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1151/2014 (4). Dawn ir-rekwiżiti ġodda ta’ informazzjoni jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2014, u l-formuli u l-mudelli standard stabbiliti fl-Annessi ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu aġġornati skont dan. Barra minn hekk, ċerti referenzi ġuridiċi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2014 jenħtieġ li jiġu aġġornati sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt.

(3)

Huwa meħtieġ li tittejjeb iċ-ċarezza tal-komunikazzjoni dwar il-passaport ta’ fergħa. Jenħtieġ għalhekk jiġi speċifikat li l-informazzjoni l-aktar reċenti disponibbli dwar il-fondi proprji tintalab kemm fil-livell ta’ rapportar individwali kif ukoll konsolidat tal-istituzzjoni ta’ kreditu, fejn applikabbli u fejn l-informazzjoni fil-livell konsolidat tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.

(4)

Huwa importanti li tiġi żgurata s-sikurezza tad-depożiti u li tittejjeb iċ-ċertezza fattwali u l-affidabbiltà tal-informazzjoni finanzjarja pprovduta mill-istituzzjoni ta’ kreditu. Huwa għalhekk meħtieġ li l-istituzzjoni ta’ kreditu tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha dwar it-terminazzjoni ppjanata ta’ fergħa. Dik in-notifika jenħtieġ li tistabbilixxi l-miżuri li ttieħdu, jew li qegħdin jittieħdu, biex jiġi żgurat li l-fergħa ma tibqax aktar iżżomm depożiti jew fondi oħra li jitħallsu lura tal-pubbliku wara t-terminazzjoni tal-operazzjoni ta’ dik il-fergħa.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).

(7)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2014

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness II biex jikkomunikaw notifika ta’ passaport ta’ fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti flimkien ma’ kopja tan-notifika tal-passaport ta’ fergħa u bl-informazzjoni l-aktar reċenti disponibbli dwar il-fondi proprji bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness III. Tali informazzjoni l-aktar reċenti disponibbli dwar il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tissottometti n-notifika ta’ passaport għandha tiġi nnotifikata kemm fil-livell individwali kif ukoll f’dak konsolidat, fejn applikabbli u disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.”;

(2)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness IV biex jinnotifikaw bidla li tikkonċerna terminazzjoni ppjanata tal-operazzjoni tal-fergħa. Fil-każijiet li fihom il-fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tieħu jew tkun ġabret depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura, l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata għandha tissottometti wkoll dikjarazzjoni li telenka l-miżuri li ttieħdu jew li qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat li l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax aktar iżżomm depożiti jew fondi oħra li jitħallsu lura tal-pubbliku permezz tal-fergħa wara t-terminazzjoni tal-operazzjoni ta’ dik il-fergħa.”;

(3)

l-Annessi I sa VI huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176 27.6.2013, p. 338.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2014 tas-27 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 254, 28.8.2014, p. 2).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/192 tal-20 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2014 fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata meta jiġi eżerċitat id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2014 tal-4 ta’ Ġunju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata meta jeżerċitaw id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ĠU L 309, 30.10.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS

“ANNESS I

Formola għas-sottomissjoni ta’ notifika ta’ passaport ta’ fergħa jew notifika ta’ bidla fid-dettalji ta’ fergħa

Fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jinnotifikaw notifika ta’ bidla fid-dettalji ta’ fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom biss jimlew il-partijiet tal-formola li jkun fihom informazzjoni li tkun inbidlet.

1.   Informazzjoni tal-kuntatt

Tip ta’ notifika

Notifika inizjali ta’ passaport ta’ fergħa

Notifika ta’ notifika ta’ bidla fid-dettalji ta’ fergħa

L-Istat Membru ospitanti li fih il-fergħa tkun se tiġi stabbilita:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

L-isem u l-kodiċi ta’ referenza nazzjonali tal-istituzzjoni ta’ kreditu kif disponibbli fir-reġistru tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu miżmum mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA):

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

LEI tal-istituzzjoni ta’ kreditu:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

L-indirizz tal-istituzzjoni ta’ kreditu fl-Istat Membru ospitanti minn fejn ikunu jistgħu jinkisbu d-dokumenti:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

Il-post prinċipali ta’ negozju maħsub tal-fergħa fl-Istat Membru ospitanti:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

Id-data li fiha l-fergħa beħsiebha tibda l-attivitajiet tagħha:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

L-isem tal-persuna ta’ kuntatt fil-fergħa:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

Numru tat-telefown:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

Posta elettronika:

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.   Programm tal-operazzjonijiet

2.1.   It-tipi ta’ negozju previsti

2.1.1.

Id-deskrizzjoni tal-objettivi prinċipali u l-istrateġija tan-negozju tal-fergħa u spjegazzjoni ta’ kif il-fergħa se tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, tal-grupp tagħha

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.1.2.

Id-deskrizzjoni tal-klijenti fil-mira u l-kontropartijiet

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.1.3.

Lista tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti bl-indikazzjoni tal-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju fl-Istat Membru ospitanti, inkluża d-data tal-bidu maħsuba għal kull attività (preċiża kemm jista’ jkun).

Nru

Attività

Attivitajiet li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha l-ħsieb tibda twettaq (imla billi tikteb “S”)/jew li tieqaf twettaq (imla billi tikteb “C”)

L-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju

Id-data maħsuba ta’ bidu jew ta’ tmiem għal kull attività

1.

Ġbir ta’ depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura

 

 

 

2.

Self li jinkludi, fost l-oħrajn: kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà immobbli, fatturament b’azzjoni ta’ rivalsa jew mingħajr, il-finanzjament ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting)

 

 

 

3.

Leasing finanzjarju

 

 

 

4.

Servizzi ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

 

 

 

4a.

Servizzi li jippermettu li jitqiegħdu flus f’kont ta’ pagament u l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jitħaddem kont ta’ pagament

 

 

 

4b.

Servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus minn kont ta’ pagament u l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jitħaddem kont ta’ pagament

 

 

 

4c.

It-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, inkluż trasferiment ta’ fondi fuq kont ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew ma’ fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament:

it-twettiq ta’ debiti diretti, inklużi debiti diretti ta’ darba

it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard ta’ pagament jew tagħmir ieħor simili

it-twettiq ta’ trasferimenti ta’ kreditu, inklużi ordnijiet permanenti

 

 

 

4d.  (*)

Eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament fejn il-fondi jkunu koperti minn linja ta’ kreditu għal utent ta’ servizzi ta’ pagament:

it-twettiq ta’ debiti diretti, inklużi debiti diretti ta’ darba

it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard ta’ pagament jew mezz ieħor simili

it-twettiq ta’ trasferimenti ta’ kreditu, inklużi ordnijiet permanenti

 

 

 

4e.  (**)

Ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament

Akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

 

 

 

4f.

Rimessa ta’ flus

 

 

 

4 g.

Servizz ta’ bidu ta’ pagament

 

 

 

4 h.

Servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

 

 

 

5.

Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta’ mezzi oħra ta’ pagament (pereżempju travellers’ cheques u bankers’ drafts) sa fejn tali attività ma tkunx koperta mill-punt 4.

 

 

 

6.

Garanziji u impenji

 

 

 

7.

Negozjar akkont proprju jew akkont tal-klijenti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

 

 

 

7a.

Strumenti tas-suq monetarju (eż. ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta’ depożitu)

 

 

 

7b.

Kambju barrani

 

 

 

7c.

Futuri finanzjarji u opzjonijiet

 

 

 

7d.

Strumenti tal-kambju u tar-rata tal-imgħax

 

 

 

7e.

Titoli trasferibbli

 

 

 

8.

Parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ titoli u l-provvista ta’ servizzi relatati ma’ tali ħruġ

 

 

 

9.

Pariri lill-impriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u kwistjonijiet u pariri relatati kif ukoll servizzi relatati mal-fużjonijiet u x-xiri ta’ impriżi

 

 

 

10.

Senserija ta’ flus

 

 

 

11.

Ġestjoni tal-portafoll u konsulenza dwar tali ġestjoni

 

 

 

12.

Kustodja u amministrazzjoni ta’ titoli

 

 

 

13.

Servizzi ta’ referenza ta’ kreditu

 

 

 

14.

Servizzi ta’ kustodja sikura

 

 

 

15.

Ħruġ ta’ flus elettroniċi

 

 

 

2.1.4.

Il-lista tas-servizzi u l-attivitajiet li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti, u li huma previsti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), meta ssir referenza għall-istrumenti finanzjarji previsti fit-Taqsima C tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva

Strumenti finanzjarji

Servizzi u attivitajiet tal-investiment

Servizzi anċillari

 

A 1

A 2

A 3

A 4

A 5

A 6

A 7

A 8

A9

B 1

B 2

B 3

B 4

B 5

B 6

B 7

C1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota 1:

L-intestaturi tar-ringieli u l-kolonni huma referenzi għat-taqsima u n-numri tal-entrati fl-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE (eż. A1 jirreferi għall-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I)

2.2.   L-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa

2.2.1.

Id-deskrizzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa, inklużi l-linji ta’ rappurtar legali u funzjonali u l-pożizzjoni u r-rwol tal-fergħa fi ħdan l-istruttura korporattiva tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, tal-grupp tagħha

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

Id-deskrizzjoni tista’ tiġi appoġġata minn dokumenti rilevanti, bħal organigramma

2.2.2.

Deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-fergħa, inkluża l-informazzjoni li ġejja:

2.2.2.1.

Proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju tal-fergħa u dettalji dwar il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-istituzzjoni, u fejn applikabbli, tal-grupp tagħha

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.2.2.2.

Kwalunkwe limitu li japplika għall-attivitajiet tal-fergħa, b’mod partikolari għall-attivitajiet ta’ self tagħha

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.2.2.3.

Id-dettalji ta’ arranġamenti ta’ awditjar intern tal-fergħa, inklużi d-dettalji tal-persuna responsabbli għal dawn l-arranġamenti u, fejn applikabbli, id-dettalji tal-awditur estern

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.2.2.4.

L-arranġamenti kontra l-ħasil tal-flus tal-fergħa inklużi dettalji dwar il-persuna maħtura biex tiġi aċċertata konformità ma’ dawn l-arranġamenti

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.2.2.5.

Il-kontrolli fuq l-esternalizzazzjoni u arranġamenti oħra ma’ partijiet terzi b’konnessjoni mal-attivitajiet imwettqa fil-fergħa li huma koperti mill-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.2.3.

Fejn il-fergħa hija mistennija twettaq wieħed jew aktar mis-servizzi ta’ investiment u l-attivitajiet definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt(2), tad-Direttiva 2014/65/UE, deskrizzjoni tal-arranġamenti li ġejjin:

2.2.3.1.

L-arranġamenti għas-salvagwardja tal-flus u l-assi tal-klijenti

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.2.3.2.

L-arranġamenti għal konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 24, 25, 27 u 28 tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri adottati skont dawn mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru ospitanti

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.2.3.3.

Il-kodiċi ta’ kondotta intern inklużi l-kontrolli fuq negozjar akkont personali

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.2.3.4.

Id-dettalji tal-persuna responsabbli biex tittratta lmenti dwar is-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment tal-fergħa

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.2.3.5.

Id-dettalji tal-persuna maħtura sabiex taċċerta l-konformità mal-arranġamenti tal-fergħa rigward servizzi u attivitajiet ta’ investiment

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.2.4.

Id-dettalji ta’ esperjenza professjonali tal-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.3.   Informazzjoni oħra

2.3.1.

Il-pjan finanzjarju li fih previżjonijiet tal-karta bilanċjali u tar-rapport tal-introjtu, għal perjodu ta’ tliet snin inklużi s-suppożizzjonijiet sottostanti

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta bħala dokument mehmuż man-notifika

2.3.2.

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti tal-Unjoni u tal-iskemi ta’ protezzjoni tal-investitur fl-Istat Membru li tagħhom l-istituzzjoni tkun membru u li jkopru l-attivitajiet u s-servizzi tal-fergħa, flimkien mal-kopertura massima tal-iskema ta’ protezzjoni tal-investituri

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

2.3.3.

Dettalji tal-arranġamenti tal-IT tal-fergħa

[għandha timtela mill-istituzzjoni ta’ kreditu]

ANNESS II

Formola għall-komunikazzjoni ta’ notifika ta’ passaport ta’ fergħa

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari:

 

Isem id-dipartiment rilevanti:

 

L-indirizz tal-posta elettronika ġenerali tad-dipartiment rilevanti (jekk jeżisti):

 

Isem il-persuna ta’ kuntatt:

 

Numru tat-telefown:

 

Posta elettronika:

 

 

 

L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:

 

 

[Data]

 

Ref:

 

 

 

 

Il-komunikazzjoni ta’ notifika ta’ passaport ta’ fergħa

[Il-komunikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

 

l-isem u l-kodiċi ta’ referenza nazzjonali tal-istituzzjoni ta’ kreditu kif disponibbli fir-reġistru tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu miżmum mill-EBA;

 

il-LEI tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

 

id-dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li twettaq attivitajiet fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, inkluża d-data li fiha tiġi riċevuta n-notifika ta’ passaport ta’ fergħa li jkun fiha informazzjoni vvalutata bħala kompluta u korretta;

 

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni tal-fergħa;

 

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti tal-Unjoni u tal-iskemi ta’ protezzjoni tal-investitur li tagħhom l-istituzzjoni tkun membru u li jkopru l-attivitajiet u s-servizzi tal-fergħa.]

 

 

 

 

 

[Dettalji tal-kuntatt]

 

ANNESS III

Formola għall-komunikazzjoni tal-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji u r-rekwiżiti tal-fondi proprji

1.   Ammont u kompożizzjoni tal-fondi proprji fil-livell individwali u fil-livell konsolidat (fejn applikabbli u disponibbli)

Isem l-istituzzjoni ta’ kreditu: ________________________________________________________________

Data ta’referenza (Livell individwali): _________________________________________________________

Data ta’ referenza (Livell konsolidat – fejn applikabbli u disponibbli): ____________________________

Entrata

Ir-referenzi kollha huma għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)

Livell individwali

Ammont

(f’EUR miljun)

Livell konsolidat

(fejn applikabbli u disponibbli)

Ammont

(f’EUR miljun)

Fondi proprji

L-Artikolu 4(1), il-punt (118), u l-Artikolu 72

[data kif irrappurtata fir-ringiela 010 fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014  (4)]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 010 fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Kapital tal-Grad 1

L-Artikolu 25

[data kif irrappurtata fir-ringiela 015 fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 015 fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

L-Artikolu 50

[data kif irrappurtata fir-ringiela 020 fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 020 fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Kapital tal-Grad 1 addizzjonali

L-Artikolu 61

[data kif irrappurtata fir-ringiela 530 fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 530 fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Kapital tal-Grad 2

L-Artikolu 71

[data kif irrappurtata fir-ringiela 750 fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 750 fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

2.   Rekwiżiti ta’ fondi proprji

Isem l-istituzzjoni ta’ kreditu: ________________________________________________________________

Data ta’referenza (Livell individwali): _________________________________________________________

Data ta’ referenza (Livell konsolidat – fejn applikabbli u disponibbli): ____________________________

Entrata

Ir-referenzi kollha huma għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Livell individwali

Ammont

(f’EUR miljun)

Livell konsolidat

(fejn applikabbli u disponibbli)

Ammont

(f’EUR miljun)

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju

L-Artikoli 92(3) u l-Artikoli 95, 96 u 98

[data kif irrappurtata fir-ringiela 010 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 010 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju tar-riskji tal-kreditu, tal-kreditu tal-kontroparti u ta’ dilwizzjoni u konsenji bla ħlas

L-Artikolu 92(3), il-punti (a) u (f)

[data kif irrappurtata fir-ringiela 040 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 040 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għal saldu/konsenja

L-Artikolu 92(3), il-punt (c)(ii), u l-Artikolu 92(4), il-punt (b)

[data kif irrappurtata fir-ringiela 490 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 490 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tar-riskji ta’ pożizzjoni, tal-kambju barrani u tal-komoditajiet

L-Artikolu 92(3), il-punti (b)(i), (c)(i) u (c)(iii), u l-Artikolu 92(4), il-punt (b)

[data kif irrappurtata fir-ringiela 520 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 520 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju operazzjonali

L-Artikolu 92(3), il-punt (e), u l-Artikolu 92(4), il-punt (b)

[data kif irrappurtata fir-ringiela 590 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 590 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont addizzjonali tal-iskopertura għar-riskju minħabba l-ispejjeż ġenerali fissi

L-Artikolu 95(2), l-Artikolu 96(2), l-Artikolu 97 u 98(1), il-punt (a)

[data kif irrappurtata fir-ringiela 630 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 630 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu

L-Artikolu 92(3), il-punt (d)

[data kif irrappurtata fir-ringiela 640 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 640 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju marbut ma’ skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar

L-Artikolu 92(3), il-punt (b)(ii), u l-Artikoli 395 sa 401

[data kif irrappurtata fir-ringiela 680 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 680 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

Ammonti ta’ skoperturi għar-riskju oħra

L-Artikoli 3, 458, 459 u 500 u l-ammonti ta’ skoperturi għar-riskju li ma jistgħux jiġu assenjati f’waħda mill-entrati l-oħra ta’ din it-tabella

[data kif irrappurtata fir-ringiela 690 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

[data kif irrappurtata fir-ringiela 690 fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014]

ANNESS IV

Formola għan-notifika ta’ bidla li tikkonċerna terminazzjoni ppjanata tal-operazzjoni ta’ fergħa

Isem il-persuna ta’ kuntatt fl-istituzzjoni ta’ kreditu jew fergħa:

 

Numru tat-telefown:

 

Posta elettronika:

 

 

 

L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari:

 

L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:

 

 

 

 

[Data]

 

[Ref:]

 

 

 

 

Sottomissjoni ta’ bidla li tikkonċerna terminazzjoni ppjanata tal-operazzjoni ta’ fergħa

[In-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

 

l-isem u l-kodiċi ta’ referenza nazzjonali tal-istituzzjoni ta’ kreditu kif disponibbli fir-reġistru tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu miżmum mill-EBA;

 

il-LEI tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

 

l-isem tal-fergħa fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti;

 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

 

id-dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tittermina l-operazzjoni tal-fergħa fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti u d-data sa meta t-terminazzjoni se tkun effettiva;

 

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni li se jkunu responsabbli mill-proċess tal-itterminar tal-operazzjoni tal-fergħa;

 

l-iskeda ta’ żmien stmata għat-terminazzjoni ppjanata;

 

informazzjoni dwar il-proċess tal-itterminar tar-relazzjonijiet kummerċjali mal-klijenti tal-fergħa.]

 

fil-każijiet li fihom il-fergħa tipprovdi l-attività N. 1 (Ġbir ta’ depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura) taħt it-Taqsima 2.1.3 tal-Anness I, dikjarazzjoni mill-istituzzjoni ta’ kreditu li tindika l-miżuri li ttieħdu jew qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat li l-fergħa ma tibqax aktar iżżomm depożiti jew fondi oħra li jitħallsu lura tal-pubbliku permezz tal-fergħa wara t-terminazzjoni tal-operazzjoni ta’ dik il-fergħa.

 

[Dettalji tal-kuntatt]

 

ANNESS V

Formola għas-sottomissjoni tan-notifika ta’ passaport tas-servizzi

1.   Informazzjoni tal-kuntatt

Tip ta’ notifika

Notifika ta’ passaport tas-servizzi

L-Istat Membru ospitanti li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha l-ħsieb twettaq l-attivitajiet tagħha:

 

Isem u kodiċi ta’ referenza nazzjonali tal-istituzzjoni ta’ kreditu kif disponibbli fir-reġistru tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu miżmum mill-EBA:

 

LEI tal-istituzzjoni ta’ kreditu:

 

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjoni ta’ kreditu:

 

Isem il-persuna ta’ kuntatt fl-istituzzjoni ta’ kreditu:

 

Numru tat-telefown:

 

Posta elettronika:

 

2.   Lista tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti bl-indikazzjoni tal-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju tal-istituzzjoni ta’ kreditu fl-Istat Membru ospitanti, inkluża d-data tal-bidu maħsuba għal kull attività (preċiża kemm jista’ jkun)

Nru

Attività

L-attivitajiet li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha l-ħsieb twettaq (imla billi tikteb “X”)

L-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju

Id-data maħsuba ta’ bidu għal kull attività

1.

Ġbir ta’ depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura

 

 

 

2.

Self li jinkludi, fost l-oħrajn: kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà immobbli, fatturament b’azzjoni ta’ rivalsa jew mingħajr, il-finanzjament ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting)

 

 

 

3.

Leasing finanzjarju

 

 

 

4.

Servizzi ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)

 

 

 

4a

Servizzi li jippermettu li jitqiegħdu flus f’kont ta’ pagament u l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jitħaddem kont ta’ pagament

 

 

 

4b

Servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus minn kont ta’ pagament u l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jitħaddem kont ta’ pagament

 

 

 

4c

It-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, inkluż trasferiment ta’ fondi fuq kont ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew ma’ fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament:

it-twettiq ta’ debiti diretti, inklużi debiti diretti ta’ darba

it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard ta’ pagament jew tagħmir ieħor simili

it-twettiq ta’ trasferimenti ta’ kreditu, inklużi ordnijiet permanenti

 

 

 

4d (*)

Eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament fejn il-fondi jkunu koperti minn linja ta’ kreditu għal utent ta’ servizzi ta’ pagament:

it-twettiq ta’ debiti diretti, inklużi debiti diretti ta’ darba

it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard ta’ pagament jew mezz ieħor simili

it-twettiq ta’ trasferimenti ta’ kreditu, inklużi ordnijiet permanenti

 

 

 

4e (**)

Ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament

Akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament

 

 

 

4f

Rimessa ta’ flus

 

 

 

4 g

Servizz ta’ bidu ta’ pagament

 

 

 

4h

Servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

 

 

 

5.

Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta’ mezzi oħra ta’ pagament (pereżempju travellers’ cheques u bankers’ drafts) sa fejn tali attività ma tkunx koperta mill-punt 4

 

 

 

6.

Garanziji u impenji

 

 

 

7.

Negozjar akkont proprju jew akkont tal-klijenti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

 

 

 

7a

strumenti tas-suq monetarju (eż. ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta’ depożitu)

 

 

 

7b

kambju barrani

 

 

 

7c

futuri finanzjarji u opzjonijiet

 

 

 

7d

strumenti tal-kambju u tar-rata tal-imgħax

 

 

 

7e

titoli trasferibbli

 

 

 

8.

Parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ titoli u l-provvista ta’ servizzi relatati ma’ tali ħruġ

 

 

 

9.

Pariri lill-impriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u kwistjonijiet u pariri relatati kif ukoll servizzi relatati mal-fużjonijiet u x-xiri ta’ impriżi

 

 

 

10.

Senserija ta’ flus

 

 

 

11.

Ġestjoni tal-portafoll u konsulenza dwar tali ġestjoni

 

 

 

12.

Kustodja u amministrazzjoni ta’ titoli

 

 

 

13.

Servizzi ta’ referenza ta’ kreditu

 

 

 

14.

Servizzi ta’ kustodja sikura

 

 

 

15.

Ħruġ ta’ flus elettroniċi

 

 

 

3.   Il-lista tas-servizzi u l-attivitajiet li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti, u li huma previsti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, meta ssir referenza għall-istrumenti finanzjarji previsti fit-Taqsima C ta’ dak l-Anness

Strumenti finanzjarji

Is-servizzi u l-attivitajiet tal-investimenti

 

Servizzi anċillari

 

A 1

A 2

A 3

A 4

A 5

A 6

A 7

A 8

A9

B 1

B 2

B 3

B 4

B 5

B 6

B 7

C1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota 1:

L-intestaturi tar-ringieli u l-kolonni huma referenzi għat-taqsima u n-numri tal-entrati fl-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE (eż. A1 jirreferi għall-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I)

ANNESS VI

Formola għall-komunikazzjoni tan-notifika ta’ passaport tas-servizzi

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari:

 

Isem id-dipartiment rilevanti:

 

L-indirizz tal-posta elettronika ġenerali tad-dipartiment rilevanti (jekk jeżisti):

 

Isem il-persuna ta’ kuntatt:

 

Numru tat-telefown:

 

Posta elettronika:

 

 

 

L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:

 

 

 

 

[Data]

 

Ref:

 

 

Il-komunikazzjoni ta’ notifika ta’ passaport tas-servizzi

[Il-komunikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

 

l-isem u l-kodiċi ta’ referenza nazzjonali tal-istituzzjoni ta’ kreditu disponibbli fir-reġistru tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu miżmum mill-EBA;

 

il-LEI tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

 

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

 

id-dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li twettaq attivitajiet fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti fil-qafas tal-eżerċitar tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.]

 

 

 

 

 

[Dettalji ta’ kuntatt]

 


(1)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(*)  L-attività msemmija fil-punt 4d tinkludi l-għoti ta’ krediti f’konformità mal-Artikolu 18(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366?

☐ iva ☐ le

(**)  L-attività msemmija fil-punt 4e tinkludi l-għoti ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 18(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366?

☐ iva ☐ le

(2)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(*)  L-attività msemmija fil-punt 4d tinkludi l-għoti ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 18(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366?

☐ iva ☐ le

(**)  L-attività msemmija fil-punt 4e tinkludi l-għoti ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 18(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366?

☐ iva ☐ le