|
14.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 31/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/192
tal-20 ta’ Ottubru 2021
li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1151/2014 fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata meta jiġi eżerċitat id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(5), l-Artikolu 36(5) u l-Artikolu 39(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2014 (2) jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu meta jeżerċitaw id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. |
|
(2) |
Sabiex titrawwem il-konverġenza fil-prattiki ta’ valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tan-notifika ppreżentata mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jenħtieġ li l-informazzjoni speċifikata fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1151/2014 tiġi spjegata aktar fid-dettall. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu aġġornati ċerti referenzi għall-atti legali biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt. |
|
(3) |
L-informazzjoni li jipprovdu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu waqt in-notifika ta’ passaport għal fergħa jenħtieġ li tkun dettaljata biżżejjed biex jiġi żgurat li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tkun tista’ twettaq valutazzjoni preċiża u komprensiva tal-adegwatezza tal-istituzzjoni ta’ kreditu biex twettaq l-attivitajiet li għalihom tiġi sottomessa n-notifika ta’ passaport. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta tindika d-data tal-bidu maħsuba ta’ kull attività u mhux biss id-data tal-bidu maħsuba tal-attivitajiet prinċipali. B’mod simili, jenħtieġ li l-pjan finanzjarju li fih tbassir għall-karta tal-bilanċ u għar-rapport tal-introjtu għal perjodu ta’ tliet snin ikun jinkludi s-suppożizzjonijiet sottostanti. |
|
(4) |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-identifikazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu fil-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u dak ospitanti jew fil-komunikazzjoni bejn l-Istat Membru ospitanti jew tad-domiċilju u l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata, jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjoni ta’ kreditu lill-awtoritajiet kompetenti tindika l-kodiċi ta’ referenza nazzjonali tal-istituzzjoni ta’ kreditu u l-identifikatur ta’ entità ġuridika, jekk disponibbli. |
|
(5) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li d-depożiti jkunu sikuri u li l-informazzjoni finanzjarja li l-istituzzjoni ta’ kreditu tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tkun korretta u affidabbli. Għalhekk huwa meħtieġ li l-istituzzjoni ta’ kreditu, meta tissottometti komunikazzjoni dwar it-terminazzjoni ppjanata ta’ fergħa, tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-miżuri li ttieħdu jew li qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-fergħa ma tibqax iżżomm depożiti jew fondi ripagabbli tal-pubbliku wara t-terminazzjoni tal-operat ta’ dik il-fergħa. |
|
(6) |
In-notifika tal-passaport ta’ servizz jenħtieġ li tkun dettaljata biżżejjed biex jiġi żgurat li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tkun tista’ twettaq valutazzjoni preċiża u komprensiva tal-adegwatezza tal-istituzzjoni ta’ kreditu biex twettaq l-attivitajiet li għalihom tiġi sottomessa n-notifika ta’ passaport. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta tindika d-data tal-bidu maħsuba ta’ kull attività u mhux biss id-data tal-bidu maħsuba tal-attivitajiet prinċipali. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1151/2014 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(9) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1151/2014
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1151/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 4(2), jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 5, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2014 tal-4 ta’ Ġunju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata meta jeżerċitaw id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ĠU L 309, 30.10.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).