|
17.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/191
tal-16 ta’ Frar 2022
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar (“elementi tal-irbit”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”), abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-notifika ta’ bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2020 mill-European Industrial Fasteners Institute (“EIFI” jew “l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar (imsejħin ukoll “l-ilmentaturi”). Barra minn hekk, l-ilment kien appoġġat minn produtturi li kienu jirrappreżentaw aktar minn 58 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu minn Lulju 2019 sa Ġunju 2020. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Wara talba mill-ilmentatur appoġġata bl-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta’ elementi tal-irbit li joriġinaw miċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/970 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(4) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand diversi importaturi, l-European Fasteners Distributor Association (“EFDA”) u ċ-China Chamber of Commerce of Import and Export of Machinery and Electronic Products (“CCCME”). Il-Kummissjoni nnotat li, peress li ma ġiet adottata l-ebda miżura proviżorja, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-ġbir retroattiv tad-dazji ma kienx legalment possibbli. Tabilħaqq, l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku jistipula li “[j]ista’ jinġabar dazju anti-dumping definittiv minn fuq prodotti li ddaħħlu għall-konsum mhux iktar minn 90 ġurnata qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji” (enfasi miżjuda). Għalhekk, kulma ntqal dwar ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni sar irrilevanti u, b’dan, ir-Regolament ta’ reġistrazzjoni huwa mħassar kollu kemm hu. |
|
(5) |
Fl-aħħar, l-EFDA sostniet li f’każ li l-Kummissjoni ma timponix miżuri proviżorji, ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni jsir null u jenħtieġ li jiġi rtirat, bl-argument li l-uniku skop tar-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni jkun li jimponi miżuri definittivi b’mod retroattiv u li f’każ ta’ nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, l-applikazzjoni retroattiva ta’ miżuri definittivi ma tibqax fattibbli skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qablet u ħassret ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni. Il-ħtieġa li jiġu imposti dazji anti-dumping definittivi b’mod retroattiv hija vvalutata fil-premessi (591) u ta’ wara. |
1.3. Partijiet interessati
|
(6) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufin oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufin u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi magħrufin, lill-utenti, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet magħrufin li huma affettwati mill-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jieħdu sehem. |
|
(7) |
Is-CCCME talbet li titqies bħala parti interessata, bl-argument li tirrappreżenta l-industrija Ċiniża tal-elementi tal-irbit. L-EIFI kkontesta l-istatus tas-CCCME bħala parti interessata filwaqt li ddikjara li s-CCCME ma wriet l-ebda rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħha u l-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni; b’mod partikolari, is-CCCME ma ppreżentat l-ebda Statut ta’ Assoċjazzjoni jew xi lista tal-membri tagħha li turi li tista’ tirrappreżenta l-industrija Ċiniża tal-elementi tal-irbit. L-EIFI ddikjara li, għall-kuntrarju, is-sit web tas-CCCME jelenka 25 settur tal-industrija, mingħajr ma jsemmi speċifikament l-industrija tal-elementi tal-irbit. L-EIFI qal ukoll li għalkemm is-CCCME pprovdiet prokuri minn diversi kumpaniji, ma hemm l-ebda prova li dawk il-kumpaniji kienu produtturi tal-elementi tal-irbit. Fi kwalunkwe każ, is-CCCME, bħala organizzazzjoni mmexxija mill-Istat, kienet tirrappreżenta biss l-interessi taċ-Ċina u mhux dawk ta’ industrija minnha nfisha. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li s-CCCME ngħatat is-setgħa minn diversi produtturi tal-elementi tal-irbit fir-RPĊ sabiex taġixxi f’isimhom. Is-CCCME tista’ tkun parti interessata għal dan il-proċediment biss sa fejn ingħatat is-setgħa minn dawk il-produtturi speċifiċi tal-elementi tal-irbit sabiex tirrappreżentahom. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu tal-investigazzjoni
|
(9) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma talbet seduta ta’ smigħ dwar il-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(10) |
Fil-bidu, żewġ importaturi kkontestaw li l-perjodu ta’ investigazzjoni magħżul mill-Kummissjoni (mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020) kien jirrappreżenta l-perjodu immedjatament qabel il-bidu tal-investigazzjoni u ssuġġerew li l-perjodu ta’ investigazzjoni xieraq jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-1 ta’ Ottubru 2019 sat-30 ta’ Settembru 2020 kif meħtieġ skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(11) |
F’konformità mal-prattika tagħha u filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull investigazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 kien xieraq għall-fini li ssir sejba rappreżentattiva. L-industrija tal-Unjoni tal-elementi tal-irbit hija fil-biċċa l-kbira magħmula minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) u r-rapportar ta’ data kontabilistika li mhux ibbażata fuq nofs sena kien ikun ta’ piż bla bżonn. Barra minn hekk, il-prodott taħt investigazzjoni għandu ħafna varjazzjonijiet u tipi differenti li kienu jeħtieġu kwantità eċċezzjonalment għolja ta’ data kontabilistika sabiex tiġi kkonvertita u kkompilata għall-fini tal-investigazzjoni kurrenti. L-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku jippermetti devjazzjoni f’każijiet ġustifikati bħal dak kurrenti. Għalhekk, l-allegazzjoni li l-perjodu ta’ investigazzjoni magħżul ma kienx xieraq ma ntlaqgħetx. |
|
(12) |
L-istess żewġ importaturi sostnew li abbażi tal-indikaturi makroekonomiċi pprovduti fl-ilment, l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali u li ma hemm l-ebda rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u d-dannu mġarrab mill-ilmentatur. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur kienet biżżejjed sabiex tissodisfa l-istandard legali għall-bidu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku fir-rigward kemm tad-dannu materjali kif ukoll tal-kawżalità. Ta’ min ifakkar li l-istandard tal-evidenza fl-istadju tal-ilment huwa aktar baxx minn dak meħtieġ għall-impożizzjoni tal-miżuri. B’mod partikolari, l-ilment wera żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet miċ-Ċina li kważi ttriplikaw bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tal-ilment, li ssarraf f’żieda fis-sehem mis-suq li laħaq il-15 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-ilment. Il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu qed iwaqqgħu bil-kbir il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Kien hemm tnaqqis parallel fil-volum ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, telf ta’ impjiegi, tnaqqis fl-investimenti u trażżin tal-livelli tal-prezzijiet li rriżultaw f’telf sinifikanti ta’ profittabilità għall-industrija tal-Unjoni (madwar 50 % bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tal-ilment). Peress li dawn l-iżviluppi seħħew b’mod parallel maż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u billi ma ġie identifikat l-ebda fattur ieħor li seta’ kkawża t-tnaqqis fir-ritmu tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm biżżejjed evidenza li d-dannu materjali kien ikkawżat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(14) |
Is-CCCME esprimiet dubji dwar il-volumi tal-importazzjoni fl-ilment, b’mod speċifiku l-istimi magħmula mill-ilmentatur sabiex jeskludi l-importazzjonijiet tal-elementi tal-azzar inossidabbli mill-volum totali tal-importazzjoni taħt ċerti kodiċijiet NM. Innotat ukoll li ma sar l-ebda aġġustament bħal dan fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn. Is-CCCME ma offriet l-ebda metodoloġija alternattiva sabiex jiġu stmati l-volumi tal-importazzjonijiet tal-elementi tal-irbit tal-azzar inossidabbli. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni sabet li l-metodoloġija proposta mill-ilmentaturi kienet raġonevoli peress li kienet ibbażata fuq data storika u fuq l-aħjar għarfien tas-suq tal-ilmentatur. Il-fatt li ma sar l-ebda aġġustament għal sorsi oħrajn ta’ importazzjoni potenzjalment irriżulta fis-sottovalutazzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi u, għalhekk, ma xeħitx dubju fuq il-valutazzjoni ġenerali fl-ilment. Peress li s-CCCME ma pproponietx metodoloġija oħra li tkun aktar xierqa minn dik proposta mill-ilmentaturi, il-Kummissjoni warrbet l-allegazzjonijiet tas-CCCME. |
1.5. Talba għall-anonimat
|
(16) |
Il-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni li jew kienu rrappreżentati mill-ilmentatur – EIFI, jew li kienu jappoġġaw l-ilment talbu li jiksbu trattament ta’ anonimat sabiex jipprevjenu azzjonijiet ta’ ritaljazzjoni possibbli minn klijenti fl-Unjoni li kienu jakkwistaw l-elementi tal-irbitminn fornituri Ċiniżi wkoll. Dawn il-klijenti kienu jinkludu xi kumpaniji kbar b’saħħa sinifikanti fis-suq meta mqabblin mal-produtturi tal-Unjoni ta’ elementi tal-irbit li fil-biċċa l-kbira huma SMEs. |
|
(17) |
Żewġ importaturi kkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-anonimat lil dawn il-kumpaniji peress li qalu li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ xi effett negattiv possibbli. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Meta titqies l-asimmetrija bejn il-produtturi u l-utenti tal-elementi tal-irbit tal-Unjoni, hija kkonkludiet li r-riskju ta’ ritaljazzjoni allegat mill-produttur tal-Unjoni rrapreżentati mill-EIFI u s-sostenituri tiegħu tabilħaqq kien jeżisti (4). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tat trattament kunfidenzjali lil isem dawn il-kumpaniji. Għalhekk, dak li ntqal kontra dan it-trattament kunfidenzjali ġie miċħud. |
|
(19) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-EFDA ddikjaraw li ma saret l-ebda talba xierqa għall-anonimità mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni rċeviet talbiet għall-anonimat mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fit-8 ta’ Jannar 2021, wara li preċedentement irċeviet, fit-18 ta’ Diċembru 2020, talba mill-ilmentatur EIFI sabiex tkompli tittratta l-ismijiet tal-ilmentaturi u tas-sostenituri kunfidenzjali wara l-bidu tal-investigazzjoni u sakemm ikunu jistgħu jiġu ppreżentati talbiet individwali mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Minħabba s-serjetà tat-theddid ta’ ritaljazzjoni, u peress li kienet konxja mill-intenzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jipprovdu t-talbiet rilevanti, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li diġà jiġu protetti l-identitajiet tagħhom bejn il-bidu tal-investigazzjoni fil-21 ta’ Diċembru 2020 u t-8 ta’ Jannar 2021 meta waslu t-tali talbiet. It-talbiet ġew riċevuti u ġew aċċettati għall-produtturi kollha tal-Unjoni li finalment intgħażlu fil-kampjun. L-EFDA sostniet ukoll li l-EIFI ma kienx intitolat li jissottometti talbiet bħal dawn li misshom ġew ipprovduti fuq bażi ta’ kumpaniji individwali. Peress li l-EIFI għandu l-mandat li jirrappreżenta kemm lill-industrija tal-Unjoni lmentatriċi kif ukoll lill-membri individwali tagħha, u minħabba li l-EIFI bagħat biss it-talbiet individwali ffirmati mill-kumpaniji kkonċernati, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(21) |
L-istess partijiet qalu wkoll li ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex l-ismijiet tal-kumpaniji fil-kampjun għandhom jinżammu kunfidenzjali minħabba li l-parteċipazzjoni fil-kampjun ma timplikax jekk kumpanija hijiex ilmentatur jew sostenitur, iżda sempliċiment li tkun qed tikkoopera. F’dan ir-rigward, huma rreferew għar-Rapport tal-Korp tal-Appell EC- Fasteners (China) (5) fejn il-Kummissjoni kienet ta’ fehma simili. L-istess partijiet qalu wkoll li l-partijiet interessati li jopponu l-miżuri kellhom interess li kemm jista’ jkun produtturi tal-Unjoni jikkooperaw u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni u li, għalhekk, il-biża’ ta’ ritaljazzjoni kien bla bażi. B’mod simili, il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea kkontestat li ma kienx hemm xi evidenza konklużiva ta’ theddida ta’ ritaljazzjoni minn klijenti fl-Unjoni. Il-Kummissjoni aċċettat it-talbiet għall-anonimat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun peress li t-theddid ta’ ritaljazzjoni ma kienx preżenti biss għall-ilmentaturi u għas-sostenituri, iżda wkoll għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kif evidenzjat mit-talbiet li rċeviet. L-assigurazzjonijiet riċevuti mill-EFDA u mis-CCCME wara d-divulgazzjoni finali ma setgħux jaħbu l-eżistenza ta’ theddid bħal dan. Għalhekk, kulma ntqal f’dan ir-rigward ma ntlaqax. |
1.6. Dikjarazzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità
|
(22) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-EFDA tennew li l-fajl mhux kunfidenzjali kien insuffiċjenti f’partijiet u li mhux dejjem ġew ipprovduti sommarji mhux kunfidenzjali adegwati. Huma qalu li għandha tintwera raġuni tajba għal trattament kunfidenzjali u li sommarji mhux kunfidenzjali għandu jkun fihom dettalji biżżejjed sabiex jippermettu fehim raġonevoli tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali. Iż-żewġ partijiet ipprovdew lista ta’ eżempji fejn tali kriterji allegatament ma ġewx issodisfati. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-eżempji ċċitati wara d-divulgazzjoni finali jew kienu diġà preċedentement soġġetti għal talbiet għal divulgazzjoni ulterjuri minn dawk il-partijiet u ġew indirizzati kif xieraq matul l-investigazzjoni f’komunikazzjonijiet bilaterali ma’ dawn il-partijiet u matul seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fid-29 ta’ Novembru 2021 mitluba mill-EFDA; jew kienu relatati ma’ informazzjoni li ma kinitx parti mill-fatti u mill-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet finali tagħha; jew tqiesu mhux xierqa minħabba li ntweriet raġuni xierqa għal trattament kunfidenzjali u s-sommarji mhux kunfidenzjali pprovduti kienu f’dettall suffiċjenti sabiex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali f’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku. Waħda mit-talbiet kienet relatata mal-kummenti ta’ parti interessata oħra wara d-divulgazzjoni li saret disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali fi żmien tlett ijiem. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
1.7. Allegazzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fajl mhux kunfidenzjali
|
(24) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-EFDA tennew it-tħassib tagħhom dwar il-ġestjoni tal-fajl mhux kunfidenzjali li jallega li (i) ċerta korrispondenza mal-ilmentatur kienet nieqsa mill-fajl mhux kunfidenzjali, li (ii) korrispondenza oħra tħassret u (iii) li ċerti dokumenti ttellgħu biss fi stadju tard ħafna. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni tinnota li dawn l-allegazzjonijiet kienu diġà soġġetti għal kjarifika mill-Kummissjoni f’komunikazzjonijiet bilaterali ma’ dawn il-partijiet u matul seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fid-29 ta’ Novembru 2021 mitluba mill-EFDA. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni li ċerta korrispondenza mal-ilmentatur kienet nieqsa fil-fajl hija indirizzata wkoll fil-premessa (47) u d-dikjarazzjoni rigward l-allegata informazzjoni tardiva lill-partijiet interessati fir-rigward tar-reviżjoni tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni fil-premessa (44). Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħudin. |
1.8. Kampjunar
1.8.1. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(26) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet kampjun proviżorju tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ fl-Unjoni rrapportati mill-produtturi tal-Unjoni fil-formola permanenti, filwaqt li qieset ukoll il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u rappreżentazzjoni tal-SMEs. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn sitt produtturi tal-Unjoni, li jinsabu f’erba’ Stati Membri differenti. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. |
|
(27) |
Wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun proviżorju (SME) informa lill-Kummissjoni li mhux setax jipprovdi kwestjonarju komplut. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrevedi l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni billi tissostitwixxi lil din il-kumpanija mal-akbar SME li jmiss fl-istess Stat Membru. |
|
(28) |
L-EFDA qalet li ma setgħetx tipprovdi kummenti sinifikanti dwar il-kampjun magħżul, peress li ma ngħatatx biżżejjed żmien u minħabba l-anonimat mogħti lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Is-CCCME qalet li l-anonimat tal-produtturi tal-Unjoni waqqafhom milli jkunu jafu t-taħlita tal-prodott prodotta mill-kumpaniji magħżulin u li jivverifikaw l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ dawk il-kumpaniji. L-EFDA u s-CCCME argumentaw li filwaqt li l-anonimat ntalab u ngħata lill-ilmentaturi u lis-sostenituri tal-ilment, tali trattament ma setax jiġi estiż awtomatikament għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Huma argumentaw li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu sempliċiment partijiet li kkooperaw u, għalhekk, mhux neċessarjament ilmentaturi jew sostenituri. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex il-Kummissjoni kellha tittratta l-identità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bħala kunfidenzjali. Billi ma waslet l-ebda talba separata għall-anonimat mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni tat dan it-trattament indebitament lill-produtturi tal-Unjoni magħżulin. |
|
(29) |
L-EFDA u s-CCCME argumentaw ukoll li, fi kwalunkwe każ, ma kien hemm l-ebda raġuni tajba għal tali trattament peress li dan kien jimpedixxi lill-partijiet interessati milli jipprovdu kummenti sinifikattivi dwar il-kampjun magħżul u rraġunaw li f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali trid titqies fid-dawl tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati. |
|
(30) |
Il-British and Irish Association of Fastener Distributors (“BIFAD”), f’isem il-membri Irlandiżi tagħha, qalet b’mod simili li ma ngħatatx biżżejjed żmien sabiex tipprovdi kummenti dwar il-kampjun proviżorju u li l-anonimat mogħti lill-kumpaniji magħżulin ma jippermettilhiex tivvaluta jekk il-kampjun intgħażilx b’mod raġonevoli u bbilanċjat. Talbet li tingħata aktar informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-kapaċitajiet, il-firxa ta’ prodotti u s-swieq moqdijin ta’ kull kumpanija. |
|
(31) |
Rigward il-perjodu ta’ żmien mogħti għall-kummenti dwar il-kampjun proviżorju, il-partijiet interessati ngħataw sebat ijiem mill-bidu tal-investigazzjoni li ġew estiżi b’sebat ijiem oħrajn fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċjali ta’ dan il-każ, li tqies li kien biżżejjed ukoll meta wieħed iqis l-iskadenzi stretti applikabbli għall-investigazzjonijiet anti-dumping. Il-Kummissjoni tinnota li l-partijiet interessati kollha li kkooperaw b’mod attiv fl-investigazzjoni pprovdew kummenti f’dan il-perjodu ta’ żmien. Għalhekk, l-allegazzjoni li l-partijiet ma kellhomx biżżejjed żmien sabiex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju ġiet miċħuda. |
|
(32) |
Rigward l-anonimat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, fit-18 ta’ Diċembru 2020, tressqet talba sabiex it-trattament anonimu mogħti lill-ilmentatur u lis-sostenituri fl-istadju ta’ qabel il-bidu jenħtieġ li jiġi estiż għall-investigazzjoni. Billi l-kampjunar huwa parti mill-investigazzjoni, it-trattament kunfidenzjali kopra wkoll l-eżerċizzju ta’ kampjunar. Barra minn hekk, fit-8 ta’ Jannar 2021, il-produtturi tal-Unjoni magħżulin fil-kampjun talbu l-anonimat speċifikament matul l-investigazzjoni. |
|
(33) |
Billi tat l-anonimat lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni bbilanċjat kif xieraq ir-riskju ta’ ritaljazzjoni, minn naħa waħda, u d-drittijiet tal-partijiet interessati, min-naħa l-oħra, u kkonkludiet li kien hemm riskju kbir ħafna ta’ ritaljazzjoni li kien jiġġustifika l-għoti ta’ kunfidenzjalità lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fir-rigward tal-identità tagħhom. Għalhekk, l-argumenti f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(34) |
Fir-rigward tat-talba sabiex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-kapaċitajiet u l-firxiet ta’ prodotti mmanifatturati, il-Kummissjoni qieset li d-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni għal kull kumpanija tkun tippermetti lill-partijiet interessati jidentifikaw lill-produtturi tal-Unjoni kkonċernati. Madankollu, huwa nnotat li, fid-dawl tat-tqabbil għoli bejn il-prezzijiet tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-biċċa l-kbira tat-tipi tal-prodott immanifatturati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġew iddivulgati lill-produtturi esportaturi fil-kampjun permezz tal-kalkoli dettaljati tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Huwa nnotat ukoll li l-metodoloġija sabiex jintgħażel il-kampjun ġiet iddivulgata kif xieraq lill-partijiet interessati u ma wasal l-ebda kumment dwar il-metodoloġija bħala tali. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(35) |
Matul l-investigazzjoni, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun informa lill-Kummissjoni li ma kienx se jkun jista’ jwieġeb għall-kwestjonarju sħiħ tal-Kummissjoni. Produttur ieħor tal-Unjoni fil-kampjun ma kienx f’pożizzjoni li jipprovdi assigurazzjoni suffiċjenti dwar id-data pprovduta għall-verifika. Għalhekk, dawn il-produtturi tal-Unjoni ġew esklużi mill-kampjun. |
|
(36) |
Sabiex tiżgura li l-kampjun jibqa’ rappreżentattiv f’termini tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrevedi l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni billi tissostitwixxi l-kumpaniji msemmijin hawn fuq bl-akbar żewġ produtturi li jmiss f’termini ta’ volumi u ta’ bejgħ, filwaqt li tqis ukoll il-firxa ġeografika u t-taħlita wiesgħa tat-tip ta’ prodott. Kif iddikjarat fin-nota mal-fajl tal-15 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni matul il-fażi wieqfa, li tintuża wkoll għal skopijiet ta’ kampjunar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fittxet informazzjoni disponibbli pubblikament u vverifikat is-siti web tal-kumpaniji kkonċernati. Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-kumpaniji u stednithom jikkooperaw billi jimlew kwestjonarju. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. |
|
(37) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mis-CCCME, mill-EFDA u minn produttur esportatur wieħed, Celo Suzhou Precision Fasteners Ltd (“Celo Suzhou”). |
|
(38) |
Is-CCCME u l-EFDA allegaw li ma ngħatax biżżejjed żmien lill-partijiet interessati sabiex jipprovdu kummenti dwar il-kampjun emendat. Il-Kummissjoni nnotat li la s-CCCME u lanqas l-EFDA ma talbu estensjoni tal-iskadenza u li t-tnejn li huma ppreżentaw kummenti dettaljati dwar il-kampjun emendat tal-produtturi tal-Unjoni; għalhekk, l-allegazzjoni tagħhom ma ntlaqgħetx. |
|
(39) |
Iż-żewġ partijiet tennew ma kellux jingħata l-anonimat lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, iżda, minkejja dan ma pprovdewx argumenti ulterjuri. Għalhekk, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (32), dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(40) |
Barra minn hekk, is-CCCME argumentat li partijiet interessati oħrajn ġew ittrattati b’mod diskriminatorju peress li ġew imposti fuqhom skadenzi stretti, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġodda kienu ngħataw skadenza sabiex iwieġbu għall-kwestjonarju li tintemm kważi 6 xhur wara l-iskadenza mogħtija lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun oriġinali. Barra minn hekk, meta jitqies li l-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien sabiex tanalizza l-kwestjonarji li rċeviet sa din l-iskadenza estiża, ma kellha l-ebda raġuni sabiex timponi skadenza ħafna iqsar għall-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar il-kampjun il-ġdid. |
|
(41) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun ġew ittrattati b’mod ugwali u ngħataw 30 jum flimkien ma’ estensjonijiet ġustifikati, jekk applikabbli sabiex iwieġbu l-kwestjonarji minn meta ġew mgħarrfin li kienu ġew inklużi fil-kampjun. Għalhekk, l-allegazzjoni tas-CCCME li xi produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien ikollhom aktar minn 6 xhur sabiex iwieġbu għall-kwestjonarju hija qarrieqa. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li kampjun jiġi ffinalizzat biss wara apprezzament tal-kummenti riċevuti mill-partijiet interessati u, għalhekk, l-iskadenza għall-kummenti dwar il-kampjun hija stabbilita mill-Kummissjoni skont dan, filwaqt li jitqiesu l-iskadenzi ġenerali tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-allegazzjoni ta’ trattament diskriminatorju. |
|
(42) |
Is-CCCME u l-EFDA allegaw ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx informat lill-partijiet interessati dwar l-irtirar tal-kooperazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni kkonċernati fil-ħin u li missha nnotifikat ukoll lill-partijiet interessati bl-emenda tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni fi stadju aktar bikri. Is-CCCME rreferiet għall-Artikolu 6(7) tar-Regolament bażiku, li jistipula li l-partijiet interessati jistgħu “jispezzjonaw l-informazzjoni kollha magħmula disponibbli minn kwalunkwe parti għal investigazzjoni”. L-EFDA qalet li l-Kummissjoni ħadet deċiżjoni finali dwar il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni mingħajr ma qieset b’mod adegwat il-kummenti tal-partijiet interessati li jkun evidenzjati mill-fatt li l-produtturi tal-Unjoni magħżulin addizzjonalment kienu diġà ntbagħtulhom kwestjonarji qabel ma waslu t-tali kummenti. |
|
(43) |
Barra minn hekk, is-CCCME u l-EFDA ssuġġerew li, minflok ma jiġi emendat il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u ttemm l-investigazzjoni. Is-CCCME nnotat li f’każ li l-produtturi esportaturi ma jibqgħux jikkooperaw matul investigazzjoni, jiġu applikati l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li, għalhekk, jenħtieġ li jingħata l-istess trattament lill-produtturi tal-Unjoni. Alternattivament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija tal-għażla tal-kumpaniji addizzjonali għall-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni u b’mod partikolari dwar kif dawk il-kumpaniji ġew identifikati, kif ukoll dwar l-impatt fuq ir-rappreżentattività tal-kampjun finali. F’dan ir-rigward, iż-żewġ partijiet allegaw ukoll li l-Kummissjoni għażlet il-kumpaniji addizzjonali biss fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur mingħajr ma rċeviet xi input minn partijiet interessati oħrajn. |
|
(44) |
Rigward id-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni insuffiċjenti, il-Kummissjoni tinnota li żiedet l-informazzjoni rilevanti kollha fil-fajl fi żmien suffiċjenti sabiex il-partijiet interessati setgħu jikkummentaw. Il-Kummissjoni qieset il-kummenti kollha li rċeviet u indirizzathom b’mod adegwat. Id-dikjarazzjoni li kumpaniji addizzjonali ntgħażlu biss fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur hija fattwalment żbaljata kif deskritt ukoll fil-premessa (36). |
|
(45) |
Fuq talba tagħhom, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni addizzjonali lill-EFDA u lis-CCCME rigward il-kampjun rivedut inkluż l-impatt fuq ir-rappreżentattività tal-kampjun. Is-CCCME tenniet it-talba tagħha għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali rigward is-sehem preċiż tal-produzzjoni u tal-bejgħ ta’ elementi tal-irbit standard u mhux standard tal-produtturi tal-Unjoni magħżulin fil-kampjun u kjarifika dwar il-kriterji u l-metodoloġija użati għall-għażla tal-produtturi addizzjonali tal-Unjoni. Is-CCCME talbet ukoll id-divulgazzjoni tal-komunikazzjoni bejn l-ilmentatur u l-Kummissjoni dwar l-għażla tal-produtturi addizzjonali tal-Unjoni. |
|
(46) |
Fir-rigward tal-pretensjoni sabiex tintemm l-investigazzjoni minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Artikolu 17(4) tar-Regolament bażiku speċifikament jippermetti li f’każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni minn xi partijiet jew mill-partijiet kollha magħżulin f’kampjun li x’aktarx jaffettwa materjalment l-eżitu tal-investigazzjoni, jista’ jintgħażel kampjun ġdid. Fir-rigward tal-pretensjoni ta’ diskriminazzjoni fil-konfront tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni tinnota li f’każ li produttur esportatur fil-kampjun ma jibqax jikkoopera f’investigazzjoni, dan l-esportatur jiġi eskluż mill-kampjun u l-informazzjoni pprovduta tiġi injorata. Meta jkun għadu possibbli, il-Kummissjoni tissostitwixxi wkoll tali produttur esportatur fil-kampjun. Dan l-istess approċċ ġie segwit ukoll fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni inkwistjoni. Għalhekk, kulma ntqal f’dan ir-rigward ġie miċħud. |
|
(47) |
Rigward it-talba għal aktar informazzjoni, il-Kummissjoni tirreferi għall-premessa (36) li tistabbilixxi l-kriterji użati għall-għażla tal-produtturi addizzjonali tal-Unjoni kif ukoll il-metodoloġija applikata. Is-sehem preċiż tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-elementi tal-irbit standard u mhux standard tal-produtturi tal-Unjoni bħala tali ma kienx kriterju għall-għażla tal-kampjun, u l-produzzjoni tal-elementi tal-irbit standard lanqas ma kienet l-uniku kriterju għall-għażla fil-kampjun. Kif stabbilit fil-premessa (110), it-tipi kollha tal-prodott tqiesu bħala prodott uniku. L-industrija tal-Unjoni pproduċiet u biegħet elementi tal-irbit standard u mhux standard, kif ukoll il-produtturi esportaturi esportaw għall-industrija tal-Unjoni elementi tal-irbit standard u mhux standard u kien hemm trikkib fl-applikazzjonijiet tal-użu aħħari. Barra minn hekk, meta jintgħażlu l-kumpaniji li għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli. Il-komunikazzjoni bejn l-ilmentatur u l-Kummissjoni ġiet iddivulgata f’konformità mal-Artikolu 6(7) tar-Regolament bażiku, filwaqt li ġie rrispettat l-Artikolu 19(1), li jipprevedi li l-informazzjoni pprovduta b’mod kunfidenzjali jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala tali mill-awtoritajiet. F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-partijiet interessati sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni pprovduta b’mod kunfidenzjali. Għalhekk, it-talbiet ġew miċħudin. |
|
(48) |
Celo Suzhou qalet li l-kampjun tal-produtturi esportaturi missu qies it-tipi tal-prodott esportati sabiex il-prezzijiet tal-esportazzjoni jkunu komparabbli mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi magħżulin fil-kampjun tal-industrija tal-Unjoni. Kif innotat fil-premessa (36), il-Kummissjoni għażlet kampjun li żgura taħlita wiesgħa tal-prodott. Minħabba l-livell għoli ta’ tqabbil li nstab f’dan il-każ (aktar minn 90 %), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien jinkludi t-tipi tal-prodott l-aktar esportati lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(49) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kampjun finali li kien jikkonsisti f’sitt produtturi tal-Unjoni tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(50) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA tenniet li ma setgħetx tipprovdi kummenti sinifikattivi dwar il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni minħabba li l-identità tal-produtturi tal-Unjoni nżammet kunfidenzjali. Tenniet ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tinforma lill-partijiet interessati dwar l-emenda tal-kampjun matul l-investigazzjoni u li l-Kummissjoni kienet iddeċidiet dwar il-kumpaniji addizzjonali li kellhom jiġu inklużi fil-kampjun sa minn qabel ma għarrfet lill-partijiet interessati u ma tathom l-opportunità li jikkummentaw. L-EFDA u s-CCCME tennew li l-informazzjoni kienet nieqsa mill-fajl mhux kunfidenzjali u li l-Kummissjoni ma ddivulgatx il-volum totali tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Is-CCCME tenniet it-tħassib tagħha dwar ir-reviżjoni tal-kampjun u allegat li ma kien ikun hemm l-ebda spjegazzjoni għaliex tnejn mill-produtturi tal-Unjoni ħarġu mill-kampjun. |
|
(51) |
Rigward l-affermazzjoni dwar l-anonimat tal-produtturi tal-Unjoni, din diġà ġiet indirizzata fil-premessi (16) sa (21). Bl-istess mod, l-affermazzjoni dwar id-divulgazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tal-għażla tal-kampjun diġà kienet ġiet indirizzata fil-premessa (44) u hekk ukoll l-affermazzjoni dwar il-kompletezza tal-fajl mhux kunfidenzjali li ġiet indirizzata fil-premessa (47). Il-Kummissjoni ddivulgat ukoll ir-raġunijiet għar-reviżjoni tal-kampjun fil-premessa (35), u barra minn hekk din l-informazzjoni kienet ukoll fil-fajl mhux kunfidenzjali qabel id-divulgazzjoni. Billi ma ġie pprovdut l-ebda argument ieħor f’dan ir-rigward, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. Rigward il-volum totali tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, dan ma kienx parti mill-analiżi minħabba li huwa indikatur makroekonomiku u, għalhekk, ma kien hemm l-ebda raġuni sabiex tiġi pprovduta informazzjoni bħal din lill-partijiet interessati. B’mod partikolari, fil-premessa (352) il-Kummissjoni indikat kemm il-kumpaniji fil-kampjun kienu jirrappreżentaw mill-produzzjoni totali tal-Unjoni u l-partijiet interessati setgħu fi kwalunkwe każ jiddeduċu għall-volum tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(52) |
L-EFDA qalet ukoll li l-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni kontradittorja dwar in-numru ta’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u r-rappreżentattività tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. L-EFDA tenniet ukoll it-tħassib tagħha dwar il-proċedura tal-għażla tal-kampjun u l-informazzjoni pprovduta lill-partijiet interessati f’dan ir-rigward. |
|
(53) |
Rigward in-numru ta’ kumpaniji fil-kampjun, id-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali tabilħaqq kien fih żball klerikali f’żewġ paragrafi li indika li fil-kampjun ġew inklużi erba’ produtturi tal-Unjoni, minflok sitta. Dan l-iżball ġie rrettifikat immedjatament malli l-Kummissjoni ġiet avżata b’dan. In-numru korrett tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġie kkomunikat lill-partijiet interessati matul l-investigazzjoni f’nota mqiegħda fil-fajl mhux kunfidenzjali. Fir-rigward tar-rappreżentattività tal-kampjun, il-Kummissjoni kkonfermat li ċ-ċifri kollha pprovduti mill-Kummissjoni kienu korretti u, għalhekk, il-pretensjoni tal-EFDA hija bla bażi. Filwaqt li ċ-ċifra fid-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali (9,5 %) kienet tindika r-rappreżentattività fir-rigward tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, iċ-ċifra pprovduta lill-EFDA fuq talba matul l-investigazzjoni (18 %) kienet tindika r-rappreżentattività fir-rigward tal-volum tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni li ppreżentaw irwieħhom qabel il-bidu u pprovdew l-informazzjoni neċessarju għall-eżerċizzju ta’ kampjunar. Din iċ-ċifra ġiet ikkomunikata lill-EFDA fuq talba diversi xhur qabel id-divulgazzjoni u, għalhekk, qabel id-determinazzjoni tal-volum tal-produzzjoni totali fl-Unjoni. |
|
(54) |
B’referenza għall-proċedura segwita, il-Kummissjoni tfakkar li kif stabbilit fil-premessa (46), f’konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament bażiku, hija kellha temenda l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni taż-żewġ kumpaniji inizjalment inklużi fil-kampjun. Rigward il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-aspetti ta’ divulgazzjoni matul dan il-proċess, dan diġà ġie spjegat fid-dettall fil-premessi (28) sa (47) aktar ’il fuq. L-emenda tal-kampjun preliminari magħżul fil-bidu kienet ibbażata fuq il-kummenti li waslu mingħand il-partijiet interessati bħala parti mill-proċess ta’ kampjunar deskritt fin-Notifika ta’ bidu. |
|
(55) |
Is-CCCME u l-EFDA finalment qalu li d-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali kien fih informazzjoni kontradittorja dwar il-metodoloġija għar-reviżjoni tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni u li l-informazzjoni fid-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali, kienet tikkontradixxi wkoll il-komunikazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni lill-produtturi tal-Unjoni magħżulin ġodda. B’mod partikolari, is-CCCME allegat li s-sehem tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-elementi tal-irbit standard u mhux standard kien kriterju ewlieni sabiex jintgħażel il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, kif allegatament muri mill-komunikazzjoni msemmija qabel lill-produtturi tal-Unjoni magħżulin ġodda. Dawn l-allegazzjonijiet kienu fattwalment żbaljati. Il-Kummissjoni ma indikatx lil xi waħda mill-partijiet interessati, inklużi l-produtturi tal-Unjoni magħżulin ġodda, li s-sehem tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-elementi tal-irbit standard u mhux standard ikun kriterju ewlieni għall-għażla tal-kampjun. Il-Kummissjoni tinnota li din id-data normalment ma tkunx disponibbli f’dak il-livell ta’ dettall fl-istadju tal-kampjunar. L-istess jgħodd għal din l-investigazzjoni. Dan ma jeskludix li madankollu kien possibbli għall-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, li tiddetermina fuq bażi globali, jekk produttur tal-Unjoni kienx jipproduċi elementi tal-irbit standard jew mhux standard, kif spjegat fil-premessa (36). Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(56) |
Fuq bażi aktar ġenerali, l-EFDA elementi tal-irbit li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx rappreżentattiv peress li wieħed miż-żewġ produtturi tal-elementi tal-irbit standard magħżulin fil-kampjun kien SME u, għalhekk, id-data tat-tieni wieħed biss ikollha impatt imdaqqas. Din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata aktar. Il-Kummissjoni tinnota li tliet kumpaniji magħżulin fil-kampjun kienu SMEs filwaqt li t-tlieta l-oħrajn ma kinux. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-kampjun żgura taħlita tal-prodott rappreżentattiva kif stabbilit fil-premessa (36) u tqies b’mod ġenerali rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
1.8.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(57) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(58) |
Tmienja u għoxrin importatur mhux relatati ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ ħames importaturi fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet interessati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(59) |
L-EIFI qal li tnejn mill-importaturi mhux relatati magħżulin, li jappartjenu għall-istess grupp, ikunu relatati ma’ produttur tal-molol fiċ-Ċina u kienu wkoll qed jilliċenzjaw, permezz ta’ kumpanija relatata fl-Unjoni, il-produzzjoni ta’ ċerti elementi tal-irbit fiċ-Ċina. Għalhekk, ma setgħux jitqiesu bħala importaturi mhux relatati. L-EIFI qal ukoll li dawn il-kumpaniji kienu wkoll relatati ma’ produtturi tal-Unjoni tal-elementi tal-irbit. Fl-aħħar nett, l-EIFI nnota li peress li dawn iż-żewġ importaturi kienu relatati, fi kwalunkwe każ wieħed minnhom biss jenħtieġ li jibqa’ fil-kampjun, u l-ieħor kellu jiġi ssostitwit minn importatur ieħor li jikkoopera fl-Unjoni. Bi tweġiba għas-sottomissjoni tal-EIFI, l-EFDA qalet li jkun rilevanti biss jekk importatur ikunx relatat ma’ produttur li jkun qed jesporta wkoll lejn l-Unjoni sabiex jiġi eskluż mill-kampjun. L-EFDA argumentat li minħabba n-numru ta’ tipi tal-prodott importati mill-importaturi inkwistjoni u d-diversi segmenti forniti fl-Unjoni, dawn kellhom jibqgħu fil-kampjun. |
|
(60) |
L-importaturi inkwistjoni ċaħdu li kellhom xi kuntatti kummerċjali mal-produttur Ċiniż inkwistjoni, jew li importaw il-prodott ikkonċernat minn din il-kumpanija, jew li kienu relatati ma’ kwalunkwe produttur esportatur ieħor tal-elementi tal-irbit fiċ-Ċina. L-investigazzjoni ma kkonfermatx id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-EIFI u l-informazzjoni li l-EIFI ssottometta b’appoġġ ta’ din l-affermazzjoni lanqas ma wriet li l-importaturi inkwistjoni kienu tabilħaqq relatati ma’ xi wieħed mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, il-fatt li l-importaturi kienu relatati ma’ xulxin ma kienx ikkunsidrat bħala argument validu sabiex jiġu esklużi mill-kampjun. Il-kampjun kien jinkludi tliet importaturi mhux relatati oħrajn magħżulin fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ importazzjoni u firxa fi Stati Membri differenti. Il-kampjun kien jirrappreżenta 9 % tal-importazzjonijiet totali ta’ elementi tal-irbit miċ-Ċina u, għalhekk, tqies li kien rappreżentattiv biżżejjed. Għalhekk, l-allegazzjonijiet tal-EIFI f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
1.8.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(61) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fiċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(62) |
Tnejn u disgħin produttur esportatur jew grupp ta’ produtturi esportaturi miċ-Ċina pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Tliet produtturi esportaturi argumentaw li, peress li kienu jipproduċu tip ta’ prodott speċifiku li ma jkunx komparabbli ma’ tipi oħrajn ta’ prodotti esportati miċ-Ċina, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun għal rappreżentattività aħjar. |
|
(63) |
F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet tliet produtturi esportaturi/gruppi ta’ produtturi esportaturi, li jirrappreżentaw l-akbar volum ta’ esportazzjonijiet, li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Peress li l-produtturi esportaturi li talbu li jiġu inklużi fil-kampjun minħabba t-tip ta’ prodott speċifiku ma kinux fost dawk bl-ogħla volumi ta’ esportazzjonijiet, ma ntgħażlux fil-kampjun propost. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufin ikkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew informati u mistiedna jikkummentaw. |
|
(64) |
Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun talab li jiġi inkluż bl-argument li (i) kien wieħed mill-akbar esportaturi tal-elementi tal-irbit; (ii) l-inklużjoni tagħhom tkun tipprovdi stampa aktar akkurata tal-industrija taċ-Ċina tal-elementi tal-irbit u, (iii) għalhekk, tkun tagħti wkoll stampa aktar preċiża dwar kif ġew iddeterminati l-prezzijiet finali għall-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-grupp ta’ produtturi esportaturi argumenta li l-prezzijiet tal-importazzjoni bbażati fuq il-kampjun ma jkunux rappreżentattivi u, għalhekk, il-valur CIF fil-fruntiera tal-UE sabiex jiġi kkalkolat marġni preċiż ta’ twaqqigħ tal-prezz u ta’ bejgħ taħt il-prezz ibbażat fuq dawn il-prezzijiet ma jkunx akkurat. Fl-aħħar nett, il-kumpanija rreferiet għan-numru ogħla ta’ produtturi tal-Unjoni magħżulin fil-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, dan il-grupp ta’ produtturi esportaturi afferma li ż-żieda ta’ kumpanija oħra mal-kampjun ma twaqqafx lill-Kummissjoni milli tlesti l-investigazzjoni fi ħdan it-termini statutorji. |
|
(65) |
L-ewwel nett, fuq il-bażi tal-volum tal-esportazzjoni rrapportat mill-kumpanija, l-inklużjoni tal-grupp ta’ produtturi esportaturi kkonċernat ma tkunx iżżid b’mod sinifikanti r-rappreżentattività tal-kampjun. It-tieni, fir-rigward tal-allegazzjonijiet relatati mal-organizzazzjoni tal-industrija domestika Ċiniża, l-iffissar tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni u d-determinazzjoni tal-valur CIF fil-fruntiera tal-UE, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-inklużjoni tagħha żżid b’mod sinifikanti r-rappreżentattività tal-kampjun. Fl-istess ħin, minħabba l-istruttura tal-kumpanija tagħha, l-inklużjoni tagħha kienet iżżid piż addizzjonali sinifikanti għall-investigazzjoni. It-tielet, peress li l-kampjun magħżul tqies rappreżentattiv, seta’ jiġi stabbilit valur CIF affidabbli fil-fruntiera tal-UE, kif ukoll kalkoli akkurati tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Fl-aħħar nett, in-numru speċifiku ta’ kumpaniji magħżulin fil-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni huwa irrilevanti għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni mhijiex obbligata tagħżel l-istess numru ta’ kumpaniji fuq iż-żewġ naħat u l-eżerċizzju ta’ kampjunar huwa limitat preċiżament sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tinvestiga numru raġonevoli ta’ kumpaniji sal-iskadenzi sabiex tlesti l-investigazzjoni. Għalhekk, l-argumenti li saru minn dan il-grupp ma ntlaqgħux. |
|
(66) |
Grupp ieħor ta’ produtturi esportaturi argumenta li kellhom jiġu inklużi fil-kampjun, peress li l-grupp kollu jikkonsisti f’numru kbir ta’ produtturi u ta’ kummerċjanti fiċ-Ċina u fl-Unjoni, li għandhom kapaċitajiet konsiderevoli ta’ manifattura u ta’ provvista li jaffettwaw is-suq domestiku tiegħu u s-suq tal-Unjoni. |
|
(67) |
Madankollu, iż-żieda ta’ dan il-grupp ta’ produtturi esportaturi mal-kampjun kienet iżżid piż addizzjonali sinifikanti għall-investigazzjoni, mingħajr ma tbiddel il-livell ta’ rappreżentattività tal-kampjun propost b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, kien hemm produtturi esportaturi oħrajn b’volumi ta’ esportazzjoni akbar mill-grupp ta’ kumpaniji inkwistjoni li pprovdew informazzjoni għall-kampjunar. Minħabba li l-kampjun intgħażel abbażi tal-volum ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni kif imsemmi fil-premessa (63), l-inklużjoni fil-kampjun ta’ dan il-grupp ta’ produtturi għalhekk ma kinitx iġġustifikata. Għalhekk, l-argument li sar ma ntlaqax. |
|
(68) |
It-tielet produttur esportatur qal li l-kumpaniji magħżulin fil-kampjun ilkoll kienu produtturi tal-boltijiet, u li għalhekk il-kampjun propost ma kienx rappreżentattiv tal-produtturi Ċiniżi tal-viti. Bħala produttur tal-viti, din il-kumpanija talbet li tiġi inkluża fil-kampjun. Qalet ukoll li s-sejbiet għandhom isiru separatament għaż-żewġ tipi tal-prodott, jiġifieri viti fuq naħa waħda u boltijiet fuq in-naħa l-oħra. |
|
(69) |
Dan it-tħassib ġie rifless mis-CCCME, li argumentat li l-kampjun ma kienx rappreżentattiv f’termini ta’ volum u f’termini ta’ tipi tal-prodott koperti. |
|
(70) |
Kif spjegat fil-premessa (63), il-kampjun intgħażel abbażi tal-akbar volum esportat lejn l-Unjoni, filwaqt li t-tipi tal-prodott speċifiċi prodotti mill-kumpaniji magħżulin ma kinux kriterju. Kif stabbilit fil-premessa (110), it-tipi kollha ta’ elementi tal-irbit tqiesu bħala prodott uniku wieħed għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, kif stabbilit fil-premessa (398), sejbiet separati għal tipi tal-prodott individwali ma kinux ġustifikati. Barra minn hekk, il-produttur esportatur ma pprovda l-ebda evidenza li tappoġġa l-affermazzjoni tiegħu li s-sejbiet jenħtieġ li jsiru separatament għall-boltijiet minn naħa u għall-viti min-naħa l-oħra. Fl-aħħar nett, kien hemm produtturi esportaturi oħrajn li kkooperaw b’volumi ta’ esportazzjoni akbar minn tal-produttur esportatur ikkonċernat li pprovdew informazzjoni għall-kampjunar u l-inklużjoni ta’ dan tal-aħħar fil-kampjun, għalhekk, ma kinitx iġġustifikata. Għalhekk, l-argumenti ta’ dan il-produttur esportatur ma ntlaqgħux. |
|
(71) |
Fl-aħħar nett, l-EIFI qal li wieħed mill-produtturi esportaturi magħżulin missu tneħħa mill-kampjun, peress li huwa kummerċjant aktar milli manifattur tal-elementi tal-irbit u fi kwalunkwe każ is-suq ewlieni tiegħu kien l-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”) u mhux l-Unjoni. |
|
(72) |
It-tliet produtturi esportaturi kollha magħżulin fil-kampjun ikkonfermaw li l-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, kif irrapportat u użat mill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun, kien tal-produzzjoni tagħhom stess. Il-fatt li wieħed mill-produtturi esportaturi magħżulin kien qed jesporta l-elementi tal-irbit lejn l-Istati Uniti, anki jekk fi kwantitajiet akbar milli lejn l-Unjoni, huwa irrilevanti. Għalhekk, l-argumenti tal-EIFI ġew miċħudin. |
|
(73) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun propost oriġinarjament. |
|
(74) |
Wara r-reviżjoni tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni matul l-investigazzjoni, Celo Suzhou Precision Fasteners Co. Ltd. qalet li l-kampjun tal-produtturi esportaturi kellu jiġi estiż billi jiżdiedu l-produtturi esportaturi Ċiniżi ta’ elementi tal-irbit mhux standard. Din il-kumpanija argumentat li r-reviżjoni tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kellha żżid ir-rappreżentattività tagħha f’termini tat-taħlita ta’ prodotti u li tali kriterju ma tqiesx meta ntgħażel il-kampjun tal-produtturi esportaturi. Il-produttur esportatur inkwistjoni nnota wkoll li l-esportazzjonijiet tiegħu ta’ elementi tal-irbit lejn l-Unjoni kienu jkunu rappreżentattivi għal firxa speċifika ta’ prodotti u li kien diġà pprovda tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju fil-kuntest tat-talba tiegħu għal eżami individwali li jenħtieġ li titqies mill-Kummissjoni. Tali azzjoni ma ddewwimx l-investigazzjoni b’mod sinifikanti. |
|
(75) |
Kif spjegat fil-premessa (63), it-tliet produtturi esportaturi/il-grupp magħżul fil-kampjun kien jirrappreżenta l-akbar volum ta’ esportazzjonijiet, li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fi ħdan iż-żmien disponibbli. Il-fatt li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ġie rivedut ma kellu l-ebda impatt fuq il-kampjun tal-produtturi esportaturi li jkun jiġġustifika r-reviżjoni tiegħu. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(76) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Celo Suzhou Precision Fasteners Co. Ltd. tenniet li l-kampjun tal-produtturi esportaturi ma kienx rappreżentattiv biżżejjed f’termini ta’ tipi tal-prodott u talbet li l-Kummissjoni (i) missha qieset mhux biss il-volum tal-esportazzjonijiet, iżda wkoll il-firxiet ta’ prodotti esportati; u (ii) li l-Kummissjoni kellha tinkludi lil Celo Suzhou Precision Fasteners Co. Ltd. fil-kampjun peress li tkun rappreżentattiva għal ċerta firxa ta’ prodotti. |
|
(77) |
Il-parti tenniet ukoll dak li qalet kif stabbilit fil-premessa (74) u affermat li l-approċċ tal-Kummissjoni għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, u l-ħtieġa li jkunu rrappreżentati fih it-tipi differenti ta’ elementi tal-irbit, huwa f’kontradizzjoni diretta mal-argument tagħha li, fl-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi, it-tipi speċifiċi tal-prodott ma kinux kriterju. |
|
(78) |
Dak li ntqal hawn fuq diġà ġie indirizzat fil-premessa (75). Tabilħaqq, il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ntgħażel fuq il-bażi tal-akbar produtturi f’termini ta’ volumi u ta’ bejgħ, filwaqt li tqiesu wkoll il-firxa ġeografika (diversi Stati Membri) u t-taħlita wiesgħa tat-tipi tal-prodott. L-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi kienet ibbażata fuq l-akbar volumi li l-Kummissjoni setgħet tinvestiga. L-għażla tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żgurat tqabbil wiesa’ mat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun u, għalhekk, ma kienx hemm bżonn li jiġu eżaminati wkoll it-tipi speċifiċi tal-prodott għal għażla bħal din. Peress li ma ngħatat l-ebda informazzjoni ġdida f’dan ir-rigward, dawn ġew miċħudin. |
1.9. Eżami individwali u talbiet għal trattament ta’ operatur ġdid
|
(79) |
Seba’ produtturi esportaturi tal-elementi tal-irbit talbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku billi mlew il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi disponibbli online (6). Minħabba dan in-numru kbir ta’ talbiet, l-għoti ta’ eżami individwali kien ikun ta’ piż bla bżonn u kien iżomm lill-Kummissjoni milli tlesti l-investigazzjoni preżenti fi żmien xieraq. Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħet l-ebda waħda mit-talbiet imressqin. |
|
(80) |
Kif imsemmi fil-premessi (48) u (74), wara r-reviżjoni tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, wieħed mill-produtturi esportaturi (Celo Suzhou Precision Fasteners Co. Ltd) qal li t-talba tiegħu għal eżami individwali jenħtieġ li titqies sabiex tiżdied ir-rappreżentattività tal-kampjun tal-produtturi esportaturi. L-affermazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-kampjun tal-produtturi esportaturi diġà ġiet indirizzata fil-premessa (75). |
|
(81) |
Fir-rigward tat-talba għal eżami individwali, is-sitwazzjoni ta’ dan il-produttur esportatur ma kinitx differenti b’mod sinifikanti mis-sitwazzjoni tal-produtturi esportaturi l-oħrajn li talbu eżami individwali li jkun jiggarantixxi trattament differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni ikkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni oġġettiva li tiġġustifika li tintlaqa’ t-talba għal eżami individwali ta’ dan il-produttur esportatur. |
|
(82) |
Wara d-divulgazzjoni finali, dan il-produttur esportatur tenna li jenħtieġ li jingħatalu eżami individwali u asserixxa li l-Kummissjoni ma spjegatx ir-raġunijiet għaliex tqies diskriminatorju li taċċetta t-tali talba. B’appoġġ għal dan l-argument, il-produttur esportatur enfasizza li huwa kien jipproduċi tip tekniku speċifiku ta’ element ta’ rbit mhux komparabbli ma’ tipi oħrajn ta’ prodotti u li l-prezz tal-esportazzjoni tiegħu ma kienx se jsir f’livelli ta’ dumping kif diġà stabbilit minn investigazzjoni anti-dumping preċedenti li kienet tikkonċerna l-istess prodott li joriġina miċ-Ċina, f’liema każ ġew imposti miżuri fl-2009 (7). |
|
(83) |
Kif stabbilit fil-premessa (398), sejbiet separati għal tipi tal-prodott individwali ma kinux ġustifikati. Għalhekk, l-eżami tat-talba għal eżami individwali ta’ dan il-produttur esportatur fuq il-bażi tal-fatt li huwa kien jipproduċi u jesporta tip speċifiku tal-prodott, filwaqt li tali kriterju ma ġiex ikkunsidrat fir-rigward tal-produtturi esportaturi li jifdal li talbu eżami individwali, kien ikun diskriminatorju, minbarra li jkun ta’ piż għall-Kummissjoni sabiex tikkonkludi l-investigazzjoni fil-ħin. Ir-referenza għas-sejbiet tal-investigazzjoni preċedenti li ma stabbilietx dumping fir-rigward tal-bejgħ ta’ dan l-esportatur lejn l-Unjoni, hija irrilevanti, peress li dawn kienu bbażati fuq informazzjoni li tappartjeni għal perjodu ta’ investigazzjoni differenti. Għalhekk, l-argumenti ta’ dan il-produttur esportatur ma ntlaqgħux. |
|
(84) |
Produttur esportatur fir-RPĊ (Ningbo Londex Industrials Co. jew “Londex”) talab li jiġi ttrattat bħala operatur ġdid, peress li beda jesporta l-prodott ikkonċernat biss wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li hija l-prattika stabbilita li trattament bħal dan jista’ jitqies biss abbażi ta’ Regolament li jimponi miżuri definittivi u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tiegħu. Barra minn hekk, huwa mfakkar li l-Kummissjoni għażlet kampjun tal-produtturi esportaturi u, kif stabbilit fil-premessi preċedenti, l-ebda talba għall-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping individwali ma ġiet aċċettata minħabba li kienet ikkunsidrata impenjattiva wisq mingħajr ġustifikazzjoni. Dan huwa minnu wkoll għall-eżami ta’ talba għal trattament ta’ operatur ġdid li kienet tinkludi eżami dettaljat tal-istruttura tal-kumpanija u tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħha. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(85) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Londex tenniet li kellha tibbenefika minn trattament ta’ operatur ġdid u tiżdied mal-lista ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw. Hija argumentat li peress li ppreżentat ruħha matul l-investigazzjoni u minħabba li l-esportazzjonijiet seħħew qabel it-tmiem tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma tkun marbuta bl-ebda proċedura speċifika. Il-valutazzjoni sempliċi ta’ jekk il-kumpanija esportatx il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għalkemm wara l-perjodu ta’ investigazzjoni tkun biżżejjed, li min-naħa tagħha, ma tistax titqies bħala impenjattiva wisq mingħajr ġustifikazzjoni. Approċċ bħal dan ikun iġġustifikat ukoll fl-interess tal-ekonomija amministrattiva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni diġà għażlet approċċ bħal dan f’każijiet preċedenti. B’mod simili, Londex argumentat li l-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ma kienu soġġetti għall-ebda eżami tal-istruttura tal-kumpanija jew tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħha. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni nnotat li f’investigazzjonijiet preċedenti (8), imsemmijin minn Londex b’kuntrast ma’ dak li ntqal, il-Kummissjoni eżaminat jekk kinux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-ebda wieħed mill-argumenti mressqin ma seta’ jreġġa’ lura l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (81) li, għalhekk, ġew miċħudin. |
1.10. Tweġibiet għall-kwestjonarji
|
(87) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Il-GTĊ ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(88) |
Il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarji disponibbli online fil-jum tal-bidu (9) u talbet lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun, u lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina sabiex jimlew il-kwestjonarji rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-EIFI jipprovdi informazzjoni dwar l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi li jappartjenu għall-industrija kollha tal-Unjoni. |
|
(89) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, mill-EIFI li lmenta, mill-ħames importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun, minn żewġ utenti u mit-tliet produtturi esportaturi/gruppi ta’ produtturi esportaturi. |
|
(90) |
Kif imsemmi fil-premessa (35), tnejn mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġew esklużi mill-kampjun matul l-investigazzjoni u, għalhekk, it-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju ma tqisux. Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni kkonċernati ġew issostitwiti minn żewġ produtturi oħrajn tal-Unjoni. Iż-żewġ kumpaniji pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(91) |
Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għal determinazzjoni tad-dumping, tad-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Fid-dawl tat-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u tal-miżuri ta’ konfinament stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi matul il-biċċa l-kbira tal-investigazzjoni, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku. Minflok, il-Kummissjoni kkontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet tagħha f’konformità man-Notifika tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (10). Il-Kummissjoni setgħet twettaq żjara ta’ verifika fuq il-post waħda. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCC”) tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin:
|
|
(93) |
Il-Kummissjoni wettqet żjara ta’ verifika fuq il-post fil-bini tal-kumpanija li ġejja:
|
|
(94) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.11. Seduti ta’ Smigħ
|
(95) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali f’konformità mal-Artikoli 6(5) u 6(6) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni organizzat seduti ta’ smigħ ma’ diversi produtturi esportaturi, mas-CCCME u mal-EFDA, kif ukoll mal-EIFI li lmenta. Saret ukoll seduta ta’ smigħ waħda f’konformità mal-Artikolu 6(6) tar-Regolament bażiku, bejn partijiet b’interessi avversi, f’dan il-każ il-produttur esportatur Jiangsu Yongyi Fastener Co., Ltd u l-EIFI. |
1.12. Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
|
(96) |
Dan il-każ inbeda fil-21 ta’ Diċembru 2020, jiġifieri matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni miftiehem bejn ir-Renju Unit u l-UE li matulu r-Renju Unit baqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni. Dan il-perjodu ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Konsegwentement, mill-1 ta’ Jannar 2021, il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet mir-Renju Unit ma baqgħux jikkwalifikaw bħala partijiet interessati f’dan il-proċediment. |
|
(97) |
Permezz ta’ nota mal-fajl tal-każ fl-14 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni stiednet lill-operaturi tar-Renju Unit li qiesu li kienu għadhom jikkwalifikaw bħala partijiet interessati sabiex jikkuntattjawha. L-ebda kumpanija ma ppreżentat ruħha. |
1.13. Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji
|
(98) |
Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (35) u (36), il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kellu jiġi rrivedut billi żewġ produtturi tal-Unjoni li kienu inklużi fil-kampjun għall-bidu ġew sostitwiti minn żewġ produtturi oħrajn tal-Unjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lil dawn il-produtturi fejn stednithom jimlewh sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament bażiku. Madankollu, dan il-perjodu ta’ żmien ma ppermettiex lill-Kummissjoni tasal għal konklużjonijiet proviżorji sat-terminu stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma timponix miżuri proviżorji u li tkompli l-investigazzjoni. |
|
(99) |
Fl-20 ta’ Lulju 2021, f’konformità mal-Artikolu 19a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li ma timponix miżuri proviżorji. |
|
(100) |
Is-CCCME talbet li l-Kummissjoni toħroġ “dokument ta’ informazzjoni” li jiġbor fil-qosor il-progress tal-investigazzjoni u l-konklużjonijiet preliminari bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jikkummentaw dwaru. |
|
(101) |
Ir-Regolament bażiku ma jipprevedi l-ebda divulgazzjoni ta’ tali dokument ta’ informazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma waslet għall-ebda konklużjoni preliminari fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku u, għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
|
(102) |
Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar, għajr tal-azzar inossidabbli, jiġifieri viti tal-injam (esklużi coach screws), viti self-tapping, viti oħrajn u boltijiet bl-irjus (bl-iskorfini jew bil-woxers tagħhom jew mingħajrhom, iżda esklużi viti u boltijiet għall-iffissar ta’ materjal tal-kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija), u woxers li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM 7318 12 90, 7318 14 91, 7318 14 99, 7318 15 58, 7318 15 68, 7318 15 82, 7318 15 88, ex 7318 15 95 (kodiċijiet TARIC 7318159519 u 7318159589), ex 7318 21 00 (kodiċijiet TARIC 7318210031, 7318210039, 7318210095 u 7318210098) u ex 7318 22 00 (kodiċijiet TARIC 7318220031, 7318220039, 7318220095 u 7318220098). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtijin biss bħala informazzjoni. |
|
(103) |
L-elementi tal-irbit huma magħmulin mill-ħadid jew mill-azzar tal-karbonju u ddefiniti mill-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tagħhom u mill-klassijiet tas-saħħa/tal-ebusija differenti. Il-kategoriji usa’ huma viti, woxers u boltijiet. |
|
(104) |
Il-viti huma prodotti tal-qfil b’kamin estern fuq ix-xikel. Dawn jistgħu jew jitwaħħlu fl-injam (viti tal-injam) jew fuq folji tal-metall (viti self-tapping) waħidhom, jew flimkien ma’ skorfina u ma’ woxers sabiex jiffurmaw bolt. Il-viti jista’ jkollhom varjetà ta’ forom ta’ rjus (koppla, sokit, ċatti, ovali, eżagonali, eċċ.), tulijiet u dijametri tax-xikel. Ix-xikel jista’ jkun kompletament jew parzjalment bil-kamin. Il-viti huma ġeneralment iddefiniti mit-tip ta’ slot ipprovdut fir-ras sabiex jippermetti l-operazzjoni tal-invitar (eż. slott wieħed, slott imdaħħal salib, eċċ.). |
|
(105) |
Il-woxers huma elementi tal-irbit b’toqba interna li tippermetti li jgħaddu, dejjem użati flimkien ma’ vit u ma’ skorfina. |
|
(106) |
Il-boltijiet huma partijiet tal-qfil iffurmati minn vit, minn skorfina u minn woxer wieħed jew aktar. |
|
(107) |
L-elementi tal-irbit jistgħu jkunu standard (“elementi tal-irbit standard”) jew magħmulin abbażi ta’ tpinġijiet tal-klijenti (“elementi tal-irbit mhux standard”). Fl-istess standards nazzjonali jew internazzjonali, jenħtieġ li l-elementi tal-irbit jikkonformaw mal-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi fosthom b’mod partikolari s-saħħa, it-tolleranza, il-finitura u l-kisja. |
|
(108) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA u s-CCCME kkontestaw id-definizzjoni ta’ elementi tal-irbit “mhux standard” ta’ hawn fuq. L-EFDA u s-CCCME allegaw li l-Kummissjoni b’mod żbaljat introduċiet il-kunċett ta’ elementi tal-irbit “mhux standard” fi stadju avvanzat tal-proċediment u qalu li d-definizzjoni fil-premessa ta’ hawn fuq ma tikkorrispondix għad-definizzjoni ta’ “elementi tal-irbit speċjali” mogħtija lill-partijiet interessati fil-kwestjonarju, b’mod aktar preċiż fl-istruzzjonijiet sabiex jinħolqu numri ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”). Barra minn hekk huma tennew li l-elementi tal-irbit prodotti b’rekwiżiti li huma aktar stretti minn dawk ta’ standard industrijali jenħtieġ li jitqiesu bħala elementi tal-irbit “speċjali” jew “mhux standard” (ara l-premessa (368)). Huma tennew ukoll li ċerti rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tal-produzzjoni kif imsemmijin fil-premessa (371) jenħtieġ li jitqiesu bħala li jikklassifikaw l-elementi tal-irbit kollha prodotti permezz ta’ tali proċessi ta’ produzzjoni awtomatikament bħala “speċjali” u allegaw li l-industrija tal-Unjoni nnifisha taqbel ma’ tali approċċ, b’kuntrast ma’ dak li kkonkludiet il-Kummissjoni fil-premessa (375). |
|
(109) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-affermazzjoni li l-kunċett ta’ elementi tal-irbit “mhux standard” ġie introdott fi stadju avvanzat tal-proċediment u li mhuwiex konformi mal-istruzzjonijiet mogħtijin fil-kwestjonarji. Elementi tal-irbit mhux standard u elementi tal-irbit speċjali huma l-istess, jiġifieri elementi tal-irbit li ma jaqgħux eżattament fi ħdan ċerta norma industrijali. Dan huwa wkoll konformi mal-kwestjonarju li jirreferi għall-elementi tal-irbit speċjali bħala “diverġenti minn standards rikonoxxuti internazzjonalment”. Il-Kummissjoni użat dawn it-termini b’mod interkambjabbli u ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal kjarifiki f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni fakkret li l-allegazzjoni li l-elementi tal-irbit prodotti b’rekwiżiti li kienu aktar stretti minn dawk ta’ standard tal-industrija jenħtieġ li jitqiesu bħala elementi tal-irbit “mhux standard” diġà ġiet indirizzata fil-premessa (373). Fl-aħħar nett, fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni, il-Kummissjoni tikkonferma li din bħala tali ma tikklassifikax element tal-irbit bħala mhux standard, għalkemm, fil-prattika jista’ jkun li l-elementi tal-irbit prodotti skont rekwiżiti bħal dawn tabilħaqq ikunu elementi tal-irbit mhux standard. L-industrija tal-Unjoni ma topponix din il-fehma, kif iddikjarat ħażin mill-EFDA u mis-CCCME. Għalhekk, l-allegazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq f’dan ir-rigward ġew miċħudin. L-elementi tal-irbit jintużaw sabiex jorbtu mekkanikament żewġ elementi jew aktar fil-kostruzzjoni, fl-inġinerija, jew f’applikazzjonijiet oħrajn. Jintużaw f’varjetà wiesgħa ta’ setturi industrijali, kif ukoll mill-konsumaturi. |
|
(110) |
Fuq il-bażi tal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u tal-użi finali tagħhom, l-elementi tal-irbit kollha jitqiesu li jikkostitwixxu prodott wieħed għall-fini ta’ dan il-proċediment. |
2.2. Prodott simili
|
(111) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(112) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li, għalhekk, dawk il-prodotti huma prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Pretensjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott
2.3.1. Viti/konnetturi tal-injam strutturali (jew viti tal-lag tal-injam)
|
(113) |
Diversi partijiet interessati affermaw li l-viti tal-injam strutturali jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. |
|
(114) |
Żewġ produtturi esportaturi u żewġ importaturi (11) argumentaw li l-viti tal-injam strutturali kellhom karatteristiċi u użi finali simili bħall-coach screws (mhux koperti mill-ambitu tal-prodott) u li kienu biss tipi tal-prodott derivati minn dawn tal-aħħar, bi prestazzjoni mekkanika aħjar u meqjusin bħala alternattiva għall-coach screws. Huma qalu li l-viti tal-injam strutturali kienu jintużaw esklussivament fil-kostruzzjonijiet tal-injam u ma kinux interkambjabbli ma’ elementi tal-irbit oħrajn, filwaqt li kienu kompletament interkambjabbli mal-coach screws tradizzjonali. Isiru skont rekwiżiti speċifiċi għall-klijent u jeħtieġu ċertifikazzjoni ta’ Valutazzjoni Teknika Ewropea (“ETA”) sabiex jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni. Barra minn hekk, jiġu prodotti bi proċess tal-produzzjoni speċifiku, bl-użu ta’ materja prima differenti (jiġifieri azzar ta’ kwalità ogħla) bi trattament u b’makkinarju speċifiċi u, għalhekk, għandhom kostijiet u prezzijiet ogħla. |
|
(115) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi msemmijin hawn fuq li jirreferi għall-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq (12) issuġġerixxa li l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ monitoraġġ tkun ittaffi kwalunkwe riskju ta’ ċirkomvenzjoni meta jiġu esklużi viti tal-injam strutturali mill-ambitu tal-prodott. L-istess produttur esportatur afferma li, jekk il-Kummissjoni ma teskludix viti tal-injam strutturali mill-ambitu tal-prodott, jenħtieġ li s-sejbiet fir-rigward tad-dannu u tal-kawżalità jsiru separatament għal dawn it-tipi tal-prodott. |
|
(116) |
Il-partijiet kollha ta’ hawn fuq iddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni ma pproduċietx viti tal-injam strutturali fi kwantitajiet suffiċjenti sabiex tissodisfa d-domanda fis-suq tal-Unjoni, u kien hemm ukoll numru limitat biss ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina li fornew viti tal-injam strutturali. |
|
(117) |
Bl-istess mod, il-European Consortium of Anchor Producers (“ECAP”) qal li l-viti għall-użu f’kostruzzjonijiet tal-injam li jissostitwixxu coach screws, u b’hekk għall-assemblaġġ ta’ opri tqal tal-injam, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott peress li għandhom karatteristiċi tekniċi, kimiċi u fiżiċi simili u użi finali simili għal dawk tal-coach screws. |
|
(118) |
L-EIFI ma qabilx ma’ dawn l-allegazzjonijiet billi argumenta li ma jkunx hemm kriterji oġġettivi sabiex issir distinzjoni bejn viti tal-injam strutturali u elementi tal-irbit oħrajn. |
|
(119) |
Il-Kummissjoni qieset li l-viti tal-injam strutturali ma jaqgħux taħt xi standard speċifiku tal-prodott u ma jistgħux jiġu distinti minn viti tal-injam oħrajn (13) li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott. L-investigazzjoni żvelat ukoll li tal-anqas uħud mill-karatteristiċi speċjali deskritti ta’ viti tal-injam strutturali jistgħu jinstabu wkoll f’elementi tal-irbit li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li l-markatura CE u ċ-ċertifikazzjoni tal-ETA sempliċement jikkonfermaw li l-viti tal-injam jistgħu jkunu elementi tal-irbit mhux standard, iżda dan il-fatt waħdu ma jiġġustifikax l-esklużjoni tagħhom mill-ambitu tal-prodott. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(120) |
Id-dikjarazzjoni li s-sejbiet fir-rigward tad-dannu u tal-kawżalità jenħtieġ li jsiru b’mod separat għall-viti tal-injam strutturali huma indirizzati fil-premessa (398); u l-allegazzjoni li dawk it-tipi tal-prodott mhumiex prodotti u mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni fi kwantitajiet suffiċjenti hija indirizzata fil-premessi (531) u ta’ wara. |
|
(121) |
Wara d-divulgazzjoni finali, diversi partijiet tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li l-viti tal-injam strutturali jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott peress li jkunu simili għall-coach screws u jkunu distingwibbli b’mod ċar minn elementi tal-irbit oħrajn, b’mod partikolari viti għall-injam. |
|
(122) |
Żewġ importaturi ta’ viti tal-injam strutturali (wieħed minnhom kien ukoll produttur fl-Unjoni) argumentaw li l-viti tal-injam strutturali huma r-riżultat ta’ żvilupp tal-prodott ta’ coach screws li rriżultaw f’forma differenti tal-irjus, u b’hekk ma jikkorrispondux għad-deskrizzjoni fin-nota ta’ spjegazzjoni għall-kodiċi NM 7318 11 li skont din jiġu importati l-coach screws, u li tistabbilixxi li l-coach screws ivarjaw mill-viti tal-injam, fost l-oħrajn, minħabba ras eżagonali jew ras kwadra. Dawn il-partijiet argumentaw li, madankollu, il-forma tal-irjus ma kellhiex titqies bħala fattur deċiżiv meta ssir distinzjoni bejn viti tal-injam strutturali u viti tal-injam oħrajn. Argumentaw li l-coach screws huma ddefiniti skont in-nota ta’ spjegazzjoni tal-kodiċi NM 7318 11 bħala li jintużaw “għall-assemblaġġ ta’ travi u għal opri tal-injam tqal simili” li tkun tikkorrispondi għall-użu ta’ “Viti u vireg bil-kamin għall-użu fil-kostruzzjoni tal-injam” fid-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni (EDA) li japplika għal konnetturi tal-injam strutturali (14). |
|
(123) |
Dawn il-partijiet argumentaw ukoll li l-istandard applikabbli għall-coach screws DIN 1052 (preċedentement DIN 571) jippermetti ċ-ċertifikazzjoni ad-hoc ta’ viti tal-injam strutturali u b’hekk jirrikonoxxi l-ħruġ ta’ viti tal-injam strutturali fis-suq bħala alternattiva għall-coach screws. Bl-istess mod, l-istandard Ewropew EN 1995 Eurocode 5 li jirregola d-disinn tal-istrutturi tal-injam jippermetti li konnetturi tal-injam strutturali ċċertifikati jintużaw fi strutturi tal-injam anke jekk ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ coach screws. |
|
(124) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, dawn il-partijiet argumentaw li jkun ċar li l-fattur deċiżiv sabiex issir distinzjoni bejn viti tal-injam strutturali u viti tal-injam oħrajn ikun l-użu aħħari, u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu bħala coach screws. |
|
(125) |
Fl-aħħar, peress li l-coach screws u l-viti tal-injam strutturali jappartjenu għall-istess familja ta’ prodotti, l-inklużjoni ta’ viti tal-injam strutturali fl-ambitu tal-prodott tkun diskriminatorja. |
|
(126) |
Żewġ produtturi esportaturi qalu li d-dijametru tax-xikel biss jenħtieġ li jitqies bħala karatteristika distintiva, aktar milli l-forma tal-irjus, minħabba li din il-karatteristika tiddetermina l-użu aħħari tal-prodott. Huma qalu li l-elementi tal-irbit li jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni għandhom dijametru tax-xikel li huwa anqas minn 5 mm. Dawn il-partijiet enfasizzaw ukoll li l-industrija tirrikonoxxi speċifikament viti tal-injam strutturali bħala sostituti tal-coach screws. |
|
(127) |
Il-partijiet kollha ta’ hawn fuq qalu li l-fatt li viti tal-injam strutturali huma kklassifikati taħt il-kodiċi NM għal “viti tal-injam oħrajn (kodiċi NM 7318 12), li jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni jkun irrelevanti, peress li l-kodiċijiet NM jingħataw biss bħala indikazzjoni meta jiġi ddefinit l-ambitu tal-prodott u mhumiex vinkolanti f’dan ir-rigward. |
|
(128) |
Fl-aħħar, dawn il-partijiet tennew li ma jkunx hemm biżżejjed kapaċità fl-Unjoni sabiex jiġi pprovdut dan it-tip ta’ prodott, li ma kien hemm l-ebda sors alternattiv ta’ provvista minn pajjiżi terzi oħrajn u li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri anti-dumping fuq viti tal-injam strutturali. |
|
(129) |
L-ebda waħda mill-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq ma ddevalwat is-sejbiet stabbiliti fil-premessa (119). B’mod partikolari, l-ebda parti ma kkontestat il-fatt li ma hemm l-ebda standard tal-prodott għall-viti tal-injam strutturali u kull parti rrikkonoxxiet li l-viti tal-injam ma jikkorrispondux għad-deskrizzjoni tal-coach screws ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 7318 11. Il-fatt li viti tal-injam strutturali jistgħu jiġu ċċertifikati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi li għandhom jintużaw għal konnessjonijiet f’kostruzzjonijiet tal-injam bħala tali ma tqiesx raġuni suffiċjenti sabiex dan it-tip ta’ prodott jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni, peress li kellu karatteristiċi fiżiċi u tekniċi li jikkoinċidu ma’ prodotti oħrajn li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni kif stabbilit fil-premessa (119). Fuq il-bażi ta’ dan, jenħtieġ li d-dikjarazzjonijiet li l-viti tal-injam strutturali jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni kurrenti ġew irrifjutati. |
|
(130) |
L-argumenti relatati ma’ provvista insuffiċjenti fl-Unjoni huma indirizzati skont id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni fil-premessi (538) sa (540). |
2.3.2. Viti u boltijiet għat-twaħħil ta’ materjal tal-kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija
|
(131) |
Produttur wieħed tal-Unjoni tal-viti u tal-boltijiet użati fil-ferroviji talab li dawn jiġu inklużi fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li dawn il-prodotti ma kinux koperti mill-ilment f’dan il-każ u, għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ dumping u ta’ dannu li jirriżulta li tiġġustifika investigazzjoni. Għalhekk, l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
2.3.3. elementi tal-irbit forġati bis-sħana
|
(132) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun qal li jenħtieġ li l-elementi tal-irbit manifatturati bi proċess ta’ forġa sħuna (“elementi tal-irbit forġati bis-sħana”) jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott bl-argument li kellhom proċessi tal-produzzjoni u strutturi tal-kostijiet differenti li jirriżultaw f’karatteristiċi fiżiċi u f’użi finali differenti minn elementi tal-irbit manifatturati bi proċess ta’ forġa kiesħa (“elementi tal-irbit forġati bil-kesħa”), użat b’mod predominanti mill-industrija tal-Unjoni. Dan il-produttur esportatur argumenta li l-elementi tal-irbit forġati bis-sħana jkunu ġeneralment ta’ daqs akbar minn elementi tal-irbit forġati bil-kesħa u jintużaw prinċipalment fl-industrija ferrovjarja u/jew fil-bini tal-magni. L-elementi tal-irbit li jirriżultaw minn dan il-proċess ma jiġux prodotti affattu, jew jiġu prodotti fi kwantitajiet limitati biss, mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, ma jkunx ekonomikament vijabbli li wieħed jaqleb għal proċessi ta’ forġa sħuna, b’dawn tal-aħħar li huma aktar intensivi fil-manodopera u fl-enerġija u għandhom proporzjon ogħla ta’ konsum tal-azzar. Talab laqgħa kontenzjuża bil-preżenza tal-EIFI f’konformità mal-Artikolu 6(6) tar-Regolament bażiku li saret fis-27 ta’ Ottubru 2021. |
|
(133) |
L-EIFI ssottometta li jenħtieġ li l-ambitu tal-prodott ma jiġix iddefinit abbażi ta’ proċessi tal-produzzjoni differenti. Indika n-nomenklatura doganali tal-UE li ma tiddistingwix bejn prodotti bbażati fuq proċessi tal-produzzjoni differenti, iżda fuq karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi. L-EIFI qal li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità ta’ produzzjoni sostanzjali ta’ forġa sħuna u li kien hemm trikkib sinifikanti tad-dimensjonijiet tal-elementi tal-irbit li jistgħu jiġu prodotti biż-żewġ teknoloġiji. |
|
(134) |
Il-Kummissjoni qablet li l-fatt li prodott jista’ jiġi prodott permezz ta’ proċessi tal-produzzjoni differenti fih innifsu mhuwiex rilevanti għad-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott ta’ investigazzjoni. Konsegwentement, it-tipi kollha ta’ prodotti li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-premessa (102) huma koperti minn din l-investigazzjoni, kemm jekk prodotti bi proċessi ta’ forġa sħuna kif ukoll bi proċessi ta’ forġa kiesħa. L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità ta’ produzzjoni sostanzjali u kapaċitajiet żejda sabiex tipproduċi elementi tal-irbit bil-proċess ta’ forġa sħuna. L-investigazzjoni żvelat ukoll li kien hemm applikazzjonijiet li jikkoinċidu bejn l-elementi tal-irbit prodotti biż-żewġ proċessi. Għalhekk, it-talba għall-esklużjoni tal-elementi tal-irbit forġati bis-sħana ġiet miċħuda. |
|
(135) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur tenna t-talbiet tiegħu sabiex l-elementi tal-irbit forġati bis-sħana jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. B’mod partikolari, huwa kkontesta l-affidabbiltà tad-data tal-EIFI pprovduta u afferma li l-Kummissjoni aċċettat din id-data mingħajr ma vverifikatha u mingħajr ma wieġbet għall-pretensjonijiet legali u fattwali pprovduti mill-produtturi esportaturi f’dan ir-rigward. Dan il-produttur esportatur qal li ma kien hemm l-ebda bażi ġuridika li l-elementi tal-irbit forġati bis-sħana nżammu fl-ambitu tal-prodott. |
|
(136) |
L-argumenti pprovduti mill-produttur esportatur f’dan ir-rigward kienu (i) li l-kodiċijiet NM huma indikattivi biss meta jiġi ddeterminat l-ambitu tal-prodott f’investigazzjoni anti-dumping u li, għalhekk, l-investigazzjoni teħtieġ li tistabbilixxi jekk ċertu prodott li jaqa’ taħt l-istess kodiċi NM għandux l-istess karatteristiċi tekniċi u użi finali u, għalhekk, jikkawżax dannu lill-industrija tal-Unjoni; (ii) li l-importazzjonijiet ta’ elementi tal-irbit forġati bis-sħana ma jikkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni peress li fl-Unjoni ma hemmx produzzjoni jew hemm biss produzzjoni limitata ta’ elementi tal-irbit forġati bis-sħana; u l-produzzjoni ma tiżdiedx peress li ma jkunx ekonomikament vijabbli li wieħed jaqleb għall-produzzjoni tal-elementi tal-irbit forġati bis-sħana; f’dan ir-rigward, huwa irrilevanti wkoll li jkun hemm trikkib ta’ prodotti li jkunu prodotti bil-proċess ta’ forġa sħuna minn naħa waħda u l-proċess ta’ forġa kiesħa min-naħa l-oħra; u (iii) li l-kodiċi NM 7318 11 00 (“coach screws”) u l-kodiċi NM 7318 15 20 (“Viti u boltijiet oħrajn, bl-iskorfini jew bil-washers tagħhom jew le”; “Għall-irbit ta’ materjal tal-kostruzzjoni ta’ ferroviji”) jagħraf id-differenza bejn l-elementi tal-irbit forġati bis-sħana meta mqabblin mal-elementi tal-irbit forġati bil-kesħa u, għalhekk, il-kodiċijiet NM tabilħaqq iqisu proċessi tal-produzzjoni differenti. |
|
(137) |
Sabiex ikompli jissostanzja dak li kien qed jgħid, il-produttur esportatur identifika diversi tipi tal-prodott esportati minnu li setgħu jiġu prodotti biss bi proċessi ta’ forġa sħuna u li, għalhekk, fil-każ tagħhom, ma kien hemm l-ebda trikkib ma’ proċessi ta’ forġa kiesħa. Tenna li dawk kellhom użi finali differenti minn elementi tal-irbit prodotti bi proċessi ta’ forġa kiesħa u kienu jinbiegħu f’kanali ta’ distribuzzjoni differenti. |
|
(138) |
Fir-rigward tal-pretensjonijiet li l-investigazzjoni trid turi li l-prodotti importati għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u użi aħħarin simili u kkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni, din hija kwistjoni ta’ definizzjoni tal-prodott simili aktar milli tal-prodott ikkonċernat. |
|
(139) |
Fir-rigward tal-argumenti pprovduti mill-produttur esportatur u miġburin fil-premessa (136), il-Kummissjoni tfakkar kif stabbilit fil-premessa (134) li prodott jista’ jiġi prodott b’diversi proċessi ta’ produzzjoni li, għalhekk, mhumiex fattur determinanti meta jiġi ddefinit l-ambitu tal-prodott. Il-fatt li hemm kodiċijiet NM differenti għal coach screws u għal viti għall-injam ma tqiesx bħala prova li d-differenzi fil-proċessi ta’ produzzjoni ġew ikkunsidrati fin-nomenklatura tan-NM; għall-kuntrarju, il-proċess tal-produzzjoni mhuwiex imsemmi b’mod espliċitu fil-kodiċijiet NM, filwaqt li n-noti ta’ spjegazzjoni għall-kodiċi NM 7318 11 jirreferu b’mod espliċitu għad-differenzi fil-karatteristiċi tekniċi u fiżiċi. |
|
(140) |
Rigward l-argument miġbur fil-premessa (137), huwa mfakkar li, kif stabbilit fil-premessa (134), l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità tal-produzzjoni u kapaċitajiet ta’ riżerva sostanzjali sabiex tipproduċi t-tipi kollha ta’ elementi tal-irbit, inklużi elementi tal-irbit forġati bis-sħana. Kanali ta’ distribuzzjoni differenti bħala tali ma tqisux rilevanti, dment li l-qafla taqa’ fi ħdan id-deskrizzjoni tal-prodott. Għalhekk, dawn l-argumenti ġew irrifjutati. |
|
(141) |
L-istess produttur esportatur talab seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-seduta li saret fit-17 ta’ Novembru 2021 fejn tenna d-dikjarazzjoni tiegħu li l-elementi tal-irbit forġati bis-sħana jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott u talab spjegazzjonijiet dwar għaliex il-coach screws kienu ġew esklużi mill-ambitu tal-produzzjoni. Il-parti interessata qieset li jkun diskriminatorju li l-ebda spjegazzjoni ma kellha tingħata mill-ilmentatur f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni fakkret li f’konformità mal-ġurisprudenza tad-WTO, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha diskrezzjoni fid-definizzjoni tal-prodott li jkun qed jiġi investigat u li l-ilmentaturi huma liberi li jiddefinixxu l-ambitu tal-prodott mingħajr il-ħtieġa ta’ xi ġustifikazzjoni partikolari. Għalhekk, peress li l-coach screws qatt ma ġew inklużi fl-ambitu tal-prodott, ma kinux “esklużi” minnu. Madankollu, ladarba l-investigazzjoni kienet inbdiet, il-partijiet interessati kellhom jipprovdu ġustifikazzjoni jekk huma jgħidu li ċerti tipi tal-prodott li jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni jenħtieġ li jiġu “esklużi” (kif xieraq) mill-impożizzjoni tal-miżuri. Peress li ż-żewġ sitwazzjonijiet huma differenti, ma kien hemm l-ebda diskriminazzjoni. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
2.3.4. Kits tal-hardware
|
(142) |
Produttur esportatur wieħed qal li jenħtieġ li l-kits tal-hardware jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott, peress li kien fihom kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll prodotti oħrajn barra mill-ambitu tal-investigazzjoni. Il-kits tal-hardware jinbiegħu f’pakketti differenti minn dawk tal-elementi tal-irbit (bħal kaxex żgħar tal-karti, kaxxi bi twieqi tal-PVC, eċċ.). Flimkien mal-prodotti li mhumiex inklużi fl-ambitu, il-pakketti jirrappreżentaw parti kbira mill-kostijiet u mill-prezz tal-bejgħ tagħhom, filwaqt li l-kostijiet u l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat inklużi fil-kits tal-hardware mhumiex distingwibbli mill-bqija. Barra minn hekk, il-kits tal-hardware huma ddestinati prinċipalment għal użi domestiċi, filwaqt li l-elementi tal-irbit prodotti mill-industrija tal-Unjoni huma ddestinati għal użi industrijali. Il-kits tal-hardware jitqassmu permezz ta’ kanali tal-bejgħ differenti, jiġifieri bejjiegħa bl-imnut, filwaqt li l-elementi tal-irbit ddestinati għall-użu industrijali jinbiegħu permezz tad-distributuri. Fl-aħħar nett, dan il-produttur esportatur qal li l-produtturi tal-Unjoni lmentaturi ma kinux jipproduċu u jbigħu kits tal-hardware. |
|
(143) |
Il-Kummissjoni tinnota li kwalunkwe importazzjoni ta’ tali kits li, skont ir-regoli ta’ klassifikazzjoni tariffarja, ikunu kklassifikati taħt id-definizzjoni tal-prodott fil-premessa (102), dment li jżommu l-karattru ta’ dan il-prodott, hija koperta mill-investigazzjoni u mill-miżuri anti-dumping potenzjali. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni tipproduċi u tbigħ elementi tal-irbit għas-settur tad-do-it-yourself (“DIY”), li prinċipalment jinbiegħ fil-forma ta’ kits tal-hardware. Bosta produtturi tal-Unjoni għandhom il-linji tal-imballaġġ awtomatiċi tagħhom stess, filwaqt li oħrajn jesternalizzaw l-imballaġġ lil fornituri tas-servizzi mhux relatati fl-Unjoni. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni għall-esklużjoni ta’ kits tal-hardware. |
2.3.5. Ankraġġi u konnessjonijiet strutturali għall-konkrit, għall-ġebel, għall-injam u għall-azzar
|
(144) |
L-ECAP qal li jenħtieġ li ċerti prodotti ma jaqgħux fi ħdan l-ambitu tal-investigazzjoni, peress li dawn għandhom użi aħħarin bażiċi differenti u jgħaddu minn proċessi differenti ta’ markatura CE. Dawn il-prodotti huma “ankraġġi” tal-ħadid jew tal-azzar u “konnessjonijiet strutturali għall-konkrit, għall-ġebel, għall-injam u għall-azzar” u b’mod partikolari (i) viti għat-tisqif jew self-drilling b’aċċessorji, (ii) konnessjonijiet strutturali għall-injam u (iii) ankraġġi tal-metall, ankraġġi bil-kamin tal-konkrit u ankraġġi jew plaggs tan-najlon. L-ECAP irrefera għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 602/2011 (15). Huma qalu li, skont dan ir-Regolament, ċerti prodotti “li jkun fih bolt b’washer miegħu, komma li tespandi u tissikka, u skorfina, kollha magħmula mill-azzar li ma jissaddadx” għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 7318 19 00. B’analoġija, jenħtieġ li anki l-ankraġġi tal-ħadid jew tal-azzar jiġu kklassifikati taħt l-istess kodiċi NM, hekk kif jafferma li l-loġika u l-prinċipju tar-Regolament (UE) Nru 602/2011 jenħtieġ li japplikaw għall-ankraġġi tal-kostruzzjoni tal-materjali u tal-forom kollha. Għalhekk, l-ECAP afferma li jenħtieġ li l-ankraġġi tal-ħadid u tal-azzar ma jaqgħux fl-ambitu tal-prodott. |
|
(145) |
L-ECAP irrefera għal diversi Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (“EAD”) għall-prodotti msemmijin hawn fuq. L-EADs huma speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-prodotti tal-kostruzzjoni żviluppati mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Valutazzjoni Teknika (“EOTA”) għal każijiet li fihom prodott ma jkunx kopert kompletament minn standards Ewropej armonizzati. L-ECAP ma pprovdiex aktar dettalji, informazzjoni jew evidenza dwar sa liema punt dawn id-dokumenti jkunu juru li l-prodotti deskritti fihom ma jaqgħux taħt id-definizzjoni tal-ambitu kurrenti tal-prodott. Madankollu, il-fatt li ċerti prodotti jaqgħu taħt EAD speċifiku ma jfissirx li ma jkunux koperti mid-definizzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni kurrenti. |
|
(146) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 602/2011 jirrigwarda prodotti tal-azzar inossidabbli, li mhumiex koperti minn din l-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, dan ir-Regolament jispeċifika biss li ċertu prodott li jinkludi bolt b’washer, anchor sleeve li tespandi u u skorfina ma jistgħux jitqiesu bħala “oġġetti kompożiti” għal skopijiet doganali peress li l-komponenti flimkien jikkostitwixxu prodott wieħed, jiġifieri bolt li jespandi. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe importazzjoni ta’ boltijiet li, skont ir-regoli ta’ klassifikazzjoni tariffarja, jiġu kklassifikati skont id-definizzjoni tal-prodott fil-premessa (102), hija koperta mill-investigazzjoni u mill-miżuri anti-dumping potenzjali. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(147) |
Il-Kummissjoni tenfasizza li skont it-Taqsima 2 tan-Notifika ta’ Bidu, l-elementi tal-irbit tal-ħadid u tal-azzar biss (għajr tal-azzar inossidabbli) huma koperti mill-investigazzjoni. Għalhekk, il-prodotti magħmulin mill-azzar inossidabbli, mill-plastik jew min-nylon ma jaqgħux fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(148) |
Produttur wieħed tal-ankraġġi mill-Unjoni u l-produttur esportatur relatat tiegħu fiċ-Ċina qalu, b’mod simili għall-ECAP, li l-viti tal-ankraġġi tal-konkrit jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Huma argumentaw li l-viti tal-ankraġġi tal-konkrit huma prodotti speċifiċi u speċjalizzati ħafna li għandhom l-istess skop bħall-ankraġġi tal-metall, li huwa li jitwaħħlu elementi strutturali mal-konkrit fis-settur tal-kostruzzjoni. B’appoġġ għal dan l-argument, il-partijiet interessati enfasizzaw li l-prodott ġie żviluppat f’konformità mal-Linja Gwida Ewropea dwar l-Approvazzjoni Teknika (“ETAG”) għal “Metal Anchors for Use in Concrete” (ETAG001) tal-EOTA bl-objettiv li jissostitwixxi (parzjalment) l-ankraġġi tal-metall. Dawn il-partijiet enfasizzaw li l-ankraġġi ma ssemmewx speċifikament fl-ilment u li l-produtturi tal-ankraġġi ma kinux irrappreżentati mill-EIFI li lmenta. Bħall-ECAP, huma enfasizzaw li l-ankraġġi kellhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 7318 19 00 mhux kopert mill-avviż ta’ bidu. |
|
(149) |
Wara d-divulgazzjoni finali, din il-kumpanija tenniet li jenħtieġ li l-viti tal-ankraġġi tal-konkrit jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott mingħajr, madankollu, ma pprovdiet argumenti jew informazzjoni ġdida f’dan ir-rigward. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(150) |
Dawn il-partijiet argumentaw ukoll li l-viti tal-ankraġġi tal-konkrit, minħabba l-ispeċifiċitajiet tagħhom, mhumiex interkambjabbli ma’ elementi tal-irbit oħrajn, bħal viti, boltijiet u woxers, filwaqt li huma f’kompetizzjoni u huma interkambjabbli ma’ ankraġġi tal-feles jew ma’ ankraġġi kmiem. |
|
(151) |
Għall-istess raġunijiet stabbiliti hawn fuq fil-premessa (146), id-dikjarazzjoni dwar ċertifikati speċifiċi ġiet miċħuda. Rigward l-interkambjabbiltà ma’ tipi oħrajn ta’ prodotti, il-Kummissjoni għandha diskrezzjoni wiesgħa sabiex tistabbilixxi l-ambitu tal-prodott ta’ investigazzjoni (il-prodott ikkonċernat). Ma hemm l-ebda rekwiżit fir-Regolament bażiku li l-prodott ikkonċernat jinkludi biss tipi tal-prodott li huma interkambjabbli u f’kompetizzjoni. Dawn l-elementi jirreferu għad-definizzjoni tal-prodott simili. |
|
(152) |
Fl-aħħar nett, il-produttur ta’ ankraġġi tal-Unjoni msemmi fil-premessa (148) argumenta li l-produttur esportatur relatat tiegħu fiċ-Ċina huwa l-uniku wieħed b’ċertifikazzjoni uffiċjali tal-UE (Valutazzjoni Teknika Ewropea jew “ETA”) maħruġa mill-EOTA għall-viti tal-ankraġġi tal-konkrit u, għalhekk, l-uniku wieħed li jesporta dan il-prodott lejn l-Unjoni. Għalhekk, l-impatt tal-esklużjoni ta’ dan il-prodott ikun limitat. Enfasizza wkoll li fi kwalunkwe każ, ma kienx hemm esportazzjonijiet ta’ viti tal-ankraġġ tal-konkrit matul il-PI, u b’hekk ma setgħux jikkawżaw xi dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(153) |
Peress li din il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza b’appoġġ tad-dikjarazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrifjuta din id-dikjarazzjoni mingħajr ma tanalizzaha fis-sustanza. |
|
(154) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Simpson Strongtie, grupp internazzjonali li jimmanifattura ankraġġi tal-konkrit fiċ-Ċina u jqassamhom permezz ta’ kumpaniji relatati fl-Unjoni kkummenta li l-ankri bil-kamin tal-konkrit jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Huma ġġustifikaw l-intervent tardiv tagħhom fil-proċediment wara li qiesu bħala fatt li dan it-tip ta’ prodott kien diġà ġie eskluż. Huma pprovdew karatteristiċi tekniċi tal-ankraġġi bil-kamin tal-konkrit tagħhom prodotti fiċ-Ċina u affermaw li dawn ma jikkompetux mal-prodott l-ieħor ikkonċernat jew mal-prodott simili. |
|
(155) |
Is-sottomissjoni tardiva ta’ din il-kumpanija ma setgħetx tiġi kkunsidrata. L-ambitu tal-prodott ġie ddefinit fin-Notifika ta’ bidu inklużi l-kodiċijiet NM li skont dawn jiġu importati l-elementi tal-irbit. Il-Kummissjoni ma indikatx li l-viti tal-ankraġġi tal-konkrit kienu se jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott; għalhekk, il-partijiet interessati ma kellhom l-ebda raġuni għaliex jemmnu li ma kinux inklużi fl-ambitu. Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa preċedenti, il-pretensjonijiet tal-partijiet interessati sabiex jiġu esklużi l-viti tal-ankraġġi tal-konkrit ġew miċħudin. |
2.3.6. Confirmat screws (jew self-drive dowels)
|
(156) |
Produttur esportatur wieħed talab li l-confirmat screws (jew self-drive dowels) jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Dan il-produttur esportatur iddikjara li minħabba l-użi aħħarin speċifiċi tagħhom, jiġifieri, l-aċċessorji ta’ konnessjoni għall-assemblaġġ ta’ skrivaniji, ta’ armarji, ta’ mwejjed jew ta’ xkafef (materjali tal-injam ipproċessat) fl-industrija tal-għamara, il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-confirmat screws kienu uniċi u kienu jvarjaw b’mod sinifikanti minn dawk ta’ elementi tal-irbit oħrajn. Dan il-produttur esportatur afferma wkoll li jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma teskludix il-confirmat screws mill-ambitu tal-prodott, jenħtieġ li s-sejbiet fir-rigward tad-dannu u tal-kawżalità jsiru separatament għal dawn it-tipi tal-prodott. |
|
(157) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-confirmat screws kellhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u użi finali simili għal tipi oħrajn ta’ elementi tal-irbit inklużi fl-ambitu tal-prodott. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni għaliex dan it-tip ta’ prodott għandu jiġi eskluż mill-investigazzjoni. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(158) |
L-allegazzjoni li jenħtieġ li d-dannu u l-kawżalità jiġu vvalutati separatament għal dan it-tip ta’ prodott hija indirizzata fil-premessa (398). |
2.3.7. Pole screws
|
(159) |
Utent wieħed tal-pole screws fl-Unjoni qal li dawn tal-aħħar jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott peress li jintużaw biss f’applikazzjoni speċifika waħda, jiġifieri f’konnetturi interċellolari tal-batteriji industrijali, u ma kinux prodotti minn xi produttur tal-Unjoni. Din il-kumpanija argumentat li l-pole screws kienu viti speċjali u mhux biss kellhom parti tal-azzar iżda wkoll ras tal-plastik u kolla tal-kamini. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-pole screws kellhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u użi finali simili għal tipi oħrajn ta’ elementi tal-irbit inklużi fl-ambitu tal-prodott. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni għaliex dan it-tip ta’ prodott għandu jiġi eskluż mill-investigazzjoni, u, għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(160) |
Wara d-divulgazzjoni finali, dan l-utent tenna li l-pole screws jintużaw esklussivament bħala konnetturi elettriċi taċ-ċelloli tal-batteriji, u jservu bħala tali fil-batteriji industrijali għall-iżolament u għall-protezzjoni kontra l-aċidu u l-fwar tal-aċidu. Għalhekk, il-pole screws mhumiex interkambjabbli ma’ elementi tal-irbit komuni. B’appoġġ għall-argument tagħhom, huma pprovdew komunikazzjoni tal-awtoritajiet doganali Ġermaniżi bid-data tas-7 ta’ Marzu 2016 li l-pole screws ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012 (16). Peress li l-investigazzjoni kurrenti tkopri l-istess ambitu tal-prodott, il-kumpanija argumentat li l-pole screws lanqas ma jenħtieġ li jitqiesu li jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali. |
|
(161) |
Il-komunikazzjoni ppreżentata mill-utent inkwistjoni ma kinitx tinkludi deċiżjoni motivata tal-awtoritajiet doganali, li tinkludi raġunijiet fattwali u legali li mmotivaw tali deċiżjoni u jekk kinitx ibbażata fuq informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi. Il-Kummissjoni lanqas ma setgħet tivverifika l-awtentiċità tad-dokument ipprovdut. Barra minn hekk, waslet ukoll qabel l-investigazzjoni kurrenti u, għalhekk, ma setgħetx titqies li kellha impatt fuq l-ambitu tal-prodott. Għalhekk, dawn l-argumenti ġew irrifjutati. |
2.3.8. Elementi tal-irbit mhux standard użati fl-industrija tal-karozzi
|
(162) |
Is-CCCME ddikjarat li jenħtieġ li l-elementi tal-irbit mhux standard użati fl-industrija tal-karozzi jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni, bl-argument li dawn ma jkunux esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, jew biss fi kwantitajiet limitati ħafna. Alternattivament, jenħtieġ li l-analiżi tad-dannu u tal-kawżalità titwettaq separatament għal kull segment tas-suq, jiġifieri elementi tal-irbit standard u mhux standard. |
|
(163) |
L-elementi tal-irbit mhux standard użati fl-industrija tal-karozzi jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott fil-premessa (102) u, għalhekk, huma koperti minn din l-investigazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-esportazzjonijiet miċ-Ċina kienu jinkludu esportazzjonijiet ta’ elementi tal-irbit mhux standard maħsubin għall-industrija tal-karozzi u li kien hemm diversi produtturi ta’ elementi tal-irbit tal-karozzi fiċ-Ċina. Għalhekk, id-dikjarazzjoni li dawn it-tipi tal-prodott jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(164) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME qalet li l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda analiżi speċifika tal-karatteristiċi uniċi tal-elementi tal-irbit tal-karozzi li tkun tiġġustifika l-esklużjoni ta’ dawn il-prodotti mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma sostnew li l-elementi tal-irbit tal-karozzi huma kompletament distinti minn elementi tal-irbit oħrajn f’termini ta’ standards u ta’ rekwiżiti industrijali. |
|
(165) |
Fir-rigward ta’ dak li kienet qalet diġà qabel id-divulgazzjoni finali, is-CCCME ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni ulterjuri dwar il-karatteristiċi tekniċi u fiżiċi li kienet qed tirreferi għalihom u li tkun tiddistingwi dawk it-tipi ta’ elementi tal-irbit minn tipi oħrajn. Is-sempliċi dikjarazzjoni li dawk l-elementi tal-irbit ma kinux interkambjabbli ma’ elementi tal-irbit oħrajn inklużi fl-ambitu tal-prodott tqieset insuffiċjenti sabiex tiġġustifika l-esklużjoni. Ta’ min jinnota li fl-industrija tal-karozzi jintużaw elementi tal-irbit ta’ diversi tipi u mhux biss tip wieħed. Fi kwalunkwe każ, kif diġà stabbilit fil-premessa (151), fir-rigward tal-interkambjabbiltà ma’ tipi oħrajn tal-prodott, il-Kummissjoni għandha diskrezzjoni wiesgħa sabiex tistabbilixxi l-ambitu tal-prodott ta’ investigazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit fir-Regolament bażiku li l-prodott ikkonċernat jinkludi biss tipi tal-prodott li huma interkambjabbli u f’kompetizzjoni. Għalhekk, il-pretensjonijiet tal-GTĊ f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(166) |
Id-dikjarazzjoni li l-analiżi tad-dannu u tal-kawżalità jenħtieġ li titwettaq abbażi ta’ segmenti differenti tas-suq hija indirizzata fil-premessi (394) u (398). |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(167) |
L-evidenza disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(168) |
Sabiex tiġbor id-data neċessarja għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-elementi tal-irbit. Tnejn u disgħin produttur esportatur ippreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(169) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (87), il-Kummissjoni talbet ukoll lill-GTĊ sabiex iwieġeb kwestjonarju dwar l-allegata eżistenza ta’ distorsjonijiet fir-RPĊ. Madankollu, il-GTĊ ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju kif mitlub. |
|
(170) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(171) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak l-istadju, pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jistgħu jkunu l-Brażil u t-Turkija jekk jiġu kkonfermati l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi possibbilment xierqa oħrajn f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(172) |
Fil-5 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ħarġet l-Ewwel Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota tal-5 ta’ Frar ” jew “l-Ewwel Nota”) li permezz tagħha hija informat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li hija kellha l-intenzjoni li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-elementi tal-irbit. Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil, ir-Russja, it-Tajlandja u t-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-EIFI li lmenta, minn żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun, mis-CCCME u mill-EFDA. |
|
(173) |
Fl-4 ta’ Mejju 2021, wara li analizzat il-kummenti li rċeviet, il-Kummissjoni ħarġet it-Tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota tal-4 ta’ Mejju” jew “it-Tieni Nota”). F’dik in-nota, il-Kummissjoni stabbiliet lista proviżorja ta’ fatturi tal-produzzjoni u informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża lit-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti bbażati fuq data finanzjarja disponibbli faċilment miksuba mill-bażi tad-data Dun & Bradstreet (17) (“D&B”). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Waslu kummenti mingħand l-ilmentatur, produttur esportatur wieħed fil-kampjun, is-CCCME u l-EFDA. |
|
(174) |
Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet dwar it-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tajlandja kienet għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti aktar fid-dettall fil-premessi (220) u f’dawk segwenti. |
3.2. L-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku
|
(175) |
Kif diġà ssemma fil-premessi (87) u (169), il-GTĊ ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet (18). Il-Kummissjoni informat lill-GTĊ permezz ta’ Note Verbale fit-2 ta’ Ġunju 2021 li, għalhekk, kellha l-intenzjoni li tagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li tuża l-fatti disponibbli fir-rigward tal-informazzjoni koperta mill-kwestjonarju. Il-Kummissjoni stiednet lill-GTĊ jissottometti kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(176) |
Kif imsemmi fil-premessa (61), fil-bidu, sabiex jiġi deċiż jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, sabiex jintgħażel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufin kollha fiċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Ippreżentaw irwieħhom 92 produttur esportatur jew grupp ta’ produtturi esportaturi li jirrappreżentaw 51 % tal-esportazzjonijiet totali tal-elementi tal-irbit mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-PI kif stmat mill-ilmentatur fuq il-bażi tal-istatistika tal-Eurostat. Il-Kummissjoni qieset li dan il-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni informat lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea permezz ta’ Note Verbale dwar dan, filwaqt li enfasizzat li minħabba din il-kooperazzjoni baxxa, hija kellha l-ħsieb li tagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-marġni għall-pajjiż kollu (jiġifieri d-dazju residwu). Il-Kummissjoni stiednet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea tippreżenta l-kumment tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(178) |
L-EFDA qalet li jenħtieġ li livell ta’ kooperazzjoni ma jitqiesx bħala baxx minħabba li:
|
|
(179) |
Il-Kummissjoni nnotat li, fil-bidu tal-investigazzjoni (l-eżerċizzju ta’ waqfien u/jew ta’ kampjunar), jintalab l-istess ammont ta’ informazzjoni mill-produtturi esportaturi u tal-Unjoni. Din l-informazzjoni hija prinċipalment limitata għad-dettalji ta’ kuntatt tal-kumpanija, tal-bejgħ u tal-kwantitajiet tal-produzzjoni tagħha u tal-kumpaniji relatati. Il-kooperazzjoni hija stabbilita fuq il-bażi ta’ din it-tweġiba inizjali. Għalhekk, il-kumpaniji kollha (inklużi l-SMEs) fl-Unjoni u fil-pajjiż esportatur jiġu ttrattati bl-istess mod. Għaldaqstant, l-allegazzjonijiet tal-parti ma ntlaqgħux. |
|
(180) |
Matul l-RCCs, il-Kummissjoni ma setgħet tivverifika l-konsum reali tal-manodopera għall-ebda wieħed mit-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun. Il-Kummissjoni informat lil kull wieħed mit-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun permezz ta’ ittra fit-3 ta’ Ġunju 2021 li kienet biħsiebha tagħmel użu mill-fatti disponibbli f’konformità mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-konsum tal-manodopera. |
|
(181) |
Ningbo Jinding qieset li l-informazzjoni dwar is-sigħat tax-xogħol attwali ma kinitx neċessarja u li l-Kummissjoni jenħtieġ li tibbaża fuq is-sigħat tax-xogħol standard. Argumentat li s-sigħat tax-xogħol standard jistgħu jintużaw sabiex jiġu vvalutati l-kostijiet lavorattivi, speċjalment fin-nuqqas ta’ kwalunkwe obbligu legali li jiġu rreġistrati s-sigħat tax-xogħol attwali. Dan il-produttur esportatur qal li aġixxa bl-aħjar mod possibbli, u għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx tinjora d-data tal-manodopera pprovduta, peress li xorta tippermetti “konklużjoni raġonevolment preċiża”. Żied jgħid li s-sigħat tax-xogħol standard kienu l-aktar fatti xierqa disponibbli, peress li l-ebda sors ieħor ma seta’ possibbilment ikun aktar xieraq għaċ-ċirkostanzi partikolari tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn Ningbo Jinding. |
|
(182) |
Wenzhou qalet li l-jiem ta’ xogħol reali (aktar tard ikkonvertiti f’sigħat tax-xogħol bin-numru standard ta’ sigħat tax-xogħol kull jum) kienu indikati fuq l-iskedi tal-pagi ta’ kull xahar, u li s-sigħat tax-xogħol standard kull jum kif limitati mil-liġi tax-xogħol taċ-Ċina jenħtieġ li jitqiesu bħala data affidabbli li għandha tintuża fil-konverżjoni tal-jiem ta’ xogħol attwali għal sigħat tax-xogħol. Barra minn hekk, il-fatt li l-kumpanija ma kinitx tirreġistra s-sigħat tax-xogħol reali għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat ma setax jitqies bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, u għalhekk ma kienx raġonevoli li jiġi applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għall-kostijiet lavorattivi ta’ Wenzhou. |
|
(183) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Is-sempliċi eżistenza tal-liġi li tiddelimita n-numru standard ta’ sigħat li ħaddiem jista’ jaħdem mhijiex evidenza suffiċjenti sabiex turi s-sigħat reali maħdumin. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li l-liġi Ċiniża dwar ix-xogħol ġiet irrispettata jew infurzata, u li l-jiem ta’ xogħol attwali rrapportati mill-produtturi esportaturi kienu riflessi fir-remunerazzjoni li fil-fatt tħallset lill-persunal. |
|
(184) |
Barra minn hekk, ma nstabet l-ebda evidenza li l-jiem ta’ xogħol attwali kkonvertiti f’sigħat tax-xogħol bin-numru standard ta’ sigħat tax-xogħol kienu jkopru s-sigħat maħdumin relatati mal-proċess tal-manifattura tal-prodott ikkonċernat, peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza dwar fuq liema bażi ġew stabbiliti s-sigħat standard għall-produzzjoni tal-elementi tal-irbit. |
|
(185) |
Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi li kkonvertew il-jiem ta’ xogħol tagħhom bin-numru standard ta’ sigħat tax-xogħol kull jum kellhom kważi d-doppju tar-rata tal-produttività tax-xogħol (19) tagħhom meta mqabblin mal-produttur esportatur li rreġistra s-sigħat tax-xogħolreali. Il-produttività għolja tax-xogħol normalment tindika użu ogħla u aktar effettiv tal-forza tax-xogħol rifless f’numru akbar ta’ sigħat tax-xogħol attwali. Għalhekk, f’dan il-każ, is-sigħat tax-xogħol standard ma setgħux jintużaw għall-valutazzjoni tal-kost lavorattiv tal-prodott ikkonċernat. |
|
(186) |
Fuq din il-bażi, id-dikjarazzjonijiet tal-produtturi esportaturi ġew miċħudin u l-Kummissjoni użat l-aħjar fatti disponibbli fir-rigward tal-konsum tal-manodopera f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
3.3. Valur normali
|
(187) |
F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (20), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. L-azzar huwa l-materja prima ewlenija użata għall-produzzjoni tal-elementi tal-irbit, u għaldaqstant is-settur tal-elementi tal-irbit huwa qrib ħafna tas-settur tal-azzar. F’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa wkoll. |
|
(188) |
Fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-azzar, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li rriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (21). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (22), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (23). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (24). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (25). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (26), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (27). |
|
(189) |
Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti rigward is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment, kif ukoll fir-rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (minn hawn’ il quddiem “ir-Rapport”) (28), li jiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(190) |
Minbarra r-Rapport, l-ilment elenka xi fatturi addizzjonali li jindikaw il-preżenza ta’ distorsjonijiet fis-settur tal-elementi tal-irbit. L-ewwel nett, elenka l-problema tal-kapaċità żejda fis-suq tal-vireg tal-wajer. It-tieni, l-ilment irrefera għall-intervent mill-Istat fl-enerġija u fl-elettriku. Barra minn hekk, l-ilment semma distorsjonijiet fis-setturi tal-karozzi u tal-kostruzzjoni fiċ-Ċina (żewġ utenti importanti tal-elementi tal-irbit), kif muri miż-żewġ pubblikazzjonijiet mill-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina: Business in China – Position Papers tal-2018/2019 u tal-2019/2020. L-ilment isemmi wkoll iż-żewġ rapporti mħejjija minn Think!Desk China Research & Consulting: Ir-Rapport Finali “Assessment of the normative and policy framework governing the Chinese economy and its impact on international competition”, u l-Abbozz tar-Rapport Finali “The China Iron and Steel Association – Government Partner and Information Hub”, li juru distorsjonijiet minħabba l-kontroll tal-gvern fuq is-settur tal-ħadid u tal-azzar, inklużi l-elementi tal-irbit. Fl-aħħar nett, l-ilment indika l-fatt li fl-investigazzjoni preċedenti l-Kummissjoni diġà sabet distorsjonijiet fis-suq tal-azzar fiċ-Ċina. |
|
(191) |
Kif indikat fil-premessa (169), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(192) |
Speċifikament fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-elementi tal-irbit, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Ħafna mill-akbar produtturi tal-azzar huma proprjetà tal-Istat. Xi wħud huma msemmija speċifikament fil-“Pjan ta’ Aġġustament u ta’ Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-2016-2020”. Pereżempju, Shanxi Taiyuan Iron & Steel Co. Ltd. (“Tisco”), li hija proprjetà tal-Istat Ċiniż, issemmi fuq is-sit web tagħha li hija “superġgant tal-ħadid u tal-azzar”, li “żviluppat f’kumpless straordinarju tal-ħadid u tal-azzar fuq skala kbira, li huwa integrat man-negozju tal-estrazzjoni tal-ħadid, u tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-konsenja u n-negozjar tal-ħadid u tal-azzar” (29). Baosteel hija intrapriża ewlenija oħra tal-Istat Ċiniż li hija involuta fil-manifattura tal-azzar u hija parti miċ-China Baowu Steel Group Co. Ltd. li ġiet ikkonsolidata reċentement (l-eks Baosteel Group and Wuhan Iron & Steel) (30) .. Filwaqt li l-qasma nominali bejn in-numru ta’ SOEs u ta’ kumpaniji bi sjieda privata hija stmata li hija kważi ugwali, mill-ħames produtturi Ċiniżi tal-azzar ikklassifikati mal-ewwel 10 fost l-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja, erbgħa huma SOEs (31). Fl-istess ħin, filwaqt li fl-2016 l-akbar għaxar produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-output totali tal-industrija, il-GTĊ stabbilixxa l-mira fl-istess sena li jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-azzar f’madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (32). Din l-intenzjoni ttenniet mill-GTĊ f’April tal-2019, fejn dan ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (33). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profittabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni batuta (34). Peress li s-settur tal-elementi tal-irbit huwa frammentat ħafna u ħafna mill-produtturi huma SOEs, huwa impossibbli li jiġi stabbilit il-proporzjon eżatt tal-produtturi tal-elementi tal-irbit tal-istat vs dawk privati, madankollu l-investigazzjoni wriet li xi produtturi tal-elementi tal-irbit huma SOEs, pereżempju Zhoushan 7412 Factory. |
|
(193) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2 (6a) (b) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni ma eżaminatx kumpaniji individwali, peress li s-setturi tal-elementi tal-irbit huma frammentati ħafna u jikkonsistu l-aktar minn SOEs SMEs. Madankollu l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott ikkonċernat u s-CCP ġiet stabbilita fil-livell tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija. L-assoċjazzjonijiet tal-industrija tal-elementi tal-irbit jenfasizzaw ir-rabta personali tagħhom mas-CCP, pereżempju l-Istatuti ta’ Assoċjazzjoni tal-Ningbo Fasteners Industry Association jirrikjedu li: “Il-President, il-Viċi President u s-Segretarju Ġenerali ta’ din l-assoċjazzjoni jeħtiġilhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: (1) Jaderixxu mal-linja, mal-prinċipji, mal-politiki tal-partit, u jkunu ta’ kwalità politika tajba” (35). |
|
(194) |
Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-elementi tal-irbit huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika. L-eżempji li ġejjin juru x-xejra ta’ hawn fuq ta’ livell dejjem akbar ta’ intervent mill-GTĊ fis-setturi tal-elementi tal-irbit u tal-azzar. Filwaqt li l-industrija tal-elementi tal-irbit hija frammentata ħafna u tikkonsisti l-aktar f’SMEs, l-investigazzjoni żvelat konnessjonijiet bejn il-parti u l-assoċjazzjonijiet tal-industrija tal-elementi tal-irbit, li jiġbru u jirrappreżentaw lill-produtturi tal-elementi tal-irbit. Pereżempju, Ningbo Fasteners Industry Association tiddikjara b’mod ċar fuq is-sit web tagħha: “Matul dawn l-aħħar ftit snin, l-assoċjazzjoni kienet qed tippromwovi u timplimenta linji gwida u politiki nazzjonali”. L-irbit mill-qrib mal-gvern huwa enfasizzat ukoll fl-Istatuti ta’ Assoċjazzjoni ta’ din l-organizzazzjoni, pereżempju fl-Artikolu 3: “L-iskop ta’ din l-assoċjazzjoni: li tikkonforma mal-kostituzzjoni, mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-politiki nazzjonali […], taqdi rwol bħala pont u ħolqa bejn il-gvern u l-membri sabiex jaċċelleraw il-progress teknoloġiku tal-industrija tal-elementi tal-irbit u tippromwovi l-iżvilupp tal-industrija tal-elementi tal-irbit. F’konformità mal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista Ċiniż, din l-assoċjazzjoni tistabbilixxi organizzazzjoni tal-partit u tassumi r-responsabbiltajiet li tiżgura direzzjoni politika, tgħaqqad il-mases, tippromwovi l-iżvilupp, tibni kultura avvanzata, taqdi l-iżvilupp tat-talenti, u ssaħħaħ l-awtokostruzzjoni.” u wkoll fl-Artikolu 6.xviii: “Li twettaq kompiti oħrajn fdati mill-gvern” (36). Skont is-sit web tal-Fergħa tal-Fasteners Branch taċ-China Machinery General Part Industry Association, l-industrija tal-elementi tal-irbit f’Ningbo tibbenefika minn diversi politiki ta’ appoġġ u minn xogħol ta’ appoġġ li sar mill-Gvern Muniċipali ta’ Ningbo (anki f’Zhejiang) u mid-dipartimenti funzjonali fil-livelli kollha (37). Il-konnessjoni bejn l-industrija tal-elementi tal-irbit u s-CCP hija evidenti wkoll fil-Kontea ta’ Haiyan (il-provinċja ta’ Zhejiang): “Haiyan hija waħda mit-tliet bażijiet ewlenin tal-produzzjoni tal-elementi tal-irbit fil-pajjiż. Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp stabbli u ordnat tal-industrija tal-elementi tal-irbit, il-Kontea ta’ Haiyan taderixxi mat-tmexxija tal-bini tal-Partit, […], tapprofondixxi l-“katina tal-industrija + il-bini tal-partiti”, tifhem l-“interazzjoni ħamra”, u tippromwovi b’mod komprensiv ix-xogħol u l-produzzjoni tal-intrapriżi li jipproduċu l-elementi tal-irbit. [..] Il-Kontea ta’ Haiyan tilqa’ bis-sħiħ ir-rwol […] tal-kumitat tal-Partit tal-Kontea. […] Għalhekk, Haiyan elenkat 15-il intrapriża ta’ daqs differenti, […] bħala intrapriżi pilota ta’ dimostrazzjoni, u tagħti garanzija finanzjarja sa 50 % tal-kost tar-rinnovazzjoni.” U, barra minn hekk, “Haiyan tilqa’ bis-sħiħ ir-rwol tal-organizzazzjoni provinċjali tal-partit tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Elementi tal-Irbit (tal-kontea) fil-koordinazzjoni tal-partijiet kollha, billi tieħu t-tmexxija fit-tqabbil tad-domanda u tneħħi l-ostakli għall-informazzjoni. […]Milquta mill-epidemija, twaqqfet il-provvista oriġinali tal-materja prima tal-azzar tal-intrapriżi li jinsabu fil-park tal-etaż-żewġ ċentri ta’ innovazzjoni fi Triq Qinshan. Wara li l-organizzazzjoni tal-Partit tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-elementi tal-irbit tal-Kontea ġiet informata dwar is-sitwazzjoni, hija kkoordinat minnufih l-intrapriżi li jipproduċu materja prima tal-azzar ta’ livell għoli fil-Kontea sabiex tipprovdi lill-intrapriżi li jipproduċu l-elementi tal-irbit b’materja prima ta’ standard baxx u tiżgura l-komplementarjetà. F’xahar wieħed biss, dawn l-intrapriżi kienu laħqu madwar RMB 100 miljun (38).” |
|
(195) |
Barra minn hekk, fis-settur tal-elementi tal-irbit hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(196) |
Matul l-investigazzjoni setgħu jiġu identifikati diversi dokumenti ta’ politika li jiggwidaw speċifikament l-iżvilupp tal-industrija tal-elementi tal-irbit. L-industrija tal-elementi tal-irbit hija elenkata fl-Avviż tal-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar il-ħruġ tal-Katalogu ta’ Gwida għall-Promozzjoni u għall-Applikazzjoni tal-Ewwel (Sett ta’) Tagħmir Tekniku Ewlieni (Edizzjoni tal-2019) (39) kif ukoll fil-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (2019 NDRC) (40) bħala industrija mħeġġa. |
|
(197) |
Flimkien mad-dokumenti msemmijin hawn fuq fil-livell ċentrali, hemm numru ta’ dokumenti ta’ gwida fil-livell lokali, provinċjali jew muniċipali, li jiggwidaw u jappoġġaw l-iżvilupp tal-industrija tal-elementi tal-irbit. Pereżempju, il-Politiki ta’ inċentiv tal-2019 għall-industrija tal-elementi tal-irbit fid-distrett ta’ Hayan, jipprevedu li: “Haiyan huwa ċ-“Ċentru tal-elementi tal-irbit”, u l-industrija tal-elementi tal-irbit hija wkoll waħda mill-industriji tradizzjonali importanti f’Haiyan. […] Sabiex […] tingħata spinta lill-innovazzjoni u lill-iżvilupp tal-industrija tal-elementi tal-irbit fil-kontea tagħna, il-kontea tagħna reċentement ħarġet il-“Politika ta’ Azzjoni Speċjali ta’ Tliet Snin għad-Diġitalizzazzjoni u għat-Trasformazzjoni Intelliġenti tal-Industrija tal-elementi tal-irbit fil-Kontea ta’ Haiyan”. L-ambitu tal-fondi speċjali relatati jkopri kumpaniji li jimplimentaw trasformazzjoni diġitali u intelliġenti fl-industrija tal-elementi tal-irbit” (41). Il-fond ta’ sussidju għall-industrija tal-elementi tal-irbit f’Haiyan kompla jiżdied fl-2020 (42). |
|
(198) |
Barra minn hekk, l-industrija tal-elementi tal-irbit tibbenefika minn gwida u minn intervent governattivi dwar il-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-elementi tal-irbit, jiġifieri l-azzar. L-industrija tal-azzar titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (43). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016 sal-2020”, li kien validu matul il-perjodu PI. Dan il-Pjan kien jgħid li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (44). Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stabbiliti f’dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (45). It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (46), applikabbli matul il-PI, ippreveda appoġġ lill-intrapriżi li jipproduċu tipi ta’ prodotti tal-azzar ta’ livell għoli (47). Dan jiffoka wkoll fuq il-kisba ta’ kwalità, ta’ durabbiltà u ta’ affidabbiltà tal-prodotti permezz tas-sostenn lill-kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar nadif, l-irrumblar bi preċiżjoni u t-titjib fil-kwalità (48). Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) (l-Emenda tal-2013)” (49) (“il-Katalogu”) jelenka l-azzar bħala industrija mħeġġa. |
|
(199) |
Kif jidher mill-eżempji msemmijin hawn fuq dwar l-azzar, li huwa materja prima importanti għall-produzzjoni tal-elementi tal-irbit, il-GTĊ jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur tal-elementi tal-irbit f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u ta’ direttivi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur. Għalhekk, l-industrija tal-elementi tal-irbit tibbenefika minn gwida u minn intervent governattivi dwar il-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-elementi tal-irbit, jiġifieri l-azzar. |
|
(200) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-produtturi tal-elementi tal-irbit huma wkoll benefiċjarji ta’ sussidji mill-Istat, li jindika b’mod ċar l-interess tal-istat f’dan is-settur. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li numru ta’ programmi ta’ inċentivi finanzjarji saru disponibbli għall-produtturi tal-elementi tal-irbit, inklużi l-Politiki ta’ inċentiv tal-2019 għall-industrija tal-elementi tal-irbit fl-2019 fid-distrett ta’ Haiyan: “Il-promozzjoni vigoruża tat-trasformazzjoni diġitali u intelliġenti tal-intrapriżi tal-elementi tal-irbit: Għall-applikazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni diġitali u ta’ software ta’ apparat ta’ kontroll integrati, se jingħataw inċentivi finanzjarji speċjali skont is-sena ta’ implimentazzjoni, […], L-intrapriżi li jimplimentaw trasformazzjoni diġitali u intelliġenti (jew xiri ġdid) u t-titjib tat-tagħmir tagħhom fl-2019 se jingħataw sussidju ta’ darba sa 20 % tal-investiment attwali f’tagħmir ewlieni u sa massimu ta’ RMB 2 miljun; fir-rigward tal-implimentazzjoni fl-2020, se jingħataw sussidju ta’ darba sa 15 % tal-investiment reali f’tagħmir ewlieni u sa massimu ta’ RMB 1,5 miljun; fir-rigward tal-implimentazzjoni fl-2021, se jingħataw sussidju ta’ darba sa 12 % tal-investiment attwali f’tagħmir ewlieni u sa massimu ta’ RMB 1 miljun yuan (50).” Is-sussidji kienu disponibbli wkoll fl-2020: “Fuq il-bażi tal-fond speċjali pilota provinċjali ta’ 20 miljun, jintużaw fondi pariġġ 1:1 fil-livell tal-kontea għat-trasformazzjoni u għat-titjib tal-industrija tal-elementi tal-irbit. Flimkien mal-“Politika ta’ Azzjoni Speċjali tal-elementi tal-irbit ta’ Tliet Snin”, l-ammont inizjali tas-sussidju bażiku ta’ 3 % jew ta’ 6 % tal-investiment fi proġetti ta’ trasformazzjoni tas-software tal-industrija żdied għal aktar minn 12 %, sa massimu ta’ 20 %, […], il-proporzjon ta’ sussidji għall-investiment fi proġetti puri ta’ software fl-industrija tal-elementi tal-irbit qabeż it-30 %, b’massimu ta’ 50 %. Sa issa, tħallsu aktar minn RMB 12-il miljun f’fondi speċjali għall-elementi tal-irbit, li minnhom jibbenefikaw aktar minn 30 intrapriża. […] Fir-rigward ta’ proġetti ta’ (investiment fi) trasformazzjoni teknoloġika, l-investiment f’tagħmir tal-produzzjoni jrid jaqbeż it-RMB 3 miljun (51).” |
|
(201) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ sabiex jikkonvinċi lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jiġu appoġġati l-industriji mħeġġin, inkluż il-produzzjoni tal-azzar bħala l-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tal-elementi tal-irbit. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(202) |
Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur tal-elementi tal-irbit msemmi hawn fuq fil-premessa (188) ma jkun jaffettwa lill-manifatturi tal-prodott ikkonċernat. |
|
(203) |
Is-settur tal-elementi tal-irbit huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (188). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema lavorattiva fir-RPĊ) (52). |
|
(204) |
Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-elementi tal-irbit mhuwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (188). Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(205) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti l-elementi tal-irbit, huma meħtieġa numru ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-elementi tal-irbit jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma skoperti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmijin qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(206) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-elementi tal-irbit mhumiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. |
|
(207) |
F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju. |
|
(208) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles minħabba li dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
|
(209) |
Wara l-iżvelar finali, il-GTĊ u s-CCCME ssottomettew kummenti li fihom, fost l-oħrajn, ikkontestaw il-legalità tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, kif ukoll l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti deskritti mill-Kummissjoni. Il-kummenti huma indirizzati fid-dettall hawn taħt. |
|
(210) |
Il-GTĊ issottometta, l-ewwel nett, fir-rigward tar-Rapport, li ma hemm l-ebda evidenza li r-Rapport ġie approvat jew li ntlaqa’ mill-Kummissjoni, u għal din ir-raġuni hemm dubji dwar jekk ir-Rapport jistax jirrappreżenta l-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni. Min-naħa fattwali, ir-Rapport huwa, skont il-GTĊ, miżrappreżentattiv, ixaqleb lejn naħa waħda u maqtugħ mir-realtà. Barra minn hekk, skont il-GTĊ, il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet rapporti tal-pajjiżi għal ftit pajjiżi magħżulin biss iqajjem tħassib dwar it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit. Barra minn hekk, fil-fehma tal-GTĊ, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma toqgħodx fuq l-evidenza fir-Rapport, peress li dan ma jkunx konformi mal-ispirtu ta’ liġi ekwa u ġusta, peress li effettivament isarraf f’ġudizzju dwar il-każ qabel il-proċess. |
|
(211) |
B’mod simili, is-CCCME argumentat li l-Artikolu 2(6a) huwa applikat b’mod diskriminatorju kontra ċ-Ċina, u b’hekk jikser il-prinċipju tal-aktar nazzjon iffavorit peress li l-Kummissjoni ħarġet biss Rapporti speċifiċi għall-pajjiżi fil-każ taċ-Ċina u tar-Russja. Is-CCCME kkontestat ukoll il-valur probatorju tar-Rapport. |
|
(212) |
It-tieni, il-GTĊ u s-CCCME argumentaw li l-kostruzzjoni tal-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija inkonsistenti mal-ADA, b’mod partikolari mal-Artikolu 2.2. tal-ADA, li jipprovdi lista eżawrjenti ta’ sitwazzjonijiet fejn jista’ jiġi kkostruwit il-valur normali, bid-“distorsjonijiet sinifikanti” ma jkunux elenkati fost sitwazzjonijiet bħal dawn. Barra minn hekk, l-użu ta’ data minn pajjiż rappreżentattiv xieraq huwa, skont il-GTĊ, inkonsistenti mal-Artikolu VI.1(b) tal-GATT u mal-Artikolu 2.2.1.1. tal-ADA, li jirrikjedu l-użu tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini meta jinbena l-valur normali. |
|
(213) |
Barra minn hekk, is-CCCME fakkret li t-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO tippermetti derogi mill-metodoloġija standard fid-determinazzjoni tal-valur normali u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu VI tal-GATT tal-1994 u tal-ADA, iżda dawn id-derogi kienu limitati fiż-żmien, peress li skadew fil-11 ta’ Diċembru 2016. Skont is-CCCME, wara l-iskadenza jenħtieġ li l-Unjoni ma tiddevjax mill-metodoloġija standard fl-istabbiliment tal-valur normali tal-produtturi tal-pajjiż esportatur u mill-użu biss ta’ prezzijiet u ta’ kostijiet domestiċi tal-pajjiż esportatur, sakemm dispożizzjonijiet oħrajn tal-ftehimiet tad-WTO, inkluża l-ADA, ma jkunux jippermettu mod ieħor. Is-CCCME qalet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, sa fejn jippermetti lill-Unjoni tuża data ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq, imur kontra l-impenn tal-Unjoni skont il-ftehimiet tad-WTO, b’mod partikolari l-impenn tagħha fit-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO. |
|
(214) |
It-tielet, il-GTĊ qal li l-prattiki investigattivi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma inkonsistenti mar-regoli tad-WTO peress li l-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 2.2.1.1. tal-ADA, injorat ir-rekords tal-produttur Ċiniż mingħajr ma ddeterminat jekk dawk ir-rekords humiex konformi mal-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati fiċ-Ċina. F’dan ir-rigward, il-GTĊ fakkar li l-Korp tal-Appell f’DS473 u l-bord f’DS494 qalu li, skont l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA, sakemm ir-rekords miżmumin mill-esportatur jew mill-produttur taħt investigazzjoni jkunu jikkorrespondu – fi ħdan limiti aċċettabbli – b’mod akkurat u affidabbli, għall-kostijiet attwali kollha mġarrbin mill-produttur jew mill-esportatur partikolari għall-prodott taħt kunsiderazzjoni, huma jistgħu jitqiesu li “jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkunsidrat”, u jenħtieġ li l-awtorità investigattiva tuża tali rekords sabiex tiddetermina l-kostijiet tal-produzzjoni tal-produtturi investigati. |
|
(215) |
Is-CCCME b’mod simili argumentat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku huwa inkompatibbli mar-regoli tad-WTO peress li jipprovdi li l-kost u l-prezzijiet tal-produttur esportatur u fil-pajjiż esportatur iridu jiġu injorati minħabba distorsjonijiet sinifikanti. Is-CCCME fakkret li l-Korp tal-Appell tad-WTO fl-Unjoni Ewropea – Miżuri anti-dumping fuq il-bijodiżil mill-Arġentina, sab li l-Unjoni aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA billi ma użatx ir-rekords miżmumin mill-produtturi investigati bħala bażi sabiex tikkalkola l-kost tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Is-CCCME ddikjarat b’mod partikolari li, fid-dawl ta’ dik id-deċiżjoni, id-distorsjonijiet fl-Arġentina li kienu qed jikkawżaw differenza bejn il-prezzijiet domestiċi u dawk internazzjonali tal-materja prima ewlenija tal-prodott ikkonċernat ma kinux fihom infushom bażi suffiċjenti skont l-Artikolu 2.2.1.1 għall-konklużjoni li r-rekords tal-produttur ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet tal-materja prima assoċjata mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, jew sabiex jiġu injorati dawk il-kostijiet meta jinħadem il-valur normali tal-prodott ikkonċernat. |
|
(216) |
Fir-rigward tal-argument dwar l-istatus tar-Rapport skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku ma jippreskrivix format speċifiku għar-rapporti dwar distorsjonijiet sinifikanti, u lanqas dik id-dispożizzjoni ma tiddefinixxi mezz għall-pubblikazzjoni. Ir-rapport huwa dokument tekniku bbażat fuq il-fatti li jintuża biss fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ. Għalhekk, ir-rapport inħareġ b’mod xieraq bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, minħabba li huwa purament deskrittiv u ma jesprimix fehmiet, preferenzi jew ġudizzji politiċi. Dan ma jaffettwax il-kontenut tiegħu, jiġifieri s-sorsi oġġettivi ta’ informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija Ċiniża rilevanti għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tar-rimarki li jgħidu li r-Rapport huwa unilaterali u miżrappreżentattiv, il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, li tinkludi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti uffiċjali oħrajn ta’ politika ppubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Ir-Rapport ilu disponibbli pubblikament minn Diċembru 2017 u b’hekk kwalunkwe parti interessata kellha biżżejjed opportunità sabiex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li fuqha huwa bbażat. Il-Kummissjoni nnotat ukoll f’dan ir-rigward li filwaqt li indikat id-difetti tar-Rapport f’termini purament ġeneriċi u astratti, il-GTĊ żamm lura milli qatt jipprovdi xi konfutazzjoni dwar is-sustanza u l-evidenza li jinsabu fir-rapport. B’reazzjoni għall-allegazzjonijiet tal-GTĊ dwar il-ksur tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, il-Kummissjoni fakkret li, kif previst mill-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi prodott rapport tal-pajjiż għal kwalunkwe pajjiż biss meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sewwa tal-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’pajjiż speċifiku jew f’settur speċifiku f’dak il-pajjiż. Mad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’Diċembru 2017, il-Kummissjoni kellha tali indikazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti għaċ-Ċina. F’Ottubru 2020 (53), il-Kummissjoni ppubblikat ukoll rapport dwar id-distorsjonijiet fir-Russja u, fejn xieraq, jistgħu jsegwu rapporti oħrajn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li r-rapporti mhumiex obbligatorji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a). L-Artikolu 2(6a)(c) jiddeskrivi l-kundizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni toħroġ rapporti tal-pajjiżi u, skont l-Artikolu 2(6a)(d), l-ilmentaturi mhumiex obbligati jużaw ir-rapport, u l-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż lanqas ma hija kundizzjoni sabiex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 2(6a) f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(e). Skont l-Artikolu 2(6a)(e), evidenza suffiċjenti li turi distorsjonijiet sinifikanti fi kwalunkwe pajjiż miġjuba mill-ilmentaturi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(b) hija biżżejjed biex tinbeda l-investigazzjoni fuq dik il-bażi. Għalhekk, ir-regoli li jikkonċernaw distorsjonijiet sinifikanti speċifiċi għall-pajjiż japplikaw għall-pajjiżi kollha mingħajr ebda distinzjoni, u irrispettivament mill-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż. B’riżultat ta’ dan, skont id-definizzjoni, ir-regoli dwar id-distorsjonijiet tal-pajjiżi ma jiksrux il-prinċipju tan-nazzjon l-aktar iffavorit. |
|
(217) |
Rigward it-tieni u t-tielet argumenti tal-GTĊ u tas-CCCME dwar l-allegata inkompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mad-dritt tad-WTO, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.2. u 2.2.1.1. tal-ADA, kif ukoll is-sejbiet f’DS473 u f’DS494, il-Kummissjoni tenniet il-fehma tagħha espressa fil-premessi (72) u (73) tar-Regolament proviżorju li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa kompletament konformi mal-obbligi tal-UE skont id-dritt tad-WTO. Barra minn hekk, fir-rigward tal-affermazzjoni li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti inkluż fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku mhuwiex elenkat fost is-sitwazzjonijiet li fihom huwa permissibbli li l-valur normali jinbena skont l-Artikolu 2.2 tal-ADA, il-Kummissjoni fakkret li d-dritt domestiku ma għandux bżonn juża l-istess termini eżatti bħall-Ftehimiet koperti sabiex ikun konformi ma’ dawk il-Ftehimiet, u li hija tqis li l-Artikolu 2(6a) huwa kompletament konformi mar-regoli rilevanti tal-ADA (u, b’mod partikolari, mal-possibbiltajiet li valur normali jinbena kif previst fl-Artikolu 2.2 tal-ADA). Barra minn hekk, fir-rigward ta’ DS494, il-Kummissjoni fakkret li kemm l-UE kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw is-sejbiet tal-Bord, li mhumiex finali u, għalhekk, skont ġurisprudenza permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fis-sistema tad-WTO, peress li dawn ma ġewx adottati mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord f’dik it-tilwima kkunsidra speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-tilwima. Fir-rigward ta’ DS473, id-deċiżjoni rilevanti ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, iżda ta’ dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li d-dritt tad-WTO kif interpretat mill-Bord tad-WTO u mill-Korp tal-Appell f’DS473 jippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, b’aġġustament dovut meta tali aġġustament ikun neċessarju u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-ħdim tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-ħdim tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. F’dan ir-rigward, sitwazzjoni li teżisti fir-rigward tas-suq għall-prodott simili jew għall-inputs tiegħu (bħal dik li nstabet fiċ-Ċina) tista’ ssarraf f’sitwazzjoni li fiha l-bejgħ domestiku tal-esportatur tal-prodott simili ma jippermettix paragun xieraq mal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-prodott taħt kunsiderazzjoni mill-esportatur. |
|
(218) |
Fir-rigward tal-impenji skont it-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, il-Kummissjoni tfakkar li fil-proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw il-prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll li ma skadewx ikomplu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li mhijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew mal-kostijiet Ċiniżi. |
|
(219) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti tal-GTĊ u tas-CCCME. |
3.4. Pajjiż rappreżentattiv
3.4.1. Kummenti ġenerali
|
(220) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
|
|
(221) |
Kif imsemmi fil-premessi (172) u (173), il-Kummissjoni għamlet disponibbli żewġ noti mal-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali li fuqu l-partijiet interessati ġew mistidnin jikkummentaw: in-Nota tal-5 ta’ Frar (“L-Ewwel Nota”) u n-Nota tal-4 ta’ Mejju (“It-Tieni Nota”). Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-fatti u l-evidenza u l-konklużjonijiet jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej. |
3.4.2. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina
|
(222) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat 55pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Bank Dinji kklassifika lil dawn il-pajjiżi bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Madankollu, produzzjoni mdaqqsa tal-prodott taħt investigazzjoni kienet magħrufa li sseħħ biss fi tmienja minn dawn il-pajjiżi, jiġifieri fil-Brażil, fil-Kolombja, fl-Indoneżja, fil-Malażja, fil-Messiku, fir-Russja, fit-Turkija u fit-Tajlandja. |
3.4.3. Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(223) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar data rilevanti disponibbli faċilment, b’mod partikolari informazzjoni finanzjarja ta’ kumpaniji li jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni fil-Brażil, fir-Russja, fit-Turkija u fit-Tajlandja, u dwar l-importazzjonijiet f’dawn il-pajjiżi tal-materja prima għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkonfermat id-disponibbiltà tal-informazzjoni finanzjarja ta’ kumpanija waħda li tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni fil-Malażja, kif identifikat mill-partijiet interessati. Ma nstabet l-ebda kumpanija li tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni b’informazzjoni finanzjarja faċilment disponibbli fil-Kolombja, fl-Indoneżja u fil-Messiku. |
|
(224) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkunsidrat li, skont il-bażi tad-data tal-Global Trade Atlas (“GTA”), aktar minn 75 % tal-importazzjonijiet tal-wajer tal-azzar illigat (SA 722790) fil-Brażil u fil-Malażja, kienu jinkisbu mir-RPĊ u mill-pajjiżi mhux tad-WTO elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55). Il-wajer tal-azzar illigat jirrappreżenta aktar minn 45 % fil-kost tal-produzzjoni tal-elementi tal-irbit. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-valur tal-importazzjoni tal-wajer tal-azzar illigat x’aktarx kien imminat u mhux rappreżentattiv meta mqabbel ma’ pajjiżi rappreżentattivi oħrajn disponibbli bħat-Turkija jew it-Tajlandja. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil u l-Malażja kellhom sett ta’ data faċilment disponibbli ta’ kwalità aktar baxxa għal valur mingħajr distorsjoni u ma kinux ikkunsidrati bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(225) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni eskludiet lir-Russja mill-kunsiderazzjoni tagħha bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-partijiet interessati kollha qablu li r-Russja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(226) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni nnutat li t-Tajlandja kienet l-akbar suq li jipproduċi elementi tal-irbit standard u mhux standard meta mqabbla mal-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali l-oħrajn kollha, u kbira d-doppju tat-Turkija f’termini ta’ valur tal-produzzjoni u ta’ domanda interna. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tuża t-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq u li tuża d-data finanzjarja disponibbli għas-sitt kumpaniji fit-Tajlandja elenkati fit-Tieni Nota, f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.4.4. Kummenti tal-partijiet interessati
|
(227) |
Wara t-Tieni Nota, l-EIFI qal li t-Tajlandja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq fuq il-bażi tal-argumenti li ġejjin:
|
|
(228) |
L-allegati prattiki kummerċjali inġusti mit-Tajlandja ma ġew ikkonfermati minn ebda investigazzjoni anti-dumping li kienet għaddejja u, għalhekk, ma ġewx ikkunsidrati aktar. Fir-rigward tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali fit-Tajlandja, f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, dan jiġi evalwat biss f’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv potenzjali wieħed disponibbli. Billi dan ma kienx il-każ fl-investigazzjoni preżenti, kif spjegat fid-dettall f’din it-taqsima, l-argumenti tal-EIFI f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(229) |
Is-CCCME argumentat li numru ta’ produtturi tal-elementi tal-irbit fit-Tajlandja kienu proprjetà ta’ manifatturi tal-karozzi Ġappuniżi. Dawk il-produtturi prinċipalment jipproduċu elementi tal-irbit mhux standard għall-industrija tal-karozzi fil-Ġappun u, għal dan l-għan, jimpurtaw materja prima ta’ kwalità għolja mill-kumpaniji relatati tagħhom fil-Ġappun. Għalhekk, il-prezz medju tal-importazzjoni fit-Tajlandja jirrifletti dawn l-importazzjonijiet bi prezz ogħla u ma jkunx rappreżentattiv għall-kost tal-produtturi Ċiniżi li prinċipalment kienu qed jimmanifatturaw elementi tal-irbit standard bl-użu ta’ materja prima orħos. Barra minn hekk, is-CCCME qalet li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Ġappun ma jkunux distakkati peress li kienu prinċipalment riżultat ta’ tranżazzjonijiet bejn kumpaniji relatati. Fuq il-bażi ta’ dawn l-argumenti, is-CCCME talbet li jekk it-Tajlandja tintuża bħala pajjiż rappreżentattiv, jenħtieġ li d-data tal-importazzjoni tiġi aġġustata billi jitnaqqsu l-importazzjonijiet mill-Ġappun mill-importazzjonijiet totali. Din ġiet appoġġata mill-produttur esportatur fil-kampjun Ningbo Jinding u mill-EFDA. |
|
(230) |
Is-CCCME ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar l-iskala tal-importazzjonijiet Ġappuniżi lejn it-Tajlandja ta’ materja prima ddestinata għall-produzzjoni ta’ elementi tal-irbit mhux standard użati speċifikament fl-industrija tal-karozzi. Bl-istess mod, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li kienu qed isiru importazzjonijiet minn partijiet relatati jew li l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu distorti. Is-sempliċi differenza fil-prezz bejn l-importazzjonijiet Ġappuniżi u importazzjonijiet oħrajn minn pajjiżi terzi fit-Tajlandja ma kinitx ikkunsidrata suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Ġappun kienu distorti. |
|
(231) |
L-EIFI argumenta li l-informazzjoni u l-argumenti mressqin mis-CCCME u mill-EFDA wrew li t-Tajlandja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq. Madankollu, huma enfasizzaw li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jipproduċu u jesportaw it-tipi kollha ta’ elementi tal-irbit lejn l-Unjoni, b’mod partikolari l-elementi tal-irbit mhux standard ukoll. |
|
(232) |
Fuq il-bażi tal-GTA, il-Kummissjoni analizzat il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ġappuniżi tal-erba’ materji primi ewlenin (jiġifieri 7228 30 (Żbarri u vireg tal-azzar illigat (għajr tal-azzar inossidabbli), mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana, miġbudin jew maħruġin bis-sħana), 7227 90 (Żbarri u vireg tal-azzar illigat (għajr tal-azzar inossidabbli), illaminati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin bl-addoċċ), 7213 99 (Żbarri u vireg, irrumblati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, N.E.S.O.I.), 7213 91 (Żbarri u vireg, irrumblati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ sezzjoni trażversali ċirkolari b’dijametru ta’ anqas minn 14-il mm)). Matul il-PI, it-Tajlandja kienet wieħed mill-ħames swieq ewlenin tal-esportazzjoni tal-Ġappun, li jirrappreżenta 17 % tal-esportazzjonijiet totali tagħha ta’ dawn il-materjali, filwaqt li l-ħamsa ewlenin (eskluża ċ-Ċina) kienu jirrappreżentaw aktar minn 60 %. Il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn it-Tajlandja kien 17 % ogħla milli lejn il-ħames pajjiżi ewlenin (prezz ta’ EUR 0,90/kg għat-Tajlandja u ta’ EUR 0,77/kg għall-ħames pajjiżi tal-esportazzjoni ewlenin l-oħrajn). Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, ma jistax jiġi konkluż li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ġappuniżi lejn it-Tajlandja huma għoljin b’mod mhux raġonevoli u mhux rappreżentattivi. |
|
(233) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-argument imressaq mill-partijiet interessati li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni fit-Tajlandja ma kinux rappreżentattivi jew raġonevoli. |
|
(234) |
Is-CCCME, l-EFDA u produttur esportatur wieħed fil-kampjun qalu li l-Malażja kienet l-aktar pajjiż terz rappreżentattiv xieraq, fuq il-bażi tal-argumenti li ġejjin:
|
|
(235) |
Il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet fil-Malażja taħt il-kodiċi SA 722790 minn sorsi mingħajr distorsjoni (jiġifieri sorsi għajr iċ-Ċina u pajjiżi mhux tad-WTO) kienu aktar baxxi mill-volumi ta’ importazzjoni lejn pajjiżi rappreżentattivi potenzjali oħrajn u meqjusin anqas affidabbli f’termini ta’ prezzijiet. Għalhekk, għall-kuntrarju ta’ dak li qalet is-CCCME, l-importazzjonijiet taħt il-kodiċi SA 722790 lejn it-Tajlandja ammontaw għal madwar 187 000 tunnellata u, għalhekk, kienu kważi 12-il darba ogħla mill-volumi tal-importazzjonijiet lejn il-Malażja li ammontaw għal 16 000 tunnellata. |
|
(236) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda kumpanija fil-Malażja li kellha data finanzjarja disponibbli għall-2019. Rigward Chin Well Fasteners Co. Sdn. Bhd. issuġġerita mill-partijiet interessati, ir-rapport annwali tal-kumpanija azzjonarja tagħha (Chin Well Holdings Berhad) tabilħaqq kien disponibbli fuq is-sit web tal-kumpanija. Madankollu, ir-rapport annwali kien jinkludi d-dikjarazzjonijiet tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Grupp u tal-kumpanija azzjonarja fit-30 ta’ Ġunju 2020 (56). Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport (57), il-Grupp kellu l-attivitajiet li ġejjin:
|
|
(237) |
Għalhekk, ir-rapport tal-introjtu tal-Grupp kien jinkludi attivitajiet oħrajn minbarra l-produzzjoni tal-elementi tal-irbit fil-Malażja, b’mod partikolari l-produzzjoni tal-elementi tal-irbit fil-Vjetnam. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma kienx xieraq li jintuża r-rapport annwali ta’ Chin Well Holdings Berhad għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, l-argumenti tal-partijiet interessati kkonċernati f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(238) |
L-EIFI u l-EFDA pproponew lit-Tajwan bħala pajjiż rappreżentant xieraq, u argumentaw li kien wieħed mill-akbar produtturi ta’ elementi tal-irbit madwar id-dinja. |
|
(239) |
Kif innotat fil-premessa (220), f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, wieħed mill-kriterji sabiex jintgħażel il-pajjiż rappreżentattiv kien livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għaċ-Ċina fuq il-bażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji. Peress li t-Tajwan ma kienx fost dawn il-pajjiżi, il-proposta li saret mill-partijiet interessati ġiet miċħuda. |
|
(240) |
Is-CCCME u l-EFDA ddikjaraw ukoll li l-partijiet interessati ma setgħux jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom kif xieraq minħabba li ma setgħux iwettqu tfittxijiet fil-bażijiet tad-data, bħal GTA u D&B fin-nuqqas ta’ abbonament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda estratt mill-bażi tad-data ta’ D&B u lanqas deskrizzjoni tal-metodoloġija użata minn D&B sabiex tikseb id-data rilevanti. B’riżultat ta’ dan, il-partijiet interessati ma ngħatawx id-data li fuqha hija bbażata d-determinazzjoni ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(241) |
Il-Kummissjoni indirizzat dan it-tħassib billi pprovdiet fil-fajl tal-każ miftuħ l-estratti mill-bażi tad-data ta’ D&B dwar il-kumpaniji fit-Tajlandja u mill-bażi tad-data tal-GTA dwar l-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni lejn il-Malażja (peress li dawn kienu neqsin fl-Ewwel Nota) (58). L-estratt mill-bażi tad-data ta’ D&B kien jinkludi links għas-sit web ta’ D&B li jirreferi għall-metodoloġija ġenerali, jiġifieri ġabra tal-Karta Bilanċjali, Profitt/Telf u l-proporzjonijiet ewlenin minn numru ta’ kumpaniji madwar id-dinja, għal kull pajjiż, inklużi l-ispjegazzjonijiet ta’ dawn il-proporzjonijiet ewlenin. |
|
(242) |
Fl-aħħar nett, is-CCCME u l-EFDA argumentaw li mis-sitt kumpaniji fit-Tajlandja elenkati fit-Tieni Nota li d-data finanzjarja tagħhom kienet maħsuba sabiex tintuża għad-determinazzjoni tal-SG&A u l-profitt għall-valur normali maħdum, bosta ma kinux adattati għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(243) |
L-EIFI qabel mal-valutazzjoni minn dawn il-partijiet u nnota li għal xi wħud mill-kumpaniji elenkati, l-SG&A u l-profitt kienu baxxi wisq (jiġifieri marġni ta’ profitt taħt il-profitt minimu fil-mira ta’ 6 % kif stabbilit mill-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku). |
|
(244) |
Il-Kummissjoni rrieżaminat l-informazzjoni disponibbli għas-sitt kumpaniji fit-Tajlandja u fuq il-bażi tas-siti web tagħhom ikkonfermat li:
|
|
(245) |
Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza sostanzjata dwar għaliex il-livell tal-SG&A tal-kumpaniji Tajlandiżi kien baxx wisq. Barra minn hekk, il-livell minimu ta’ profitt imsemmi mill-EIFI kien il-livell ta’ profittabilità li l-industrija tal-Unjoni tista’ tistenna b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni fl-Unjoni, qabel iż-żieda tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż li qed jiġi investigat (profitt fil-mira) u mhuwiex rilevanti fid-determinazzjoni ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(246) |
Fuq il-bażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża t-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq u li tuża d-data finanzjarja ta’ ħames kumpaniji (59) għall-valur normali maħdum f’konformità mal-Artikolu 2 (6a) (a) tar-Regolament bażiku. |
3.4.5. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(247) |
Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja kienet il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, fuq il-bażi tal-elementi kollha msemmijin hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.4.6. Konklużjoni
|
(248) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkunsidra lit-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-fini tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.5. Sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti kostijiet mingħajr distorsjoni għall-fatturi ta’ produzzjoni
|
(249) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-partijiet interessati u informazzjoni rilevanti oħra disponibbli fil-fajl, il-Kummissjoni stabbiliet, fl-Ewwel Nota, lista inizjali ta’ fatturi ta’ produzzjoni bħal materjali, enerġija u manodopera użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(250) |
F’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni identifikat ukoll sorsi li għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti prezzijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Is-sors ewlieni li l-Kummissjoni pproponiet li jintuża kien jinkludi l-GTA. Fl-aħħar nett, fl-istess nota, il-Kummissjoni identifikat il-kodiċijiet ta’ fatturi ta’ produzzjoni tas-Sistema Armonizzata (SA) li abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati, inizjalment tqiesu li ntużaw għall-analiżi tal-GTA. |
|
(251) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni pubblikament disponibbli dwar valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmijin f’dik in-Nota. |
|
(252) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni aġġornat il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni abbażi tal-kummenti tal-partijiet u tal-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fit-tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(253) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati, il-fatturi ta’ produzzjoni u s-sorsi tagħhom li ġejjin ġew identifikati fir-rigward tat-Tajlandja sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni u sorsi ta’ informazzjoni
|
3.5.1. Materja prima użata fil-proċess ta’ produzzjoni
|
(254) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni (CIF) għall-pajjiż rappreżentattiv, kif irrapportat fil-GTA, mill-pajjiżi terzi kollha minbarra r-RPĊ u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 (61). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ peress li kkonkludiet li ma kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (il-premessi (187) sa (208)). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma kinux jaffettwaw bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istess distorsjonijiet affettwaw l-esportazzjonijiet. Fejn xieraq, il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni ġie aġġustat għad-dazji tal-importazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-pajjiżi mhux Membri tad-WTO lejn it-Tajlandja, il-volum tal-importazzjonijiet ta’ materja prima minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv (ivarja minn 27,1 % sa 99,9 %). |
|
(255) |
Għal numru żgħir ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet attwali mġarrbin mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli mill-kostijiet totali tal-materja prima fil-PI. Billi l-valur użat għal dawk ma kellu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ttrattat dawk il-fatturi ta’ produzzjoni bħala oġġetti tal-konsum kif spjegat fil-premessi (268) u (269). Dan l-istess approċċ ġie segwit għall-fwar, użat minn wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Filwaqt li l-fwar irrappreżenta parti negliġibbli tal-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu, ġeneralment ma jkunx komodità nnegozjata internazzjonalment jew ikkwotata pubblikament. Bħala tali, ma setax jinstab faċilment parametru referenzjarju xieraq għad-dispożizzjoni. |
|
(256) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur fil-kampjun għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost effettiv ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni sabiex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
|
(257) |
Fil-kummenti tagħha dwar it-Tieni Nota, is-CCCME argumentat li l-Kummissjoni ma għandhiex tinkludi dazji tal-importazzjoni fuq materja prima mħallsa fil-pajjiż rappreżentattiv meta jinħadem il-valur normali, minħabba li (i) ma kien hemm l-ebda bażi ġuridika sabiex isir dan, u li (ii) il-produtturi esportaturi Ċiniżi prinċipalment iġibu materja prima domestikament fiċ-Ċina. Il-parti argumentat li, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, f’każ li l-Kummissjoni tiddependi fuq pajjiż rappreżentattiv, il-kostijiet li wieħed jiddependi fuqhom iridu jkunu “l-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq” . Madankollu, il-kostijiet korrispondenti fiċ-Ċina ma jkunux jinkludu d-dazji tal-importazzjoni. Barra minn hekk, is-CCCME argumentat li d-data tal-GTA hija bbażata fuq il-prezzijiet CIF u, għalhekk, diġà tinkludi kostijiet addizzjonali bħat-trasport internazzjonali, l-assigurazzjoni, u l-kostijiet tal-immaniġġjar, li ma jiġġarrbux fil-każ ta’ xiri domestiku mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(258) |
Il-Kummissjoni qieset li, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li l-valur normali jirrifletti l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv (f’dan il-każ, it-Tajlandja) bħala l-indikatur rilevanti sabiex jinħadem il-valur normali fil-pajjiż tal-oriġini. Għalhekk, jenħtieġ li jirrifletti l-prezz li produttur tal-elementi tal-irbit jħallas fit-Tajlandja għall-materja prima kkonsenjata f’bieb il-fabbrika. Jekk ma jiżdidux id-dazji tal-importazzjoni, il-parametru referenzjarju li jirriżulta ma jkunx jirrifletti l-prezz mingħajr distorsjoni fis-suq Tajlandiż, iżda sempliċiment il-prezz CIF medju fil-pajjiżi li jesportaw il-materja prima inkwistjoni. Dan ikun jikser l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u, għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ġew miċħudin. |
3.5.2. Manodopera
|
(259) |
Sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni użat l-aktar statistika riċenti ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Tajlandiż (62), li pprovdiet informazzjoni aktar dettaljata dwar il-pagi u l-benefiċċji mhux relatati mal-pagi f’setturi ekonomiċi differenti għal kull trimestru mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”). L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Tajlandiż jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Tajlandja. Il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju fuq il-bażi tas-settur tal-Industrija tal-Manifattura u tal-informazzjoni misjuba f’dokument imħejji minn KPMG dwar it-taxxi u l-imposti fit-Tajlandja (63). Il-Kummissjoni użat din l-informazzjoni sabiex tistabbilixxi t-taxxa tas-sigurtà soċjali mħallsa mill-impjegatur. Il-Kummissjoni kkalkolat salarju fis-siegħa fil-manifattura, li miegħu żdiedu l-kostijiet lavorattivi relatati addizzjonali mġarrbom mill-impjegatur. |
|
(260) |
Kif imsemmi fil-premessa (183), matul l-RCCs, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika s-sigħat attwali li l-persunal fit-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun ħadem fuq il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, il-konsum tal-manodopera fit-tliet produtturi esportaturi kollha fil-kampjun kien ibbażat fuq l-aħjar fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Madankollu, għal wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni setgħet tiġbor l-informazzjoni dwar id-differenza bejn is-sigħat attwali rrapportati u s-sigħat attwali maħdumin mill-persunal tiegħu. Il-medja tas-sigħat tax-xogħol għal kull kilogramma tal-prodott taħt investigazzjoni mmanifatturat intużat għat-tliet produtturi esportaturi kollha bħala l-aħjar fatti disponibbli. |
3.5.3. Elettriku
|
(261) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz referenzjarju għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-kwotazzjoni tal-prezz tal-elettriku għall-intrapriżi kummerċjali, industrijali u statali disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità tal-Elettriku Metropolitana (64), 4.2 Tariffa tal-ħin tal-użu (Tariffa TOU). Il-parametru referenzjarju ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz tal-elettriku ppubblikat għax-xahar ta’ fatturazzjoni ta’ Novembru 2018 u tar-rata ta’ inflazzjoni annwali applikabbli (65). Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-faxxa ta’ konsum korrispondenti 4.2.3: Anqas minn 12-il kV. |
|
(262) |
Il-parametru referenzjarju ġie stabbilit għal kull produttur esportatur fil-kampjun abbażi tal-konsum rispettiv fl-eqqel sigħat u fis-sigħat kwieti, meta disponibbli. L-użu li rriżulta ġie allokat għar-rati tal-eqqel sigħat u tas-sigħat kwieti. Jekk produttur esportatur fil-kampjun ma jagħmilx distinzjoni bejn il-konsum fl-eqqel sigħat u fis-sigħat kwieti, ġew applikati r-rati fl-eqqel sigħat. |
|
(263) |
It-tariffa tad-domanda ġiet stabbilita, f’kW, fuq il-bażi tan-numru ta’ impjegati mħaddmin fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat sabiex jinkiseb numru medju ta’ sigħat tax-xogħol bl-għan li jiġi pprovdut kost fiss. Ir-rata medja ponderata għall-konsum kemm fl-eqqel sigħat kif ukoll fis-sigħat kwieti ġiet stabbilita bħala parametru referenzjarju rispettiv għal kull produttur esportatur fil-kampjun. |
3.5.4. Gass
|
(264) |
Sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-gass, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-gass għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Tajlandja ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Politika tal-Enerġija u tal-Ippjanar tal-Ministeru tal-Enerġija (66). Il-prezzijiet varjaw skont il-volum ta’ konsum. Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet korrispondenti mit-Tabella 7.2-4: Il-Konsum Finali tal-Enerġija Per Capita. Il-Kummissjoni użat bħala parametru referenzjarju l-aktar data reċenti relatata mal-2019. |
|
(265) |
Il-Kummissjoni kkonvertiet il-konsum minn 1 000 Tunnellata żejt ekwivalenti għal metru kubu (67) sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju tal-gass naturali. |
|
(266) |
Kemm għall-elettriku kif ukoll għall-gass, il-Kummissjoni użat prezzijiet fil-livell nett (mingħajr VAT). |
3.5.5. Ilma
|
(267) |
Il-prezz tal-ilma fit-Tajlandja huwa ppubblikat mill-Awtorità Provinċjali tas-Servizzi tal-Ilma (68). Sabiex tistabbilixxi l-prezz referenzjarju għall-ilma, il-Kummissjoni użat ir-rata medja fir-reġjuni kollha li għalihom l-informazzjoni rilevanti kienet disponibbli għall-pubbliku. |
3.5.6. Oġġetti tal-konsum/kwantitajiet negliġibbli
|
(268) |
Minħabba n-numru kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, xi materja prima li kellha biss piż negliġibbli fil-kost totali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur, kif ukoll fuq livell tat-tip ta’ prodott ġiet raggruppata taħt oġġetti tal-konsum. |
|
(269) |
Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti. |
3.5.7. SG&A u profitt
|
(270) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[i]l-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. |
|
(271) |
Sabiex tistabbilixxi ammont mhux distort u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti, il-Kummissjoni użat l-SG&A u l-profitt tal-ħames kumpaniji fit-Tajlandja, li kienu ġew identifikati bħala li jipproduċu elementi tal-irbit kif konkluż fil-premessa (246). Għalhekk, kif spjegat f’din il-premessa, il-Kummissjoni użat iċ-ċifri relatati mad-data finanzjarja tal-2019 u tal-2020 peress li dik kienet l-aktar data reċenti disponibbli għall-Kummissjoni. Il-ħames kumpaniji użati kienu dawn li ġejjin:
|
3.5.8. Kalkolu tal-valur normali
|
(272) |
Abbażi tal-prezzijiet u l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(273) |
Sabiex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura għal kull entità legali li timmanifattura u tesporta l-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni ssostitwiet, għal kull produttur esportatur, fatturi ta’ produzzjoni mixtrijin kemm minn partijiet relatati kif ukoll minn partijiet mhux relatati bil-fatturi ta’ produzzjoni identifikati fit-Tabella 1. |
|
(274) |
L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura bbażati fuq il-fatturi ta’ produzzjoni mixtrijin minn kull waħda mill-kumpaniji. Imbagħad applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum reali tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni ta’ kull wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. |
|
(275) |
It-tieni, sabiex tasal għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrbin mill-produtturi esportaturi fil-kampjun żdiedu bil-kostijiet tal-materja prima u tal-oġġetti konsumabbli msemmijin fil-premessi (268) u (269) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem tal-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrab minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(276) |
Fl-aħħar, il-Kummissjoni żiedet l-SG&A u l-profitt, iddeterminati fuq il-bażi tal-ħames kumpaniji Tajlandiżi (ara l-premessi (486) u (487)). L-SG&A espressi bħala perċentwal tal-kostijiet tal-manifattura u applikati għall-kost totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura, kienu jammontaw għal 12,4 %. Il-profitt espress bħala perċentwal tal-kostijiet tal-oġġetti mibjugħin (“COGS”) u applikat għall-kostijiet totali tal-manifattura mingħajr distorsjoni, kien jammonta għal 6,2 %. |
|
(277) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.6. Prezz tal-esportazzjoni
|
(278) |
It-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti u, għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni tagħhom ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.7. Tqabbil
|
(279) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi ex-works. Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fuq il-bażi taċ-ċifri reali tal-kumpanija li kkooperat, saru aġġustamenti għat-tariffi tal-immaniġġjar, għall-kostijiet tal-ġarr, tal-assigurazzjoni, tal-ippakkjar u tal-kreditu u għat-tariffi bankarji. |
3.8. Marġnijiet tad-dumping
|
(280) |
Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat sabiex tikkalkola l-marġni tad-dumping, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(281) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(282) |
Kif stabbilit fil-premessa (176), il-livell ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina tqies baxx. Għalhekk, għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-ogħla marġni tad-dumping stabbilit għat-tip ta’ prodott l-aktar rappreżentattiv mibjugħ mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li l-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha li ma kkooperawx jiġi stabbilit fil-livell ta’ 86,5 %. |
|
(283) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi, filwaqt li jitqiesu l-kummenti mill-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni finali indirizzata fit-taqsima 3.9 hawn taħt, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.9. Kummenti mill-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni finali
3.9.1. Status tas-CCCME
|
(284) |
L-EIFI tenna li s-CCCME ma tistax titqies bħala organizzazzjoni rappreżentattiva u jenħtieġ li ma tingħatax l-istatus ta’ parti interessata fl-investigazzjoni kurrenti minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(285) |
Is-CCCME ssottomettiet lill-Kummissjoni 20 prokura (69) maħruġin mill-produtturi tal-elementi tal-irbit fiċ-Ċina li jagħtu s-setgħa lis-CCCME sabiex tirrappreżentahom fl-investigazzjoni kurrenti. Din l-informazzjoni kienet disponibbli kif xieraq sabiex tiġi eżaminata mill-partijiet interessati. Ir-raġunijiet imressqin mill-EIFI ma jixħtux f’dubju li s-CCCME għandha s-setgħa li tirrappreżenta lill-produtturi f’din l-investigazzjoni u, għalhekk, din it-talba hija miċħuda. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li s-CCCME kienet parti interessata sa fejn kienet tirrappreżenta lil dawk il-produtturi speċifiċi tal-elementi tal-irbit fiċ-Ċina. |
3.9.2. Għażla tal-pajjiż rappreżentattiv
|
(286) |
Is-CCCME u l-EFDA tennew l-affermazzjoni tagħhom li l-Malażja hija l-aktar pajjiż terz rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku minflok it-Tajlandja, għal diversi raġunijiet. Fost l-oħrajn, huma qalu li l-kumpaniji fil-Malażja prinċipalment jipproduċu elementi tal-irbit standard u, għalhekk, it-taħlita tal-prodotti tagħhom hija simili għal dik tal-produtturi Ċiniżi. |
|
(287) |
Fir-rigward tal-prezz tal-importazzjoni tal-wajer tal-azzar illigat (SA 722790), il-materja prima għall-produzzjoni tal-elementi tal-irbit lejn il-Malażja, is-CCCME qalet li huwa rappreżentattiv, peress li huwa simili ħafna għal-livell tal-prezz tal-importazzjoni lejn pajjiżi oħrajn, bħat-Turkija jew l-UE, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-istess materja prima lejn it-Tajlandja (jekk jiġu inklużi l-importazzjonijiet Ġappuniżi) mhumiex konformi mal-prezz tal-importazzjoni f’dawn il-pajjiżi l-oħrajn u, għalhekk, ma jistgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi. |
|
(288) |
Is-CCCME qalet ukoll li fir-rigward tal-volum tal-importazzjonijiet tal-istess materja prima (wajer tal-azzar illigat (SA 722790)) lejn il-Malażja, f’termini relattivi, il-maġġoranza tal-importazzjonijiet kemm lejn il-Malażja kif ukoll lejn it-Tajlandja huma miċ-Ċina u minn pajjiżi mhux tad-WTO. Għalhekk, l-analiżi kwantitattiva relattiva ma tistax tkun raġuni valida għaliex il-Kummissjoni għażlet it-Tajlandja minflok il-Malażja. Il-fatt li l-volum tal-importazzjonijiet li jifdal tal-wajer tal-azzar illigat (wara li jitnaqqsu l-importazzjonijiet miċ-Ċina u minn sorsi oħrajn mhux tad-WTO) huwa aktar baxx fil-Malażja milli fit-Tajlandja ma jrendihx mhux rappreżentattiv, peress li xorta jammonta għal 16 000 tunnellata li jistgħu jitqiesu bħala suffiċjenti sabiex jitqiesu bħala rappreżentattivi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma rnexxilhiex tipprovdi xi evidenza li turi li l-prezz tal-importazzjoni fil-Malażja mhuwiex rappreżentattiv fuq dik il-bażi, jew li l-prezz tal-importazzjoni fit-Tajlandja jkun aktar rappreżentattiv sempliċiment minħabba kwantità akbar ta’ importazzjoni. |
|
(289) |
Is-CCCME żiedet li mhuwiex ġustifikat li l-Kummissjoni ffokat biss fuq il-volumi tal-importazzjonijiet tal-wajer tal-azzar illigat (SA 722790) sabiex teskludi lill-Malażja, filwaqt li l-importazzjonijiet ta’ materja prima oħra (SA 721391, SA 721399, u SA 722830) flimkien jirrappreżentaw madwar l-istess perċentwal tal-kost totali tal-produzzjoni tal-produtturi tal-elementi tal-irbit Ċiniżi. Fil-fatt, meta jittieħdu flimkien l-erba’ materji primi kollha, 70 % tal-importazzjonijiet fil-Malażja huma minn pajjiżi li la huma r-RPĊ u lanqas pajjiżi mhux Membri tad-WTO, filwaqt li fit-Tajlandja 54 % biss tal-importazzjonijiet ta’ dawn l-erba’ materji primi jiġu minn sorsi oħrajn li la huma r-RPĊ u lanqas pajjiżi mhux Membri tad-WTO. |
|
(290) |
Kif spjegat fil-premessa (224), aktar minn 75 % tal-importazzjonijiet tal-wajer tal-azzar illigat (SA 722790) fil-Malażja kienu jinkisbu mir-RPĊ u minn pajjiżi mhux tad-WTO. Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (235), l-importazzjonijiet lejn it-Tajlandja tal-istess materja prima kienu kważi tnax-il darba akbar. Il-Kummissjoni qieset li dawn il-fatti waħedhom huma biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-importazzjonijiet mill-Malażja huma anqas adattati f’termini ta’ prezzijiet mill-importazzjonijiet mit-Tajlandja, peress li jidhru li kienu affettwati mill-kompetizzjoni mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi mhux tad-WTO li, flimkien, kienu jirrappreżentaw aktar minn 80 % tal-importazzjonijiet kollha ta’ din il-materja prima fil-Malażja). Tabilħaqq, fit-Tieni Nota l-Kummissjoni ddikjarat li l-prezz tal-importazzjoni minn sorsi oħrajn fil-Malażja kien allinjat mal-prezz baxx ħafna tal-importazzjoni mir-RPĊ u minn pajjiżi oħrajn mhux tad-WTO. Dan il-prezz ta’ 4,43 CNY/tunnellata kien eqreb għall-prezz tal-importazzjoni mir-RPĊ u minn pajjiżi oħrajn mhux tad-WTO (3,9 CNY/tunnellata) milli għall-prezz tal-importazzjoni lejn it-Turkija (4,93 CNY/tunnellata), kif qalet il-parti. |
|
(291) |
Barra minn hekk, fuq il-bażi tad-data tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ, it-tliet materji primi ewlenin l-oħrajn kollettivament (SA 721391, SA 721399, u HS 722830) kienu jirrappreżentaw sehem aktar baxx fil-kost tal-produzzjoni tal-qfieli minn wajer tal-azzar illigat (SA 722790) b’tal-anqas 10 %. Madankollu, il-Kummissjoni żvelat ukoll il-piż relattiv tal-importazzjonijiet ta’ dawn il-materji primi l-oħrajn mir-RPĊ u minn pajjiżi mhux tad-WTO fit-Tieni Nota, li kien ogħla fil-Malażja milli fit-Tajlandja, ħlief għal wieħed minnhom (SA 721391). Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Malażja ma tqisitx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, it-taħlita tal-prodott tal-elementi tal-irbit prodotti fil-Malażja ma ġietx analizzata u l-pretensjonijiet li saru f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(292) |
Is-CCCME affermat ukoll li n-nuqqas ta’ data ta’ D&B għall-produtturi Malażjani huwa lakuna fl-analiżi tal-Kummissjoni, jiġifieri, il-Kummissjoni qatt ma pprovdiet data ta’ D&B għall-Malażja lill-partijiet interessati, hekk kif għamlet għall-pajjiżi identifikati fl-Ewwel Nota. Minkejja l-fatt li s-CCCME enfasizzat fil-kummenti tagħha dwar it-Tieni Nota l-importanza li wieħed joqgħod fuq il-kontijiet finanzjarji awditjati tal-kumpaniji meta mqabblin mad-data ta’ D&B, il-Kummissjoni ma tidher li għamlet l-ebda tentattiv sabiex tfittex data bħal din għall-Malażja jew għat-Tajlandja. |
|
(293) |
L-EFDA nnotat li l-allegat nuqqas ta’ data finanzjarja għall-kumpaniji Malażjani huwa dovut għan-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni stess, peress li l-Kummissjoni pprovdiet estrazzjonijiet ta’ D&B għal diversi pajjiżi, iżda rrifjutat li tagħmel dan għall-Malażja. L-EFDA nnotat ukoll li ma hemm l-ebda possibbiltà li D&B ma fiha l-ebda informazzjoni dwar il-produtturi tal-elementi tal-irbit Malażjani u pprovdiet li s-sit web ta’ D&B tabilħaqq jelenka ħamsa u tmenin kumpanija taħt wieħed mill-kodiċijiet NACE rilevanti għall-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(294) |
Il-produttur esportatur fil-kampjun Ningbo Jinding kiseb il-kontijiet finanzjarji awditjati ta’ 11-il produttur tal-elementi tal-irbit Malażjani mir-reġistru Malażjan u ssuġġerixxa tlieta minnhom (li kienu profittabbli) lill-Kummissjoni. |
|
(295) |
Is-CCCME żiedet li d-data li l-Kummissjoni issa għandha disponibbli dwar il-kontijiet finanzjarji awditjati tal-kumpaniji Malażjani hija ħafna aktar affidabbli mid-data ta’ D&B għall-kumpaniji Tajlandiżi, minħabba li:
|
|
(296) |
Fir-rigward tad-data disponibbli għall-produtturi tal-elementi tal-irbit fil-Malażja, kif innotat fil-premessa (223), il-Kummissjoni kkonfermat id-disponibbiltà tal-informazzjoni finanzjarja ta’ kumpanija waħda li tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni fil-Malażja fit-Tieni Nota. Għalhekk, li tiġi pprovduta data ta’ D&B ta’ din il-kumpanija ma kienx neċessarju, peress li xi partijiet interessati identifikaw ukoll din il-kumpanija u pprovdew il-kontijiet awditjati tal-grupp fil-fajl miftuħ għall-partijiet interessati kollha ta’ dan il-każ. Ta’ min jinnota wkoll li, f’konformità mal-prattika standard tagħha, il-Kummissjoni qed tuża l-bażijiet tad-data għad-dispożizzjoni tagħha (bħal Bloomberg u D&B) sabiex tidentifika l-produtturi fil-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali kollha inklużi l-Malażja u t-Tajlandja. Fir-riċerka tagħha, il-Kummissjoni tfittex li tidentifika l-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni b’sett komplut ta’ data finanzjarja rilevanti għall-PI sabiex tiddetermina l-SG&A u l-profitt għall-valur normali maħdum. Il-fatt li l-partijiet interessati sabu produtturi fil-Malasja skont il-kodiċijiet NACE rilevanti għall-prodott taħt investigazzjoni ma jikkonfermax li dawn huma tabilħaqq produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni b’sett sħiħ ta’ data finanzjarja rilevanti għall-PI. Filwaqt li l-Kummissjoni ma tiddubitax l-utilità tal-kontijiet awditjati, meta jkunu disponibbli, hija tinnota li s-CCCME naqset milli turi kif id-data tar-rapportar bil-bażi standardizzata fil-bażi tad-data ta’ D&B iżżid l-inċertezza dwar l-ambitu eżatt tad-data. Id-differenzi fid-data ppreżentata bejn il-kontijiet awditjati ta’ Ningbo Jinding u d-data tal-kumpanija f’D&B huma fil-fatt dovuti għall-fatt li l-informazzjoni dwar id-dħul inkluża f’D&B hija relatata mad-dħul stmat fl-2014, filwaqt li d-dħul fil-kontijiet awditjati ppreżentati huwa relatat mad-dħul attwali fl-2014. Fl-aħħar nett, il-kontijiet awditjati tat-tliet produtturi Malażjani pprovduti wara d-divulgazzjoni finali ma ġewx ikkunsidrati aktar, peress li, kif ġie konkluż fil-premessa (291), il-Malażja ma tqisitx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-allegazzjonijiet tal-partijiet ġew miċħudin. |
|
(297) |
Is-CCCME u l-EFDA tennew it-talba tagħhom li jekk it-Tajlandja tintuża bħala pajjiż rappreżentattiv, jenħtieġ li d-data tal-importazzjoni għall-erba’ materji primi ewlenin (SA 721391, SA 721399, SA 722790 u SA 722830) tiġi aġġustata billi jitnaqqsu l-importazzjonijiet mill-Ġappun mill-importazzjonijiet totali, peress li għandhom prezz għoli b’mod mhux raġonevoli. Il-pretensjoni kienet appoġġata mill-produttur esportatur fil-kampjun Wenzhou. B’mod partikolari, il-partijiet qalu li l-importazzjonijiet Ġappuniżi ta’ vireg tal-wajer fit-Tajlandja jikkonċernaw prinċipalment gradi ta’ kwalità għolja użati għall-elementi tal-irbit tal-karozzi. Dawn huma ħafna aktar għaljin mill-vireg tal-wajer ta’ grad aktar baxx użati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun li prinċipalment jipproduċu elementi tal-irbit standard. Dawn il-partijiet qalu li t-Tajlandja għandha produzzjoni tal-karozzi b’saħħitha, li teħtieġ volumi sinifikanti ta’ elementi tal-irbit prodotti b’virga tal-wajer ta’ grad speċjali, filwaqt li hemm fornitur domestiku wieħed biss ta’ tali grad speċjali fit-Tajlandja b’kapaċità limitata biss. Għalhekk jeħtieġ li jiġu importati ammonti sinifikanti ta’ vireg tal-wajer ta’ grad speċjali. Peress li ma hemm l-ebda produttur ieħor ta’ vireg tal-wajer ta’ grad speċjali fir-reġjun ASEAN ħlief fil-Ġappun (minbarra l-produttur domestiku msemmi qabel fit-Tajlandja), l-importazzjonijiet bilfors li kellhom isiru minn dak il-pajjiż. |
|
(298) |
Dawn il-partijiet affermaw ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-erba’ materji primi ewlenin mill-Ġappun lejn it-Tajlandja mhumiex rappreżentattivi, abbażi tal-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni tagħhom ikunu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni jew mill-prezzijiet tas-suq domestiku għal dawn il-materjali fi swieq oħrajn (bħat-Turkija, l-UE, l-Istati Uniti, eċċ.). Is-CCCME żiedet li l-Kummissjoni ma misshiex analizzat il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ġappuniżi lejn swieq differenti, iżda pjuttost qabblet il-prezzijiet tal-importazzjoni Ġappuniżi mal-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi oħrajn lejn it-Tajlandja. Għalhekk, is-CCCME talbet li li l-Kummissjoni jew tiddependi fuq id-data Tajlandiża dwar l-importazzjonijiet bl-esklużjoni tal-importazzjonijiet Ġappuniżi, jew tiddependi fuq id-data dwar l-importazzjonijiet tal-ASEAN fit-Tajlandja, jew inkella tuża l-prezz domestiku Tajlandiż għal dawn il-materjali. |
|
(299) |
Il-GTĊ appoġġa l-allegazzjoni li l-vireg tal-wajer importati mill-Ġappun jintużaw għall-produzzjoni ta’ elementi tal-irbit maħsubin għall-industrija tal-karozzi fit-Tajlandja u li, għalhekk, il-livell tal-prezz tagħhom huwa anormalment għoli.. Peress li hemm biss ftit elementi tal-rbit għall-karozzi esportati mir-RPĊ lejn l-UE, il-parametru referenzjarju użat sabiex jiġi stabbilit il-valur normali ma jirriflettix il-kostijiet korrispondenti tal-vireg tal-wajer użati f’elementi tal-irbit esportati miċ-Ċina lejn l-UE. |
|
(300) |
L-EFDA qalet ukoll li d-differenza bejn SA 721391 u SA 721399 hija sempliċiment id-dimensjoni tal-virga tal-wajer li, bħala tali, ma tistax tiġġustifika d-differenza sinifikanti fil-prezz medju tal-importazzjoni għal kull kodiċi SA. Qalet li din id-differenza fil-prezz x’aktarx li hija bbażata fuq il-fatt li, skont il-kodiċi SA 721391, l-importazzjonijiet mill-Ġappun kienu jirrappreżentaw biss 9 %, filwaqt li, taħt il-kodiċi SA 721399, kienu jirrappreżentaw 65 %. Wenzhou żiedet li l-prezz tax-xiri tagħha tal-materja prima skont SA 721391 u SA 721399 kien simili. |
|
(301) |
L-ebda waħda mill-partijiet interessati msemmijin hawn fuq ma ssostanzjat il-pretensjonijiet tagħha rigward is-sehem tal-vireg tal-wajer ta’ grad speċjali għall-produzzjoni ta’ elementi tal-irbit mhux standard użati fl-industrija tal-karozzi fit-total tal-importazzjonijiet Ġappuniżi fit-Tajlandja, jew kif issir distinzjoni bejn il-materja prima ta’ grad speċjali mill-erba’ kodiċijiet SA, minkejja li l-elementi tal-irbit mhux standard kienu koperti wkoll minn din l-investigazzjoni u li għalihom tista’ tintuża l-materja prima ta’ grad speċjali. Fuq il-bażi tad-data kunfidenzjali ppreżentata minn waħda mill-partijiet, fl-2018 l-elementi tal-irbit għall-industrija tal-karozzi kienu jirrappreżentaw anqas minn 50 % tad-domanda ġenerali għall-elementi tal-irbit industrijali fit-Tajlandja, u b’hekk fit-Tajlandja kienet teżisti domanda għall-materja prima għal elementi tal-irbit standard kif ukoll għal elementi tal-irbit mhux standard. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet Ġappuniżi tal-erba’ materji primi ewlenin fit-Tajlandja jirrappreżentaw madwar 33 % tal-importazzjonijiet totali ta’ dawn il-materjali, filwaqt li l-partijiet ma kellhomx evidenza fis-sottomissjonijiet tagħhom dwar kemm minnhom kienu ddedikati għall-elementi tal-irbit mhux standard, jew għall-elementi tal-irbit affattu (peress li l-materjal kien jintuża għal prodotti oħrajn ukoll). |
|
(302) |
F’termini tad-differenza fil-prezz bejn l-importazzjonijiet Ġappuniżi u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn fit-Tajlandja, l-ewwel nett, il-prezzijiet tal-importazzjoni Tajlandiżi mill-Ġappun imqabblin mill-partijiet kienu jinkludu d-dazji, filwaqt li l-prezzijiet fi swieq oħrajn ma kinux jinkluduh. It-tieni, il-Kummissjoni qieset li t-tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezz medju tal-importazzjoni Ġappuniż lejn it-Tajlandja u l-livelli medji tal-prezzijiet fi swieq oħrajn, kif ipprovdut mill-partijiet interessati, ma kienx sinifikanti, peress li ma kienx iqabbel l-istess ħaġa. Filwaqt li l-prezzijiet Ġappuniżi għat-Tajlandja, kif affermat minn dawn il-partijiet, ma kinux jinkludu vireg tal-wajer ta’ grad mhux speċjali, il-prezz medju fi swieq oħrajn kien jinkludihom it-tnejn - vireg tal-wajer ta’ gradi speċjali u mhux speċjali, u għalhekk tqabbil bħal dan ma kienx iwassal għal riżultati sinifikanti u ġie miċħud. Għalhekk, għall-finijiet ta’ tqabbil, il-Kummissjoni kkunsidrat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet kollha lejn it-Tajlandja (inklużi l-vireg tal-wajer ta’ grad speċjali u mhux speċjali) mal-prezzijiet importati jew domestiċi fi swieq oħrajn, kif sottomessi mill-partijiet. Tqabbil ibbażat fuq il-prezz medju tal-tal-vireg tal-wajer tal-gradi kollha skont il-kodiċijiet SA rispettivi wera li kienu jeżistu differenzi sinifikanti fil-prezzijiet biss għal żewġ tipi li ntużaw fi kwantitajiet iżgħar mill-produttur esportatur fil-kampjun. Għalhekk, is-sempliċi differenza fil-prezz ma kinitx materjali. Fl-aħħar nett, il-partijiet ma ssostanzjawx għaliex id-differenza fid-dimensjoni tal-vireg tal-wajer ma setax ikollha impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet. Il-prezz tax-xiri ta’ Wenzhou kien distort u, għalhekk, ma setax jiġi kkunsidrat. |
|
(303) |
Meta jitqies li (i) il-partijiet ma ppreżentawx data aktar sostanzjata dwar kemm mill-materja prima importata mill-Ġappun kienet għal elementi tal-irbit mhux standard u kif issir distinzjoni bejn il-materja prima ta’ grad speċjali mill-erba’ kodiċijiet SA, li (ii) kien hemm domanda adegwata għall-materja prima għall-produzzjoni kemm tal-elementi tal-irbit standard kif ukoll dawk mhux standard fit-Tajlandja, u li (iii) id-differenza medja fil-prezz bejn l-importazzjonijiet fit-Tajlandja u l-prezz medju tal-vireg tal-wajer fi swieq oħrajn ma kinitx pertinenti, kif stipulat fil-premessa ta’ hawn fuq, ma kienx hemm raġunijiet għall-konklużjoni li l-esportazzjonijiet mill-Ġappun lejn it-Tajlandja ma kinux rappreżentattivi u li, għalhekk, jenħtieġ li jiġu esklużi. Għalhekk, il-pretensjonijiet tal-partijiet f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(304) |
Is-CCCME tenniet ukoll li ma kellhiex tintuża d-data finanzjarja ta’ ċerti produtturi Tajlandiżi għad-determinazzjoni tal-SG&A u tal-profitt. Jiġifieri, Topy Thailand, Thaisin Metals Industries Co., Ltd. u S.J Screwthai ma pproduċewx prodotti komparabbli ma’ produtturi Ċiniżi, u għalhekk il-fokus differenti tal-prodott ta’ dawn il-produtturi inevitabbilment fisser li l-kostijiet u d-data finanzjarja tagħhom kienu differenti ħafna u mhux komparabbli mal-produtturi Ċiniżi fil-kampjun. |
|
(305) |
L-EFDA affermat ukoll li Topy Thailand ma kinitx tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni u, għalhekk, jenħtieġ li tiġi eskluża. Jiġifieri, il-woxers prodotti minn Topy Thailand, kif ibbażati fuq is-sit web tal-kumpanija tal-grupp fil-Ġappun, kienu woxers tat-tip thrust, li kienu kompletament differenti mill-woxers li kienu soġġetti għal din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, id-data ta’ Topy Thailand dehret li ma kinitx affidabbli, peress li l-profitt konsolidat tal-Grupp Topy fir-rapport annwali tal-2020 kien jikkorrispondi għal dak użat mill-Kummissjoni għal Topy Thailand. |
|
(306) |
Is-CCCME affermat li d-data f’D&B u l-bażi tad-data Orbis (“Orbis”) (71), hija kompletament inaffidabbli, b’mod ġenerali, u speċjalment għall-produtturi Tajlandiżi magħżulin, minħabba li kien hemm diskrepanzi fi ħdan iż-żewġ bażijiet tad-data. Is-CCCME affermat li d-data inkluża f’dawn il-bażijiet tad-data hija stima u qieset li ma jkunx xieraq li l-Kummissjoni toqgħod fuq tali stimi, peress li d-data finanzjarja tal-kumpaniji privati fit-Tajlandja mhijiex pubblika u, għalhekk, huwa impossibbli għal dawn il-bażijiet tad-data li jibbażaw fuq ċifri reali. Is-CCCME żiedet li D&B jew Orbis tista’ tkun affidabbli biss f’każijiet li fihom ir-rapporti finanzjarji jkunu saru pubbliċi. |
|
(307) |
Fir-rigward tal-produtturi fit-Tajlandja, l-allegazzjonijiet li huma ma kinux qed jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni ma kinux ikkonfermati mill-investigazzjoni. Kif innotat fil-premessa (244), kien hemm diversi tipi ta’ elementi tal-irbit prodotti li waqgħu taħt il-prodott taħt investigazzjoni fit-taħlita tal-prodott ta’ dawn il-kumpaniji. Is-sit web ta’ Topy Thailand (72) wera wkoll li l-kumpanija kienet tipproduċi woxers standard li huma parti mill-prodott taħt investigazzjoni u mhux biss woxers tat-tip thrust, kif affermat. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li l-kumpaniji magħżulin fit-Tajlandja kienu relatati direttament jew indirettament mal-manifattura u mal-bejgħ tal-prodott taħt investigazzjoni u l-pretensjonijiet kollha f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(308) |
Barra minn hekk, fir-rigward tad-dikjarazzjoni li d-data f’D&B ma kinitx affidabbli, kif stabbilit fil-premessi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li l-profitt konsolidat tal-Grupp Topy huwa riżultat tad-dħul u tal-kost tal-grupp fir-rigward tal-partijiet barra mill-grupp u l-profitti intragrupp huma eliminati fil-kontijiet fil-livell tal-grupp. Meta wieħed iqis dan, l-ammont simili tal-profitt fil-livell ta’ kumpanija waħda tal-grupp u tal-grupp kollu kemm hu mhuwiex stramb u ma jikkonfermax li d-data ta’ D&B ta’ Topy Thailand mhijiex affidabbli. Ir-rapport annwali tal-Grupp Topy sottomess mill-EFDA ma jsemmi l-ebda fatt ġdid peress li jipprovdi biss ċifri konsolidati tal-grupp u, għalhekk, ma jixħitx f’dubju l-prestazzjoni tal-entità Tajlandiża. |
|
(309) |
Id-diskrepanzi bejn id-data ta’ Orbis u ta’ D&B jistgħu jkunu r-riżultat tad-deskrizzjoni differenti tal-partita finanzjarja miġbura mill-bażi tad-data, jew tal-livell differenti tar-rapport tal-kumpanija/tal-grupp, u għalhekk mhumiex prova li d-data mhijiex affidabbli. Barra minn hekk, din id-data tinġabar mill-kumpaniji u mhux neċessarjament tkun disponibbli għall-pubbliku. Il-parti naqset ukoll milli tipprova li Orbis u D&B kienu affidabbli biss f’każijiet li fihom ir-rapporti finanzjarji kienu saru pubbliċi. Għalhekk, l-argumenti li saru f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(310) |
Fl-aħħar nett, is-CCCME qalet li jekk il-Kummissjoni tuża d-data finanzjarja tal-kumpaniji Tajlandiżi, jeħtieġ li jsir aġġustament għall-marġnijiet ta’ profitt sabiex jiġu riflessi l-kostijiet tal-materja prima bl-esklużjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi oħrajn mhux tad-WTO. F’dan ir-rigward, il-parti naqset milli turi kif aġġustament bħal dan ikun pertinenti għal dawn il-kumpaniji speċifiċi fit-Tajlandja u li l-esklużjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi oħrajn mhux tad-WTO kienet rilevanti għal dawn il-kumpaniji partikolari. Għalhekk, l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
3.9.3. Parametri referenzjarji użati għall-kalkolu tal-valur normali
3.9.3.1. Il-parametru referenzjarju u l-kalkolu tal-kost tal-manodopera
|
(311) |
Fir-rigward tal-aħjar fatti disponibbli użati fir-rigward tal-konsum tal-manodopera f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, Jiangsu qalet li s-sigħat li l-Kummissjoni użat għall-kalkolu ma kinux il-ħin meta l-impjegat jidħol jew jitlaq mil-linja tal-produzzjoni, iżda l-ħin meta impjegat jidħol jew jitlaq mill-binja tal-fabbrika. Jenħtieġ li l-prinċipju ta’ tmien sigħat tax-xogħol jiġi interpretat bħala s-sigħat massimi tax-xogħol f’jum ta’ xogħol u l-aġġustamenti applikati mill-Kummissjoni ma kinux raġonevoli li wasslu għal riżultati assurdi. Il-Kummissjoni missha użat il-jum ta’ xogħol ta’ tmien sigħat, minħabba li hija minquxa fil-Konvenzjoni dwar is-Sigħat tax-Xogħol (Industrija) (73), li ġiet irratifikata mill-Istati Membri tal-UE. Barra minn hekk, iċ-Ċina tadotta l-prinċipju ta’ tmien sigħat tax-xogħol u, għalhekk, jenħtieġ li t-tmien sigħat jiġu interpretati bħala s-sigħat massimi tax-xogħol f’jum ta’ xogħol. |
|
(312) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ħin tad-dħul u tat-tluq lejn u mill-binja tal-fabbrika li tinsab f’Jiangsu kien raġonevoli sabiex jiġu kkalkolati s-sigħat tax-xogħol reali, peress li ma kien hemm l-ebda raġuni oħra għaliex impjegat ikun fil-binja tal-fabbrika għajr għax-xogħol attwali, jew dawn ir-raġunijiet l-oħrajn ma ngħatawx minn Jiangsu. Jenħtieġ li jiġi nnotat li n-numru medju ta’ sigħat maħdumin kuljum, kif ikkalkolat mill-Kummissjoni, kien ogħla mill-istandard ta’ tmien sigħat tax-xogħol, li kien raġonevoli minħabba l-fatt li s-sigħat tas-sahra kienu rreġistrati wkoll minn Jiangsu stess. Għalhekk, il-pretensjonijiet tal-parti f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(313) |
Jiangsu affermat ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni dwar fuq liema bażi stabbiliet il-kost lavorattiv fis-siegħa, iżda sempliċiment ipprovdiet link għas-sors. Is-sigħat attwali maħdumin fil-ġimgħa għall-industrija tal-manifattura fit-Tajlandja huma ħafna itwal minn 40 siegħa fil-ġimgħa. Jiangsu ddikjarat li, fuq il-bażi tas-sors użat mill-Kummissjoni, madwar 67 % tal-impjegati fis-settur tal-manifattura fit-Tajlandja ħadmu minn 40 siegħa sa 49 siegħa. Barra minn hekk, l-att attwali effettiv dwar il-protezzjoni tax-xogħol fit-Tajlandja jipprevedi li s-sigħat massimi tax-xogħol f’ġimgħa huma 48 siegħa, li għalhekk tkun bażi aktar xierqa sabiex tiġi stabbilita l-kost tal-manodopera fis-siegħa. |
|
(314) |
Sabiex tikkalkola l-kost tal-manodopera fis-siegħa, il-Kummissjoni użat erbgħin siegħa fil-ġimgħa (jiġifieri l-kost tal-manodopera fix-xahar fil-pajjiż rappreżentattiv kien diviż b’erba’ ġimgħat, imbagħad diviż b’40 siegħa fil-ġimgħa), li huwa n-numru standard ta’ sigħat maħdumin fil-ġimgħa (tmien sigħat kuljum immultiplikati b’ħamest ijiem ta’ xogħol). Il-fatt li 67 % tal-impjegati fis-settur tal-manifattura fit-Tajlandja jaħdmu bejn 40 u 49 siegħa fil-ġimgħa ma jurix kemm-il impjegat jaħdmu 40 siegħa jew aktar minn 40 siegħa, filwaqt li l-att dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema fit-Tajlandja jipprovdi s-sigħat massimi tax-xogħol, iżda mhux dawk reali. Għalhekk, l-allegazzjoni tal-parti f’dan ir-rigward ġiet miċħuda. |
|
(315) |
Ningbo Jinding qalet li l-Kummissjoni ma misshiex użat in-numru fiss ta’ sigħat tax-xogħol għal kull kilogramma ta’ elementi tal-irbit prodotti f’Jiangsu, minħabba li l-produttività ta’ Jiangsu hija ferm ogħla minn dik ta’ Ningbo Jinding, minħabba l-fatt li Jiangsu tuża l-forġa sħuna fil-proċess tal-produzzjoni. Din il-parti żiedet li jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli mill-Kummissjoni tkun raġonevoli, b’mod partikolari, jenħtieġ li ma tirriżultax f’eżiti kompletament irraġonevoli, speċjalment meta l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli ma tirriżultax minn nuqqas ta’ kooperazzjoni, bħal fil-każ preżenti. L-EFDA appoġġat din l-istqarrija filwaqt li nnotat li l-Kummissjoni nefħet il-kostijiet lavorattivi u, għalhekk, il-marġnijiet tad-dumping. |
|
(316) |
Ningbo Jinding tenniet ukoll it-talba tagħha li l-bażi tkun is-sigħat tax-xogħol standard, u qal li ġiet ipprovduta evidenza li l-liġi tax-xogħol tar-RPĊ li tiddefinixxi tmien sigħat tax-xogħol għal kull jum ta’ xogħol tiġi rrispettata u infurzata mill-kumpanija. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li turi li l-liġijiet tax-xogħol Ċiniżi ma ġewx irrispettati jew infurzati u, għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżumi li kien hemm konformità mal-leġiżlazzjoni. |
|
(317) |
Kif innotat fil-premessa (180), il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-konsum attwali tal-manodopera għal kwalunkwe wieħed mit-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun u, għalhekk, kienet qed tuża l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku f’dan ir-rigward. Kif innotat fil-premessa (260), l-informazzjoni dwar id-differenza bejn is-sigħat attwali rrapportati u l-ħinijiet tad-dħul/tat-tluq misjubin f’Jiangsu ma kinitx tikkostitwixxi l-konsum attwali tas-sigħat tax-xogħol f’Jiangsu. Il-Kummissjoni użat biss ir-rekord tal-ħinijiet tad-dħul/tat-tluq bħala l-fatt disponibbli sabiex tistma s-sigħat tax-xogħol reali. B’riżultat ta’ dan, ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li tistabbilixxi d-differenza bejn is-sigħat tax-xogħol meħtieġa għal metodi differenti tal-produzzjoni (forġa sħuna u kiesħa) għal kwalunkwe produttur esportatur fil-kampjun, u l-parti li għamlet l-affermazzjoni lanqas ma pprovdiet evidenza dwar kif dawn jenħtieġ li jiġu stmati. Is-17-il siegħa tax-xogħol ikkalkolati fuq il-bażi tal-fatti disponibbli kienu simili għas-sigħat tax-xogħol standard meħtieġa fi wħud mid-dipartimenti tal-produzzjoni f’Ningbo Jinding, filwaqt li, barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda evidenza li s-sigħat tas-sahra ma kinux fakultattivi. |
|
(318) |
Barra minn hekk, kif innotat fil-premessa (183), matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni sabet li l-ħin reali tax-xogħol ma kienx rifless fir-remunerazzjoni mħallsa lill-persunal. Għall-kuntrarju ta’ dak li ġie affermat, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza li tirrelata s-sigħat tax-xogħol mar-remunerazzjoni u, għalhekk, ma setgħetx turi li s-sigħat tax-xogħol standard kienu tabilħaqq infurzati, iżda pprovdiet biss avviżi tal-kumpanija lill-persunal li jiddelimitaw in-numru massimu ta’ sigħat. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti l-ħinijiet tax-xogħol attwali kienet raġonevoli u l-affermazzjonijiet tal-partijiet f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
3.9.3.2. Parametru referenzjarju għall-kost tal-elettriku
|
(319) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Jiangsu qalet li l-aġġustament tal-inflazzjoni użat mill-Kummissjoni għall-aġġustament tat-tariffa tal-elettriku minn Novembru 2018 ma mmaterjalizzax, peress li t-tariffa Tajlandiża tal-elettriku ma nbidlitx sabiex tirrifletti kwalunkwe inflazzjoni minn dak iż-żmien. Jiangsu affermat ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdietx raġunijiet għaliex l-aġġustament huwa neċessarju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma aġġustatx l-inflazzjoni għall-ilma u għall-gass naturali u ma pprovdiet l-ebda raġuni għal dan. |
|
(320) |
Ningbo Jinding qalet li, peress li l-parametru referenzjarju għall-kost tal-elettriku ġie stabbilit fuq il-prezz għall-elettriku ppubblikat għax-xahar tal-fatturazzjoni ta’ Novembru 2018, aġġustat bir-rata tal-inflazzjoni applikabbli għal nofs il-PI, ma kienx jirrifletti l-kost reali mħallas mill-konsumaturi tal-elettriku fit-Tajlandja matul il-PI. Il-parti indikat li l-kundizzjonijiet relatati mat-tariffi tal-elettriku elenkati fuq il-paġna web (74) minn fejn il-Kummissjoni ħadet il-prezz tal-elettriku li kien applikabbli matul il-PI jiddikjaraw li “[I]t-tariffi tal-elettriku imposti għal kull xahar li jinkludu t-tariffa bażi tal-elettriku skont it-tariffi ta’ hawnhekk; u tariffa ta’ aġġustament tal-enerġija”. Għalhekk, il-Kummissjoni missha applikat tariffa ta’ aġġustament tal-enerġija aktar milli aġġustament tal-inflazzjoni. |
|
(321) |
Il-Kummissjoni rrieżaminat il-kundizzjonijiet għat-tariffi tal-elettriku fit-Tajlandja u kkonfermat li t-tariffa tal-aġġustament tal-enerġija (li tinkludi l-elementi tal-prezz li jinbidel) ġiet tabilħaqq aġġustata perjodikament mill-fornitur tal-elettriku fit-Tajlandja. Għalhekk, hija aġġustat il-parametru referenzjarju tal-elettriku użat bit-tariffa ta’ aġġustament tal-enerġija, minflok l-aġġustament tal-inflazzjoni għat-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun. Għall-kuntrarju tal-parametru referenzjarju tal-elettriku li kien ibbażat fuq il-kontijiet għax-xahar ta’ Novembru 2018 u, għalhekk, kien jeħtieġ li jiġi aġġustat għall-PI kif spjegat hawn fuq, il-parametri referenzjarji għall-ilma u għall-gass naturali applikati mill-Kummissjoni diġà kienu relatati mal-PI, u għalhekk ma ġie applikat l-ebda aġġustament ulterjuri. |
|
(322) |
Ningbo Jinding qalet ukoll li l-Kummissjoni applikat livell ta’ vultaġġ mhux korrett għat-tariffi tal-elettriku mitlubin lil Ningbo Jinding matul il-PI peress li l-livell ta’ vultaġġ attwali tal-kumpanija huwa ta’ aktar minn 12-il kV. Il-Kummissjoni rrieżaminat u aġġustat il-parametru referenzjarju fir-rigward tal-livell ta’ vultaġġ ta’ Ningbo Jinding, kif ikkonfermat mill-evidenza miġbura fl-eżerċizzju tal-RCC, rilevanti għat-tariffi tal-elettriku mitlubin lil Ningbo Jinding matul il-PI. |
3.9.3.3. Aġġustament tan-nol tal-ġarr fuq l-art u tad-dazji tal-importazzjoni applikati għall-parametru referenzjarju tal-materja prima
|
(323) |
Ningbo Jinding qalet li l-Kummissjoni kkalkolat b’mod żbaljat il-ġarr fuq l-art fuq il-bażi ta’ perċentwal tal-valur tal-materja prima, filwaqt li l-ġarr tax-xirijiet tal-materja prima normalment jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-volum tax-xiri. Din il-parti nnotat li l-Kummissjoni nnifisha għandha prattika konsistenti li talloka l-kostijiet tat-trasport fuq il-volum, aktar milli fuq il-valur tal-materjal. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kien missha kkunsidrat id-distanza reali tat-trasport lejn Ningbo Jinding. |
|
(324) |
Wenzhou argumentat li huwa biżżejjed li jiġi żgurat li l-prezz tal-materja prima fuq bażi ex-works ma jkunx distort u li jenħtieġ li kwalunkwe żieda fil-kost tat-trasport tkun konsistenti mat-terminu attwali tal-konsenja tax-xiri tal-materja prima mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Konsegwentement, huwa biss il-kost attwali tat-trasport mill-fornituri lejn Wenzhou li jenħtieġ li jitqies minbarra l-prezz ex-works. Wenzhou qieset ukoll li ma kienx raġonevoli li l-kostijiet tat-trasport għall-materja prima kienu espressi bħala perċentwal tal-kost irrapportat tal-materja prima, filwaqt li l-kost reali tat-trasport jiġi kkalkolat abbażi tal-kwantità minflok il-valur. |
|
(325) |
Ningbo Jinding qalet ukoll li, ma hemm l-ebda bażi sabiex jiżdied dazju tal-importazzjoni mal-prezz tal-materja prima, peress li Ningbo Jinding kienet tixtri l-materja prima tagħha fiċ-Ċina u ma kienet tħallas l-ebda dazju tal-importazzjoni. Barra minn hekk, id-data ta’ GTA hija bbażata fuq il-prezzijiet CIF, u għalhekk tinkludi kostijiet addizzjonali bħat-trasport internazzjonali, l-assigurazzjoni, u l-kostijiet tal-immaniġġjar, li ma kinux applikabbli għax-xiri domestiku u, għalhekk, jenħtieġ li jitnaqqsu. |
|
(326) |
Wenzhou Junhao tenniet ukoll il-kumment tagħha dwar l-ewwel nota li l-materja prima kollha għall-prodott taħt investigazzjoni ta’ Wenzhou Junhao kienet tinxtara domestikament. Wenzhou Junhao argumentat li l-prezz tal-importazzjoni (CIF) lejn it-Tajlandja, li l-Kummissjoni ħadet bħala bażi sabiex tiddetermina prezz tal-materja prima mingħajr distorsjoni, jista’ jinkludi spejjeż ta’ konsenja ogħla minn materja prima mixtrija domestikament. |
|
(327) |
Il-Kummissjoni qieset li, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li l-valur normali jirrifletti l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv (f’dan il-każ, it-Tajlandja) bħala l-indikatur rilevanti sabiex jinħadem il-valur normali fil-pajjiż tal-oriġini. Għalhekk, jenħtieġ li jirrifletti l-prezz li produttur tal-elementi tal-irbit jħallas fit-Tajlandja għall-materja prima kkonsenjata f’bieb il-fabbrika. Jekk ma jiżdidux il-kostijiet tat-trasport internazzjonali jew id-dazji tal-importazzjoni, il-parametru referenzjarju li jirriżulta ma jkunx jirrifletti l-prezz mingħajr distorsjoni fis-suq Tajlandiż, iżda sempliċiment il-prezz CIF medju fil-pajjiżi li jesportaw il-materja prima inkwistjoni. Dan ikun jikser l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(328) |
Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju għall-kost tat-trasport (għal kull kumpanija, għal kull tip ta’ materja prima, għal kull kanal ta’ trasport differenti, eċċ.), il-Kummissjoni użat il-proporzjon bejn il-kost tat-trasport u l-kost tal-materja prima tal-produttur esportatur. Dan il-proporzjon huwa applikat għall-parametru referenzjarju tal-materja prima, li konsegwentement jiġi mmoltiplikat bil-kwantità tal-materja prima kkonsmata mill-produttur esportatur. Metodoloġija bħal din tirrifletti l-istruttura tal-kostijiet tal-produttur esportatur, peress li l-proporzjon bejn il-kost tat-trasport u l-kost tal-materja prima jinżamm u jiġi applikat ulterjorment għall-parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni. |
|
(329) |
Għalhekk, l-allegazzjonijiet tal-partijiet fir-rigward tal-kalkolu tal-aġġustament għall-ġarr fuq l-art u d-dazji tal-importazzjoni applikati għall-parametru referenzjarju tal-materja prima ġew miċħuda. |
3.9.4. Kalkolu tal-valur normali
|
(330) |
Wenzhou qalet li ma kellha ssir l-ebda distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ vireg tal-wajer użati għall-produzzjoni ta’ elementi tal-irbit, jiġifieri SA 721391 u SA 721399, peress li huma differenti fid-dijametru biss (aktar jew anqas minn 14-il mm) u l-prezz tagħhom huwa kważi ugwali, skont diversi sorsi pprovduti. Barra minn hekk, id-dijametru ta’ aktar jew anqas minn 14-il mm mhuwiex indikatur distint fl-istruttura tal-PCN tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(331) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-materja prima, fil-kwestjonarju l-produtturi esportaturi ntalbu jidentifikaw kull tip ta’ materja prima użata fil-produzzjoni tal-prodott taħt l-investigazzjoni fl-aktar kodiċi doganali akkurat (livell ta’ tmien jew ta’ għaxar ċifri). Imbagħad, il-materja prima speċifikata titqabbel, bl-aktar mod akkurat possibbli, mal-kodiċi doganali tal-parametru referenzjarju tal-istess materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv. Meta tiġi speċifikata l-materja prima użata, il-prezz ta’ din il-materja prima jew l-istruttura tal-PCN ikunu irrilevanti, peress li l-ebda wieħed minnhom ma jintuża sabiex jitqabbel mal-kodiċi doganali tal-parametru referenzjarju tal-istess materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv. F’din l-investigazzjoni, Wenzhou identifikat iż-żewġ tipi ta’ materja prima użata. Fuq din il-bażi, iż-żewġ tipi ta’ materja prima użati minn Wenzhou tqabblu mal-parametru referenzjarju tal-istess materja prima fit-Tajlandja. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-allegazzjoni. |
|
(332) |
Wenzhou qalet ukoll li l-SG&A użati sabiex jinħadem il-valur normali ġew iddeterminati fuq il-bażi ta’ ħames kumpaniji Tajlandiżi mingħajr ma ġiet ipprovduta diżaggregazzjoni tal-SG&A tal-kumpaniji individwali. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-bejgħ dirett bħall-ispejjeż tat-trasport ma tnaqqsux mill-SG&A. Għalhekk, id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fid-divulgazzjoni finali li hija ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works mhijiex preċiża. Billi l-bejgħ tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq bażi ex-works mingħajr kost tat-trasport, jenħtieġ li dan il-kost jitnaqqas ukoll mill-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(333) |
Kif indikat fil-premessa (276), il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, li jinkludi ammont raġonevoli ta’ SG&A. Ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li turi li l-SG&A tal-kumpaniji mit-Tajlandja użati mill-Kummissjoni kienu jinkludu spejjeż tat-trasport għall-konsenja lill-klijenti. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-allegazzjoni. |
|
(334) |
L-EIFI qies li l-marġni tad-dumping stabbilit għal Jiangsu kien ibbażat fuq informazzjoni kontradittorja. Skont D&B, Jiangsu kellha biss 15-il impjegat, li jikkorrispondu għal-livell ta’ impjegati tipikament f’kumpanija kummerċjali u mhumiex konformi mal-kwantitajiet tal-elementi tal-irbit prodotti minn Jiangsu. Barra minn hekk, il-prezz medju tal-esportazzjoni tal-elementi tal-irbit ta’ Jiangsu fil-PI huwa aktar baxx mill-prezz medju globali tal-esportazzjoni mir-RPĊ fl-istess perjodu. Peress li l-kumpanija qalet li tipproduċi prinċipalment elementi tal-irbit bi proċessi tal-produzzjoni tal-forġa sħuna li jrendu kostijiet tal-input ogħla minn elementi tal-irbit prodotti bi proċessi tal-produzzjoni oħrajn, jenħtieġ li, madankollu, il-prezz tal-bejgħ tagħhom bħala medja jkun ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni miċ-Ċina. Barra minn hekk, Jiangsu hija relatata ma’ żewġ kumpaniji oħrajn fir-RPĊ li jipproduċu elementi tal-irbit li ma ġewx irrapportati fit-tweġiba għall-kwestjonarju, u, għalhekk, ikun hemm riskju għoli li dawn il-kumpaniji jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom permezz ta’ Jiangsu li tibbenefika mir-rati ta’ dazju aktar baxxi. |
|
(335) |
Kif innotat fil-premessa (92), il-Kummissjoni wettqet RCCs u kkonfermat id-data ppreżentata minn Jiangsu, inklużi n-numru ta’ impjegati u l-prezz tal-esportazzjoni. Il-fatt li l-prezz medju tal-esportazzjoni ta’ Jiangsu jista’ jkun aktar baxx mill-prezz medju tal-esportazzjonijiet kollha mir-RPĊ jista’ jkun minħabba d-devjazzjoni mill-medja, meta wieħed iqis in-numru ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ u n-numru ta’ tipi tal-prodott taħt investigazzjoni importat mir-RPĊ inklużi fil-kalkolu tal-prezz medju tal-esportazzjonijiet kollha mir-RPĊ. Bl-istess mod, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kumpanija relatata li tipproduċi l-prodott ikkonċernat fiċ-Ċina. Għalhekk, l-allegazzjonijiet tal-EIFI f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
3.9.5. Produtturi esportaturi mhux fil-kampjun li kkooperaw
|
(336) |
L-EFDA qalet li r-rata għall-esportaturi mhux fil-kampjun li kkooperaw tkun għolja wisq u tikser l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan minħabba li l-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli fir-rigward tal-konsum tal-manodopera f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u, għalhekk, missha injorat il-marġnijiet stabbiliti fiċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18, meta kkalkolat il-marġni medju tad-dumping tal-kampjun. L-EFDA ssuġġeriet li jintuża l-marġni tad-dumping ta’ Jiangsu sabiex jiġi ddeterminat il-marġni tad-dumping applikabbli għall-produtturi esportaturi mhux fil-kampjun li kkooperaw, peress li din kienet tkun l-unika kumpanija fejn il-fatti disponibbli ma jkunux intużaw. |
|
(337) |
Il-Kummissjoni qieset li l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku japplika biss meta l-marġnijiet ikunu stabbiliti kompletament fiċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18. Il-Kummissjoni nnotat li, skont il-premessa (260), il-Kummissjoni qagħdet parzjalment fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-regolament bażiku fir-rigward tal-konsum tal-manodopera għat-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun, inkluża Jiangsu. Għalhekk, minflok ma injorat il-marġnijiet kollha misjubin għall-esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni sabet li kien xieraq li tibbaża fuq dawk il-marġnijiet kollha sabiex tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi mhux fil-kampjun li kkooperaw. Għaldaqstant, l-allegazzjoni tal-parti ġiet miċħuda. |
3.9.6. Livell ta’ kooperazzjoni
|
(338) |
L-EFDA tenniet li jenħtieġ li l-livell ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi jitqies bħala għoli, fid-dawl tan-natura frammentata tal-industrija tal-elementi tal-irbit li kienet tikkonsisti l-aktar f’SMEs li jesportaw permezz ta’ negozjanti; id-diffikultajiet loġistiċi matul il-pandemija tal-COVID-19; ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-ilmentatur; il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi ta’ aktar minn 50 %, li huwa d-doppju tal-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni matul l-investigazzjoni preċedenti dwar il-elementi tal-irbit li madankollu “kien jikkostitwixxi proporzjon kbir tal-industrija tal-Unjoni” (75); l-approċċ tal-Kummissjoni f’dan il-każ fir-rigward tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u, fl-aħħar nett, l-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-SMEs fl-Unjoni, u b’mod partikolari l-kwestjonarji simplifikati maħsubin għall-SMEs. |
|
(339) |
Kif spjegat fil-premessa (179), il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi huwa stabbilit fuq il-bażi tat-tweġibiet tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina għall-formola ta’ kampjunar. L-informazzjoni mitluba hija limitata għal informazzjoni bażika dwar il-kumpaniji bħad-dettalji ta’ kuntatt, il-bejgħ globali u l-kwantitajiet ta’ produzzjoni kif ukoll il-kumpaniji relatati. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment u minnufih, għall-kumpaniji kollha inklużi l-SMEs. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma ppreżenta ruħu u afferma diffikultajiet loġistiċi sabiex jipprovdi l-informazzjoni mitluba, u l-EFDA lanqas ma ssostanzjat din il-pretensjoni. Barra minn hekk, l-EFDA ma spjegatx sa liema punt l-allegati relazzjonijiet kummerċjali bejn il-produtturi esportaturi u l-ilmentatur suppost li kellhom impatt fuq id-determinazzjoni tal-livell ta’ kooperazzjoni. Barra minn hekk, il-livell ta’ kooperazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-investigazzjoni anti-dumping preċedenti tqies irrilevanti fil-kuntest tal-investigazzjoni kurrenti. Id-dikjarazzjoni li l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx jiġu ttrattati b’mod differenti minn produtturi esportaturi li ma kkooperawx diġà hija indirizzata fil-premessa (46) u, barra minn hekk, ma tqisitx bħala element li għandu impatt fuq il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Fi kwalunkwe każ, il-kunċett tal-“proporzjon kbir” tal-industrija tal-Unjoni huwa irrilevanti meta jitqies il-livell ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, peress li ż-żewġ kunċetti jirreferu għal sitwazzjonijiet kompletament differenti. Filwaqt li s-sehem il-kbir tal-industrija tal-Unjoni jirreferi għall-pożizzjoni fil-bidu, il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu għandu l-għan li jevita li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni jiġi ppremjat b’mod inadatt. L-argument li l-SMEs fl-Unjoni jibbenefikaw minn kwestjonarji simplifikati, għall-kuntrarju tal-produtturi esportaturi, huwa irrilevanti fl-istadju tal-kampjunar. Għaldaqstant, l-allegazzjonijiet tal-parti ma ntlaqgħux. |
|
(340) |
L-EFDA qalet ukoll, b’referenza għall-ġurisprudenza tad-WTO (76), li anki jekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx, hija ma tistax tkun punittiva fl-approċċ tagħha. F’dan ir-rigward, l-EFDA argumentat li l-livell tad-dazju għall-“produtturi esportaturi l-oħrajn kollha” ġie stabbilit fuq volum ta’ esportazzjoni mhux rappreżentattiv ibbażat fuq tip ta’ prodott wieħed biss. |
|
(341) |
Meta tapplika l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha diskrezzjoni wiesgħa dment li l-metodu applikat ikun raġonevoli. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 18(6) tar-Regolament bażiku, meta tapplika l-fatti disponibbli, ir-riżultati tal-investigazzjoni jistgħu jkunu anqas favorevoli għal parti milli kieku tkun ikkooperat, sabiex jiġi evitat li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni jiġi ppremjat b’mod inadatt. F’dan il-każ, il-Kummissjoni kellha tibbaża l-kalkolu tal-livell ta’ dazju għall-pajjiż kollu fuq il-fatti disponibbli fil-fajl. Il-metodoloġija kienet raġonevoli peress li kienet ibbażata fuq informazzjoni verifikata attwali mill-produtturi esportaturi fil-kampjun u l-kalkolu kien ibbażat fuq tip ta’ prodott magħżul li kien l-aktar rappreżentattiv f’termini ta’ volum ta’ esportazzjonijiet ta’ dak il-produttur esportatur. Id-dikjarazzjoni li dan it-tip ta’ prodott speċifiku ma kienx esportat mill-produtturi esportaturi li ma kkooperawx ma kinitx issostanzjata mill-EFDA u ma setgħetx tiġi vverifikata. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
3.9.7. Il-lista ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw
|
(342) |
L-EIFI qal li xi wħud mill-produtturi esportaturi, li kienu ngħataw l-istatus ta’ produttur esportatur li kkoopera, ma kellhomx jitqiesu bħala tali minħabba li ma kinux produtturi, iżda negozjanti, tal-prodott ikkonċernat, jew ma kinux produtturi tal-prodott ikkonċernat. Għal xi wħud mill-produtturi esportaturi, l-ismijiet irrapportati fil-formola tal-kampjunar ma kinux jikkorrispondu mal-ismijiet fuq in-numru tal-VAT irreġistrati ta’ dik il-kumpanija, u oħrajn kellhom prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni anormalment baxx. L-EIFI ssottometta informazzjoni bbażata fuq sorsi disponibbli pubblikament biex isostni dak li kien qed jgħid. |
|
(343) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-informazzjoni pprovduta mill-EIFI waslet tard ħafna matul il-proċedura, filwaqt li l-istess lista ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw tqiegħdet fil-fajl tal-każ miftuħ għall-partijiet interessati kollha fis-6 ta’ Jannar 2021 (77) u, għalhekk, ma setgħetx tiġi vverifikata aktar. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina jekk ir-raġunijiet invokati mill-EIFI għat-tneħħija ta’ ċerti kumpaniji mil-lista ta’ produtturi esportaturi kinux ġustifikati u, għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet kellhom jiġu miċħudin. |
|
(344) |
Kumpanija kummerċjali fir-RPĊ, Changshu 5. Rich Trading Co., Ltd. (“Changshu Rich”) qalet li kellha tiżdied mal-lista ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw flimkien mal-produttur relatat tagħha fiċ-Ċina, peress li kienet qed tikkoopera matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-ebda waħda minn dawn il-partijiet ma mliet il-formola ta’ kampjunar sal-iskadenzi mogħtijin. Changshu Rich ipprovdiet biss tweġiba tal-kampjunar għall-importaturi mhux relatati fl-Unjoni, li ma kinitx iddedikata għall-partijiet fir-RPĊ u ngħatat biss wara l-iskadenzi mogħtijin. Għalhekk, it-talba għall-inklużjoni fil-lista ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw ġiet miċħuda. Produttur esportatur ieħor, li Changshu Rich irreferiet għalih bħala s-“sieħeb” tagħha, kien ipprovda l-formola ta’ kampjunar sal-iskadenza pprovduta u, għalhekk, ġie inkluż fil-lista. |
|
(345) |
Produttur esportatur ieħor, Bulten Fasteners (China) Co., Ltd. (“Bulten Fasteners”) ukoll talab li jiġi inkluż fil-lista ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw, u argumenta li kien qed jikkoopera matul l-investigazzjoni billi pprovda l-informazzjoni dwar l-inputs maħsubin għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ sal-iskadenza, kif mitlub fin-Notifika ta’ bidu. Qal li r-rekwiżiti sabiex wieħed jitqies bħala parti li tikkoopera ma kinux ċari u billi pprovda l-informazzjoni dwar l-inputs, huwa kkonferma l-intenzjoni tiegħu li kien lest li jikkoopera u aġixxa bona fide. |
|
(346) |
Il-Kummissjoni nnotat li Bulten Fasteners ma pprovdietx tweġiba tal-kampjunar kif mitlub fin-Notifika ta’ Bidu u li kienet tinkludi wkoll qbil sabiex tkun fost il-kumpaniji kellhom jiġu inklużi fil-kampjun u investigati. Bħala wieħed mill-produtturi esportaturi msemmijin fl-ilment, din il-kumpanija rċiviet ukoll struzzjonijiet speċifiċi fil-bidu mill-Kummissjoni permezz ta’ komunikazzjoni bilaterali, li ddikjarat b’mod ċar li l-għoti tal-informazzjoni għall-eżerċizzju ta’ kampjunar ikun kundizzjoni għall-kunsiderazzjoni bħala parti li tikkoopera. Il-kumpanija lanqas ma pprovdiet kummenti dwar il-lista ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw imsemmija fil-premessa (345) li kienet fil-fajl sa mill-bidu tal-investigazzjoni, ladarba l-Kummissjoni għażlet il-kampjun tal-produtturi esportaturi. F’dan ir-rigward, Bulten Fasteners talbet li tinstema’ mill-Uffiċjal tas-Seduta. Saret seduta fis-7 ta’ Diċembru 2021 li matulha l-Uffiċjal tas-Seduta kkonkluda li d-drittijiet proċedurali ta’ Bulten Fasteners ma kinux affettwati fil-proċediment, peress li kienet irċiviet informazzjoni mill-Kummissjoni li għaliha ma kinitx irreaġixxiet. Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għall-kuntrarju tal-produtturi esportaturi li ppreżentaw il-formola tal-kampjunar u li qablu espliċitament li jikkooperaw fl-investigazzjoni fil-ħin, Bulten Fasteners ma tistax titqies bħala produttur esportatur li kkoopera u t-talba ta’ din il-parti ġiet miċħuda. |
|
(347) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni nnotat xi żbalji klerikali inklużi fil-lista ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw li ġew ikkoreġuti. Dawn il-korrezzjonijiet kienu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mill-partijiet ikkonċernati fil-formola tal-kampjunar. Għalhekk, Shanghai Foreign Trade (Pudong) Co., Ltd. li ssottomettiet l-informazzjoni għall-kampjunar għall-produtturi relatati tagħha Shanghai Rongdun Industry Co., Ltd. u Shanghai Chunri New Energy Technology Co., Ltd., tneħħiet mil-lista u ġiet issostitwita mill-produtturi relatati tagħha. Bl-istess mod, BSC Corporation, negozjant li kien jesporta l-prodott manifatturat mill-kumpanija relatata tagħha Liaocheng BSC Metal, tneħħa mil-lista u ġie ssostitwit mill-produttur relatat tiegħu. |
3.9.8. Allegazzjonijiet oħrajn
|
(348) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-utent tal-pole screws imsemmi fil-premessi (154) u (155) afferma li l-Kummissjoni injorat il-pretensjoni tiegħu li l-kompetitur ewlieni tiegħu fl-Indja jimmanifattura pole screws u jbigħhom fl-Unjoni b’livelli ta’ prezzijiet simili għal dawk importati miċ-Ċina. L-utent argumenta li dan juri li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi mhumiex oġġett ta’ dumping. L-utent qal wkoll li l-Kummissjoni missha qabblet il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani tal-pole screws mal-valur normali. Madankollu, peress li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel dan, hija ma tistax tikkonkludi li l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-pole screws kienu oġġett ta’ dumping. |
|
(349) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tindika li l-ebda dikjarazzjoni tali ma ġiet ipprovduta qabel id-divulgazzjoni finali. Is-sempliċi dikjarazzjoni insostanzjata li l-livelli tal-prezzijiet tal-pole screws tal-manifatturi Indjani kienu fl-istess livell bħall-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni ma timplikax minnha nfisha pretensjoni li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi ma jkunux oġġett ta’ dumping. It-tieni, il-marġnijiet tad-dumping stabbiliti kif imsemmi aktar ’il fuq fit-taqsima 3 huma bbażati fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat kollu kemm hu u ma ġewx iddeterminati marġnijiet separati tad-dumping għal tipi differenti ta’ prodotti. Kif stabbilit fid-dettall fit-taqsima 3, ġew stabbiliti marġnijiet sostanzjali tad-dumping meta tqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi mal-valur normali fuq il-bażi tad-data tal-pajjiż rappreżentattiv. L-ebda kumment dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping bħala tali ma ġie pprovdut minn dan l-utent u l-ebda wieħed mill-elementi użati għall-kalkolu ma ġie kkontestat minnu. It-tielet, huwa mfakkar li l-ambitu ta’ din l-investigazzjoni huwa limitat għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina u, għalhekk, il-Kummissjoni ma kienet taħt l-ebda obbligu jew saħansitra intitolata li tinvestiga l-allegat dumping minn importazzjonijiet mill-Indja. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
4. DANNU
4.1. Kummenti preliminari
|
(350) |
Kif indikat fil-premessi (96) u (97), il-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020 u r-Renju Unit ma baqax soġġett għad-dritt tal-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2021. Minħabba li l-iskadenza sabiex jingħataw it-tweġibiet għall-kwestjonarju u informazzjoni oħra ħabtet wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati jipprovdu informazzjoni fuq il-bażi tal-EU-27. Għalhekk, is-sejbiet dwar id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni ġew ivvalutati fuq il-bażi tad-data tal-EU-27. |
4.2. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(351) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn aktar minn 70 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(352) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal 1 060 569 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-ilmentatur u mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (49), sitt produtturi tal-Unjoni kienu parti mill-kampjun finali. Dawn kienu jirrappreżentaw 9,5 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
|
(353) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-volum tal-bejgħ totali stmat tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (ara t-tabella 6) mal-volum totali tal-importazzjoni kif identifikat mill-Eurostat (ara t-tabelli 3 u 12). |
|
(354) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Il-konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)
|
||||||||||||||||||||
|
(355) |
Il-konsum tal-Unjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod ġenerali, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 18 %, u għadda minn 2 134 778 tunnellata fl-2017 għal 1 748 012-il tunnellata fil-PI. |
4.4. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.4.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(356) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-importazzjonijiet u tal-konsum totali tal-Unjoni. Tabella 3 Il-volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(357) |
Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b’54 % bejn l-2017 u l-2019 u baqa’ relattivament stabbli bejn l-2019 u l-PI. B’mod ġenerali, il-volum tal-importazzjonijiet żdied b’55 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(358) |
Fid-dawl tat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b’mod stabbli bejn l-2017 u l-PI, u għadda minn 6 % għal 12 %. |
|
(359) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EIFI ssottometta li, fuq il-bażi tad-data statistika disponibbli għalih, jenħtieġ li l-volumi tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jkunu ogħla. L-EIFI kellu għad-dispożizzjoni tiegħu data statistika li kienet tinkludi l-importazzjonijiet ta’ prodotti li kienu barra mill-ambitu tal-investigazzjoni u stima tal-volumi totali tal-importazzjoni fuq il-bażi tal-għarfien tas-suq. Madankollu, l-istatistika użata mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-volumi tal-importazzjoni fit-tabella 3 kienet ibbażata fuq il-volumi attwali tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kif irreġistrati fil-livell tal-kodiċi TARIC li kien jinkludi biss il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, il-volumi fit-tabella 3 jirriflettu l-volumi attwali tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(360) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA u s-CCCME talbu kjarifika dwar liema data ntużat sabiex jiġu stabbiliti l-volumi tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni. Wara li ngħatat din il-kjarifika, dawn il-partijiet talbu li tiġi ddivulgata wkoll data preċiża għal kull kodiċi TARIC. Minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, din id-data ma tistax tiġi ddivulgata u, għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda. |
4.4.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(361) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat billi ddividiet il-valuri totali tal-importazzjonijiet Ċiniżi bil-volum totali ta’ dawk l-importazzjonijiet. |
|
(362) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||
|
(363) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bi 11 % bejn l-2017 u l-2018 u naqsu fl-2019 b’1 % u fil-PI bi 3 % oħra. B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’7 %. Madankollu, din iż-żieda, lanqas biss kienet viċin li tkopri ż-żieda fil-prezz tal-kost tal-materja prima li kienet ta’ 30 % matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet baqgħu kostantement taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni kif imsemmijin fit-Tabella 8. |
|
(364) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(365) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 28 % u 46 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. |
4.4.2.1. Pretensjonijiet dwar il-komparabbiltà tal-prezzijiet
|
(366) |
L-EFDA u s-CCCME qalu li l-elementi tal-irbit standard mhumiex interkambjabbli ma’ elementi tal-irbit mhux standard u li ma jikkompetux ma’ xulxin. Huma enfasizzaw li l-elementi tal-irbit mhux standard normalment ikunu jiswew aktar mill-elementi tal-irbit standard. Filwaqt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi prinċipalment jesportaw elementi tal-irbit standard, l-industrija tal-Unjoni tipproduċi u tbigħ b’mod predominanti elementi tal-irbit mhux standard. Għalhekk, jenħtieġ li kwalunkwe tqabbil tal-prezzijiet ikun ibbażat fuq distinzjoni bir-reqqa bejn l-elementi tal-irbit standard u dawk mhux standard. Bl-istess mod, is-CCCME enfasizzat li t-tliet tipi tal-prodott ewlenin koperti minn din l-investigazzjoni, jiġifieri viti, boltijiet u woxers, huma differenti minn xulxin u dan jenħtieġ li jitqies kif xieraq fit-tqabbil tal-prezzijiet. |
|
(367) |
B’mod simili, il-European DIY Retail Association (“EDRA”) qalet li jenħtieġ li tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi jqis id-distinzjoni bejn l-elementi tal-irbit standard u dawk mhux standard. Wieħed mill-importaturi allega li l-kodiċijiet interni tal-prodotti tal-produtturi tal-industrija tal-Unjoni ma jiddistingwux bejn elementi tal-irbit standard u mhux standard u li, għalhekk, tqabbil bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet Ċiniżi ma jkunx adegwat. |
|
(368) |
L-EFDA argumentat li l-elementi tal-irbit, anki f’każ li jiġu prodotti fuq il-bażi ta’ standards rikonoxxuti internazzjonalment, jistgħu jikkonformaw ukoll ma’ rekwiżiti addizzjonali speċifiċi tal-konsumatur, jiġifieri rekwiżiti li jvarjaw minn dawk stabbiliti fl-istandard; jew li ma jkunux indirizzati minn tali standard; jew li jkunu aktar stretti minn dawk iddefiniti fl-istandard. Jenħtieġ li dawn l-elementi tal-irbit jitqiesu bħala elementi tal-irbit mhux standard. Fuq l-istess nota, is-CCCME argumentat li mhux biss l-elementi tal-irbit li huma prodotti fuq il-bażi ta’ disinni tal-klijenti li jenħtieġ li jitqiesu bħala elementi tal-irbit mhux standard, iżda wkoll dawk li jqisu rekwiżiti oħrajn tal-klijent, anki jekk qafla bħal din tkun kompletament konformi mal-istandards internazzjonali tal-prodotti. |
|
(369) |
L-EFDA indikat ukoll differenza bejn l-“istandards tal-prodotti” u l-“istandards tal-ispezzjoni” u bejn l-istandards tal-prodotti “bażiċi” u l-istandards tal-prodotti “speċjali”. Argumentat li filwaqt li l-elementi tal-irbit li jikkonformaw mal-istandards tal-prodotti bażiċi jistgħu jitqiesu bħala elementi tal-irbit standard, jenħtieġ li l-elementi tal-irbit li jikkonformaw mal-istandards tal-ispezzjoni u mal-istandards tal-prodotti speċjali jitqiesu bħala elementi tal-irbit mhux standard għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, peress li dawn ir-rekwiżiti jaqdu l-istess rwol bħar-rekwiżiti speċifiċi għall-klijenti. |
|
(370) |
Barra minn hekk, l-EFDA u s-CCCME enfasizzaw li l-elementi tal-irbit prodotti mill-industrija tal-Unjoni spiss jiġu prodotti bil-kompożizzjonijiet tal-produzzjoni standard tagħha, filwaqt li huma għandhom rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-istandards rikonoxxuti internazzjonalment. Jenħtieġ li dawn l-elementi tal-irbit jitqiesu bħala elementi tal-irbit mhux standard. |
|
(371) |
Fl-aħħar nett, l-EFDA u s-CCCME rreferew għal rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni f’ċerti industriji (prinċipalment l-industrija tal-karozzi). Dawn huma rekwiżiti ta’ konformità għall-fornituri tal-elementi tal-irbit u jinkludu pereżempju l-obbligu ta’ dokumentazzjoni tal-proċess tal-manifattura tal-elementi tal-irbit, ir-reġistrazzjoni ta’ ċerta data u l-istadji ta’ kontroll tal-kwalità (78). L-EFDA qalet li l-investimenti neċessarji fil-proċess tal-manifattura tal-fornituri sabiex jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti huma riflessi f’kostijiet u fi prezzijiet ogħla u, għalhekk, jenħtieġ li l-elementi tal-irbit prodotti taħt kundizzjonijiet bħal dawn jitqiesu bħala elementi tal-irbit mhux standard. Is-CCCME qalet li jenħtieġ li l-elementi tal-irbit kollha użati fl-industrija tal-karozzi jitqiesu bħala elementi tal-irbit mhux standard. |
|
(372) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-elementi tal-irbit standard huma deskritti fid-dettall mill-istandards tal-industrija, bħal, pereżempju, Deutsches Institut für Normung (DIN), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) jew l-istandards Ewropej (EN) abbozzati u miżmumin mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). Min-naħa l-oħra, l-elementi tal-irbit mhux standard huma dawk li juru differenzi fl-istandards rikonoxxuti mill-industrija u li spiss jikkonformaw mad-disinn u/jew mar-rekwiżiti ta’ utent partikolari. Għalhekk, it-tpinġijiet tal-klijenti li jiddevjaw minn standard internazzjonali rikonoxxut jagħmlu qafla speċjali, jew mhux standard. Bl-istess mod, l-elementi tal-irbit li huma prodotti fuq linji ta’ produzzjoni standard tqiesu bħala elementi tal-irbit speċjali meta ma jikkonformawx għalkollox ma’ standard speċifiku tal-industrija rikonoxxut internazzjonalment. |
|
(373) |
Il-Kummissjoni nnotat li, fil-fatt, l-affermazzjonijiet kollha li saru dwar liema tipi ta’ qfieli jenħtieġ li jitqiesu bħala qfieli mhux standard, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmijin fil-premessi (374) u (375) ma kinux ikkontestati mill-industrija tal-Unjoni u kienu wkoll jikkorrispondu għall-fehim li hekk kif qafla standard ma tikkonformax eżattament ma’ standard ta’ prodott tal-industrija, jenħtieġ li titqies bħala qafla mhux standard/speċjali. |
|
(374) |
Rigward l-istandards tal-prodotti speċjali u l-istandards tal-ispezzjoni msemmijin fil-premessa (369), il-Kummissjoni qieset li sakemm qafla tiġi prodotta eżattament skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ standard rikonoxxut internazzjonalment, jenħtieġ li titqies bħala qafla standard, u għalhekk il-pretensjonijiet li saru f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(375) |
Ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fil-premessa (371) huma rekwiżiti ta’ konformità speċifiċi għall-klijenti li jista’ ma jkollhomx impatt dirett fuq ir-rekwiżiti tekniċi tal-qafla nnifisha kif stabbiliti fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment. Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ konformità, sakemm ma jinterferux mal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-qafla jew ma jikkostitwux disinn speċifiku mill-klijent, iżda jirreferu prinċipalment għal kwistjonijiet bħar-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni fil-proċess tal-manifattura jew ir-reġistrazzjoni tal-kontrolli tal-kwalità, pereżempju, ma tqisux bħala kriterju għad-differenzjar tal-elementi tal-irbit standard u mhux standard u l-pretensjonijiet li saru f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(376) |
Is-CCCME argumentat ukoll li l-elementi tal-irbit jinbiegħu kważi esklussivament permezz ta’ distributuri lill-utenti finali u li dan jenħtieġ li jitqies kif xieraq fit-tqabbil tal-prezzijiet li jenħtieġ li jsir fil-livell ta’ kummerċ tad-distributuri. Kif imsemmi fil-premessa (278), il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni sar direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni u, għalhekk, il-prezzijiet imħallsin jew pagabbli ġew ikkunsidrati fil-paragun aktar milli l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet maħdumin. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni biegħet il-biċċa l-kbira tal-bejgħ tagħha permezz tad-distributuri u t-tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni saru fl-istess livell ta’ kummerċ. Għalhekk, dan l-argument ma kienx rilevanti fl-investigazzjoni preżenti. |
|
(377) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA, is-CCCME u l-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea affermaw li misshom saru aġġustamenti għall-kostijiet tal-kontroll tal-kwalità u tal-ġestjoni tad-dokumenti meta ġew ikkalkolati l-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz. L-EFDA u s-CCCME affermaw li l-industrija tal-Unjoni kienet soġġetta għal rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni msemmijin fil-premessa (371), filwaqt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi tipikament ma kellhomx rekwiżiti bħal dawn. L-EFDA u s-CCCME rreferew għall-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku li l-valutazzjoni tad-dannu trid tkun ibbażata fuq eżami oġġettiv u fuq evidenza pożittiva (inkluż l-eżami tal-effett tal-prezz f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku) u għall-Artikolu 3.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping li jirreferi għall-komparabbiltà tal-prezzijiet. Peress li r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għandhom impatt sinifikanti fuq il-kostijiet u fuq il-prezzijiet, l-EFDA, is-CCCME u l-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qalu li jenħtieġ li jsir aġġustament xieraq fil-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz. |
|
(378) |
Dawn il-partijiet irreferew għall-informazzjoni disponibbli pubblikament u għall-informazzjoni pprovduta minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li turi li tal-anqas wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien soġġett għaċ-ċertifikazzjoni tal-PPAP, u, għalhekk, iddikjara b’mod żbaljat parti mill-produzzjoni tiegħu bħala elementi tal-irbit standard. |
|
(379) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet fir-rigward tal-informazzjoni pubblikament disponibbli għal wieħed mill-produtturi tal-Unjoni allegatament inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun ingħataw l-anonimat u, għalhekk, kwalunkwe kumment dwar tali informazzjoni mhuwiex ġustifikat. Madankollu, il-Kummissjoni kkonfermat li l-investigazzjoni ma setgħetx tistabbilixxi differenzi sostanzjali fil-kostijiet bejn il-proċessi tal-produzzjoni skont ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni u proċessi oħrajn tal-produzzjoni. Għalhekk, anki jekk aġġustament bħal dan ikun sostanzjat u ġustifikat, l-impatt tiegħu fuq il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ikun negliġibbli, u għalhekk is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar twaqqigħ tal-prezz sinifikanti jibqgħu applikabbli. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ġew miċħudin. |
|
(380) |
Rigward l-allegazzjoni li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun iddikjara b’mod żbaljat l-elementi tal-irbit mhux standard bħala elementi tal-irbit standard, huwa mfakkar li, kif stabbilit fil-premessa (375), ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni waħedhom ma jiddeterminawx jekk element tal-irbit għandux jitqies bħala mhux standard. Għaldaqstant, fl-istess premessa, il-Kummissjoni sabet li r-rekwiżiti ta’ konformità, sakemm ma jinterferixxux mal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-qafla jew ma jikkostitwixxux disinn speċifiku mill-klijent, iżda jirreferu prinċipalment għal kwistjonijiet bħar-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni fil-proċess tal-manifattura jew ir-reġistrazzjoni tal-kontrolli tal-kwalità, pereżempju, ma tqisux bħala kriterju għad-differenzjar tal-elementi tal-irbit standard u mhux standard. Il-Kummissjoni vverifikat li t-tipi tal-prodott tal-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun ġew irrapportati korrettament. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(381) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA u s-CCCME allegaw li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien isir l-aktar permezz ta’ distributuri relatati lill-utenti finali. Peress li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jbigħu direttament lil distributuri mhux relatati fl-Unjoni, misshom saru aġġustamenti xierqa għad-differenzi fil-livell tal-kummerċ. Din l-allegazzjoni ma kinitx ibbażata fuq xi informazzjoni inkluża fil-fajl, u lanqas ma kienet issostanzjata b’xi evidenza. Matul l-investigazzjoni, l-EFDA u s-CCCME talbu informazzjoni addizzjonali dwar is-sehem tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lid-distributuri li ġie pprovdut mill-Kummissjoni u li kkonferma s-sejbiet stabbiliti fil-premessa (376). Il-Kummissjoni tiċċara wkoll li l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li tqies fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz sar lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
|
(382) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(383) |
Kif indikat fil-premessi (26) sa (49), għas-sejbien tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ntuża l-kampjunar. |
|
(384) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-ilmentatur, kontroverifikata mad-data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data makroekonomika kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. |
|
(385) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-EFDA qalu li l-Kummissjoni ma ddivulgatx il-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni li pprovdew id-data inkluża fl-indikaturi makroekonomiċi. Matul l-investigazzjoni, fuq talba, il-Kummissjoni spjegat li din id-data ġiet ipprovduta fuq livell speċifiku tal-kumpanija u, għalhekk, kienet kunfidenzjali. L-EFDA qalet ukoll li l-Kummissjoni irrifjutat li tipprovdi informazzjoni dwar kif id-data ġiet estrapolata, filwaqt li dan ikun aspett kruċjali minħabba li parti żgħira biss tal-produtturi totali tal-Unjoni kienu pprovdew data makroekonomika. |
|
(386) |
Is-sorsi użati u l-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi d-data makroekonomika huma stabbiliti fil-premessa (384). Id-data makroekonomika nġabret minn produtturi individwali tal-Unjoni fl-Unjoni u ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni permezz tal-ilmentatur. L-ammont totali għad-data makroekonomika ġie stmat mill-ilmentatur permezz tal-estrapolazzjoni tad-data bbażata fuq is-sehem ta’ dawn il-produtturi fil-produzzjoni totali tal-Unjoni. L-ilmentatur ibbaża l-produzzjoni totali tal-Unjoni fuq l-informazzjoni disponibbli fi Prodcom. Id-data ppreżentata ġiet aġġustata fuq il-bażi ta’ kontroverifika mwettqa mad-data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. L-aġġustamenti qiesu biss xi inkonsistenzi fid-data, iżda ma biddlux b’mod sostanzjali d-data ppreżentata mill-ilmentatur. |
|
(387) |
L-EFDA kkritikat ukoll li d-data ma kinitx ivverifikata biżżejjed mill-Kummissjoni u li s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data makroekonomika ġew ipprovduti biss jum qabel id-divulgazzjoni finali. Kif stabbilit fil-premessa (384), il-Kummissjoni wettqet kontroverifika tad-data pprovduta mal-informazzjoni disponibbli mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u permezz ta’ proċess dettaljat ta’ defiċjenza dwar it-tweġiba tal-EFI għall-kwestjonarju dwar l-indikaturi makro. In-natura tal-mistoqsijiet li tqajmu lill-EIFI tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet fil-fajl miftuħ. Il-Kummissjoni kienet sodisfatta bl-akkuratezza tad-data u, għalhekk, qieset li kienet bażi xierqa għad-determinazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi. Għalhekk, l-allegazzjoni ta’ verifika insuffiċjenti ġiet miċħuda. Is-sommarju mhux kunfidenzjali tal-kontribuzzjonijiet individwali tal-produtturi tal-Unjoni ġie ddivulgat fi żmien suffiċjenti sabiex jiġu pprovduti kummenti. Barra minn hekk, EFDA s-CCCME ngħataw estensjoni eċċezzjonali tal-iskadenza sabiex jipprovdu kummenti. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(388) |
Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(389) |
Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(390) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(391) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-kapital. |
|
(392) |
Kif stabbilit fil-premessa (68), produttur esportatur minnhom qal li l-kampjun tal-produtturi esportaturi kien prinċipalment magħmul minn kumpaniji li jipproduċu boltijiet (għall-kuntrarju tal-produtturi tal-viti) u, għalhekk, ma jkunx rappreżentattiv għall-industrija Ċiniża u għall-esportazzjonijiet b’mod kumplessiv. Għalhekk, jenħtieġ li l-analiżi tad-dannu ssir separatament għall-viti, minn naħa waħda, u għall-boltijiet, min-naħa l-oħra. |
|
(393) |
Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessi (115) u (156), produttur esportatur partikolari tal-viti tal-injam strutturali u produttur esportatur ta’ confirmat screws qalu li dawn it-tipi tal-prodott ma kinux inklużi fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. Alternattivament, dawn il-partijiet interessati argumentaw li jenħtieġ li l-analiżi tal-ħsara ssir separatament għal dawn it-tipi tal-prodott. |
|
(394) |
Kif imsemmi fil-premessa (162), is-CCCME talbet li l-indikaturi makroekonomiċi tad-dannu jinġabru u jiġu vvalutati separatament għall-elementi tal-irbit standard, minn naħa waħda, u għall-elementi tal-irbit mhux standard, min-naħa l-oħra, fuq il-bażi li l-industrija tal-Unjoni tipproduċi u tbigħ prinċipalment elementi tal-irbit mhux standard, filwaqt li l-produtturi esportaturi miċ-Ċina jipproduċu u jesportaw prinċipalment elementi tal-irbit standard. |
|
(395) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea qalet li l-partijiet interessati ma kellhom l-ebda mezz sabiex jivverifikaw id-data aggregata tal-industrija tal-Unjoni użata għad-determinazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi minħabba l-anonimat mogħti lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(396) |
Kif stabbilit fil-premessi (16) sa (20), il-Kummissjoni qieset li t-talba għall-anonimat kienet issostanzjata kif xieraq u b’bażi soda. Għalhekk, kulma ntqal kontra dan it-trattament kunfidenzjali nċaħad. Għalhekk, il-Kummissjoni lanqas ma tista’ tiddivulga l-informazzjoni għal kull isem ta’ kumpanija li kkontribwiet għall-indikaturi makroekonomiċi tad-dannu. Il-metodoloġija hija spjegata fil-premessa (384). Għalhekk, l-allegazzjoni tal-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea ġiet miċħuda. |
|
(397) |
Il-kummenti dwar ir-rappreżentattività tal-kampjun tal-produtturi esportaturi diġà kienu ġew indirizzati fil-premessa (70). Bl-istess mod, il-kummenti u d-dikjarazzjonijiet tal-partijiet interessati rigward l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni diġà kienu ġew indirizzati fil-premessi minn (113) sa (166). |
|
(398) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet li jenħtieġ li l-analiżi tad-dannu titwettaq separatament għal kull tip tal-prodott, il-Kummissjoni tfakkar li l-premessa (110) ikkonkludiet li t-tipi kollha tal-prodott tqiesu bħala prodott uniku għall-fini ta’ din l-investigazzjoni peress li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi finali bażiċi. Għalhekk, kwalunkwe determinazzjoni ta’ dumping, ta’ dannu u ta’ kawżalità kienet ibbażata fuq il-prodott kollu kemm hu. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li kienet tiġġustifika analiżi separata għal kull tip tal-prodott. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ġew miċħudin. |
|
(399) |
Is-CCCME u l-EFDA ssottomettew li l-ponderazzjoni tal-indikaturi mikroekonomiċi tad-dannu tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li kienu SMEs tkun tmur kontra r-Regolament bażiku u d-dispożizzjonijiet tad-WTO u, għalhekk, jenħtieġ li ma tiġix applikata. Argumentaw li metodoloġija bħal din iżżid artifiċjalment il-ponderazzjoni tad-data pprovduta mill-SMEs, filwaqt li tnaqqas artifiċjalment il-ponderazzjoni tad-data pprovduta minn kumpaniji kbar. Peress li l-Kummissjoni ma tatx ponderazzjoni lill-indikaturi tad-dannu, ma kienet neċessarja l-ebda analiżi ulterjuri ta’ din id-dikjarazzjoni. |
|
(400) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-EFDA qalu li l-analiżi tad-dannu messha saret b’mod separat għall-elementi tal-irbit standard, minn naħa waħda, u għall-elementi tal-irbit mhux standard, min-naħa l-oħra. Qalu wkoll li kellha titwettaq analiżi separata tad-dannu għal kull waħda mill-kategoriji tal-prodott, jiġifieri viti tal-injam, viti self-tapping, boltijiet u woxers u f’dan ir-rigward irreferew għar-Rapport tal-Korp tal-Appell US- Hot-rolled Steel (79) u għar-Rapport tal-Korp China – HP-SSST (80) kif ukoll għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (81). |
|
(401) |
Fir-rigward tal-elementi tal-irbit standard u mhux standard, is-CCCME u l-EFDA l-ewwel tennew li l-elementi tal-irbit speċjali u standard jappartjenu għal żewġ swieq separati, f’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi u ta’ differenzi fil-kwalità kif ukoll ta’ użi finali u li ma kinux interkambjabbli. It-tieni, tennew li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jiffokaw fuq elementi tal-irbit standard, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni huma involuti l-aktar fil-manifattura ta’ elementi tal-irbit speċjali. Is-CCCME u l-EFDA enfasizzaw li, fil-Kawża T-254/18, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li “analiżi ta’ kull segment tista’ tkun iġġustifikata meta l-prodotti previsti mill-investigazzjoni mhumiex interkambjabbli u meta segment wieħed jew iktar jistgħu jiġu affettwati iktar minn oħrajn mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping”. |
|
(402) |
Kif stabbilit fil-premessi (109) u (110), l-elementi tal-irbit kollha kellhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi simili u l-istess użi finali bażiċi. Kif diġà ġie indikat fil-premessa (151), mhuwiex meħtieġ li t-tipi kollha tal-prodott ikunu kompletament interkambjabbli dment li t-tipi kollha jkollhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi finali bażiċi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat kif stabbilit fil-premessa (47) li l-industrija tal-Unjoni kienet tipproduċi u tbigħ elementi tal-irbit standard u mhux standard, kif ukoll il-produtturi esportaturi kienu jesportaw lejn l-industrija tal-Unjoni elementi tal-irbit standard u mhux standard. L-investigazzjoni żvelat ukoll li kien hemm trikkib fl-applikazzjonijiet finali. L-industrija tal-Unjoni kienet tbigħ l-elementi tal-irbit għal varjetà ta’ applikazzjonijiet u ta’ setturi. Minkejja l-kooperazzjoni baxxa, il-Kummissjoni stabbiliet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jikkompetu mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fuq l-istess użi u applikazzjonijiet. Anke jekk il-preżenza ta’ elementi tal-irbit speċjali fil-kampjun tal-esportaturi li kkooperaw kienet baxxa, l-evidenza fil-fajl uriet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċitajiet li jipproduċu u jesportaw elementi tal-irbit mhux standard (pereżempju matul fieri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi offrew firxa ta’ elementi tal-irbit mhux standard u numru ta’ produtturi Ċiniżi kienu qed jipproduċu elementi tal-irbit għall-industrija tal-karozzi). Il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien magħmul minn kumpaniji li jirrappreżentaw b’mod ugwali l-bejgħ kemm ta’ elementi tal-irbit standard kif ukoll ta’ elementi tal-irbit mhux standard. Fil-fatt, il-maġġoranza tal-kumpaniji fil-kampjun kienu qed jipproduċu kemm elementi tal-irbit standard kif ukoll elementi tal-irbit speċjali; kumpanija waħda biss kienet iffokata fuq elementi tal-irbit speċjali filwaqt li oħra fuq l-elementi tal-irbit standard. Għalhekk, kif imsemmi fil-premessa (36), il-kampjun tal-industrija tal-Unjoni żgura taħlita wiesgħa ta’ tipi tal-prodott. It-tipi tal-prodott importati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu jaqblu sa aktar minn 90 % mat-tipi tal-prodott manifatturati u mibjugħin mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u kienu jinkludu tqabbil tal-prezzijiet tal-elementi tal-irbit standard u mhux standard li wrew b’mod invarjabbli twaqqigħ u bejgħ taħt il-prezz sinifikanti. Mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-analiżi tad-dannu jeħtieġ li titwettaq fil-livell tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni osservat li l-produtturi kollha tal-Unjoni, inklużi dawk li jipproduċu elementi tal-irbit speċjali irrispettivament mit-taħlita tal-prodott, kienu qed juru xejriet ta’ tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ kif ukoll fil-marġnijiet tal-profitt. Dan wera li l-produtturi kollha tal-Unjoni magħżulin fil-kampjun kienu affettwati mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa (552), hemm evidenza fil-fajl li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jespandu l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom tal-elementi tal-irbit standard minħabba li l-importazzjonijiet Ċiniżi eżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Fil-livell makroekonomiku, il-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni li kienu qed jipprovdu data individwali kienu qed jipproduċu kemm l-elementi tal-irbit standard kif ukoll elementi tal-irbit speċjali. Id-deterjorament tal-indikaturi makroekonomiċi tad-dannu b’mod parallel maż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina, kif ukoll ix-xejra ’l isfel tal-indikaturi mikroekonomiċi tal-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun, juru li kien hemm kompetizzjoni fis-suq bejn l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-livell tal-prodott simili u l-investigazzjoni ma kkonfermatx id-dikjarazzjonijiet kuntrarji għal dan. Minnu nnifsu, dan huwa prova tad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. La s-CCCME u lanqas l-EFDA ma pprovdew xi informazzjoni jew evidenza addizzjonali li kienet tiġġustifika t-twettiq ta’ analiżi separata għall-elementi tal-irbit standard, minn naħa waħda, u l-elementi tal-irbit mhux standard, min-naħa l-oħra. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(403) |
Rigward il-viti tal-injam, il-viti self-tapping, il-boltijiet u l-woxers, l-istess partijiet argumentaw li peress li dawn il-prodotti huma kklassifikati taħt subintestaturi NM differenti, dan jindika li kellhom kull karatteristika speċifika u ma kinux komparabbli ma’ xulxin. L-EFDA argumentat ukoll li dan ikun ikkonfermat mill-fatt li produttur tal-viti tal-injam minnhom fl-Unjoni kien oppona l-ilment għar-raġuni li ma kien jara l-ebda impatt pożittiv tal-miżuri. |
|
(404) |
Il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (109) u (110) huma validi wkoll fir-rigward tal-kategoriji tal-prodott imsemmijin aktar ’il fuq. Ma ngħatat l-ebda evidenza li s-swieq ikunu segregati għal dawn il-kategoriji għajr il-fatt li kienu kklassifikati taħt kodiċijiet NM differenti. Madankollu, minnu nnifsu, dan ma jistax jitqies bħala evidenza suffiċjenti peress li, filwaqt li l-prodotti jistgħu jaqgħu taħt kodiċijiet NM differenti, xorta jistgħu jkunu qed jikkompetu ma’ xulxin. Il-fatt li produttur partikolari tal-Unjoni oppona l-ilment bħala tali, mhuwiex prova u lanqas ma juri li hemm segmentazzjoni tas-suq skont it-tip ta’ prodott. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
4.5.1. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.1.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(405) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 5 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(406) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas stabbilment b’25 % b’kollox. |
|
(407) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għal madwar 2 300 000 tunnellata. Madankollu, l-użu tal-kapaċità naqas b’mod sinifikanti minħabba t-tnaqqis sinifikanti fil-volumi tal-produzzjoni, u naqas minn 61 % fl-2017 għal biss 46 % matul il-PI. |
|
(408) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA osservat li l-indiċi fit-tabella 5 għall-kapaċità tal-produzzjoni u għall-użu tal-kapaċità matul il-PI huma ftit differenti mis-sommarju mhux kunfidenzjali tal-indikaturi makroekonomiċi kif sottomessi mill-EIFI u li dan ikun jindika li l-Kummissjoni għamlet aġġustamenti fid-data pprovduta mill-EIFI. |
|
(409) |
Kif imsemmi fil-premessa (386), l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur ġiet kontroverifikata mad-data ppreżentata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u xi korrezzjonijiet fuq din il-bażi wasslu għal indiċijiet ftit differenti. |
4.5.1.2. Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(410) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(411) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’27 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’mod ferm aktar mgħaġġel mit-tnaqqis fil-konsum li naqas bi 18 % matul l-istess perjodu. |
|
(412) |
B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 66 % fl-2017 għal 59 % matul il-PI, jiġifieri tnaqqis ta’ 10 % jew ta’ 7 punti perċentwali. |
4.5.1.3. It-tkabbir
|
(413) |
F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni mhux biss tilfet il-volumi tal-bejgħ fl-Unjoni iżda anki s-sehem mis-suq. |
4.5.1.4. L-impjiegi u l-produttività
|
(414) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(415) |
L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ. Dan irriżulta fi tnaqqis ta’ 4 % fil-forza tax-xogħol, mingħajr ma jitqies kwalunkwe impjieg indirett. |
|
(416) |
Peress li l-volum tal-produzzjoni naqas saħansitra aktar malajr min-numru ta’ impjegati, il-produttività tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 22 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(417) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-EFDA qalu li l-Kummissjoni ma pprovdietx informazzjoni ċara dwar kif dawn l-indikaturi ġew ikkalkolati. |
|
(418) |
Matul l-investigazzjoni, fuq talba tal-partijiet imsemmijin hawn fuq, il-Kummissjoni ċċarat li l-indikaturi makroekonomiċi kienu bbażati fuq l-input individwali tal-produtturi tal-Unjoni rrappreżentati mill-EIFI li ġie kontroverifikat mid-data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-metodoloġija rigward l-indikaturi makroekonomiċi hija deskritta wkoll fil-premessa (384). Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
4.5.1.5. Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat
|
(419) |
Il-marġnijiet tad-dumping stabbiliti matul din l-investigazzjoni kollha kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
4.5.2. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.2.1. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(420) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(421) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 11 % bejn l-2017 u l-PI. Din iż-żieda kienet ferm anqas miż-żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni (+ 15 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni niżlu taħt il-kost unitarju tal-produzzjoni matul il-PI, minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu qed iwaqqgħu l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’37 % matul il-PI. |
|
(422) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-EFDA kkontestaw dawn iċ-ċifri u nnotaw li ma kienx ċar kif ġew stabbiliti l-kostijiet unitarji. Huma indikaw ukoll żball fit-tabella ddivulgata li ġie kkoreġut mill-Kummissjoni. Il-kostijiet unitarji ġew stabbiliti skont il-prattika tal-Kummissjoni bħala kostijiet sħaħ inklużi l-kost tal-manifattura u l-SG&A. |
4.5.2.2. Il-kost lavorattiv
|
(423) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(424) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas b’6 %. |
4.5.2.3. Inventarji
|
(425) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||
|
(426) |
Il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq żdied b’16 % bejn l-2017 u l-2019 u naqas b’9 % bejn l-2019 u l-PI. B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volumi tal-istokkijiet tal-għeluq żdiedu b’7 %. |
4.5.2.4. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-kapital
|
(427) |
Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 11 Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(428) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(429) |
Il-profittabilità naqset kull sena bejn l-2017 u l-PI, meta saret negattiva. Din ix-xejra hija prinċipalment dovuta għall-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tirrifletti ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minħabba pressjoni minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 37 %. |
|
(430) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus nett naqas b’mod stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u bi tnaqqis globali ta’ 63 %, prinċipalment minħabba d-deterjorament fil-profitt qabel it-taxxa, matul l-istess perjodu. |
|
(431) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku tal-investimenti. Dan naqas saħansitra aktar malajr mill-profittabilità u mill-fluss tal-flus, u naqas kull sena matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u sar negattiv fil-PI, bħala effett tal-profittabilità negattiva. Matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni naqqset b’aktar min-nofs il-livell tal-investimenti tagħha li rriżulta fi tnaqqis ta’ 57 %. Il-ħila tal-industrija tal-Unjoni li tiġġenera l-kapital kienet affettwata b’mod sever mill-erożjoni tal-profittabilità kif ukoll tal-fluss tal-flus imġarrba matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.3. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(432) |
L-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’25 % u l-volum tal-bejgħ tagħha naqas b’27 %. Bit-tnaqqis ta’ 18 % fil-konsum, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’10 % u laħaq id-59 % matul il-PI. |
|
(433) |
Filwaqt li l-prezz tal-bejgħ żdied bi 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, dan ma kienx biżżejjed sabiex ipatti għaż-żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni (+ 17 %), li rriżulta f’erożjoni kontinwa tal-profittabilità matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tali tnaqqis fil-prezzijiet wassal għal telf matul il-PI. Xejra simili ta’ tnaqqis ġiet osservata għall-impjiegi, għall-kostijiet tal-manodopera medji, għall-investimenti, għar-redditu fuq l-investiment u għall-fluss tal-flus li naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(434) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(435) |
L-EFDA u s-CCCME qalu li l-industrija tal-Unjoni ma kienet qed iġġarrab l-ebda dannu u rreferew għal informazzjoni disponibbli pubblikament li tindika profittabilità pożittiva għal ċerti produtturi tal-Unjoni fl-2019, jew xejriet pożittivi f’xi wħud mill-indikaturi tad-dannu. |
|
(436) |
L-analiżi tad-dannu mwettqa mill-Kummissjoni kienet ibbażata fuq data aggregata tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun relatata mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni għal indikaturi mikroekonomiċi, u fuq data li tappartjeni għall-industrija tal-Unjoni kollha għall-indikaturi makroekonomiċi. B’kuntrast ma’ dan, l-informazzjoni pprovduta mill-EFDA u mis-CCCME kienet ibbażata fuq id-data disponibbli għall-pubbliku li tappartjeni biss għal produtturi individwali tal-Unjoni. Għalhekk, ma tqisitx rappreżentattiva. Bl-istess mod, l-analiżi tal-Kummissjoni kopriet l-indikaturi tad-dannu kollha fuq diversi snin (il-perjodu taħt kunsiderazzjoni), filwaqt li l-informazzjoni pprovduta mill-EFDA u mis-CCCME kienet tkopri sena finanzjarja waħda biss, jew ċerti indikaturi tad-dannu speċifiċi biss, bħall-profittabilità. Fl-aħħar nett, id-data miġbura mill-Kummissjoni kienet relatata biss mal-prodott taħt investigazzjoni u kienet soġġetta għal verifika. Għalhekk, l-informazzjoni pprovduta mill-EFDA u mis-CCCME ma tqisitx adegwata sabiex tiġi ddeterminata s-sitwazzjoni tal-industrija kollha tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u ma ddevalwatx is-sejbiet abbażi tad-data aktar preċiża vverifikata mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-pretensjonijiet magħmulin mill-EFDA u mis-CCCME f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(437) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-EFDA nnotaw li l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni rrapportata fit-Tabella 11 ma setgħetx tiġi rrikonċiljata mal-prezz tal-bejgħ ta’ unità u mal-kost unitarju tal-produzzjoni rrapportati fit-Tabella 8. Kif stabbilit fil-premessa (422), il-Kummissjoni kkoreġiet l-iżball klerikali fil-kost tal-produzzjoni ta’ unità. Madankollu, ix-xejra negattiva fil-profittabilità li għaddiet minn 6 % fl-2017 għal -1 % fil-PI kienet kkonfermata. |
5. KAWŻALITÀ
|
(438) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi oħrajn magħrufin setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, it-tibdil strutturali fl-industrija tal-karozzi, l-importazzjonijiet ta’ elementi tal-irbit mill-industrija tal-Unjoni, l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima u l-vantaġġi kompetittivi possibbli tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-pandemija tal-COVID-19 u l-allegata ġestjoni ħażina mill-industrija tal-Unjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(439) |
Id-deterjorament fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida maż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet miċ-Ċina, li b’mod konsistenti waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u rażżnu l-prezz tas-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kif imsemmi fil-premessa (421), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’medja ta’ 37 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(440) |
Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied minn madwar 135 000 tunnellata fl-2017 għal madwar 209 000 fil-perjodu ta’ investigazzjoni, żieda ta’ 55 %. Is-sehem mis-suq żdied b’6 punti perċentwali minn 6 % fl-2017 għal 12 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Matul l-istess perjodu, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’27 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas minn 66 % għal 59 %, jiġifieri b’7 punti perċentwali. |
|
(441) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdiedu b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, anqas b’mod sinifikanti miż-żieda parallela fil-prezz tal-materja prima (prinċipalment vireg tal-wajer). Il-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet wasslu għal pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni li kienu konsistentement taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tgħolli l-prezzijiet tagħha għal livelli sostenibbli li wassal għal profittabilità li qed tonqos u għal telf matul il-PI. |
|
(442) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Dannu bħal dan kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz. |
|
(443) |
L-EFDA u s-CCCME li jirreferu għall-evidenza prima facie fl-ilment, affermaw li ċerti produtturi tal-Unjoni diġà kienu fetħu l-proċedimenti ta’ falliment fl-2016 u fl-2017, jiġifieri qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi. Is-CCCME enfasizzat li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-elementi tal-irbit li joriġinaw miċ-Ċina tneħħew biss f’Marzu 2016 (82) u l-ebda importazzjoni miċ-Ċina ma kienet qed tidħol fis-suq tal-Unjoni qabel dik id-data. Dan ikun juri li kwalunkwe dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni diġà kien jeżisti qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina bejn l-2017 u l-PI. Għalhekk, kwalunkwe dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(444) |
Barra minn hekk, l-EFDA, b’referenza għall-informazzjoni disponibbli pubblikament qalet li diversi produtturi tal-Unjoni kienu f’sitwazzjoni finanzjarja b’saħħitha minkejja l-importazzjonijiet Ċiniżi. Argumentat li peress li l-produtturi kollha tal-Unjoni kienu jiġu affettwati mit-tali importazzjonijiet bl-istess mod, kwalunkwe dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda bilfors li kien ikkawżat minn fatturi oħrajn. |
|
(445) |
Dawn id-dikjarazzjonijiet ma ġewx ikkonfermati matul l-investigazzjoni. Kif spjegat fil-premessi (439) sa (441), kien hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-deterjorament tal-industrija tal-Unjoni. Iż-żieda fl-importazzjonijiet kompliet ferm lil hinn mit-tħassir tal-miżuri li kienu fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi u, għalhekk, it-tali żieda ma tqisitx bħala sempliċi konsegwenza tat-tħassir. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi ġiet ivvalutata u li s-sitwazzjoni tal-produtturi individwali tal-Unjoni tista’ tvarja li, madankollu, ma tistax titqies bħala rappreżentattiva għall-industrija kollha tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(446) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-EFDA talbu divulgazzjoni ulterjuri tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-vireg tal-wajer li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet ta’ hawn fuq. Dawn il-partijiet ikkontestaw l-adegwatezza tas-sors użat u qalu li d-data hija relatata ma’ perjodu differenti mill-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq data disponibbli pubblikament (83) li turi l-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-vireg tal-wajer matul il-PI li kkonfermaw il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa ta’ hawn fuq. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(447) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME u l-EFDA ddikjaraw li l-volumi u l-effett tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma kinux qed iħallu impatt fuq id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. L-ewwel nett, huma qiesu li l-2017 mhijiex bażi xierqa sabiex tiġi ddeterminata żieda fil-volum tal-importazzjonijiet peress li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-elementi tal-irbit li joriġinaw miċ-Ċina ġew imposti fl-2009 (84) u baqgħu fis-seħħ sal-2016, u għalhekk il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2017 kienu għadhom ma komplewx u kienu baxxi b’mod mhux tas-soltu. Il-Kummissjoni tinnota li, fl-2017, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jirrappreżentaw 6 % tal-konsum tal-Unjoni, li ma jistax jitqies bħala insinifikanti, u dan huwa t-tieni l-akbar sehem ta’ esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni wara t-Tajwan. Barra minn hekk, din ix-xejra ta’ żieda mhijiex viżibbli biss bejn l-2017 u l-2018, iżda wkoll bejn l-2018 u l-2019, meta l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’madwar 50 %, li huwa bil-bosta l-aktar tkabbir sinifikanti meta mqabbla ma’ pajjiżi terzi oħrajn. |
|
(448) |
Dawn il-partijiet qalu wkoll li ż-żieda fil-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienet fl-istess medda taż-żieda fil-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Kif muri fit-tabella 4, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li, kif muri fit-tabella 8, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdiedu bi 11 % matul l-istess perjodu. Huwa nnotat ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed iwaqqgħu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u kien hemm pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni li ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tagħha skont iż-żidiet fil-kostijiet tagħha (+ 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni). Għalhekk, is-sempliċi fatt li l-prezzijiet żdiedu fl-istess medda ma setax inaqqas il-valur tas-sejbiet stabbiliti fil-premessa (441) u l-pretensjonijiet ta’ dawn il-partijiet f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(449) |
Kif imsemmi fil-premessa (152), produttur ta’ ankraġġi fl-Unjoni argumenta li l-produttur esportatur relatat tiegħu fiċ-Ċina huwa l-uniku wieħed b’ċertifikazzjoni uffiċjali tal-UE għall-viti tal-ankraġġi tal-konkrit u, għalhekk, huwa l-uniku wieħed li jesporta dan it-tip tal-prodott lejn l-Unjoni. Billi ma kienx jesporta dan il-prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ma setax jikkawża xi dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(450) |
Kif stabbilit fil-premessi (115), (152) u (156), produttur esportatur wieħed ta’ viti tal-injam strutturali, produttur esportatur wieħed ta’ confirmat screws u grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi ta’ viti tal-ankraġġi tal-konkrit qalu li dawn it-tipi tal-prodott ma kinux inklużi fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. Inkella, dawn il-partijiet interessati qalu li jenħtieġ li l-kawżalità tiġi ddeterminata separatament. Fil-każ ta’ confirmat screws u ta’ viti tal-injam tal-kostruzzjoni, il-partijiet argumentaw li ma kinux f’kompetizzjoni ma’ xi tip tal-prodott manifatturat mill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li fil-każ ta’ viti tal-ankraġġi tal-konkrit, il-grupp ta’ produtturi esportaturi afferma li ma esportax il-prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u, għalhekk, ma setax jikkawża dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(451) |
Kif spjegat fil-premessa (110), it-tipi kollha tal-prodott tqiesu bħala prodott uniku għall-fini ta’ din l-investigazzjoni peress li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi finali bażiċi. Għalhekk, kif diġà spjegat fil-premessa (398), kwalunkwe determinazzjoni ta’ dumping, ta’ dannu u ta’ kawżalità kienet ibbażata fuq il-prodott kollu kemm hu. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li kienet tiġġustifika analiżi separata għal kull tip tal-prodott. Huwa irrilevanti wkoll jekk it-tipi kollha tal-prodott ġewx esportati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-aħħar nett, kif diġà ġie indikat fil-premessa (151), mhuwiex rilevanti li t-tipi kollha tal-prodott huma kompletament interkambjabbli dment li t-tipi kollha jkollhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi finali bażiċi. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(452) |
Is-CCCME argumentat li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma kienx jikkompeti mal-importazzjonijiet Ċiniżi, minħabba li l-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-biċċa l-kbira jipproduċu u jesportaw elementi tal-irbit standard, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira tipproduċi u tbigħ elementi tal-irbit mhux standard. Fuq il-bażi ta’ dan, is-CCCME argumentat li kwalunkwe dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet tal-elementi tal-irbit Ċiniżi. |
|
(453) |
L-investigazzjoni wriet li l-esportazzjonijiet miċ-Ċina kienu jinkludu esportazzjonijiet ta’ elementi tal-irbit mhux standard u li kien hemm diversi produtturi ta’ elementi tal-irbit mhux standard fiċ-Ċina. Barra minn hekk, diversi produtturi tal-Unjoni qed jipproduċu elementi tal-irbit standard, inklużi żewġ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Għalhekk, kien hemm kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(454) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Missjoni tar-Repubblika taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea qalet li kważi l-esportazzjonijiet kollha miċ-Ċina kienu elementi tal-irbit standard, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet tipproduċi u tbigħ prinċipalment elementi tal-irbit mhux standard u li, għalhekk, ma jkun hemm l-ebda kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-analiżi tal-kawżalità ma tistax tkun ibbażata fuq il-prodott kollu kemm hu. Il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea allegat li anqas minn 20 % tal-bejgħ magħmul mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun intuża sabiex jiġu kkalkolati l-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz li jikkonferma li ma hemm l-ebda relazzjoni kompetittiva bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(455) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA u s-CCCME qalu li l-investigazzjoni kienet uriet effetti fuq il-prezzijiet (twaqqigħ tal-prezz) tal-importazzjonijiet Ċiniżi biss għal parti żgħira tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri għal dawk il-produtturi magħżulin fil-kampjun li kienu jipproduċu elementi tal-irbit standard. Min-naħa l-oħra, id-dannu ġie vvalutat għall-industrija kollha tal-Unjoni li, madankollu, hija ffokata fuq elementi tal-irbit mhux standard. Il-volum żgħir ta’ importazzjonijiet Ċiniżi ta’ elementi tal-irbit mhux standard jista’ jiġi attribwit għall-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, kwalunkwe effett fuq il-prezzijiet fuq dawn l-importazzjonijiet irid jitqies bħala dannu kkawżat mill-industrija tal-Unjoni stess. Konsegwentement, kwalunkwe dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. L-istess jgħodd għall-woxers, għall-viti u għall-boltijiet. |
|
(456) |
Dawn l-argumenti u l-pretensjonijiet huma simili għal dawk imressqin fir-rigward tad-determinazzjoni tad-dannu stabbilita fil-premessi (400) u (401) u diġà ġew indirizzati bis-sħiħ fil-premessi (402) sa (404). Fir-rigward tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argumenti pprovduti. L-investigazzjoni wriet li hemm koinċidenza sostanzjali bejn it-tipi tal-prodott importati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun u dawk prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, madwar 90 % tat-tipi tal-prodott esportati miċ-Ċina kienu wkoll prodotti u mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, dan l-argument ukoll ġie miċħud. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
|
(457) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(458) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu prinċipalment mit-Tajwan, mill-Vjetnam u mit-Turkija. Il-volum totali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina naqas b’14 %, bejn l-2017 u l-PI, u għadda minn madwar 585 000 għal madwar 500 000 tunnellata. Is-sehem mis-suq korrispondenti żdied minn 27 % fl-2017 għal 29 % fil-PI, f’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Unjoni. B’mod ġenerali, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni żdiedu b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u, bħala medja, kienu konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (72 % ogħla fil-PI), b’mod allinjat mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. L-unika eċċezzjoni kienet il-Vjetnam, li l-prezzijiet tiegħu kienu biss 8 % ogħla mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Vjetnamiżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (5 %) kien ferm aktar baxx mis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul l-istess perjodu (12 %). Barra minn hekk, bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Vjetnam naqsu b’10 %, filwaqt li l-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’55 %. |
|
(459) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kinux is-sors tad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(460) |
Fil-bidu, is-CCCME affermat li kien hemm koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn bejn l-2017 u l-2018 u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u li, għalhekk, jenħtieġ li kwalunkwe dannu jiġi attribwit għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn minflok għal dawk miċ-Ċina. |
|
(461) |
Dan l-argument ma jqisx l-iżvilupp tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu iżda ffoka biss fuq sentejn ta’ dan il-perjodu, filwaqt li s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni ma tistax tkun limitata biss għall-2017 u għall-2018. Huwa wkoll f’kuntrast mas-sejbiet tal-investigazzjoni attwali li wriet li, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kien hemm żieda gradwali u sostanzjali ta’ importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping li ħabtet ma’ telf ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u żvilupp negattiv fl-indikaturi tad-dannu. Barra minn hekk, il-prezzijiet minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
5.2.2. Tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni
|
(462) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 18 %. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk dan it-tnaqqis fil-konsum jistax inaqqas ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, kif muri fit-Tabella 3, minkejja t-tnaqqis fil-konsum, il-bejgħ tal-esportazzjonijiet Ċiniżi żdied b’mod stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u, b’kollox, b’55 %. Din iż-żieda sarrfet f’żieda fis-sehem mis-suq minn 6 % għal 12 %, jiġifieri 6 punti perċentwali. B’mod parallel, u kif stabbilit fil-premessa (365), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni b’medja ta’ 37 %. Kif muri fit-Tabella 6, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’7 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li kkorrisponda bejn wieħed u ieħor għall-gwadann tas-sehem mis-suq mill-importazzjonijiet Ċiniżi, filwaqt li s-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi oħrajn żdied b’2 punti perċentwali biss u naqas f’termini assoluti. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tnaqqis fil-konsum ma kkawżax id-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni |
5.2.3. Tibdil strutturali fl-industrija tal-karozzi
|
(463) |
Bosta partijiet interessati qalu li s-suq globali tal-karozzi kien qed jiċkien matul dawn l-aħħar snin u, barra minn hekk, għadda wkoll minn tibdil strutturali importanti. Huma qalu li dawn l-iżviluppi kienu prinċipalment dovuti għal xejra dejjem tiżdied lejn l-elettrifikazzjoni tal-vetturi lil hinn mill-magni li jaħdmu bid-diżil. Peress li l-magni bi trab tal-elettriku jeħtieġu elementi tal-irbit bi speċifikazzjoni aktar baxxa, kien hemm tnaqqis fid-domanda ta’ elementi tal-irbit mhux standard. Din is-sitwazzjoni kompliet tiġi aċċentwata minn tnaqqis ġenerali fid-daqs tal-vetturi li kien jeħtieġ numru mnaqqas ta’ elementi tal-irbit. Barra minn hekk, l-industrija tal-karozzi ġarrbet numru ta’ konsolidazzjonijiet permezz ta’ fużjonijiet u ta’ akkwiżizzjonijiet kbar, li wasslu għal razzjonalizzazzjoni tal-prodott li, min-naħa tagħha, kellha impatt negattiv fuq id-domanda għall-elementi tal-irbit. Dawn il-partijiet qalu li dan l-iżvilupp affettwa b’mod partikolari l-industrija tal-Unjoni li fil-biċċa l-kbira tipproduċi elementi tal-irbit mhux standard għall-industrija tal-karozzi. |
|
(464) |
L-investigazzjoni żvelat li, bejn l-2008 u l-PI, il-konsum mill-Unjoni tal-elementi tal-irbit maħsubin għall-industrija tal-karozzi ma qabiżx [25-32 %] tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Din l-istima kienet ibbażata fuq evidenza pprovduta mill-EIFI fuq il-bażi tad-data dwar il-volum totali tal-produzzjoni tal-Vetturi Ħfief (LV) u tal-elementi tal-irbit użati fil-produzzjoni tal-LV (inklużi l-vetturi elettriċi, ibridi u b’kombustjoni interna) matul il-perjodu bejn l-2008 u l-PI (85). Għalhekk, l-allegazzjoni li l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi qed tipproduċi b’mod predominanti għall-industrija tal-karozzi ma setgħetx tiġi kkonfermata mill-investigazzjoni kurrenti. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed ifornu lil diversi setturi tal-industrija, inklużi dawk li jużaw elementi tal-irbit standard. Għalhekk, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-industrija tal-karozzi ma affettwax l-industrija kollha tal-Unjoni f’termini ugwali, u parti kbira tal-produzzjoni tal-Unjoni ma ġietx affettwata affattu. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-LV lanqas ma kellu effett negattiv awtomatiku fuq il-produtturi tal-Unjoni li jfornu lill-industrija tal-karozzi. B’mod partikolari, l-informazzjoni disponibbli wriet li l-produzzjoni ta’ sistemi tal-motopropulsjoni għal karozzi kompletament elettriċi għadha relattivament baxxa filwaqt li kien hemm tkabbir sostanzjali fis-sistemi tal-motopropulsjoni ibridi. Madankollu, il-konsum tal-elementi tal-irbit fil-vetturi ibridi huwa ogħla mill-konsum tal-elementi tal-irbit fil-karozzi li jaħdmu bil-petrol. Għalhekk, filwaqt li parti mill-industrija tal-Unjoni setgħet ġiet affettwata b’mod negattiv mill-iżvilupp fl-industrija tal-karozzi, dan ma kienx il-każ għal parti kbira tal-industrija tal-Unjoni li ma tfornix lill-industrija tal-karozzi u, għalhekk, dan ma setax inaqqas ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija kollha tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-allegazzjonijiet f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
5.2.4. Importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni
|
(465) |
L-EFDA u wieħed mill-importaturi fil-kampjun qalu li l-industrija tal-Unjoni qed timporta elementi tal-irbit standard minn pajjiżi terzi oħrajn inkluża ċ-Ċina sabiex jistabbilixxu rwieħhom bħala negozjanti tal-elementi tal-irbit standard fl-Unjoni. Huma allegaw li l-importazzjonijiet ikunu neċessarji sabiex iżommu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħhom tal-elementi tal-irbit mhux standard li jħallu aktar qligħ mill-elementi tal-irbit standard. Barra minn hekk, importatur partikolari qal li dawn l-importazzjonijiet huma prinċipalment minn pajjiżi terzi oħrajn, sabiex jiġu evitati dazji anti-dumping fil-futur u, għalhekk, jippożizzjonaw lilhom infushom f’sitwazzjoni kompetittiva aħjar mill-importaturi tradizzjonali tal-elementi tal-irbit li l-fornituri tagħhom jinsabu primarjament iċ-Ċina. |
|
(466) |
L-investigazzjoni ma kkonfermatx dawn l-allegazzjonijiet. L-importazzjonijiet ta’ elementi tal-irbit miċ-Ċina mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw anqas minn 1 % tal-produzzjoni totali tagħhom ta’ elementi tal-irbit; u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn anqas minn 3 %. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (458), l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kellhom livelli ta’ prezzijiet simili għal dawk tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet ta’ elementi tal-irbit miċ-Ċina jew minn pajjiżi terzi oħrajn ma kisrux ir-rabta ta’ kawżalità bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. |
|
(467) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA tenniet dak li ntqal fil-premessa (465) u allegat li l-importazzjonijiet ta’ qfieli miċ-Ċina mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 5 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi totali u, għalhekk, għandhom jitqiesu bħala sinifikanti. L-EFDA allegat ukoll li l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (466) ma jinkludux l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni permezz tad-distributuri, iżda biss l-importazzjonijiet diretti u, għalhekk, il-volum reali tal-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni fil-verità jkun ħafna ogħla minn dak indikat f’dik il-premessa. Sabiex issostni l-argument tagħha, l-EFDA ħadet l-eżempju ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju rrapporta li kien jixtri elementi tal-irbit direttament jew permezz ta’ distributuri miċ-Ċina. |
|
(468) |
Id-dikjarazzjoni tal-EFDA li l-importazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 5 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi totali matul il-PI hija fattwalment żbaljata u, għalhekk, ġiet miċħuda. Il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha stabbiliti fil-premessa (466) fuq l-informazzjoni vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, inkluża dik imsemmija mill-EFDA fil-premessa ta’ hawn fuq. Il-verifika tal-Kummissjoni inkludiet ukoll il-fornituri tal-produtturi tal-Unjoni, jiġifieri jekk ix-xiri sarx direttament minn fornitur Ċiniż jew permezz ta’ distributur. Għalhekk, dak li qalet l-EFDA f’dan ir-rigward ġie miċħud u l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (466) ġew ikkonfermati. |
5.2.5. Vantaġġi kompetittivi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi
|
(469) |
Wieħed mill-importaturi fil-kampjun qal li l-produtturi Ċiniżi għandhom vantaġġi kompetittivi, bħall-aċċess għal prezzijiet aktar baxxi tal-materja prima, kostijiet lavorattivi aktar baxxi, rekwiżiti ambjentali legali anqas stretti u sussidji fuq l-esportazzjonijiet. |
|
(470) |
Kif stabbilit fil-premessa (187) u f’dawk segwenti, l-allegati vantaġġi kompetittivi fir-realtà kienu distorsjonijiet sinifikanti fis-suq Ċiniż fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet domestiċi u, għalhekk, il-valur normali għall-produttur esportatur fil-kampjun inħadem f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. L-eżistenza ta’ dawk id-distorsjonijiet fiċ-Ċina ma tistax titqies bħala fattur li jnaqqas ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, dawn l-elementi jikkonfermaw li dawn id-distorsjonijiet iwasslu għal prezzijiet ta’ esportazzjoni artifiċjalment baxxi u għal dumping. Għaldaqstant, l-allegazzjonijiet f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
5.2.6. Il-pandemija tal-COVID-19
|
(471) |
L-EFDA argumentat li l-pandemija tal-COVID-19 li bdiet fl-ewwel nofs tal-2020 ikkawżat id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(472) |
Kif muri fit-Tabella 2, il-konsum tal-Unjoni kien diġà beda jonqos fl-2019, jiġifieri qabel il-pandemija tal-COVID-19. Dan it-tnaqqis kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li kopra l-ewwel nofs tal-2020. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (462), l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu matul l-istess perjodu, kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini tas-sehem mis-suq, u ppenetraw is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping li waqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan huwa f’kuntrast mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, li l-volumi tal-importazzjonijiet tagħhom naqsu f’termini assoluti u l-prezzijiet tal-importazzjoni tagħhom kienu b’mod ġenerali fl-istess medda bħal dawk tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(473) |
Kif muri fit-Tabella 3, l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping kienu diġà żdiedu b’mod stabbli fuq bażi ta’ sena wara sena fil-perjodu 2017-2019 li wassal għal żieda ta’ 54 % sal-2019, jiġifieri sal-bidu tal-pandemija tal-COVID-19. Fi kliem ieħor, id-dannu materjali kkawżat lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping diġà kien immaterjalizza meta faqqgħet il-COVID-19 kif muri mill-iżvilupp negattiv tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi fil-perjodu 2017-2019. |
|
(474) |
F’dan il-kuntest, ma jistax jiġi miċħud li l-pandemija tal-COVID-19, u t-tnaqqis sussegwenti fil-konsum, ikkontribwew sabiex tkompli taggrava s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li diġà kienet marret għall-agħar. Madankollu, dan l-iżvilupp ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn id-dannu materjali misjub u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Kif innotat aktar ’il fuq, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina li żdiedu b’54 % matul il-perjodu ta’ tliet snin qabel it-tifqigħa tal-pandemija u, għalhekk, huwa ċar li d-dannu materjali diġà kien seħħ qabel u seħħ irrispettivament mill-pandemija. |
|
(475) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC u l-EFDA tennew li l-pandemija tal-COVID-19 kienet il-kawża ewlenija għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI, bl-argument li l-indikaturi ewlenin tad-dannu prinċipalment iddeterjoraw bejn l-2019 u l-PI, b’mod parallel mal-pandemija tal-COVID-19 filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu l-istess u s-sehem mis-suq tagħhom żdied biss b’punt perċentwali 1 bejn l-2019 u l-PI. Dawn il-partijiet għamlu referenza wkoll għal dikjarazzjoni minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fil-verżjoni miftuħa tat-tweġiba għall-kwestjonarju li tindika li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq in-negozju tagħhom; kif ukoll għal dikjarazzjoni tal-EIFI fil-korrispondenza tiegħu mal-Kummissjoni li ċertu tibdil fil-produzzjoni u fil-volum tal-bejgħ ikun attribwit għall-pandemija tal-COVID-19. |
|
(476) |
L-ebda wieħed mill-argumenti pprovduti wara d-divulgazzjoni finali ma kkontradixxa jew naqqas il-valur tal-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (472) sa (474), b’mod partikolari li l-pandemija tal-COVID-19, u t-tnaqqis segwenti fil-konsum, ikkontribwew sabiex tkompli taggrava s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li diġà kienet qed tiddeterjora. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni diġà kien iddeterjora bejn l-2018 u l-2019, jiġifieri qabel il-pandemija tal-COVID-19 meta l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu bi 38 %. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li x-xejriet negattivi osservati bejn l-2019 u l-PI huma kontinwazzjoni tax-xejriet negattivi diġà osservati mill-2017 u li l-pandemija tal-COVID-19 sempliċiment aggravat din ix-xejra ċara eżistenti. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet espressi fil-premessa (474) u ċaħdet id-dikjarazzjonijiet kollha li saru f’dan ir-rigward. |
5.2.7. Ġestjoni ħażina mill-industrija tal-Unjoni
|
(477) |
Wieħed mill-importaturi fil-kampjun qal li d-dannu tal-produtturi tal-Unjoni li huma attivi wkoll fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-elementi tal-irbit standard kien dovut għal deċiżjonijiet kummerċjali u ta’ investimenti ħżiena u għal diffikultajiet strutturali interni u ma jistax jiġi attribwit għall-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-elementi tal-irbit. |
|
(478) |
Din l-allegazzjoni saret fuq bażi ġenerali ħafna, mingħajr aktar dettalji u mingħajr ma ġiet ipprovduta evidenza b’appoġġ tagħha. Għalhekk, ġiet miċħuda. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(479) |
Iż-żieda tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina ħabtet mat-tnaqqis fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet Ċiniżi kisbu sehem sinifikanti mis-suq fil-kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni li tilfet il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq. F’termini ta’ prezzijiet, iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi waqqgħu kontinwament dawk tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, ħolqu pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet u żammew lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha għal livelli sostenibbli neċessarji sabiex jinkisbu marġnijiet ta’ profitt raġonevoli. |
|
(480) |
Ġew eżaminati wkoll fatturi oħrajn possibbli, iżda l-ebda wieħed minnhom ma seta’ jnaqqas ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjoni oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(481) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li fatturi oħrajn, meqjusin individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu huwa ċar b’mod partikolari fl-evoluzzjoni tal-produzzjoni, fl-użu tal-kapaċità, fil-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, fis-sehem mis-suq, fil-produttività, fil-profittabilità u fir-redditu fuq l-investimenti. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(482) |
Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri definittivi sabiex jiġi evitat li jsir aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(483) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu (marġini tad-dannu)
|
(484) |
L-ewwel il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw minn ftehimiet ambjentali multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku, u setgħet tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”) billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(485) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi stabbilit il-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-livell ta’ profittabilità qabel iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u l-livell ta’ profittabilità mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Marġni ta’ profitt bħal dan ma jistax ikun anqas minn 6 %. |
|
(486) |
Il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet kollha f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni ħadet il-profitti miksubin mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina. Dan il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal 5,9 %, li jikkorrispondi għal-livell ta’ profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni fl-2017. Billi dan kien anqas mill-minimu ta’ 6 % meħtieġ mill-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, dan il-marġni ta’ profitt ġie ssostitwit b’6 %. |
|
(487) |
Ma ntqalx li l-livell ta’ investimenti, ta’ riċerka u żvilupp (R&Ż) u ta’ innovazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien ikun ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. |
|
(488) |
Bl-istess mod, ma ntqal xejn dwar il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u mill-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti u li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2), f’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(489) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira ta’ 6 % għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(490) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja ponderata tal-prezz tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-pajjiż ikkonċernat skont it-tip, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-medja ponderata tal-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet. |
|
(491) |
Wara d-divulgazzjoni finali, tnejn mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ikkontestaw il-kalkolu tal-prezz fil-mira. Huma qalu li xi wħud mit-tipi tal-prodott kienu jinbiegħu fi kwantitajiet żgħar ħafna mill-industrija tal-Unjoni u li, għalhekk, il-prezz medju ta’ dawn it-tipi mhuwiex rappreżentattiv. Barra minn hekk, wieħed minn dawn l-esportaturi asserixxa li ċerti tipi tal-prodott mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni ma kinux komparabbli ma’ dawk esportati minnhom. L-istess produttur esportatur osserva li l-Kummissjoni missha ddivulgat l-aġġustamenti li saru skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku u l-metodoloġija ta’ kif ġew ikkalkolati. |
|
(492) |
Filwaqt li l-kwantitajiet mibjugħin tat-tipi tal-prodott ikkonċernati kienu tabilħaqq baxxi, il-Kummissjoni osservat li l-kwantitajiet esportati tal-istess PCN mill-produttur esportatur Ċiniż ikkonċernat kienu baxxi wkoll u ma kien hemm l-ebda element fil-fajl li jwassal għall-konklużjoni li dawn il-prezzijiet ma kinux rappreżentattivi. Fi kwalunkwe każ, anki li kieku l-Kummissjoni kienet teskludi dawn it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ mill-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, dan kien ikollu biss impatt minuri, u l-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz xorta waħda kienu jibqgħu ferm ogħla mill-marġnijiet tad-dumping ikkalkolati għal dawn il-produtturi esportaturi. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(493) |
Rigward l-aġġustamenti li saru skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, id-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali kien fih żball u indika b’mod falz li t-tali aġġustamenti saru, minkejja l-fatt li, kif stabbilit fil-premessa (488), ma waslet l-ebda talba għal aġġustamenti bħal dawn. Għalhekk ma kienx hemm bżonn ta’ divulgazzjoni ulterjuri. |
|
(494) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji.
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(495) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-bejjiegħa bl-imnut fis-settur tad-do-it-yourself (“DIY”) u tal-utenti. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(496) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri se ttejjeb il-kundizzjonijiet tas-suq għall-produtturi tal-Unjoni li se jkunu jistgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fis-suq, u jirkupraw il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq mitlufin. Peress li titneħħa l-pressjoni fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet inġusti, l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u tilħaq profittabilità sostenibbli. |
|
(497) |
In-nuqqas ta’ miżuri jkollu effetti negattivi sinifikanti għall-industrija tal-Unjoni, peress li l-importazzjonijiet ikomplu jiżdiedu u jwasslu għal aktar tnaqqis fil-prezzijiet fl-Unjoni li jkollu impatt negattiv fuq il-produzzjoni u fuq il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll fuq is-sehem mis-suq. Imbagħad, dan ikun jaffettwa b’mod negattiv l-indikaturi finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni u b’mod partikolari, is-sitwazzjoni li diġà qed tagħmel it-telf tkompli tiggrava b’konsegwenzi negattivi għall-investimenti u għall-impjiegi fl-Unjoni. |
|
(498) |
Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun ċarament fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(499) |
L-EFDA u partijiet interessati oħrajn qalu li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tibbenefika mill-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping; u li fl-aħħar mill-aħħar produtturi minn pajjiżi terzi jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni u, b’hekk, jibbenefikaw mill-miżuri anti-dumping kontra ċ-Ċina aktar mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(500) |
Il-Kummissjoni qieset li din l-allegazzjoni kienet spekulattiva, peress li ma kienet issostanzjata bl-ebda evidenza. Il-fatt waħdu li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn jistgħu jiżdiedu bħala konsegwenza tal-miżuri anti-dumping mhuwiex sinjal li l-industrija tal-Unjoni ma tibbenefikax minn tali miżuri. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni attwali stabbiliet li l-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn ma żdidux matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda naqsu b’mod sostanzjali, u li l-prezzijiet tal-importazzjoni minn dawn is-sorsi b’mod ġenerali ma kinux qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, l-informazzjoni fil-fajl issuġġeriet li dawn l-importazzjonijiet setgħu wkoll ġew affettwati b’mod negattiv mill-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni, peress li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kienu bħala medja wkoll taħt il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi l-oħrajn u kienu qed jiżdiedu, filwaqt li l-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu. Huwa mfakkar li l-miżuri anti-dumping għandhom l-għan biss li jirrestawraw il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni, u mhux li jirrestrinġu l-importazzjonijiet f’kundizzjonijiet tas-suq ekwu. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-allegazzjoni. |
|
(501) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur CELO Suzhou, qal li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad eżami individwali lilu x’aktarx tikkawża dannu lill-manifatturi relatati tiegħu fl-Unjoni li kienu qed jimportaw tipi speċifiċi tal-prodott mill-kumpanija relatata tiegħu fiċ-Ċina. Għalhekk, il-miżura ma tkunx fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(502) |
L-interess tal-industrija tal-Unjoni huwa bbażat fuq id-data aggregata tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Għalhekk, is-sitwazzjoni ta’ produtturi individwali tal-Unjoni ma tistax titqies bħala tali, meta ma tkunx rappreżentattiva għall-industrija kollha tal-Unjoni. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
7.2. L-interess tal-importaturi
|
(503) |
Kif imsemmi fil-premessa (58), 28 importatur ikkooperaw fl-investigazzjoni u pprovdew l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu għal skopijiet ta’ kampjunar. Dawn kienu jirrappreżentaw 18 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina matul il-PI. Dawn l-importaturi importaw 46 % tal-elementi tal-irbit miċ-Ċina, filwaqt li kisbu 54 % minn pajjiżi terzi oħrajn. |
|
(504) |
Il-Kummissjoni ħadet kampjun ta’ ħames importaturi li pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju. Għall-kumpaniji fil-kampjun, l-importazzjonijiet miċ-Ċina rrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 10 % u 50 % tal-importazzjonijiet totali tagħhom ta’ elementi tal-irbit. Wieħed biss mill-importaturi fil-kampjun xtara aktar minn 90 % miċ-Ċina. Kollha ħlief wieħed kienu profittabbli matul il-PI, b’marġini ta’ profitt ta’ bejn [2 %-5 %] u [4 %-9 %]. Wieħed mill-importaturi kien ftit taħt il-livell ta’ ekwilibriju matul il-PI. |
|
(505) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tad-dazji anti-dumping fuq il-profittabilità tal-importaturi fil-kampjun. Bis-suppożizzjoni li d-dazji jkunu assorbiti għalkollox, dawk l-importaturi li wrew marġini ta’ profitt matul il-PI nstabu li baqgħu profittabbli, minkejja d-dazji. Din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-agħar xenarju possibbli, jiġifieri ma kkunsidratx li ż-żidiet fil-prezzijiet x’aktarx li jingħaddew kompletament jew tal-anqas parzjalment lill-klijenti, b’mod partikolari, fid-dawl tas-sejbiet fil-premessa (520) u f’dawk segwenti, li b’mod ġenerali, il-kost tal-elementi tal-irbit jirrappreżenta biss parti żgħira ħafna mill-kost totali tal-produzzjoni tal-utenti. Dan huwa minnu wkoll fir-rigward tal-importatur li kien diġà taħt il-livell ta’ ekwilibriju matul il-PI, jiġifieri dan l-importatur se jkun jista’ wkoll jgħaddi kwalunkwe żieda fil-prezz lil parti kbira lill-klijenti tiegħu. Għalhekk, id-dazji bħala tali mhumiex mistennijin li jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq din il-kumpanija u b’hekk jaggravaw is-sitwazzjoni tagħha. |
|
(506) |
Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping twassal għal żidiet sinifikanti fil-prezzijiet għall-importaturi. Huma qalu wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fil-passat irriżultat f’telf kbir għall-importaturi li jenħtieġ li jitqies fl-analiżi kurrenti. Importatur minnhom qal li ma kienx se jkun possibbli li l-prezz jiġi ttrasferit lill-klijenti, tal-anqas mhux fit-terminu qasir. |
|
(507) |
Kif stabbilit fil-premessa (505), iż-żieda mistennija fil-prezz ma jkollhiex effetti negattivi serji fuq is-sitwazzjoni tal-importatur, peress li b’mod ġenerali, dawn jibqgħu profittabbli. L-allegazzjoni li l-importaturi ġarrbu telf fl-imgħoddi minħabba l-miżuri preċedenti ma setgħetx tiġi vverifikata u, barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza b’appoġġ ta’ din l-allegazzjoni. Fl-aħħar nett, rigward il-pretensjoni li l-importaturi ma jkunux jistgħu jgħaddu ż-żieda fil-prezz lill-klijenti tagħhom, bl-istess mod, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza. L-investigazzjoni żvelat li minħabba li s-sehem tal-elementi tal-irbit fil-kostijiet totali tal-utenti huwa ġeneralment baxx ħafna, huwa mistenni li ż-żidiet fil-prezzijiet tal-importaturi jingħaddew tal-anqas parzjalment lill-klijent aħħari. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(508) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA tenniet li l-impożizzjoni ta’ dazji jkollha impatt serju fuq il-profittabilità tal-importaturi u twassal għal telf sinifikanti. Ikkontestat il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-impatt fuq il-profittabilità fuq bażi aggregata u affermat li tali valutazzjoni jenħtieġ li ssir individwalment għal kull importatur fil-kampjun, u fir-rigward tal-fatturat u tal-profitt tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina biss. Barra minn hekk, l-EFDA qalet li l-impatt tad-dazji kellu jiġi vvalutat ukoll fuq il-fluss tal-flus. Fl-aħħar, ikkontestat li d-dazju jista’ jingħadda lill-klijent finali. |
|
(509) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-profittabilità tal-importaturi fuq livell aggregat, b’mod simili għal dak li sar fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni. Dan huwa kkunsidrat xieraq minħabba li s-sitwazzjoni tal-importaturi fl-Unjoni kollha kemm hi hija analizzata u mhux is-sitwazzjoni ta’ kumpaniji individwali. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
|
(510) |
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq data speċifika attwali għall-kumpaniji pprovduta mill-importaturi fil-kampjun stess. B’kuntrast ma’ dan, l-EFDA ma ssostanzjatx id-dikjarazzjonijiet ġenerali tagħha b’xi evidenza fattwali u, għalhekk, dawn ma setgħux jiġu vverifikati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-valutazzjoni tal-impatt tad-dazju għal kull kumpanija kienet aktar xierqa fuq livell globali tal-kumpaniji minħabba li kienet tikkorrispondi aħjar għar-realtajiet ekonomiċi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-importaturi għażlu diversi sorsi ta’ provvista u peress li d-dazji għandhom effett biss fuq wieħed minn dawn is-sorsi (iċ-Ċina), mhux l-importaturi kollha huma affettwati bl-istess mod. Analiżi ta’ parti biss tal-operazzjoni ma tkunx konklużiva f’dan ir-rigward. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(511) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni missha analizzat l-impatt fuq id-dazji fuq il-fluss tal-flus tal-importaturi, din id-dikjarazzjoni ma kienet sostnuta minn ebda evidenza fattwali. L-importaturi fil-kampjun lanqas ma taw xi informazzjoni dwar il-fluss tal-flus lill-Kummissjoni, u lanqas ma kien hemm xi evidenza fil-fajl li l-importaturi kien se jkollhom iżidu l-kwantitajiet tal-istokk tagħhom minħabba ħinijiet twal ta’ konsenja b’impatt fuq il-fluss tal-flus, kif intqal. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda wkoll. |
|
(512) |
L-EFDA qalet ukoll li l-importaturi ma jkunux jistgħu jgħaddu ż-żieda fil-kostijiet lill-klijenti tagħhom. Madankollu, l-EFDA ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni jew evidenza ulterjuri sabiex tqiegħed f’dubju s-sejbiet stabbiliti fil-premessa (520) li l-kost tal-elementi tal-irbit għall-utenti huwa ġeneralment baxx ħafna li jissuġġerixxi elastiċità limitata tal-prezzijiet tad-domanda għall-qfieli. Barra minn hekk, il-valutazzjoni fil-premessa (505) hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li d-dazji jiġu assorbiti b’mod sħiħ mill-importaturi, jiġifieri li huma ma jgħaddux lanqas parzjalment il-kost miżjud tagħhom, li huwa improbabbli ħafna. Kif imsemmi fl-istess premessa, saħansitra b’din is-suppożizzjoni, l-impatt fuq l-importaturi, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-importaturi fil-kampjun, kien mistenni li ma jkunx negattiv b’mod sinifikanti. |
|
(513) |
Fl-aħħar nett, l-EFDA nnotat li l-Kummissjoni ma indirizzatx l-allegazzjoni li jkun hemm riskju akbar ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping minħabba d-differenza għolja bejn ir-rati tad-dazju. Peress li l-importaturi jkunu l-vittmi ewlenin ta’ tali prattiki ta’ ċirkomvenzjoni, il-miżuri anti-dumping ikunu kontra l-interess tal-importaturi. |
|
(514) |
Il-Kummissjoni indirizzat ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni fil-premessi (606) u ta’ wara billi introduċiet klawżola ta’ monitoraġġ speċjali li tippermetti l-osservazzjoni tax-xejriet kummerċjali u l-kontroazzjoni f’waqtha f’każ li l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni jiġu kkonfermati. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(515) |
Importatur partikolari argumenta li l-miżuri anti-dumping ikunu f’kontradizzjoni mal-miżuri meħudin mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tappoġġa lill-kumpaniji affettwati mill-pandemija tal-COVID-19 u żied li jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija u l-impatt negattiv dirett fuq l-importaturi. |
|
(516) |
Il-parti interessata inkwistjoni rreferiet biss f’termini ġenerali ħafna għall-miżuri meħudin wara l-pandemija tal-COVID-19 mingħajr ma pprovdiet aktar dettalji u mingħajr ma spjegat sa liema punt il-miżuri anti-dumping ikunu f’kontradizzjoni ma’ dawk il-miżuri. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ebda waħda minn dawk il-miżuri ma teskludi minnha nfisha li jittieħdu miżuri xierqa f’konformità mar-Regolament bażiku sabiex jiġi miġġieled id-dumping dannuż. L-investigazzjoni wriet ukoll kif stabbilit fil-premessa (471) u wara, li l-pandemija tal-COVID-19 ma kellhiex impatt fuq il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina li komplew jiżdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu f’livelli ta’ dumping, li waqqgħu ħafna l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
7.3. L-interess tal-bejjiegħa bl-imnut – Is-settur do-it-yourself (DIY)
|
(517) |
L-EDRA qalet li l-miżuri jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq is-settur tad-DIY. Qalet li s-settur tad-DIY prinċipalment jixtri elementi tal-irbit standard ta’ livell baxx li mhumiex prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Spjegat ukoll li l-elementi tal-irbit fis-settur tad-DIY kienu jinbiegħu f’imballaġġ żgħir (attraenti għall-konsumatur) li jikkostitwixxi parti kbira mill-prezz tal-bejgħ. Minħabba l-kost ferm ogħla tal-ippakkjar fl-Unjoni meta mqabbel mal-Asja, ma jkunx vijabbli għall-industrija tal-Unjoni li tipproduċi prodotti għas-settur tad-DIY. L-EFDA appoġġat dan li ntqal u argumentat ukoll li ż-żieda fil-prezz tkun tagħmel ħsara wkoll lill-kompetittività internazzjonali tal-bejjiegħa bl-imnut tad-DIY peress li ma jkunux jistgħu jkomplu jbigħu t-tikketti tagħhom stess lil pajjiżi terzi oħrajn. |
|
(518) |
Kif imsemmi fil-premessa (142), produttur esportatur minnhom ta’ kits tal-hardware destinati prinċipalment għal użi domestiċi qal ukoll li dan it-tip tal-prodott ma kienx prodott mill-industrija tal-Unjoni u kien distribwit permezz ta’ kanali tal-bejgħ differenti, jiġifieri bejjiegħa bl-imnut, filwaqt li elementi tal-irbit maħsubin għall-użu industrijali prodotti mill-industrija tal-Unjoni kienu jinbiegħu permezz ta’ distributuri. |
|
(519) |
L-ebda waħda mill-allegazzjonijiet ta’ hawn fuq ma kienet sostnuta b’evidenza. L-ebda wieħed mill-bejjiegħa bl-imnut fis-settur tad-DIY ma kkoopera fl-investigazzjoni billi pprovda tweġiba għall-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra dwar il-prezzijiet u l-kostijiet jew il-profittabilità u l-fornituri. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tanalizza l-impatt tal-miżuri fuq dan is-settur b’mod speċifiku. Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċitajiet żejda sinifikanti u, għalhekk, tkun tista’ żżid il-volum tal-produzzjoni tagħha b’mod sinifikanti. L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn produtturi ta’ diversi tipi ta’ elementi tal-irbit, inklużi elementi tal-irbit standard u hija kapaċi tipproduċi t-tipi kollha ta’ elementi tal-irbit, inklużi dawk għas-settur tad-DIY. L-industrija tal-Unjoni affermat li kien hemm diversi produtturi u distributuri tal-Unjoni bil-linji tal-imballaġġ awtomatiċi tagħhom stess għal kwantitajiet kbar u hemm ukoll fornituri tas-servizzi fis-suq tal-Unjoni għal kwantitajiet medji żgħar. Id-dikjarazzjoni li ċerti prodotti tqassmu permezz ta’ kanali tal-bejgħ differenti tqieset irrilevanti għall-kwistjoni dwar jekk l-industrija tal-Unjoni tkunx kapaċi tforni tipi speċifiċi ta’ elementi tal-irbit. Għalhekk, kulma ntqal f’dan ir-rigward ġie miċħud. |
7.4. L-interess tal-utenti
|
(520) |
Żewġ utenti ppreżentaw irwieħhom fl-investigazzjoni u pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. It-tnejn li huma kienu jipproduċu viti tal-ankraġġi bl-użu ta’ elementi tal-irbit fil-proċessi tal-produzzjoni tagħhom. It-tweġiba taż-żewġ utenti kienet nieqsa b’mod sinifikanti u l-ebda waħda mill-kumpaniji ma wieġbet għat-talba tal-Kummissjoni sabiex tipprovdi informazzjoni addizzjonali. B’riżultat ta’ dan, għal wieħed mill-utenti, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-impatt tad-dazji anti-dumping, filwaqt li għall-utent l-ieħor, minkejja n-nuqqas ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni osservat li din il-kumpanija rrapportat li l-kost tal-elementi tal-irbit fil-kost totali tagħha kien jirrappreżenta anqas minn 1 %. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dazji ma jkollhomx impatt sinifikanti. |
|
(521) |
L-ECAP u l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-manifatturi Ewropej tal-ankraġġi tal-metall u tal-plastik, Construction Fixing Europe (“CFE”), appoġġata mill-EFDA, qalu li d-dazji jkollhom impatt negattiv fuq il-produtturi tal-ankraġġi tal-metall u tal-plastik u fuq il-kompetittività tagħhom fl-Unjoni u madwar id-dinja. Il-produtturi tal-ankraġġi jimportaw elementi tal-irbit standard u jużawhom bħala prodotti nofshom lesti fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom. CFE asseriet li t-tali elementi tal-irbit standard mhumiex prodotti fl-Unjoni. |
|
(522) |
L-ebda wieħed mill-produtturi tal-ankraġġi ma kkoopera fl-investigazzjoni preżenti u ħadd minnhom ma wieġeb kwestjonarju maħsub għall-utenti. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda evidenza jew informazzjoni oħra fil-fajl dwar il-kost tal-elementi tal-irbit fil-proċess tal-produzzjoni tal-ankraġġi, il-profittabilità tal-produtturi tal-ankraġġi, il-fornituri tagħhom u/jew l-impatt tad-dazji fuq il-profittabilità tagħhom. Dan huwa minnu wkoll għall-allegazzjoni li saret fir-rigward tal-kompetittività tal-produtturi tal-ankraġġi fl-Unjoni u fid-dinja kollha. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(523) |
Rigward l-allegazzjoni li dan it-tip ta’ qafla standard ma kinitx prodotta mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-industrija tal-Unjoni qed tipproduċi elementi tal-irbit standard u għandha kapaċitajiet ta’ riżerva sostanzjali sabiex tipproduċi t-tipi kollha ta’ elementi tal-irbit. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(524) |
L-EFDA qalet ukoll li d-dazji jkollhom impatt negattiv fuq is-setturi industrijali bħall-kostruzzjoni, il-ferroviji, u s-sorsi rinnovabbli kif ukoll fuq il-manifatturi tas-sajlos fis-settur agrikolu. Huma pprovdew xi asserzjonijiet dwar ir-rappreżentattività tal-elementi tal-irbit fil-kostijiet totali f’dawn is-setturi u argumentaw li jkun hemm effett negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-kumpaniji f’dan is-settur u fuq il-kompetittività tagħhom fl-Unjoni. |
|
(525) |
L-ebda waħda minn dawn l-allegazzjonijiet ma kienet appoġġata b’xi evidenza. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet interessati li jirrappreżentaw xi wieħed minn dawk is-setturi ma ppreżentat ruħha jew ikkooperat matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni osservat ukoll li fuq il-bażi tal-allegazzjonijiet magħmulin mill-EFDA, il-kost tal-elementi tal-irbit fil-prodotti finali ta’ dawn l-industriji kien bejn 3 % u massimu ta’ 12 %. Għalkemm dawn il-pretensjonijiet ma kienu sostnuti minn ebda evidenza jew issostanzjati mod ieħor, dan juri impatt limitat tad-dazji, b’mod partikolari meta wieħed iqis li lanqas ma ntwera sa liema punt dawn is-setturi speċifiċi kienu qed jużaw elementi tal-irbit importati miċ-Ċina. Għalhekk, l-allegazzjonijiet magħmulin mill-EFDA f’dan ir-rigward ma setgħux jiġu aċċettati. |
|
(526) |
Fl-aħħar nett, manifattur wieħed ta’ konnetturi interċellolari tal-batteriji industrijali, appoġġat mill-EFDA, enfasizza l-ispeċifiċità tal-elementi tal-irbit użati fil-proċess tal-produzzjoni tiegħu (pole screws) u li dawn ma jiġux prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Qal ukoll li d-dazji jkollhom impatt negattiv fuq il-kompetittività tiegħu vis-à-vis produtturi ta’ pajjiżi terzi ta’ konnetturi interċellolari tal-batteriji industrijali. Din il-kumpanija qalet li l-pole screws ma kellhomx jiġu inklużi fl-ambitu tal-prodott. |
|
(527) |
Id-dikjarazzjoni li l-pole screws jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott hija indirizzata fil-premessa (159). Il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ sostenn jew xi informazzjoni dwar l-impatt allegat tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Fir-rigward tan-nuqqas ta’ provvista fl-Unjoni, issir referenza għall-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (530) u ta’ wara. B’mod partikolari, instab li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità ta’ riżerva sinifikanti sabiex tipproduċi elementi tal-irbit speċjali u standard. Għalhekk, l-alegazzjonijiet li saru minn din il-kumpanija ġew miċħudin. |
|
(528) |
Wara d-divulgazzjoni finali, din il-parti oġġezzjonat għas-sejbiet li l-industrija tal-Unjoni kellha biżżejjed kapaċitajiet ta’ riżerva sabiex tipproduċi pole screws u qalet li l-industrija tal-Unjoni ma tistax tipproduċi pole screws. B’appoġġ għal din il-pretensjoni, il-kumpanija pprovdiet korrispondenza ma’ ħames produtturi tal-Unjoni li kkonfermaw li ma setgħux jipprovdu pole screws. Dawn il-produtturi tal-Unjoni ma kinux ilmentaturi u ma ppreżentawx irwieħhom matul l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni disponibbli fil-fajl dwar l-attivitajiet ta’ dawn il-kumpaniji u l-prodotti manifatturati. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament, tnejn mill-ħames produtturi dehru li kienu speċjalizzati fi elementi tal-irbit għaċ-ċaċċiż tat-twieqi u għall-kostruzzjonijiet tal-magni u l-impjanti; għalhekk, ma jidhirx li huwa xi ħaġa mhux tas-soltu li ma jkunux jistgħu jipprovdu pole screws użati fil-batteriji industrijali. Għalhekk, l-informazzjoni pprovduta ma setgħetx titqies bħala konklużiva jew rappreżentattiva għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Min-naħa l-oħra, l-industrija tal-Unjoni li tirrappreżenta l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fl-investigazzjoni kkonfermat li dawn kellhom il-kapaċità li jipproduċu t-tipi kollha ta’ elementi tal-irbit, inklużi pole screws. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(529) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda effett negattiv sinifikanti tad-dazji anti-dumping fuq is-sitwazzjoni tal-utenti fl-Unjoni. |
7.5. Nuqqas ta’ provvista ta’ elementi tal-irbit
|
(530) |
Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex biżżejjed kapaċitajiet sabiex tipproduċi elementi tal-irbit standard sabiex tissodisfa d-domanda fis-suq tal-Unjoni. L-EFDA u wieħed mill-importaturi fil-kampjun qalu li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ jew ma tkunx lesta li tipprovdi elementi tal-irbit standard u li ħafna utenti jiddependu fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina. Qalu wkoll li l-provvista minn pajjiżi terzi oħrajn hija limitata peress li l-produtturi esportaturi f’dawn il-pajjiżi ma jkollhomx kapaċitajiet suffiċjenti. Produttur esportatur wieħed żied li l-industrija tal-Unjoni żżomm lura milli tidħol għall-produzzjoni tal-massa tal-elementi tal-irbit standard minħabba l-investimenti li jkollhom isiru f’linji ta’ produzzjoni kompletament awtomatizzati. |
|
(531) |
Diversi partijiet qalu li ċerti tipi tal-prodott (viti tal-injam strutturali, confirmat screws, elementi tal-irbit tal-forġa sħuna, pole screws, kits tal-hardware u elementi tal-irbit użati fis-settur tad-DIY) ma kinux prodotti mill-industrija tal-Unjoni jew fi kwantitajiet limitati biss u, għalhekk, jekk jiġu imposti l-miżuri, ikun hemm nuqqas ta’ dawn it-tipi tal-prodott fis-suq tal-Unjoni. F’xi każijiet, dawn il-partijiet qalu li l-industrija tal-Unjoni mhijiex mistennija li taqleb għall-produzzjoni ta’ dawn it-tipi, u li jkun hemm ukoll nuqqas madwar id-dinja ta’ dawn it-tipi u, għalhekk, lanqas ma jistgħu jinkisbu minn fornituri oħrajn. |
|
(532) |
L-EDRA ddikjarat fuq bażi aktar ġenerali li s-suq tal-elementi tal-irbit ra żieda fid-domanda madwar id-dinja filwaqt li matul il-pandemija tal-COVID 19, il-manifatturi kienu qed jipproduċu anqas mill-kapaċitajiet tagħhom. Kwalunkwe tfixkil ulterjuri tas-suq bl-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping ikompli jaggrava s-sitwazzjonijiet għall-bejjiegħa bl-imnut. |
|
(533) |
Diversi partijiet interessati qalu wkoll li kien hemm nuqqas ta’ kontejners marittimi għal vjeġġi mill-Asja u li ż-żmien ta’ stennija bejn l-ordni u l-konsenja jasal sa diversi xhur, bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19. Il-kostijiet tat-trasport bil-baħar immultiplikaw u dan ikollu jiżdied maż-żieda mistennija fil-prezz minħabba l-miżuri anti-dumping. Barra minn hekk, intqal li kien hemm nuqqas ta’ materja prima (prinċipalment l-azzar) madwar id-dinja, li kellu impatt fuq il-volum tal-produzzjoni tal-elementi tal-irbit madwar id-dinja. |
|
(534) |
L-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tipproduċi elementi tal-irbit kemm standard kif ukoll dawk mhux standard u kellha kapaċitajiet ta’ riżerva sostanzjali disponibbli sabiex tissodisfa domanda akbar mill-utenti li jiddeċiedu li jbiddlu l-fornitur tagħhom. Għalhekk, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni użat biss 46 % tal-kapaċità totali tagħha u, għalhekk, setgħet iżżid il-produzzjoni tagħha b’aktar minn 1 miljun tunnellata fi żmien qasir. Il-kapaċità ta’ riżerva kienet tikkonċerna l-produzzjoni tat-tipi kollha tal-elementi tal-irbit, inklużi l-elementi tal-irbit standard. L-allegazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx jew ma kinitx lesta tipproduċi elementi tal-irbit standard ma kinux sostnuti minn biżżejjed evidenza. L-EFDA pprovdiet korrispondenza ma’ produtturi individwali tal-Unjoni li, madankollu, ma tqisux rappreżentattivi għall-industrija kollha tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-diffikultajiet temporanji osservati fil-provvista ta’ klijenti ġodda minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, ma tqisux li huma ta’ natura strutturali u ma jnaqqsux il-valur tas-sejbiet li kien hemm kapaċità ta’ riżerva kbira disponibbli fis-suq tal-Unjoni li setgħet tissodisfa d-domanda. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(535) |
L-allegazzjonijiet fir-rigward tan-nuqqas ta’ provvista ta’ ċerti tipi tal-prodott speċifiċi ma kienu sostnuti minn ebda evidenza verifikabbli. Min-naħa l-oħra, kif spjegat fil-premessa ta’ hawn fuq, kien hemm kapaċitajiet ta’ riżerva kbar disponibbli fl-Unjoni li jkopru t-tipi kollha tal-prodott, inklużi l-elementi tal-irbit speċjali. L-informazzjoni fil-fajl miġbura mill-produtturi tal-Unjoni ma kinitx tissuġġerixxi li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tipprovdi t-tipi kollha ta’ elementi tal-irbit. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(536) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur tal-elementi tal-irbit bil-forġa sħuna tenna li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx tipproduċi elementi tal-irbit bil-forġa sħuna fi kwantitajiet suffiċjenti fis-suq tal-Unjoni. Il-produttur esportatur argumenta li dan ikun sostanzjat mill-kalkoli dettaljati tat-twaqqigħ tal-prezz imwettqin għal kull tip tal-prodott li kkonfermaw li kwantitajiet baxxi biss prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni kienu jappartjenu għal tipi tal-prodott manifatturati taħt il-proċess bil-forġa sħuna. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni tidher li tipproduċi anqas tipi tal-prodott li minnu nnifsu juri li ma tistax tipprovdi medda wiesgħa ta’ tipi differenti tal-prodott, inklużi elementi tal-irbit bil-forġa sħuna. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur qal li l-oneru tal-provi ta’ kapaċità tal-produzzjoni suffiċjenti fl-Unjoni jaqa’ fuq l-industrija tal-Unjoni. |
|
(537) |
Huwa nnutat li fuq il-bażi tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, għalkemm rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni, il-volum preċiż tal-produzzjoni tal-elementi tal-irbit prodotti bi proċessi ta’ forġa sħuna ma jistax jiġi estrapolat. Barra minn hekk, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma jirriflettix il-kapaċità sħiħa tal-produzzjoni, peress li l-industrija tal-Unjoni, li qed tiffaċċja importazzjonijiet inġusti u livelli baxxi tal-prezzijiet fl-Unjoni, ma kinitx qed tuża l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħha kompletament. Fir-rigward tal-oneru tal-prova, il-Kummissjoni qieset li l-investigazzjoni wriet li hemm biżżejjed kapaċità tal-produzzjoni tat-tipi kollha ta’ elementi tal-irbit fl-Unjoni. Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq il-kapaċità ta’ riżerva kbira stabbilita matul l-investigazzjoni kif ippreżentat fit-tabella 5, kif ukoll fuq l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni relatata mal-indikaturi makroekonomiċi. Din l-allegazzjoni, kif ukoll l-allegazzjonijiet fir-rigward tal-kapaċità tal-produzzjoni insuffiċjenti fl-Unjoni, għalhekk ġew miċħudin. |
|
(538) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ECAP ipprovda informazzjoni minn ċerti produtturi tal-Unjoni li tikkonferma li ma setgħux jipprovdu viti tal-injam strutturali. L-ECAP asserixxa wkoll li ċerti tipi ta’ viti tal-injam jeħtieġu pproċessar ulterjuri (trattament speċjali bis-sħana, kisi) li ma jkunx disponibbli fl-Unjoni. Fl-aħħar, argumenta li l-fatt li importatur wieħed tal-Unjoni u produttur ta’ elementi tal-irbit mhux standard espliċitament appoġġaw l-esklużjoni tal-viti tal-injam jagħti prova li l-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti huma meħtieġa sabiex jissodisfaw id-domanda fis-suq tal-Unjoni. |
|
(539) |
L-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-ECAP kienet relatata ma’ produtturi tal-Unjoni li ma kinux ilmentaturi u ma ppreżentawx irwieħhom matul l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni disponibbli fil-fajl dwar l-attivitajiet ta’ dawn il-kumpaniji u l-prodotti manifatturati. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament, ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni dwar jekk kinux qed jipproduċu elementi tal-irbit għas-settur tal-kostruzzjoni. Barra minn hekk, dawn il-kumpaniji ma setgħux jitqiesu rappreżentattivi għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Min-naħa l-oħra, bħal hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni li tirrappreżenta l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fl-investigazzjoni kkonfermat li kellhom il-kapaċità li jipproduċu t-tipi kollha ta’ elementi tal-irbit. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(540) |
Id-dikjarazzjoni li ċerti attivitajiet ta’ pproċessar ma kinux disponibbli fl-Unjoni ma saritx qabel id-divulgazzjoni finali u ma kienet sostanzjata bl-ebda evidenza. Għalhekk, din l-allegazzjoni ma setgħetx tiġi vverifikata u ġiet miċħuda. Fl-aħħar nett, il-fatt li importatur wieħed tal-Unjoni u produttur ta’ elementi tal-irbit mhux standard appoġġaw b’mod espliċitu l-esklużjoni tal-viti tal-injam, ma jurix bħala tali li l-importazzjonijiet miċ-Ċina huma meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda fl-Unjoni. Għalhekk, bl-istess mod, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(541) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA tenniet il-pretensjoni tagħha dwar in-nuqqas ta’ provvista ta’ elementi tal-irbit standard li kieku kellhom jiġu imposti dazji tal-importazzjoni għoljin, filwaqt li għal bosta setturi industrijali jkun kruċjali li jkun hemm provvista suffiċjenti, prevedibbli u f’waqtha ta’ elementi tal-irbit standard. L-EFDA qalet li peress li l-industrija tal-Unjoni ma tipproduċix elementi tal-irbit standard fi kwantitajiet suffiċjenti jew esperjenzat diffikultajiet tekniċi, id-distributuri kienu obbligati li jirrikorru għal sorsi oħrajn ta’ provvista, b’mod partikolari ċ-Ċina. |
|
(542) |
L-EFDA qalet li l-Kummissjoni ċaħdet l-evidenza pprovduta minnha f’dan ir-rigward mingħajr ma tat raġuni suffiċjenti għat-tali ċaħda. Qalet li l-informazzjoni pprovduta prinċipalment fil-forma ta’ diversi ittri elettroniċi ta’ produtturi tal-Unjoni li ċaħdu li jfornu l-elementi tal-irbit kienet sostanzjali u wriet li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx lesta li tipprovdi elementi tal-irbit standard u li, għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis din l-informazzjoni. |
|
(543) |
Fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta mill-EFDA b’appoġġ għad-dikjarazzjoni tagħha li l-industrija tal-Unjoni ma tistax jew mhijiex lesta li tipprovdi elementi tal-irbit standard, il-Kummissjoni tinnota li din l-informazzjoni kienet relatata prinċipalment mal-perjodu wara l-PI u, għalhekk, ma setgħetx tiġi kkunsidrata. |
|
(544) |
L-EFDA tenniet ukoll li l-Kummissjoni ma ddivulgatx is-sehem preċiż tal-produzzjoni tal-elementi tal-irbit standard u mhux standard mill-industrija tal-Unjoni, jew mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni nnotat li s-sehem preċiż tal-produzzjoni ta’ elementi tal-irbit standard u ta’ elementi tal-irbit mhux standard mill-industrija tal-Unjoni ma kienx disponibbli, peress li mhux il-produtturi kollha tal-Unjoni kkooperaw fl-investigazzjoni u ma hemm l-ebda data statistika preċiża disponibbli f’dan ir-rigward. Dan ġie kkomunikat ukoll lill-EFDA matul l-investigazzjoni f’korrispondenza bilaterali. |
|
(545) |
Barra minn hekk, l-EFDA asseriet li l-Kummissjoni kien ikollha diffikultajiet sabiex tidentifika l-produtturi tal-elementi tal-irbit standard fl-Unjoni u kienet obbligata testendi l-kampjun oriġinali tal-produtturi tal-Unjoni sabiex tinkludi żewġ produtturi addizzjonali tal-elementi tal-irbit standard. Fi kwalunkwe każ, dawn iż-żewġ produtturi jipproduċu biss kwantitajiet żgħar ta’ elementi tal-irbit standard. L-allegazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet fir-rigward tal-għażla tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni diġà kienu indirizzati fid-dettall fil-premessi (26) sa (56). Għalhekk, id-dikjarazzjoni li l-kampjun tal-industrija tal-Unjoni ġie emendat minħabba l-fatt li ma kien jinkludi l-ebda produttur tal-Unjoni ta’ elementi tal-irbit standard tinjora l-ispjegazzjonijiet u l-kjarifiki ripetuti pprovduti f’dan ir-rigward, u hija qarrieqa. Għalhekk, ġiet miċħuda. |
|
(546) |
Fl-aħħar, l-EFDA tenniet li l-Kummissjoni ma spjegatx fuq liema bażi kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet tipproduċi elementi tal-irbit kemm standard kif ukoll speċjali. Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq il-fatti fil-fajl, miġburin mill-ilmentatur u mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kontroverifikati kif xieraq ma’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fejn disponibbli. L-informazzjoni pprovduta f’dan ir-rigward kienet disponibbli wkoll fil-fajl mhux kunfidenzjali. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(547) |
L-EFDA qalet ukoll li l-industrija tal-Unjoni lanqas ma hi se żżid il-produzzjoni tagħha ta’ elementi tal-irbit standard f’każ li jiġu imposti dazji. F’dan ir-rigward, l-EFDA allegat li l-industrija tal-Unjoni bejn l-2009, meta qabel kienu ġew imposti l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ elementi tal-irbit miċ-Ċina, u l-2016, meta tħassru t-tali miżuri (86), l-industrija tal-Unjoni ma żiditx il-produzzjoni tagħha ta’ elementi tal-irbit standard u speċjalizzat, minflok, fil-produzzjoni ta’ elementi tal-irbit mhux standard. In-nuqqas ta’ rieda li l-industrija taqleb għal elementi tal-irbit standard ikun evidenzjat ukoll mill-informazzjoni pprovduta minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li tindika li ma jkunx jista’ jipproduċi elementi tal-irbit standard bil-prezz prevalenti tas-suq. |
|
(548) |
L-argument li l-industrija tal-Unjoni ma żiditx il-produzzjoni tagħha ta’ elementi tal-irbit standard u speċjalizzat, minflok, fil-produzzjoni ta’ elementi tal-irbit mhux standard bejn l-2009 u l-2016, ma kien appoġġat minn ebda evidenza. Iċ-ċifri tal-produzzjoni u tal-bejgħ miġburin matul l-investigazzjoni huma relatati mal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u, għalhekk, ma jinkludux data bejn l-2009 u l-2016. Fi kwalunkwe każ, din l-allegazzjoni ma ġietx ikkonfermata matul l-investigazzjoni. Il-fatt li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma kienx kapaċi jinvolvi ruħu fil-produzzjoni tal-elementi tal-irbit standard fil-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq pjuttost juri li l-pressjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi tipprevjeni lill-industrija tal-Unjoni milli tutilizza b’mod sħiħ il-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħha u tikkonferma li qed iġġarrab dannu materjali minn dawn l-importazzjonijiet. Madankollu, ma jurix li l-industrija tal-Unjoni taħt kundizzjonijiet tas-suq ġusti ma treġġax lura għal żieda fil-produzzjoni tagħha, inkluż ta’ elementi tal-irbit standard mibjugħin f’livelli ta’ prezzijiet sostenibbli fis-suq tal-Unjoni, kif konkluż ukoll fil-premessa (496). Għalhekk, l-argumenti tal-EFDA f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(549) |
L-EFDA qalet ukoll li d-distributuri normalment jixtru elementi tal-irbit mhux standard mill-industrija tal-Unjoni filwaqt li l-elementi tal-irbit standard jiġu importati prinċipalment miċ-Ċina. Argumentat li anki l-industrija tal-Unjoni kienet tixtri elementi tal-irbit standard minn distributuri fl-Unjoni meta kienet konxja li dawn il-prodotti ġejjin miċ-Ċina; u li, barra minn hekk, numru ta’ produtturi tal-Unjoni għandhom is-sussidjarji kummerċjali tagħhom stess li huma wkoll membri tal-EFDA u, bħala, tali qed jimportaw elementi tal-irbit standard miċ-Ċina u jiddistribwuhom lill-utenti finali. B’appoġġ għal din il-pretensjoni, l-EFDA pprovdiet lista ta’ produtturi tal-Unjoni li allegatament xtraw elementi tal-irbit standard minn distributur, membru tal-EFDA u lista ta’ produtturi oħrajn tal-Unjoni li allegatament huma relatati ma’ distributuri fl-Unjoni li jimportaw elementi tal-irbit standard miċ-Ċina. L-EFDA qalet ukoll li, fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-fajl mhux kunfidenzjali, tal-anqas wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ikkonferma li qed jimporta elementi tal-irbit miċ-Ċina. |
|
(550) |
Kif ġie konkluż fil-premessi (466) u (468), fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-volumi mixtrijin minnhom miċ-Ċina, direttament jew permezz ta’ distributuri, kienu negliġibbli meta mqabblin mal-volum totali prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u mal-volum totali ta’ elementi tal-irbit importati miċ-Ċina. L-informazzjoni pprovduta mill-EFDA ma tnaqqasx il-valur ta’ dawn is-sejbiet u, għalhekk, il-pretensjonijiet li saru f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(551) |
Fl-aħħar nett, l-EFDA qalet li d-distributuri, matul il-pandemija tal-COVID-19 u l-interruzzjonijiet konsegwenti fil-katina tal-provvista, avviċinaw lill-industrija tal-Unjoni b’talba għall-provvista ta’ elementi tal-irbit standard li ġiet irrifjutata. Skont l-EFDA, dan ikun juri li l-industrija tal-Unjoni mhijiex lesta li tforni elementi tal-irbit standard fi kwantitajiet akbar u li l-kapaċitajiet ta’ riżerva disponibbli fl-Unjoni ma jintużawx sabiex tiżdied il-produzzjoni tal-elementi tal-irbit standard. Dan huwa dovut għall-fatt li bidla tal-produtturi tal-Unjoni minn elementi tal-irbit mhux standard għal elementi tal-irbit standard tkun tinvolvi investimenti sinifikanti u tibdil fil-mudell tan-negozju u, għalhekk, tkun ekonomikament insensata. Dan kien ikun ikkonfermat ukoll minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. L-EFDA kkonkludiet li l-ilmentatur ma kien ippreżenta l-ebda prova kuntrarja. |
|
(552) |
L-allegazzjoni ta’ hawn fuq kienet ibbażata fuq suppożizzjonijiet li ma kinux ikkonfermati mill-investigazzjoni. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi tal-Unjoni kellhom kapaċitajiet ta’ riżerva sabiex jimmanifatturaw elementi tal-irbit standard. Kif imsemmi aktar ’il fuq, l-ilmentatur ipprovda informazzjoni li kien hemm diversi produtturi tal-Unjoni ta’ elementi tal-irbit standard. Ir-raġuni li xi wħud mill-produtturi setgħu rrifjutaw li jipproduċu u jbigħu elementi tal-irbit standard matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jew wara, tista’ tidher fil-fatt li tali produzzjoni ma kinitx vijabbli jew ma setgħetx tkun ekonomikament fattibbli fid-dawl tal-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx fis-suq tal-Unjoni. Fi kliem ieħor, il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jespandu l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom tal-elementi tal-irbit standard minħabba li l-importazzjonijiet Ċiniżi eżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Minnu nnifsu, dan huwa prova tad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(553) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha li l-industrija tal-Unjoni kienet tipproduċi elementi tal-irbit kemm standard kif ukoll mhux standard u li kellha kapaċitajiet kbar ta’ riżerva sabiex iżżid il-produzzjoni taż-żewġ tipi ta’ elementi tal-irbit. |
|
(554) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li aktar minn nofs il-elementi tal-irbit importati mill-importaturi li kkooperaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu ġejjin minn sorsi oħrajn li mhumiex iċ-Ċina, bħat-Tajwan, il-Vjetnam u t-Turkija kif ukoll pajjiżi terzi oħrajn. Is-sehem ta’ dawn l-importazzjonijiet mill-importazzjonijiet totali lejn l-Unjoni kien sostanzjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-EFDA qalet li l-produtturi esportaturi f’dawn il-pajjiżi terzi ma jkollhomx biżżejjed kapaċità sabiex jissostitwixxu l-importazzjonijiet miċ-Ċina jew saħansitra jżidu parzjalment il-volumi tal-importazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta mill-EFDA f’dan ir-rigward ma tqisitx bħala rappreżentattiva u ma kinitx verifikabbli. Bħal hawn fuq, din kienet tikkonċerna korrispondenza ma’ kumpaniji individwali li mhux neċessarjament jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ta’ produtturi esportaturi oħrajn f’dawk il-pajjiżi. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(555) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EFDA tenniet li l-importazzjonijiet ta’ elementi tal-irbit minn pajjiżi terzi oħra mhux se jkunu biżżejjed sabiex jissostitwixxu l-importazzjonijiet miċ-Ċina. B’mod partikolari, is-sejbiet tal-Kummissjoni fil-premessa (554), li l-parti l-kbira tal-importazzjonijiet tal-elementi tal-irbit kienu minn pajjiżi terzi oħrajn jikkonfermaw li ma hemm l-ebda kapaċità ta’ riżerva oħra disponibbli f’dawk is-swieq. L-EFDA qalet ukoll li minħabba restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Istati Uniti għall-elementi tal-irbit Ċiniżi, li ilhom fis-seħħ mill-2018, ix-xerrejja fl-Istati Uniti kienu qed iduru dejjem aktar għal fornituri f’pajjiżi terzi oħrajn u, għalhekk, parti kbira minn dawn il-kapaċitajiet jintbagħtu lejn l-Istati Uniti. Dan ikun appoġġat ukoll mill-istatistika tal-importazzjonijiet li turi tnaqqis sinifikanti fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn lejn l-Unjoni mill-2018, filwaqt li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi żdiedu b’mod sinifikanti lejn l-Istati Uniti matul l-istess perjodu. |
|
(556) |
Bħal hawn fuq, l-EFDA allegat li l-Kummissjoni injorat l-informazzjoni pprovduta dwar in-nuqqas ta’ provvista minn pajjiżi terzi mingħajr ma tat raġuni suffiċjenti għat-tali rifjut. |
|
(557) |
Il-Kummissjoni tirreferi għall-premessa (554) li turi li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu jirrappreżentaw anqas minn nofs l-elementi tal-irbit importati fl-Unjoni. Fi kliem ieħor, il-kapaċità ta’ riżerva disponibbli fl-Unjoni kif ukoll l-eżistenza ta’ sorsi oħrajn ta’ provvista f’pajjiżi terzi oħrajn, ma jindikawx nuqqas possibbli ta’ provvista, jekk jiġu adottati miżuri kontra l-elementi tal-irbit miċ-Ċina. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. Il-fatt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn naqsu b’mod ġenerali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma jistax jitqies bħala prova li l-kapaċitajiet ta’ riżerva f’dawn il-pajjiżi ma kinux biżżejjed. Il-Kummissjoni qieset li l-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi li kkawżaw livelli ta’ prezzijiet baxxi b’mod mhux sostenibbli fis-suq tal-Unjoni, għamlet swieq oħrajn aktar attraenti għal dawk l-importazzjonijiet; speċjalment l-Istati Uniti li kellhom volumi ta’ importazzjonijiet ferm aktar baxxi miċ-Ċina u, għalhekk, ma kinux affettwati minn prattika kummerċjali inġusta miċ-Ċina. Kif spjegat fil-premessa (554), l-evidenza pprovduta mill-EFDA f’dan ir-rigward ma tqisitx rappreżentattiva u ma kinitx verifikabbli. Kif muri aktar ’il fuq, l-informazzjoni kienet relatata mal-perjodu wara l-PI u fil-biċċa l-kbira kienet tindika problemi ta’ konsenja relatati mal-kriżi tat-trasport marittimu u mal-pandemija tal-COVID-19, aktar milli n-nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ riżerva bħala tali u lanqas ma kienet tindika jekk dawn il-problemi kinux ta’ natura strutturali. |
|
(558) |
L-EFDA asseriet li, f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha obbligu li tiddetermina b’mod pożittiv li “jkun meħtieġ, fl-interess tal-Unjoni, intervent f’konformità mal-Artikolu 21” u, għalhekk, kien imissha ssuġġeriet lill-partijiet interessati x’tip ta’ evidenza kienet titqies bħala rappreżentattiva u verifikabbli. L-EFDA kkontestat l-obbligu tagħha li tiġbor informazzjoni u data li jappartjenu għas-suq kollu tal-Unjoni u l-Kummissjoni kienet libera li tivverifika l-informazzjoni pprovduta mill-EFDA. F’dan il-kuntest, l-EFDA tenniet ukoll li ma kinitx tqis li l-informazzjoni pprovduta mill-produttur tal-Unjoni fil-kampjun bħala rappreżentattiva biżżejjed. |
|
(559) |
In-Notifika li tat bidu għal din l-investigazzjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jipparteċipaw fl-investigazzjoni, u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni indikata fin-Notifika ta’ bidu. Dan jgħodd ukoll għall-importaturi u għall-utenti. Filwaqt li 28 importatur ippreżentaw irwieħhom, l-ebda utent ma kkoopera u pprovda xi informazzjoni. Il-kwestjonarji indikaw f’dettall kbir liema informazzjoni hija neċessarja u liema prova dokumentarja jenħtieġ li tiġi sottomessa. Il-kwestjonarji huma essenzjali sabiex il-Kummissjoni tiġbor l-informazzjoni neċessarja u l-partijiet interessati kollha jingħataw l-opportunità li jipprovdu lill-Kummissjoni b’din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-importaturi fuq it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju għal xi utent fl-Unjoni u s-sejbiet fir-rigward ta’ dan il-grupp ta’ partijiet interessati kellhom jiġu stabbiliti fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod, is-sejbiet fir-rigward tal-aspetti tad-dannu kienu bbażati fuq l-informazzjoni mitluba u pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u mill-ilmentatur. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kienet intitolata tagħżel kampjun rappreżentattiv ta’ produtturi tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. L-ebda wieħed mill-kummenti riċevuti mill-EFDA dwar il-kampjun ma ddevalwa l-konklużjoni li kien rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit fid-dettall fil-premessi minn (26) sa (56). |
|
(560) |
Il-partijiet interessati li ma jkunux lesti li jimlew kwestjonarju għandhom id-dritt li xorta waħda jipprovdu kwalunkwe informazzjoni lill-Kummissjoni li huma jqisu importanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, in-Notifika ta’ Bidu indikat ukoll li l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk tkun sostnuta minn evidenza fattwali fil-mument tas-sottomissjoni. Fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni analizzat kif xieraq l-informazzjoni u l-evidenza sottomessi u, b’hekk, qieset kif xieraq l-informazzjoni kollha miġbura u pprovduta mill-partijiet interessati f’dan il-proċediment; b’mod partikolari, il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tad-dumping, tad-dannu li rriżulta u tal-interess tal-Unjoni kif diġà spjegat fil-premessa (91) u, għalhekk, l-allegazzjonijiet tal-EFDA f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(561) |
Fir-rigward tal-allegazzjonijiet fir-rigward ta’ tnaqqis dinji fil-produzzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni tinnota li l-importazzjonijiet żdiedu b’mod sinifikanti wara l-bidu tal-investigazzjoni kurrenti, kif stabbilit fir-Regolament tar-reġistrazzjoni. Fuq il-bażi tad-data statistika tal-Eurostat, din iż-żieda kompliet (87). Għalhekk, l-argumenti li saru f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(562) |
Fir-rigward tal-kriżijiet tat-trasport marittimu u tal-interruzzjoni tal-ktajjen tal-provvista osservati wara l-perjodu ta’ investigazzjoni, inkluża l-materja prima, il-Kummissjoni tinnota li din is-sitwazzjoni ma kinitx ta’ natura strutturali iżda hija mistennija li tkun temporanja. Għalhekk, huwa mistenni li s-sitwazzjoni tirpilja fl-2022, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi fl-investigazzjoni kurrenti. Tabilħaqq, l-istatistiki kummerċjali ġenerali juru tkabbir rapidu tal-importazzjonijiet b’mod ġenerali matul l-2021 (88), inkluż tkabbir fl-importazzjonijiet tal-materja prima (33 %), fl-ewwel tmien xhur tal-2021, meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2020. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kriżijiet attwali tat-trasport marittimu u l-interruzzjoni tal-ktajjen tal-provvista mhumiex biżżejjed sabiex ma jiġux imposti dazji f’termini tal-interess tal-Unjoni. B’mod partikolari, id-dazji huma imposti għal perjodu ta’ ħames snin, filwaqt li eżenzjoni mis-sitwazzjoni attwali diġà tista’ sseħħ fit-tieni nofs tal-2022, jiġifieri ftit wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Fid-dawl ta’ dan, l-allegazzjonijiet li saru f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
|
(563) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ECAP enfasizza t-termini mtawlin għall-konsenji minħabba l-kriżi tat-trasport marittimu u ż-żieda fil-kost tat-trasport bil-baħar. L-ECAP indika wkoll in-nuqqas ta’ provvista ta’ materja prima tal-kostruzzjoni b’mod ġenerali fl-Unjoni u ż-żieda sostanzjali fil-kostijiet tal-materja prima fis-settur tal-kostruzzjoni li kienet qed taffettwa ħażin lill-kumpaniji tal-kostruzzjoni. Is-sitwazzjoni tkun iggravata jekk jiġu imposti dazji anti-dumping u, min-naħa tagħhom, dawn ikollhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ilħuq tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku peress li l-istrutturi tal-injam tal-konkrit u l-injam jużaw materjali tal-bini organiċi (injam) u, b’hekk, jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju. L-ECAP innota s-suq li qed jikber għall-kostruzzjoni bl-injam sabiex tinkiseb akkomodazzjoni ambjentalment sostenibbli u enfasizza l-kollaborazzjoni tas-settur tal-għamara tal-injam mal-istituti tar-riċerka sabiex jittejjeb u jiżdied l-injam prodott b’mod sostenibbli. |
|
(564) |
Kif imsemmi fil-premessa (562), il-Kummissjoni qieset li l-kriżijiet tat-trasport marittimu u l-interruzzjoni tal-ktajjen tal-provvista osservati wara l-perjodu ta’ investigazzjoni, inkluża l-materja prima, ma kinux ta’ natura strutturali iżda mistennijin li jkunu temporanji. L-ebda wieħed mill-argumenti mressqin mill-ECAP ma seta’ jnaqqas il-valur ta’ dawn is-sejbiet. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa (525), l-impatt mistenni tad-dazji ma kienx sostanzjali f’xi wieħed mis-setturi downstream, inkluż is-settur tal-kostruzzjoni, minħabba li l-kost tal-qfieli fil-kost globali ta’ dawn l-industriji kien ġeneralment baxx. L-ebda utent fis-settur tal-kostruzzjoni ma kkoopera matul l-investigazzjoni billi pprovda informazzjoni dwar il-kostijiet globali tiegħu u r-rappreżentazzjoni tal-elementi tal-irbit fil-kost tagħhom. L-argumenti mressqin mill-ECAP dwar is-settur tal-kostruzzjoni ma kinux speċifikament limitati għall-elementi tal-irbit iżda kienu jirreferu għall-provvista ġenerali tal-materja prima. Għalhekk, il-pretensjonijiet magħmulin mill-ECAP f’dan ir-rigward ġew miċħudin. |
7.6. Bdil tal-fornituri
|
(565) |
Bosta partijiet interessati qalu li l-importaturi ma jkunux jistgħu jbiddlu l-fornituri faċilment minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minħabba l-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li hemm bżonn ta’ approvazzjoni tal-manifattur mill-klijent li tkun teħtieġ verifika tal-proċessi tal-produzzjoni fil-fabbrika tal-fornitur f’pajjiż terz. Fi kwalunkwe każ, bidla fil-fornitur tkun għalja. L-EFDA semmiet speċifikament il-każ għall-elementi tal-irbit użati fis-settur ferrovjarju. |
|
(566) |
Ma ġietx ippreżentata evidenza oħra f’dan ir-rigward. Kif imsemmi aktar ’il fuq, aktar minn nofs l-importazzjonijiet tal-importaturi li kkooperaw kienu jsiru minn fornituri minn pajjiżi terzi oħrajn, li ma jinkludux iċ-Ċina. Barra minn hekk, l-allegazzjoni li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx jew ma kinitx lesta li tipprovdi elementi tal-irbit lil klijenti ġodda ma ġietx ikkonfermata matul l-investigazzjoni. Fl-aħħar nett, il-miżuri anti-dumping ma għandhomx l-għan li jipprojbixxu l-aċċess tal-importazzjonijiet Ċiniżi għas-suq tal-Unjoni, iżda l-għan tagħhom huwa biss li jirrestawraw il-kundizzjonijiet ekwi. Kif imsemmi aktar ’il fuq, anki li kieku l-importaturi kellhom jassorbu kompletament id-dazju anti-dumping, in-negozji tagħhom xorta jibqgħu fil-biċċa l-kbira f’livelli profittabbli. Bl-istess mod, ġie stabbilit li l-kost tal-elementi tal-irbit fil-kost totali tal-produzzjoni tal-utenti mhuwiex sinifikanti u ż-żidiet fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet jistgħu jingħaddew lill-klijenti finali. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(567) |
Wara d-divulgazzjoni, bosta partijiet interessati li kienu qed jimportaw viti tal-injam strutturali miċ-Ċina tennew li ma kinux se jkunu jistgħu jbiddlu l-fornituri fuq il-bażi tar-rabtiet mill-qrib magħhom stabbiliti matul iż-żmien. Dawn il-partijiet argumentaw li, peress li l-ordnijiet huma soġġetti għal ftehimiet ta’ produzzjoni, li fihom speċifikazzjonijiet tekniċi preċiżi, il-produtturi jeħtieġu taħriġ speċifiku kif ukoll makkinarji u għodod speċifiċi u jridu jiġu awditjati sabiex tinżamm iċ-ċertifikazzjoni tal-prodott. Huma nnotaw li l-importaturi ta’ viti tal-injam strutturali ma kinux sempliċement distributuri iżda kellhom dipartimenti speċjalizzati għall-iżvilupp tal-prodotti interni u kienu qed jaħdmu mill-qrib mal-manifatturi ta’ viti tal-injam sabiex jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa bl-għan li tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni tal-prodott fl-Unjoni. Għalhekk, bidla fil-fornituri tkun diffiċli ħafna u għal xi proġetti saħansitra impossibbli. |
|
(568) |
Dawn il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza li turi r-relazzjoni speċjali allegata mal-fornituri, jew kwalunkwe kuntratt jew ftehim ta’ produzzjoni speċifiku. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda evidenza pprovduta li l-kumpaniji kellhom dipartimenti interni għall-iżvilupp tal-prodotti. Kif indikat fil-premessa (539), l-investigazzjoni ma kkonfermatx id-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi jew ma kinitx lesta li tforni dan it-tip ta’ prodott speċifiku lill-klijenti fl-Unjoni. Kif imsemmi wkoll fil-premessa (566), il-miżuri anti-dumping ma għandhomx l-għan li jipprojbixxu l-aċċess tal-importazzjonijiet Ċiniżi għas-suq tal-Unjoni, iżda l-għan tagħhom huwa biss li jirrestawraw il-kundizzjonijiet ekwi. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessi (505) u (529), l-impatt tal-miżuri anti-dumping fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi u tal-utenti mhuwiex mistenni li jkun sinifikanti u ż-żidiet fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet huma mistennijin li tal-anqas parzjalment jingħaddu lill-klijenti finali. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħudin. |
7.7. Oħrajn
|
(569) |
L-EFDA enfasizzat li l-elementi tal-irbit jintużaw f’ħafna applikazzjonijiet differenti. Filwaqt li s-sehem tal-kost fil-proċess tal-produzzjoni tal-utenti individwali mhux dejjem ikun sinifikanti u l-impatt fuq kumpaniji individwali mhux dejjem ikun sostanzjali, l-EFDA argumentat li, għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-effetti kkombinati tad-dazji fuq l-ekonomija tal-Unjoni kollha kemm hi. It-telf imġarrab minn diversi kumpaniji li jużaw elementi tal-irbit fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom jenħtieġ li jitqies fuq bażi aggregata. |
|
(570) |
L-investigazzjoni żvelat li l-impatt tad-dazji fuq l-utenti b’mod ġenerali mhuwiex mistenni li jkun sinifikanti, peress li s-sehem tal-elementi tal-irbit fil-proċess tal-produzzjoni huwa baxx ħafna. Dan il-fatt huwa rikonoxxut ukoll mill-EFDA. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(571) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-utent tal-pole screws imsemmi fil-premessi (159) u (160) argumenta li l-Kummissjoni ma indirizzatx il-pretensjoni tiegħu li l-batteriji industrijali prodotti minnu jintużaw għall-ħżin tal-enerġija f’infrastrutturi kritiċi bħaċ-ċentri tad-data u l-isptarijiet. Wara d-divulgazzjoni finali, l-utent asserixxa wkoll li hemm interess enormi tal-konsumaturi fl-Unjoni li jserrħu fuq il-funzjonament sigur tal-isptarijiet u taċ-ċentri tad-data permezz ta’ provvista affidabbli tal-enerġija, b’mod partikolari matul il-pandemija tal-COVID-19 meta l-isptarijiet jeħtieġu li jiddependu wkoll fuq il-provvista tal-elettriku ta’ emerġenza u meta t-traffiku tad-data żdied b’mod sinifikanti permezz tal-bidla għall-uffiċċju domestiku. Din il-parti qalet li l-Kummissjoni ma qisitx dawn l-aspetti fl-analiżi tal-interess tal-Unjoni. |
|
(572) |
Il-Kummissjoni tinnota li ma saret l-ebda dikjarazzjoni bħal din qabel id-divulgazzjoni finali meta l-utent inkwistjoni sempliċiment spjega x’kienu l-applikazzjonijiet tal-pole screws u f’liema industriji kienu jintużaw. Kif imsemmi aktar ’il fuq, l-investigazzjoni żvelat li l-impatt tad-dazji fuq l-utenti b’mod ġenerali mhuwiex mistenni li jkun sinifikanti, peress li s-sehem tal-elementi tal-irbit fil-proċess tal-produzzjoni huwa baxx ħafna. L-utent tal-pole screws ma pprovda l-ebda informazzjoni dwar il-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu, il-kost tal-pole screws fil-kostijiet globali, il-profittabilità tiegħu jew l-impatt mistenni ta’ kwalunkwe żieda fil-kost fuq il-profittabilità. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda evidenza disponibbli li d-dazji se jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq dan l-utent u din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(573) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea qalet li, wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-elementi tal-irbit fl-2009 (89), l-importazzjonijiet miċ-Ċina ġew sempliċiment issostitwiti minn importazzjonijiet mit-Tajwan u mill-Vjetnam. L-industrija tal-Unjoni ma biddlitx l-istruttura tagħha u, għalhekk, il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea kkonkludiet li d-dazji ma kienu ta’ ebda benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni f’dak iż-żmien, filwaqt li kellhom effett detrimentali fuq l-industriji downstream. L-ebda waħda mid-dikjarazzjonijiet ma kienet appoġġata minn xi evidenza. L-informazzjoni fil-fajl ukoll ma kkonfermatx dawn l-allegazzjonijiet li, għalhekk, ġew miċħudin. |
7.8. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(574) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ elementi tal-irbit li joriġinaw miċ-Ċina. |
7.9. Offerti għal impenn fuq il-prezz
|
(575) |
Wara d-divulgazzjoni finali, sal-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku, sitt produtturi esportaturi ssottomettew offerta għal impenn fuq il-prezz:
|
|
(576) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament anti-dumping bażiku, l-offerti għal impenn fuq il-prezz iridu jkunu adegwati sabiex jeliminaw l-effett dannuż tad-dumping u l-aċċettazzjoni tagħhom ma tistax titqies bħala imprattika. Il-Kummissjoni vvalutat l-offerti fid-dawl ta’ dawn il-kriterji u qieset li l-aċċettazzjoni tagħhom ma tkunx prattika għar-raġunijiet prevalenti li ġejjin. |
|
(577) |
L-ewwel nett, hemm madwar 100 produttur esportatur involuti f’dan il-proċediment. In-numru tal-produtturi esportaturi attwali u potenzjali tqies li kien kbir wisq sabiex ikun prattikabbli, billi jwassal sabiex ikun ferm diffiċli li jiġi mmonitorjat kwalunkwe tip ta’ impenn fuq il-prezz. |
|
(578) |
It-tieni, il-prodott ikkonċernat huwa varjabbli ħafna fin-natura tiegħu. Jikkonsisti f’aktar minn 100 PCN u huwa kklassifikat taħt mhux anqas minn 10 kodiċijiet NM, u, b’hekk, l-istabbiliment u l-monitoraġġ tal-prezz minimu tal-importazzjonijiet (“MIP”) ġeneralment ma jkunux prattikabbli. It-tipi tal-prodott esportati lejn l-Unjoni jvarjaw b’mod sinifikanti fil-prezzijiet u ma jistgħux jintgħarfu faċilment minn xulxin permezz ta’ spezzjoni fiżika. B’mod partikolari, effettivament, elementi b’impatt għoli fuq il-prezz bħas-saħħa ma jintgħarfux bi spezzjoni fiżika waħedha. Mingħajr analiżi dettaljata fil-laboratorju u bl-użu ta’ metodi distruttivi, l-awtoritajiet doganali ma jkunux jistgħu jiddeterminaw jekk il-prodott importat jikkorrispondix ma’ dak li jiġi ddikjarat, li jkun qed idgħajjef l-infurzabbiltà ta’ impenn potenzjali, u jagħmilha imprattikabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku. |
|
(579) |
It-tielet, in-numru għoli ta’ tipi tal-prodott jinvolvi riskju għoli ta’ kumpens inkroċjat fost it-tipi differenti tal-prodott, b’tipi tal-prodott aktar għaljin li possibbilment jiġu ddikjarati ħażin bħala tipi tal-prodott orħos soġġetti għall-impenn huma wkoll. Dan irendi kwalunkwe impenn mhux infurzabbli u, għalhekk, mhux prattiku, skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku. |
|
(580) |
Ir-raba’, xi kumpaniji għandhom ukoll numru ta’ kumpaniji relatati involuti direttament fil-produzzjoni jew fil-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat u parti mill-fatturat ta’ xi kumpaniji fl-UE huma prodotti oħrajn li mhumiex il-prodott ikkonċernat. Tali struttura ta’ kumpaniji u l-fatturat tagħhom jimplika riskju għoli ta’ kumpens inkroċjat. Il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tissorvelja u tiżgura l-konformità mal-impenn. Waħdu, dan jagħmel l-offerti mhux prattiċi. F’dan ir-rigward, l-istandard tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku lanqas mhuwa ssodisfat. |
|
(581) |
Il-Kummissjoni bagħtet ittra lis-sitt applikanti kollha, fejn spjegat ir-raġunijiet ta’ hawn fuq għaċ-ċaħda tal-offerti għal impenn tagħhom. Ħames applikanti ssottomettew kummenti dwarhom. Dawn il-kummenti tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati fil-fajl tal-każ. |
|
(582) |
Celo Suzhou tenniet it-talba tagħha sabiex il-Kummissjoni tirrieżamina l-MPIs offruti, kif ukoll il-karattru mhux dannuż tal-offerta ta’ Celo Suzhou. L-ewwel, hija qalet li l-Kummissjoni ma tistax tirrifjuta l-offerta ta’ impenn tagħha fuq il-bażi li l-kumpanija ma ġietx investigata matul il-proċedura kurrenti, peress li xejn fir-Regolament anti-dumping bażiku ma jimplika li huwa neċessarju eżami individwali sabiex tiġi aċċettata offerta għal impenn. L-Artikolu 8 tar-Regolament anti-dumping bażiku jistabbilixxi li l-uniku rekwiżit sabiex jiġi aċċettat impenn huwa li l-effett dannuż tad-dumping jiġi eliminat, li Celo Suzhou żgurat. It-tieni, Celo Suzhou qalet li l-Kummissjoni naqset milli teżamina l-prezzijiet offruti, li evita r-riskju ta’ kumpens inkroċjat, minħabba li l-MIPs kollha offruti żguraw il-livell tal-prezz mhux dannuż u kienu fil-livell frank mill-fabbrika, li jfisser li dawn il-prezzijiet se jkunu saħansitra ogħla malli jidħlu fl-Unjoni. It-tielet, Celo Suzhou qalet li l-Kummissjoni naqset milli teżamina l-kundizzjonijiet offruti minn Celo Suzhou sabiex ittaffi kwalunkwe riskju ta’ kumpens inkroċjat fir-rigward tal-kumpaniji relatati tagħha, kif ukoll milli tnaqqas il-kostijiet ta’ monitoraġġ assoċjati, peress li l-parti offriet li tibdel il-mod li bih topera bħalissa, li qies it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kostijiet ta’ monitoraġġ, il-kumpens inkroċjat u r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni. Ir-raba’, Celo Suzhou qalet li l-Kummissjoni injorat ir-rieda tagħha li timmodifika u tadatta t-termini tal-impenn tagħha għall-aspettattivi tal-Kummissjoni, kif ukoll l-evidenza kollha disponibbli (fuq il-bażi tal-ittra tal-EIFI sottomessa lill-Kummissjoni) li tissuġġerixxi li l-impenn ta’ Celo Suzhou ma jistax joħloq dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(583) |
Chaen Chia qalet li m’hemmx numru kbir ta’ tipi differenti tal-prodott fl-offerta għal impenn tagħha, peress li l-unika differenza bejn it-tipi tal-prodott offruti hija t-tul, li ma għandu l-ebda impatt fuq il-kalkolu tal-prezz unitarju għal kull kilogramma, u jista’ jiġi distint faċilment permezz ta’ spezzjoni fiżika. Imbagħad, Chaen Chia qalet li l-klijenti tagħha jimportaw taħt il-kodiċijiet TARIC speċifiċi, u għalhekk m’hemm l-ebda riskju ta’ kumpens inkroċjat. Barra minn hekk, kull pakkett ta’ prodotti ta’ Chaen Chia esportat lejn l-Unjoni jrid jippreżenta ċ-ċertifikazzjoni unika tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea, li tiżgura l-karatteristiċi essenzjali tal-prestazzjoni tal-prodotti tagħha, li tagħmilha faċli għall-awtoritajiet doganali fl-Unjoni sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda ċirkomvenzjoni jew kumpens inkroċjat. Fl-aħħar nett, il-fatturat ta’ Chaen Chia fl-Unjoni jikkonċerna biss il-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(584) |
Wenzhou ma qablitx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riskju ta’ kumpens inkroċjat fl-offerta għal impenn tagħha, peress li hija kienet toffri għall-esportazzjoni biss ċerti tipi tal-prodott biss li huma kklassifikati taħt anqas minn 10 kodiċijiet NM li jkopru l-prodott sħiħ taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, il-kalkolu tal-MIP offrut kien jinkludi l-prezz ta’ referenza tal-materja prima użata għall-kalkolu tal-MIP għall-ewwel trimestru, li kien għadu mhux magħruf, peress li l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja, u b’hekk ma ġiex ikkalkolat MIP konkret fl-offerta għal impenn. Barra minn hekk, il-metodu ta’ kalkolu tal-MIP kien ibbażat fuq il-metodu tal-kalkolu ta’ valur normali, li kien adegwat sabiex jelimina l-effett dannuż tad-dumping. Wenzhou qalet li r-raġunijiet rigward kumpaniji relatati u esportazzjonijiet ta’ prodotti mhux tal-prodott ikkonċernati mhumiex ġustifikati għaċ-ċaħda tal-offerta għal impenn, peress li l-kumpaniji relatati tagħha jipproċessaw għal xi stadji tal-produzzjoni u ma jbigħux elementi tal-irbit lill-Unjoni u l-fatturat ta’ Wenzhou ma jinkludi kważi l-ebda bejgħ ta’ prodotti għajr il-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(585) |
Yuyao Alfirste qalet li l-kalkolu tal-MIP offrut ippropona li tintuża d-data medja ponderata tat-tliet esportaturi fil-kampjun sabiex jiġi kkalkolat, u b’hekk kien adegwat sabiex jiġi eliminat l-effett dannuż tad-dumping. Il-parti oġġezzjonat ukoll għall-konklużjoni tar-riskju ta’ kumpens inkroċjat ikkawżat minn tipi differenti tal-prodott, peress li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti (bħall-klassi tas-saħħa) jistgħu jiġu indikati fuq id-dokumenti tal-esportazzjoni (fatturi, kuntratti, eċċ.) u t-tipi tal-prodott esportati minn Yuyao Alfirste mhumiex ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM kollha li jkopru l-prodott taħt investigazzjoni. Fl-aħħar nett, ir-raġunijiet rigward kumpaniji relatati u esportazzjonijiet mhux tal-prodott ikkonċernat mhumiex ġustifikati għaċ-ċaħda tal-offerta għal impenn, minħabba li Yuyao Alfirste se ssegwi strettament ir-rekwiżit li ma tbigħx xi tip ieħor ta’ prodotti manifatturati jew kummerċjalizzati minnha lill-istess klijent li lilu tbigħ il-prodott kopert mill-impenn u l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-impenn mill-Kummissjoni huwa effettiv biżżejjed. |
|
(586) |
Zhejiang qalet li l-kalkolu tal-MIP offrut kien jinkludi l-prezz ta’ referenza tal-materja prima użata għall-kalkolu tal-MIP għall-ewwel trimestru, li kien għadu mhux magħruf, peress li l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja, u b’hekk ma ġiex ikkalkolat MIP konkret fl-offerta għal impenn. Barra minn hekk, il-metodu ta’ kalkolu tal-MIP kien ibbażat fuq il-metodu tal-kalkolu ta’ valur normali, li huwa adegwat sabiex jelimina l-effett dannuż tad-dumping. Il-parti oġġezzjonat ukoll għall-konklużjoni tar-riskju ta’ kumpens inkroċjat ikkawżat minn tipi differenti tal-prodott, peress li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti (bħall-klassi tas-saħħa) jistgħu jiġu indikati fuq id-dokumenti tal-esportazzjoni (fatturi, kuntratti, eċċ.) u t-tipi tal-prodott esportati minn Zhejiang mhumiex ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM kollha li jkopru l-prodott taħt investigazzjoni. Fl-aħħar nett, ir-raġunijiet rigward kumpaniji relatati u esportazzjonijiet mhux tal-prodott ikkonċernat mhumiex ġustifikati għaċ-ċaħda tal-offerta għal impenn, minħabba li Zhejiang ma għandhiex kumpaniji relatati, se ssegwi strettament ir-rekwiżit li ma tbigħx xi tip ieħor ta’ prodotti manifatturati jew kummerċjalizzati minnha lill-istess klijent li lilu tbigħ il-prodott kopert mill-impenn u l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-impenn mill-Kummissjoni huwa effettiv biżżejjed. |
|
(587) |
Bi tweġiba għal dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni tinnota fir-rigward tal-ispeċifiċità tal-prodott, kif stabbilita hawn fuq, li huwa kkaratterizzat minn numru konsiderevoli ta’ tipi tal-prodott, bi prezzijiet differenti b’mod sinifikanti u b’xi karatteristiċi li ma jistgħux jingħarfu faċilment mal-importazzjoni. Anki jekk l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti jkunu indikati fuq id-dokumenti tal-esportazzjoni jew tipi speċifiċi tal-prodott jiġu importati taħt kodiċijiet TARIC speċifiċi, l-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru ma jkunux jistgħu jiddistingwu faċilment tip tal-prodott minn ieħor waqt spezzjoni fiżika. Filwaqt li xi partijiet ikkonċernati qalu li llimitaw it-tipi tal-prodott koperti mill-offerta għal impenn tagħhom, jew jipproduċu biss numru limitat tat-tipi tal-prodott koperti mill-offerta għal impenn, dan xorta jfisser li dawn il-partijiet jistgħu jbigħu jew eventwalment jipproduċu tipi oħrajn tal-prodott taħt l-investigazzjoni minbarra t-tipi inklużi fl-offerta għal impenn tagħhom. Għalhekk, ir-riskju ta’ kumpens inkroċjat bejn it-tipi differenti tal-prodotti jibqa’ validu għal dawn il-partijiet kollha. |
|
(588) |
Barra minn hekk, il-varjetà tal-karatteristiċi tal-prodott tagħmilha prattikament impossibbli li jiġu stabbiliti l-prezzijiet minimi għal kull tip tal-prodott li jkun sinifikattiv u li jista’ jiġi mmonitorjat kif xieraq mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri mal-importazzjoni. Dan huwa appoġġat fl-offerta għal impenn minn produttur esportatur wieħed, li skont din l-ogħla MIP offrut għal tip tal-prodott partikolari kien aktar minn mitt darba ogħla mill-MIP l-aktar baxx offrut. Fl-aħħar nett, anki jekk l-MIPs offruti kienu adegwati sabiex jeliminaw l-effett dannuż tad-dumping, kif stabbilit fil-premessa hawn fuq, ma setgħux jiġu mmonitorjati kif xieraq mill-Kummissjoni minħabba l-varjetà tal-karatteristiċi tal-prodott taħt investigazzjoni, li jimplika r-riskju li dawn il-partijiet jistgħu jbigħu jew eventwalment jipproduċu tipi oħrajn tal-prodott taħt investigazzjoni għajr it-tipi inklużi fl-offerta għal impenn tagħhom. |
|
(589) |
Fir-rigward tal-istruttura tal-kumpaniji u tal-fatturat tagħhom inklużi prodotti oħrajn għajr il-prodott ikkonċernat, li jimplika riskju għoli ta’ kumpens inkroċjat, anki jekk il-partijiet jimpenjaw ruħhom li jsegwu r-rekwiżiti tal-offerta għal impenn jew li jadattaw ix-xejriet tal-bejgħ tagħhom għal kumpanija relatata waħda, jibqa’ r-riskju ta’ kumpens inkroċjat. Il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tissorvelja u tiżgura l-konformità mal-impenn tal-bejgħ tal-prodott mhux kopert minn dawn l-impenji. L-istess argument japplika fir-rigward ta’ kumpens inkroċjat potenzjali fi ħdan il-grupp ta’ kumpaniji. Dan jagħmel l-offerti għal impenn proposti kollha imprattikabbli. |
|
(590) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li l-offerti għal impenn ma kinux infurzabbli u, għalhekk, mhux prattiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku, u, għalhekk, ċaħdet l-offerti kollha. |
8. IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TA’ MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(591) |
Kif iddikjarat fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina miċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ reġistrazzjoni fid-dawl tal-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ kwalunkwe miżura anti-dumping skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(592) |
Skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku, id-dazji jistgħu jiġu imposti retroattivament fuq prodotti li ddaħħlu għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji. Il-Kummissjoni tosserva li, f’dan il-każ, ma ġewx imposti miżuri proviżorji. |
|
(593) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li waħda mill-kundizzjonijiet legali taħt l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku mhijiex issodisfata u, għalhekk, jenħtieġ li ma jiġux imposti dazji b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati. Għalhekk, jenħtieġ li titwaqqaf ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. |
|
(594) |
L-EIFI kkontesta li l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji tkun kundizzjoni legali sabiex jiġu imposti dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku filwaqt li afferma li dan ma jelenkax tali kundizzjoni speċifikament. L-EIFI rrefera wkoll għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali (T-749/16 Stemcor) u tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO (US- Hot-Rolled Steel) li allegatament tikkonferma l-fehma tiegħu. Għalhekk, l-EIFI talab li jenħtieġ li l-miżuri anti-dumping definittivi jiġu imposti retroattivament għal perjodu ta’ 9 xhur. L-EFDA u żewġ importaturi ma qablux ma’ din il-fehma u argumentaw li l-kundizzjonijiet legali għall-impożizzjoni retroattiva tad-dazji ma ġewx issodisfati, peress li ma ġiet imposta l-ebda miżura proviżorja. Importatur minnhom argumenta li ma kellhomx jiġu imposti dazji b’mod retroattiv, peress li dan ikun f’kuntrast mal-prinċipju legali tal-aspettattiva leġittima. |
|
(595) |
Il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali u tad-WTO ċċitata mill-EIFI ma tappoġġax l-interpretazzjoni tiegħu li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji mhijiex kundizzjoni għall-ġbir retroattiv tad-dazji. Iż-żewġ każijiet huma limitati għall-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet sostantivi meħtieġa għall-ġbir retroattiv tad-dazji stabbiliti rispettivament fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku u fl-Artikolu 10.6 tal-Ftehim Anti-dumping tad-WTO. Is-sitwazzjoni fattwali sottostanti hija differenti wkoll fiż-żewġ każijiet, meta, għall-kuntrarju tal-investigazzjoni kurrenti, ġew imposti dazji proviżorji u, għalhekk, il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji ma ġietx indirizzata. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(596) |
Wara d-divulgazzjoni finali l-EIFI tenna li d-dazji jenħtieġ li jiġu imposti retroattivament, u qal li l-kundizzjonijiet legali kollha skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji ma kinitx kriterju skont dak l-istess Artikolu. Ma ġie pprovdut l-ebda argument ieħor b’appoġġ għal din id-dikjarazzjoni li, għalhekk, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (595), ġiet miċħuda. |
9. MIŻURI DEFINITTIVI
|
(597) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-elementi tal-irbit li joriġinaw miċ-Ċina f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. Jenħtieġ li l-ammont tad-dazju jiġi stabbilit fil-livell tal-aktar marġni baxx tad-dumping u tad-dannu. |
|
(598) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping definittiv, espressi bil-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġejjin:
|
|
(599) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma rriflettew is-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping. |
|
(600) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(601) |
Produttur esportatur minnhom talab li jingħata status ta’ esportatur ġdid u li ma jiġix ittrattat b’mod differenti mill-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni. Dan il-produttur esportatur argumenta li, għalkemm ma kienx jesporta l-prodott ikkonċernat matul il-PI, beda jesportah ftit wara, jiġifieri f’Lulju 2020. |
|
(602) |
Billi dan ir-Regolament jipprevedi espliċitament fl-Artikolu 2 il-bażi ġuridika u l-proċedura li għandhom jiġu segwiti sabiex produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jiżdiedu mal-Anness ta’ dan ir-Regolament, din it-talba ġiet miċħuda bħala prematura. |
|
(603) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet sabiex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(604) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(605) |
Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, imsemmijin fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni sabiex id-dazju medju ponderat impost fuq dawn il-kumpaniji tal-aħħar jiġi applikat għal kwalunkwe esportatur ġdid li, altrimenti, ikun intitolat għal rieżami skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. |
9.1. Klawżola speċjali ta’ monitoraġġ
|
(606) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(607) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, saħansitra jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jenħtieġ li, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-tbaħħir, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(608) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet sabiex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(609) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EIFI qal li l-monitoraġġ tal-miżuri kellu jiġi estiż għall-importazzjonijiet kollha tal-produtturi esportaturi kollha. Il-monitoraġġ ma kellux jinkludi biss il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet, iżda wkoll il-prodotti esportati lejn l-Unjoni. L-EIFI rrefera għal prattiki ta’ ċirkomvenzjoni tal-imgħoddi u għall-firxa wiesgħa ta’ dazji applikabbli għall-importazzjonijiet miċ-Ċina b’appoġġ tal-pretensjoni tiegħu. |
|
(610) |
L-EIFI ma ssostanzjax aktar dak li qal. Il-Kummissjoni tqis li sistema ta’ monitoraġġ kif deskritta fil-premessa (608) tiggarantixxi biżżejjed li l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni jiġu skoperti fil-ħin sabiex jiġu kontrobilanċjati, jekk ikun xieraq. Għaldaqstant, l-allegazzjoni li saret f’dan ir-rigward ġiet miċħuda. |
10. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(611) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (90), meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jkollu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(612) |
Fis-16 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (id-“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand diversi produtturi esportaturi, il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea, is-CCCME, l-EFDA, l-EIFI, żewġ importaturi u produttur wieħed tal-Unjoni tal-konnessjonijiet tal-injam strutturali. |
|
(613) |
Fl-14 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet interessati b’divulgazzjoni finali addizzjonali li fuq il-bażi tagħha kien biħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand l-EFDA. |
|
(614) |
Wara d-divulgazzjoni finali u d-divulgazzjoni finali addizzjonali, il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu skont id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 5.7 tan-Notifika ta’ bidu. Saru seduti ta’ smigħ ma’ diversi produtturi esportaturi, mal-EFDA, mas-CCCME, mal-Missjoni Ċiniża għall-Unjoni Ewropea, ma’ żewġ importaturi u ma’ produttur wieħed tal-Unjoni ta’ konnessjonijiet tal-injam strutturali u mal-EIFI. Barra minn hekk, saru tliet seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta, waħda mal-produttur esportatur fil-kampjun Jiangsu Yongyi Fastener Co., Ltd. (“Jiangsu”), waħda mas-CCCME u waħda mal-EIFI. |
|
(615) |
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar, għajr tal-azzar inossidabbli, jiġifieri viti tal-injam (esklużi coach screws), viti self-tapping, viti oħrajn u boltijiet bl-irjus (bl-iskorfini jew bil-woxers tagħhom jew mingħajrhom, iżda esklużi viti u boltijiet għall-irbit ta’ materjal tal-kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija), u woxers li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM 7318 12 90, 7318 14 91, 7318 14 99, 7318 15 58, 7318 15 68, 7318 15 82, 7318 15 88, ex 7318 15 95 (kodiċijiet TARIC 7318159519 u 7318159589), ex 7318 21 00 (kodiċijiet TARIC 7318210031, 7318210039, 7318210095 u 7318210098) u ex 7318 22 00 (kodiċijiet TARIC 7318220031, 7318220039, 7318220095 u 7318220098).
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Kumpanija |
Rata tad-dazju anti-dumping definittiv (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Jiangsu Yongyi Fastener Co., Ltd. |
22,1 |
C856 |
|
Ningbo Jinding Fastening Piece Co., Ltd. |
46,1 |
C857 |
|
Wenzhou Junhao Industry Co., Ltd. |
48,8 |
C858 |
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness |
39,6 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
86,5 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz tagħha) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun.
Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
|
(a) |
ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020); |
|
(b) |
mhuwiex relatat ma’ esportatur jew ma’ produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u |
|
(c) |
li effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
Artikolu 3
1. B’dan, l-awtoritajiet doganali huma ordnati ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/970 li, b’dan, huwa mħassar.
2. L-ebda dazju anti-dumping definittiv mhu se jiġi impost b’mod retroattiv għall-importazzjonijiet irreġistrati.
3. Id-data miġbura f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/970 ma għandhiex tibqa’ tinżamm.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-16 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU C 442, 21.12.2020, p. 6.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/970 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti molol tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġett għar-reġistrazzjoni (ĠU L 214, 17.6.2021, p. 53).
(4) Ara r-Rapport tal-Bord tad-WTO, European Communities - Definitive Anti-Dumping Measures on Certain Iron or Steel Fasteners from China, WT/DS397/R, it-3 ta’ Diċembru 2010, para. 7.453.
(5) Il-para. 579.
(6) Dan il-kwestjonarju kif ukoll dawk għall-produtturi, għall-importaturi u għall-utenti tal-Unjoni kienu disponibbli fuq http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?ref=ong&id=2504&sta=1&en=20&page=1&c_order=date&c_order_dir=Down
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2009 tal-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importi ta’ diski kompatti li wieħed jista’ jirrekordja fuqhom li joriġinaw fit-Tajwan (ĠU L 160, 18.6.2002, p. 2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1412/2002 tad-29 ta’ Lulju 2002 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ħjut tal-filament imsawrin tal-poliester (PTY) li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 205, 2.8.2002, p. 50).
(9) Ibid.
(10) In-Notifika dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(11) Wieħed minn dawn l-importaturi kien ukoll produttur ta’ viti tal-injam strutturali fl-Unjoni.
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 964/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 282, 28.10.2010, p. 1).
(13) Attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 7318 12 90. Il-kodiċijiet NM jingħataw biss għall-fini ta’ informazzjoni.
(14) EDA 130118-01-0603. L-EDA hija speċifikazzjoni teknika armonizzata żviluppata mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjonijiet Tekniċi (EOTA) bħala l-bażi għall-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej (ETAs)
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 602/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 163, 23.6.2011, p. 8).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012 tal-4 ta’ Ottubru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 275, 10.10.2012, p. 1).
(17) Dun & Bradstreet, https://globalfinancials.com/index-admin.html
(18) Il-kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 għall-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(19) Kg ta’ elementi tal-irbit prodotti għal kull impjegat.
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3).
(21) Ara l-premessi 149-150 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 158-159 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.
(22) Ara l-premessi 115-118 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 122-127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508
(23) Ara l-premessi 119-122 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 128-132 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508: Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar, u l-fornituri tal-inputs tagħhom.
(24) Ara l-premessi 123-129 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 133-138 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.
(25) Ara l-premessi 130-133 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 139-142 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.
(26) Ara l-premessi 134-135 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 143-144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.
(27) Ara l-premessi 136-145 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 145-154 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.
(28) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2
(29) TISCO, “Company profile”, http://en.tisco.com.cn/CompanyProfile/20151027095855836705.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)
(30) Baowu, “Company profile”, http://www.baowugroup.com/en/contents/5273/102759.html (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021)
(31) Ir-Rapport – Il-Kapitolu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.
(32) Disponibbli fuq:
www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021); https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021), u
www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(33) Disponibbli fuq http://www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021) u http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(34) Kif kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009. Ara r-rapport ta’ Beijing steel, p. 58, u s-sehem ta’ maġġoranza akkwistat ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju 2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(35) http://www.fastener-cn.net/reception/association/constitution.jsp
(36) http://www.fastener-cn.net/reception/association/constitution.jsp
(37) http://www.afastener.com/news/detail-1795.html
(38) https://www.cnjxol.com/54/202006/t20200616_631931.shtml
(39) Ara https://www.miit.gov.cn/cms_files/filemanager/oldfile/miit/n973401/n5082759/n5084605/c7592204/part/7592209.pdf, il-paġna 55 li telenka l-elementi tal-irbit b’saħħithom
(40) Ara http://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf, il-paġna 29
(41) http://www.haiyan.gov.cn/art/2019/12/6/art_1512856_40973400.html
(42) http://www.jgjzh.com/html/news/xxdt/2020/0426/625.html
(43) Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.
(44) L-Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar.
(45) Ir-Rapport, il-Kapitolu 14, p. 347.
(46) It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), disponibbli fuq
https://en.ndrc.gov.cn/newsrelease_8232/201612/P020191101481868235378.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(47) Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 349.
(48) Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 352.
(49) Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) (l-Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.
(50) http://www.haiyan.gov.cn/art/2019/12/6/art_1512856_40973400.html
(51) http://www.jgjzh.com/html/news/xxdt/2020/0426/625.html
(52) Ara l-premessi 134-135 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 143-144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.
(53) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2020) 242 final, 22.10.2020, disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/october/tradoc_158997.pdf.
(54) World Bank Open Data – Upper Middle Income - https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income
(55) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
(56) https://disclosure.bursamalaysia.com/FileAccess/apbursaweb/download?id=203916&name=EA_DS_ATTACHMENTS, Annual report 2020, Report on the Audit of the Financial Statements, p. 54.
(57) https://disclosure.bursamalaysia.com/FileAccess/apbursaweb/download?id=203916&name=EA_DS_ATTACHMENTS, Annual report 2020, Report on the Audit of the Financial Statements, p. 10.
(58) Referenza tad-dokument t21.003886 tas-17/05/2021.
(59) Bangkok Fastenings Co. Ltd., Topy Fasteners (Thailand) Ltd, Thai Sin Metal Industries Co. Ltd., S.J Screwthai Co. Ltd., Sangthong Salakphan Co. Ltd.
(60) Speċifiku għall-kumpanija u fuq il-bażi tal-konsum rispettiv fl-eqqel sigħat u fis-sigħat kwieti.
(61) L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(62) http://www.nso.go.th/sites/2014en/Pages/Statistical%20Themes/Population-Society/Labour/Labour-Force.aspx
(63) https://home.kpmg/xx/en/home/insights/2011/12/thailand-other-taxes-levies.html
(64) http://www.mea.or.th/en/profile/109/114
(65) https://www.bot.or.th/English/MonetaryPolicy/MonetPolicyComittee/MPR/Monetary%20Policy%20Report/MPR_EN_March2020.pdf p. 19.
(66) http://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static
(67) https://www.convert-me.com/en/convert/energy/mcmsgas/mcmsgas-to-toe.html?u=toe&v=8452000
(68) https://en.pwa.co.th/contents/service/table-price
(69) Is-sottomissjoni t21.000687.
(70) Is-sottomissjoni ta’ Ningbo Jinding tas-6 ta’ April 2021, t21.003137.
(71) Bażi tad-data Orbis, ipprovduta minn Bureau Van Dijk (https://orbis.bvdinfo.com).
(72) http://www.topy.co.th/product_Washers.php
(73) L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigħat tax-Xogħol (Industrija), 1919 (Nru 1).
(74) http://www.mea.or.th/en/profile/109/114
(75) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2009.
(76) WTO Panel Report, US – Anti-Dumping and Countervailing Duties (Korea), para. 7.36. u WTO Panel report, Kanada – Welded Pipe, para. 7.132 – 7.144.
(77) In-Nota għall-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati fuq il-kampjun tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, t21.000202.
(78) Il-livell 3 jew ogħla tal-Proċess ta’ Approvazzjoni tal-Parti tal-Produzzjoni (“PPAP”) u tal-Approvazzjoni tal-Proċess tal-Produzzjoni u tal-Produzzjoni (“PPA”) użat fl-industrija tal-karozzi.
(79) Ir-rapport tal-Korp tal-Appell, US – Hot-Rolled Steel, il-para. 204.
(80) Ir-rapport tal-Korp tal-Appell, China – HP-SSST, il-para. 5.211.
(81) Il-Kawża T-254/18, CCCME vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tad-19 ta’ Mejju 2021, ECLI:EU:T:2021:278, il-punt 377. Ara wkoll, il-Kawża T-35/01, Shanghai Teraoka Electronic vs Il-Kunsill, is-sentenza tat-28 ta’ Ottubru 2004, EU:T:2004:317, u l-Kawża T-500/17, Hubei Xinyegang Special Tube vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tal-24 ta’ Settembru 2019, EU:T:2019:691.
(82) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/278 tal-26 ta’ Frar 2016 li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 52, 27.2.2016, p. 24)
(83) https://www.schraubenverband.de/downloads. Taħt it-taqsima “Vormaterial”: statistiki disponibbli pubblikament dwar l-evoluzzjoni tal-prezz tal-vireg tal-wajer mill-2008 sal-2021 (ara ċ-ċart) u matul l-aħħar 12-il xahar (ara t-tabella taħt il-grafika).
(84) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2009.
(85) HIS Markit Inc https://ihsmarkit.com/index.html u A2Mac1 https://portal.a2mac1.com/
(86) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/278.
(87) Data disponibbli sa Lulju 2021
(88) Sors Eurostat: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2013/december/tradoc_151969.pdf
(89) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2009.
(90) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
ANNESS
Produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Anhui Goodlink Fastener Co., Ltd |
C859 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Beijing Jinzhaobo High Strength Fastener Co., Ltd. |
C767 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
LIAOCHENG BSC METAL |
C768 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Celo Suzhou Precision Fasteners Co. Ltd |
C769 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Changshu City Standard Parts Factory Co., Ltd. |
C770 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
CHENGLONG TECHNOLOGY (JIAXING) CO., LTD. |
C771 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
EC International (Nantong) Co., Ltd. |
C772 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
FASTWELL METAL PRODUCTS CO.,LTD |
C773 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Finework (Hunan) New Energy Technology Co.,Ltd |
C774 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
FRÖTEK Plastic Technology(Wuxi) CO., LTD |
C775 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Haining Hisener Trade Co., Ltd |
C776 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
HAINING JINJIE METAL CO.,LTD |
C778 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
HAIYAN BOOMING FASTENER CO.,LTD. |
C779 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Haiyan C&F Fittings Co.,LTD |
C780 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
HAIYAN GUANGDA HARDWARE CO., LTD. |
C781 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Haiyan Jiamei Hardware Manufacturing And Tech. Co., Ltd |
C782 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Haiyan Shangxin Standarf Parts Co., Ltd |
C783 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
HAIYAN TIANQI STANDARD PARTS CO., LTD. |
C784 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Haiyan Wancheng Fasteners Co., Ltd. |
C785 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
HAIYAN XINGLONG FASTENER CO., LTD |
C786 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
HAIYAN YIHUI HARDWARE TECHNOLOGY CO.,LTD |
C787 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
HAIYAN YOUSUN ENTERPRISE CO., LTD |
C788 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
HANDAN HAOSHENG FASTENER CO., LTD. |
C789 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
HILTI (CHINA) LTD |
C790 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jia Xing Tai Cheng Aoto Parts Co., Ltd |
C791 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiashan Chaoyi Fastener Co.,Ltd |
C792 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIASHAN GIANT IMP.&EXP.TRADE CO.,LTD |
C793 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiashan Sanxin Fastener Company Limited |
C794 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiashan United Oasis Fastener Co.,Ltd |
C795 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIASHAN WEIYUE FASTENER CO.,LTD |
C796 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiashan Xiaohai Metal Products Factory |
C797 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIASHAN YONGXIN FASTENER CO., LTD |
C798 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIAXING CHENGFENG METAL PRODUCTS CO.,LTD |
C799 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIAXING H.J TECH INDUSTRY LIMITED |
C800 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiaxing Huanhuan Tong Plastic Industry Co., LTD |
C801 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIAXING KINFAST HARDWARE CO., LTD. |
C802 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIAXING LONGSHENG HARDWARE CO.,LTD |
C803 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiaxing Shangxiang Import and Export Co., LTD |
C804 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIAXING SULATER AUTO PARTS CO.,LTD. |
C805 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIAXING TAIXIN AUTO PARTS MANUFACTURING CO.,LTD |
C806 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiaxing Victor Screw Co.,Ltd |
C807 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIAXING ZHENGYING HARDWARE CO.,LTD |
C808 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jinan Huayang Fastener Co., Ltd |
C809 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JINAN STAR FASTENER CO., LTD |
C810 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Lianyungang Suli Hardware Technology Co., Ltd. |
C811 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
NEDSCHROEF FASTENERS (KUNSHAN) CO., LTD. |
C812 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
NEW STARWDH INDUSTRIAL CO.,LTD |
C813 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Dongxin High-Strength Nut Co., Ltd. |
C814 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Economic & Technical Development Zone Yonggang Fasteners Co., Ltd. |
C815 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Haixin Hardware Co., Ltd. |
C816 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
NINGBO LEMNA PRODUCT TECHNOLOGY CO.,LTD. |
C817 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Minda Machinery & Electronics Co., Ltd. |
C818 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Nanjubaoge Fastener Manufacturing Co. Ltd |
C819 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Ningli High-Strength Fastener Co., Ltd |
C820 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Shengtai Fastener Technology Co., Ltd |
C821 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Taida Hezhong Fastener Manufacture Co., Ltd. |
C822 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Zhenghai Yongding Fastener Co., Ltd. |
C823 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
NINGBO ZHONGBIN FASTENER MFG. CO., LTD |
C824 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Zhongjiang High Strength Bolts Co., Ltd. |
C825 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
OK TECH CO., LTD |
C826 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
PINGHU OTEBAY HARDWARE PRODUCT CO.LTD |
C827 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Pinghu Sanjiaozhou Lubricant Co., Ltd. |
C828 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Pol Shin Fastener (Zhejiang) Co., Ltd |
C829 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
QIFENG PRECISION INDUSTRY SCI-TECH CORP. |
C830 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shanghai Autocraft Co.,Ltd. |
C831 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANGHAI CHAEN CHIA FASTENERS CO.,LTD. |
C832 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANGHAI EAST BEST FOREIGN TRADE CO.,LTD. |
C833 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shanghai Chunri New Energy Technology Co., Ltd., |
C777 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shanghai Rongdun Industry Co., Ltd. |
C834 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shanghai Galgem Hardware Company Limited |
C835 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shanghai High-Strength Bolts Plant |
C836 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANGHAI MOREGOOD HARDWARE CO., LTD. |
C837 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shanghai Yueda Nails Co., Ltd. |
C838 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SSF INDUSTRIAL CO., LIMITED |
C839 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Suzhou Escort Hardware Manufacturing Co. Ltd |
C840 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Suzhou Hongly Hardware Co., Ltd |
C841 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Suzhou Litto Fastener Co., Ltd |
C842 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Suzhou YNK Fastener Co., Ltd. |
C843 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Yantai Agrati Fasteners Ltd. |
C844 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
YUYAO ALFIRSTE HARDWARE CO.,LTD |
C845 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Yuyao Zhenrui Metal Co., Ltd |
C846 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ZHE JIANG WORLD WIN FASTENER CO., LTD |
C847 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Zhejiang Channov Auto Parts Co., Ltd |
C848 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ZHEJIANG CHAOBOER HARDWARE CO., LTD |
C849 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ZHEJIANG DONGHE MACHINERY TECHNOLOGY CORPORATION LIMITED |
C850 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Zhejiang Excellent Industries Co. Ltd |
C851 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ZHEJIANG MS TECHNOLOGY CO.,LTD. |
C852 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ZHEJIANG NEW SHENGDA FASTENER CO., LTD. |
C853 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ZheJiang RuiZhao Technology Co.,Ltd. |
C854 |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Zhejiang Tianyuan Metal Products Co.,Ltd |
C855 |