7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/159

tal-4 ta’ Frar 2022

li japprova s-sustanza attiva b’riskju baxx, il-Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) flimkien mal-Artikolu 22(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fis-26 ta’ Ġunju 2017, Danstar Ferment AG u Comercial Quimica Masso ressqu applikazzjoni lil Franza għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament, fl-1 ta’ Diċembru 2017 Franza, fil-kariga tagħha ta’ Stat Membru relatur, għarrfet lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) bl-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

(3)

Fil-15 ta’ Mejju 2019 l-Istat Membru relatur ippreżenta abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni lill-Kummissjoni b’kopja lill-Awtorità, li kkonkluda li s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45 tista’ tiġi mistennija tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità ffissat ukoll il-limitu taż-żmien li fih l-applikant kellu jibgħat aktar informazzjoni lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

(5)

Fil-Konklużjoni tagħha, li ntbagħtet lill-applikanti, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, wara li sar rieżami bejn il-pari skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità kienet tal-fehma li s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45 tista’ tkun mistennija li tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità ppubblikat il-konklużjoni tagħha (2).

(6)

Bejn il-21 u t-22 ta’ Ottubru 2021 il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tar-rieżami dwar is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45 u abbozz ta’ dan ir-Regolament dwar il-Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(7)

L-applikanti ngħataw l-opportunità li jressqu il-kummenti tagħhom dwar ir-rapport tar-rieżami.

(8)

Rigward użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, eżaminata u ddettaljata fir-rapport tar-rieżami, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati.

(9)

Billi l-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45 huwa sustanza attiva b’riskju baxx, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u billi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza huma mistennija li jippreżentaw biss riskju baxx għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u għall-ambjent, jista’ jiġi approvat għaż-żmien ta’ 15-il sena. Ma ġewx identifikati oqsma ta’ tħassib għall-bnedmin, għall-annimali u għall-ambjent.

(10)

Il-Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45 huwa mikroorganiżmu li jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-punt 5.2 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. Għaldaqstant jixraq li l-Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45 jiġi approvat bħala sustanza b’riskju baxx.

(11)

F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza IT-45, kif speċifikata fl-Anness I hija approvata.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)

(2)  Conclusion on the Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Bacillus amyloliquefaciens strain IT-45. EFSA Journal 2021;19(5):6594 https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6594.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Bacillus amyloliquefaciens

IT-45

ma japplikax

Il-kontenut nominali ta’ Bacillus amyloliquefaciens IT-45 fil-prodott tekniku u fil-formulazzjoni huwa: minimu ta’: 2 x 1013 CFU/kg, massimu ta’: 6 x 1014 CFU/kg.

Ma fihx impuritajiet relevanti

Is-27 ta’ Frar 2022

Is-27 ta’ Frar 2037

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi skont kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-rieżami dwar il-Bacillus amyloliquefaciens IT-45.


(1)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport tar-rieżami.


ANNESS II

Fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

35

Bacillus amyloliquefaciens IT-45

ma japplikax

Il-kontenut nominali ta’ Bacillus amyloliquefaciens IT-45 fil-prodott tekniku u fil-formulazzjoni huwa: minimu ta’: 2 x 1013 CFU/kg, massimu ta’: 6 x 1014 CFU/kg.

Ma fihx impuritajiet relevanti

Is-27 ta’ Frar 2022

Is-27 ta’ Frar 2037

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-rieżami dwar il-Bacillus amyloliquefaciens IT-45.


(1)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport tar-rieżami.”