|
4.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/5 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/148
tat-3 ta’ Frar 2022
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 (2) jagħti effett lill-miżuri restrittivi adottati fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2615 (2021) (UNSCR 2615 (2021)). Dik ir-Riżoluzzjoni tintroduċi b’mod partikolari eżenzjoni ġdida għall-miżuri restrittivi għall-assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fl-Afganistan. |
|
(3) |
Fit-3 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/153 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2011/486/PESK f’konformità mal-UNSCR 2615 (2021). |
|
(4) |
Dawk l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 753/2011 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 753/2011, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġu żgurati t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet umani bażiċi fl-Afganistan jew biex jiġu appoġġjati tali attivitajiet.”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/153 tat-3 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (ara paġna 17 tal-Ġurnal Uffiċjali).