|
2.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/141
tal-21 ta’ Jannar 2022
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-karbonati tas-sodju (E 500) u tal-karbonati tal-potassju (E 501) fiċ-ċefalopodi mhux ipproċessati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), b’inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni minn Stat Membru jew minn xi parti interessata. |
|
(3) |
F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-karbonati tas-sodju (E 500) u l-karbonati tal-potassju (E 501) huma awtorizzati għall-użu bħala addittivi tal-ikel f’varjetà wiesgħa ta’ ikel fil-livelli quantum satis. Fost l-oħrajn, huma awtorizzati għall-użu fil-kategorija tal-ikel 9.2. “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inkluż molluski u krustaċji”. |
|
(4) |
Fid-9 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-karbonati tas-sodju (E 500) u tal-karbonati tal-potassju (E 501) fiċ-ċefalopodi mhux ipproċessati. |
|
(5) |
Il-karbonati għandhom effett simili bħall-aċidu fosforiku — fosfati — di-, tri- u polifosfati (E 338-452), li bħalissa huma awtorizzati għall-molluski u l-krustaċji ffriżati u ffriżati f’temperatura baxxa ħafna, fir-rigward tad-dehra taċ-ċefalopodi. Il-proċess tal-manifattura taċ-ċefalopodi jinvolvi trattament ta’ immersjoni f’banjijiet li jkun fihom dissoluzzjoni ta’ melħ, ċitrati u karbonati f’konċentrazzjoni massima ta’ 3% biex tiġi regolata l-aċidità tal-banju għal jumejn jew tlieta. Ir-riżultat huwa l-idratazzjoni, bidla fil-konsistenza u s-sawra tal-prodott, u ż-żamma tal-kulur. Wara l-fwar, iċ-ċefalopodi ttrattati bil-karbonati u ċ-ċitrati jkollhom proprjetajiet organolettiċi aħjar, fosthom laħam aktar artab, togħma aħjar u kulur aktar ċar miċ-ċefalopodi trattati biċ-ċitrati biss Mill-evalwazzjoni sensorjali mwettqa mill-applikant jirriżulta li l-użu propost tal-karbonati tas-sodju (E 500) u l-karbonati tal-potassju (E 501) bħala regolaturi tal-aċidità minflok il-fosfati, itejjeb il-proprjetajiet organolettiċi taċ-ċefalopodi u l-perċezzjoni tal-konsumatur dwaru. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni aktarx ma jkunx iħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. |
|
(7) |
Is-sikurezza tal-karbonat tas-sodju (E 500) u tal-karbonat tal-potassju ġiet evalwata fl-1990 mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, li stabbilixxa l-konsum Aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) bħala “mhux speċifikat” (3). It-terminu “mhux speċifikat” ifisser li, abbażi tad-data tossikoloġika, bijokimika u klinika disponibbli, id-doża aċċettabbli ta’ kuljum tas-sustanza, li tittieħed mill-preżenza naturali tagħha fl-ikel u mill-użu jew l-użi attwali tagħha fl-ikel fil-livelli meħtieġa biex jinkiseb l-effett teknoloġiku mixtieq, mhix periklu għas-saħħa. Fid-dawl ta’ dak, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ prijoritajiet speċifiċi għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-karbonati tas-sodju (E 500) u tal-karbonati tal-potassju (E 501) skont il-programm għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi tal-ikel stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 (4), il-Kummissjoni jidhrilha li l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-karbonati tas-sodju (E 500) u tal-karbonati tal-potassju (E 501) bħala regolaturi tal-aċidità fuq iċ-ċefalopodi mhux ipproċessati tikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li mhix mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem u għalhekk ma hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jixraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-karbonati tas-sodju (E 500) u tal-karbonati tal-potassju (E 501) bħala regolaturi tal-aċidità fil-kategoriji tal-ikel “09.1.2 “Molluski u krustaċji mhux ipproċessati”” fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fil-livell quantum satis għaċ-ċefalopodi. Għar-raġunijiet tar-restrizzjoni tal-użu tal-fosfati għall-molluski u l-krustaċji ffriżati u ffriżati f’temperatura baxxa ħafna, l-użu tal-karbonati tas-sodju (E 500) u tal-karbonati tal-potassju (E 501) bħala alternattivi għall-fosfati fiċ-ċefalopodi mhux ipproċessati jenħtieġ li jkun ristrett għaċ-ċefalopodi ffriżati u ffriżati f’temperatura baxxa ħafna mhux ittrattati bl-aċidu fosforiku — fosfati — di-, tri- u polifosfati (E 338-452). |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Reports of the Scientific Committee for Food, Twenty-fifth series, 1991, p. 13 (https://ec.europa.eu/food/system/files/2020-12/sci-com_scf_reports_25.pdf).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19).
ANNESS
Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:
|
(i) |
fil-kategorija tal-ikel 09.1.2 “Molluski u krustaċji mhux ipproċessati” jiddaħħlu l-entrati li ġejjin wara l-entrata għal E 385, Etilendiamminatetraaċetat tal-kalċju disodiku (EDTA tal-kalċju disodiku):
|
|
(ii) |
wara n-nota (90) ta’ qiegħ il-paġna tiżdied din in-nota (95) ta’ qiegħ il-paġna li ġejja:
|