28.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/113
tas-27 ta’ Jannar 2022
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011. |
(2) |
Abbażi ta’ reviżjoni, jenħtieġ li l-informazzjoni fl-Anness I għal dak ir-Regolament rigward id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet tiġi emendata għal tliet persuni, u jenħtieġ li l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina tiġi emendata għal seba’ persuni. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
ANNESS
Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif ġej:
(i) |
l-entrati li ġejjin fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2” huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(ii) |
Fl-entrati li ġejjin fit-Taqsima B, “Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina”, taħt l-intestatura “Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”, jiżdiedu s-sentenzi finali li ġejjin:
|