31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/165


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/110

tas-27 ta’ Jannar 2022

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni li jqisu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, meta rilevanti, ir-rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), kif ukoll pariri mogħtija minn Kunsilli Konsultattivi stabbiliti għaż-żoni ġeografiċi jew l-oqsma ta’ kompetenza rilevanti u rakkomandazzjonijiet konġunti li jsiru mill-Istati Membri.

(2)

Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, li jinkludu ċerti kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, kif xieraq. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li jiżguraw stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew żona tas-sajd.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-objettiv tal-politika komuni tas-sajd (PKS) huwa li, fejn possibbli, sal-2015 tinkiseb ir-rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY) u, b’mod progressiv u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-qabdiet totali permissibbli (TACs) jiġu stabbiliti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fir-rigward tal-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati espressi waqt il-konsultazzjoni.

(5)

L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawk il-pjanijiet.

(6)

Il-pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran (“il-pjan”) ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2019. Il-pjan għandu l-għan li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirkupra l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ffissati b’mod li jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tar-rendiment massimu sostenibbli fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 fejn possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025. L-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu espressi bħala l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz iffissati skont ir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022 kif ukoll il-limiti massimi tal-qbid għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) u għall-gamblu aħmar ġgant (Aristaeomorpha foliacea) stabbiliti skont il-parir xjentifiku.

(8)

L-STECF ta parir li, sabiex jintlaħqu l-miri tal-MSY għall-istokkijiet tal-ħut tal-Punent tal-Mediterran, huma meħtieġa aktar azzjonijiet urġenti u tnaqqis sinifikanti fil-mortalità mis-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir. Għall-2022, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli tal-bastimenti tat-tkarkir, skont l-Artikolu 7(3)(b) tal-pjan, jenħtieġ li għalhekk jitnaqqas b’6 % meta mqabbel mal-linja bażi tal-2015-2017, li għandu jitnaqqas mill-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit għall-2021 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 (3) u t-tnaqqis addizzjonali tal-isforz stabbilit fil-livell tal-awtoritajiet Taljani.

(9)

L-STECF ta parir li, sabiex jintlaħqu l-miri tal-MSY għall-istokkijiet tal-ħut tal-Punent tal-Mediterran, huma meħtieġa aktar azzjonijiet urġenti, b’mod partikolari għall-ġestjoni tal-mortalità mis-sajd għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-ħut tal-qiegħ. Għall-2022, jeħtieġ li jiġi stabbilit l-isforz tas-sajd massimu permissibbli tal-bastimenti tas-sajd bil-konz, f’konformità mal-Artikolu 7(5) tal-pjan, abbażi tal-isforz tas-sajd espress bħala l-għadd ta’ jiem tas-sajd bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2017. Dan l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tas-sajd bil-konz ma għandux jippreġudika l-isforz tas-sajd massimu permissibbli li għandu jiġi stabbilit għall-2023.

(10)

Fl-2020, l-STECF ta parir li l-mortalità mis-sajd tal-gamblu blu u aħmar fis-Subżoni Ġeografiċi (GSAs) 1-5-6-7 u fiġ-GSAs 8-9-10-11 ser ikollhom jonqsu b’mod sinifikanti biex jinkiseb l-MSY sa mhux aktar tard mill-2025. Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv dwar is-Sajd (SAC) tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) ħareġ ukoll l-istess parir għall-mortalità mis-sajd tal-gamblu blu u aħmar fiġ-GSA 2. Barra minn hekk, l-STECF stima li l-bijomassa tal-gamblu blu u aħmar kienet qed tonqos. Fl-2021, l-STECF ta parir li l-mortalità mis-sajd ta’ din l-ispeċi ma nbidlitx u għalhekk huma meħtieġa aktar miżuri ta’ ġestjoni. Minħabba l-parir xjentifiku u s-sitwazzjoni tal-istokkijiet li ma nbidlux, f’konformità mal-Artikolu 7(3)(b) tal-pjan, huwa xieraq li r-reġim tal-isforz jiġi kkomplementat b’limiti massimi tal-qbid u li jiġi stabbilit limitu massimu ta’ qbid għall-gamblu blu u aħmar fiġ-GSAs 1-2-5-6-7 u limitu massimu ta’ qbid għall-gamblu blu u aħmar fiġ-GSAs 8-9-10-11.

(11)

Fl-2020, l-STECF ta parir li l-bijomassa tal-gamblu aħmar kbir fiġ-GSAs 8-9-10-11 kienet qed tonqos. Fl-2021, l-STECF ta parir li l-mortalità mis-sajd ta’ din l-ispeċi ma nbidlitx u li l-bijomassa għadha qed tonqos. Minħabba l-parir xjentifiku u s-sitwazzjoni tal-istokkijiet li ma nbidlux, f’konformità mal-Artikolu 7(3)(b) tal-pjan, huwa xieraq li r-reġim tal-isforz jiġi kkomplementat b’limiti massimi ta’ qbid u li jiġi stabbilit limitu massimu ta’ qbid speċifiku għall-gamblu aħmar kbir fiġ-GSAs 8-9-10-11.

(12)

Fit-42 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2018, GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/1 li tistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni għas-sallura Ewropea (Anguilla anguilla) fil-Baħar Mediterran (fis-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 27 tal-GFCM). Dawk il-miżuri jinkludu limiti ta’ qbid jew ta’ sforz u perijodu annwali ta’ għeluq tas-sajd ta’ tliet xhur konsekuttivi li kull Stat Membru jrid jiddefinixxi skont l-objettivi ta’ konservazzjoni mogħtija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 (4), skont il-pjan jew il-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni tiegħu għas-sallura u skont ix-xejriet temporali tal-migrazzjoni tas-sallura f’dak l-Istat Membru. Fejn il-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni li jirriżultaw fi tnaqqis ta’ sforz jew ta’ qbid ta’ mill-inqas 30 % kienu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni, jenħtieġ li l-limiti ta’ qbid jew ta’ sforz tas-sajd diġà stabbiliti u implimentati ma jinqabżux. F’konformità ma’ dik ir-Rakkomandazzjoni, jenħtieġ li l-perjodu ta’ għeluq tas-sajd japplika għall-ibħra kollha tal-Baħar Mediterran u għall-ilmijiet salmastri bħall-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni. Il-perijodu ta’ għeluq tas-sajd huwa marbut mal-opportunitajiet tas-sajd mil-lat funzjonali, peress, li mingħajru fis-seħħ, jenħtieġ li l-livelli tal-qabdiet jew tal-isforzi tas-sajd jitnaqqsu biex jiġi żgurat l-irkupru tal-istokk. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(13)

Fl-44 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM), li introduċiet livell massimu tal-qabdiet u limitu massimu għall-kapaċità tal-flotta relatat għal bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża u bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li jimmiraw għal speċijiet pelaġiċi żgħar. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(14)

Fl-44 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/6 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli bix-xbieki tat-tkarkir li jimmira għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar fil-Baħar Levantin, li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/3 (is-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM), li introduċiet l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress f’għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd. Dik ir-Rakkomandazzjoni tawlet il-miżuri eżistenti għal sena. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(15)

Fl-44 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/8 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli bix-xbieki tat-tkarkir li jimmira għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar fil-Baħar Jonju, li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/4 (is-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM), li introduċiet l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress f’għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd. Dik ir-Rakkomandazzjoni tawlet il-miżuri eżistenti għal sena. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(16)

Fl-44 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/7 dwar miżuri ta’ ġestjoni għas-sajd sostenibbli bix-xbieki tat-tkarkir li jimmira għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar fil-Fliegu ta’ Sqallija, li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/6 (is-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 tal-GFCM), li introduċiet l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress f’għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd. Dik ir-Rakkomandazzjoni tawlet il-miżuri eżistenti għal sena. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(17)

Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli għall-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM), li introduċiet reġim ta’ sforz tas-sajd u limitu massimu għall-kapaċità tal-flotta relatat għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(18)

Fl-44 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/1 dwar l-istabbiliment ta’ reġim ta’ sforz tas-sajd għall-istokkijiet ewlenin tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM), li introduċiet massimu ta’ ġranet ta’ sajd permissibbli, skont it-tip ta’ tkarkir u s-segment tal-flotta, għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(19)

Filwaqt li jitqiesu l-partikularitajiet tal-flotta Slovena u l-impatt marġinali tagħha fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar u fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ, huwa xieraq li jiġu ppreżervati x-xejriet tas-sajd eżistenti u li jiġi żgurat l-aċċess mill-flotta Slovena għal kwantità minima ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar u għal kwota minima tal-isforz tas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ.

(20)

Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/4 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar (Corallium rubrum) fil-Baħar Mediterran (is-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 27 tal-GFCM), li introduċiet l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress b’għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd, u limiti tal-ħsad għall-qroll aħmar. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(21)

Fl-44 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/4 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-paġella ħamra fil-Baħar Alboran, li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/2 (is-subżoni ġeografiċi 1, 2 u 3 tal-GFCM), li introduċiet limitu ta’ qabdiet u ta’ sforz fuq il-bażi tal-livell medju awtorizzat u eżerċitat matul il-perijodu 2010–2015. Dik ir-Rakkomandazzjoni tawlet il-miżuri eżistenti għal sena. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(22)

Fl-44 laqgħa annwali tagħha fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/11 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-użu ta’ rkaptu ankrat biex jinġemal-ħut fis-sajd għal-lampuki fil-Baħar Mediterran, li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/1 (is-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 27 tal-GFCM), li introduċiet l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress f’għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-lampuki. Dik ir-Rakkomandazzjoni tawlet il-miżuri eżistenti għal sena. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(23)

Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM). Dik ir-rakkomandazzjoni introduċiet il-Qabda Totali Permissibbli (TAC) reġjonali aġġornata u skema ta’ allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali, kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni ulterjuri, b’mod partikolari perijodu ta’ għeluq tas-sajd ta’ xahrejn u restrizzjoni fuq il-jiem tas-sajd ta’ 180 jum fis-sena. Dawn il-miżuri addizzjonali huma marbuta mil-lat funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd, peress li mingħajr dawk il-miżuri fis-seħħ, jenħtieġ li l-livell tat-TAC jitnaqqas biex jiġi żgurat l-irkupru tiegħu. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(24)

F’konformità mal-parir xjentifiku mogħti mill-GFCM, jeħtieġ li jinżamm il-livell attwali ta’ mortalità mis-sajd biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed. Għalhekk huwa xieraq li tkompli tiġi stabbilita kwota awtonoma għal dak l-istokk.

(25)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi, u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet li jkunu ngħataw waqt il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(26)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 34 ta’ dak ir-Regolament, li jittrattaw ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri jridu jużaw meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament.

(27)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li jimplimenta ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

(28)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (7) introduċa kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiġu ffissati t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Iktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal il-mekkaniżmu tal-flessibbiltà ta’ sena b’sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu ta’ ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, li xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u li twassal biex l-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet jiddeterjora, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss meta ma tintużax il-flessibbiltà ta’ sena b’sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(29)

Biex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2022. Għal raġunijiet ta’ urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara li jiġi ppubblikat.

(30)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jintużaw f’konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:

(a)

is-sallura Ewropea (Anguilla anguilla), il-qroll aħmar (Corallium rubrum) u l-lampuka (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(b);

(b)

il-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(c);

(c)

l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardina (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);

(d)

il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);

(e)

il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta’ Sqallija kif iddefinit fl-Artikolu 4(e), fil-Baħar Jonju kif iddefinit fl-Artikolu 4(f) u fil-Baħar Levantin kif iddefinit fl-Artikolu 4(g);

(f)

il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(h);

(g)

il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed, kif iddefinit fl-Artikolu 4(i).

2.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sajd rikreattiv meta dan jissemma b’mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-ebda Stat;

(b)

“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport;

(c)

“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:

(i)

fil-każ tal-attivitajiet tas-sajd li għalihom tapplika l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(ii)

fil-każ tal-attivitajiet l-oħrajn kollha tas-sajd, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk fuq perijodu ta’ sena;

(d)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;

(e)

“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu tal-qbid allokat b’mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni meta ma jkunx hemm qbil dwar TAC;

(f)

“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika;

(g)

“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, ibbażata fuq data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li r-rieżami xjentifiku jkun indika li hija ta’ kwalità tajba biżżejjed biex abbażi tagħha jingħataw pariri xjentifiċi dwar l-għażliet għall-qabdiet fil-ġejjieni;

(h)

“irkaptu biex jinġemal-ħut” (FAD) tfisser kull tagħmir ankrat li jżomm fil-wiċċ tal-baħar bl-iskop li jattira l-ħut”.

Artikolu 4

Żoni tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

(a)

“is-subżoni ġeografiċi tal-GFCM” tfisser iż-żoni ddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(b)

“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(c)

“il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(d)

“il-Baħar Adrijatiku” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(e)

“l-Istrett ta’ Sqallija” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16, tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(f)

“il-Baħar Jonju” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(g)

“il-Baħar Levantin” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(h)

“il-Baħar Alboran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 3 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(i)

“il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet tas-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

TITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

KAPITOLU I

Il-Baħar Mediterran

Artikolu 5

Sallura Ewropea

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu s-sallura Ewropea (Anguilla anguilla), jiġifieri sajd immirat, inċidentali u rikreattiv, fl-ilmijiet kollha tal-Mediterran, inkluż l-ilmijiet ħelwin u salmastri ta’ tranżizzjoni, bħal laguni u estwarji.

2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu għas-sallura Ewropea fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tal-Mediterran għal perijodu ta’ tliet xhur konsekuttivi li kull Stat Membru jrid jistabbilixxi. Il-perijodu magħluq għas-sajd għandu jkun konsistenti mal-objettivi ta’ konservazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1100/2007, mal-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni li jkunu fis-seħħ u max-xejriet temporali tal-migrazzjoni tas-sallura Ewropea fl-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-perijodu stabbilit sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma jidħol fis-seħħ il-perijodu magħluq għas-sajd u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2022.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx jaqbżu l-livell massimu ta’ qabdiet jew ta’ sforz tas-sajd tas-sallura Ewropea stabbiliti u implimentati permezz tal-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali tagħhom, adottati f’konformità mal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1100/2007.

Artikolu 6

Qroll aħmar

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni għall-ħsad tal-qroll aħmar (Corallium rubrum), jiġifieri sajd immirat u rikreattiv fil-Mediterran.

2.   Għas-sajd immirat, in-numru massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-kwantitajiet massimi ta’ stokkijiet tal-qroll aħmar maħsuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-attivitajiet ta’ ħsad tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-livelli stabbiliti fl-Anness I.

3.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma soġġetti għall-paragrafu 2 għandhom ikunu pprojbiti milli jittrasbordaw qroll aħmar fuq il-baħar.

4.   Għas-sajd rikreattiv, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu l-qabda u ż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art tal-qroll aħmar.

Artikolu 7

Lampuka

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kummerċjali kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu sabiex jinġemal-ħut għall-qbid tal-lampuki (Coryphaena hippurus), fl-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.

2.   L-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għal-lampuki huwa stabbilit fl-Anness II.

KAPITOLU II

Il-Punent tal-Baħar Mediterran

Artikolu 8

Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/1022, fil-Punent tal-Baħar Mediterran.

2.   L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u l-bastimenti tas-sajd bil-konz huwa stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

3.   L-allokazzjoni fost l-Istati Membri tal-limiti massimi tal-qbid għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Punent tal-Baħar Mediterran hija stipulata fl-Anness III.

4.   Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd:

(a)

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd mill-Istati Membri, kif stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandha tkun f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(b)

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stabbilit f’dan ir-Regolament, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

l-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

it-tnaqqis u r-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew ittrasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 9

Trażmissjoni tad-data

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-data dwar l-isforz tas-sajd u jibagħtuha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

Meta tiġi sottomessa d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness III.

KAPITOLU III

Il-Baħar Adrijatiku

Artikolu 10

Stokkijiet pelaġiċi żgħar

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni għall-qbid tas-sardina (Sardina pilchardus) u tal-inċova (Engraulis encrasicolus) fil-Baħar Adrijatiku.

2.   Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness IV.

3.   Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’kW, GT u l-għadd ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar huwa stabbilit fl-Anness IV.

Artikolu 11

Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku.

2.   L-isforz tas-sajd massimu permissibbli u l-kapaċità massima tal-flotta għall-istokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness IV.

3.   Stat Membru jista’ jemenda l-allokazzjoni tal-isforz tas-sajd tiegħu kif stabbilita fl-Anness IV billi jittrasferixxi l-jiem tas-sajd minn grupp ta’ sforz tas-sajd għal ieħor fl-istess żona ġeografika u/jew irkapti, dment li japplika fattur ta’ konverżjoni nazzjonali li jkun appoġġat mill-aqwa parir xjentifiku disponibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 12

Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet li jkunu qabdu skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness IV.

KAPITOLU IV

Il-Baħar Jonju, il-Baħar Levantin u l-Fliegu ta’ Sqallija

Artikolu 13

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus), fil-Baħar Jonju, fil-Baħar Levantin u fil-Fliegu ta’ Sqallija.

2.   In-numru massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ huwa stipulat fl-Anness V.

KAPITOLU V

Il-Baħar Alboran

Artikolu 14

1.   Dan l-Artikolu japplika għas-sajd kummerċjali bil-konz u bix-xlief minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran.

2.   Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VI.

KAPITOLU VI

Il-Baħar l-Iswed

Artikolu 15

Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar l-Iswed.

2.   Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla, l-allokazzjoni tat-tali kwota fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom mil-lat funzjonali, meta dan ikun xieraq, huma stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 16

Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed.

2.   It-TAC għall-barbun imperjali applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed u l-allokazzjoni tat-tali TAC fost l-Istati Membri, kif ukoll il-kundizzjonijiet marbutin magħhom mil-lat funzjonali, meta dan ikun xieraq, huma stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 17

Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu għall-barbun imperjali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16 ma għandhomx jistadu għal aktar minn 180 jum ta’ sajd fis-sena, irrispettivament mit-tul totali tagħhom.

Artikolu 18

Perijodu ta’ għeluq tas-sajd għall-barbun imperjali

Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu kull attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, ħatt l-art u l-ewwel bejgħ tal-barbun imperjali, fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed

1.   L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

it-tnaqqis u għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; u

(c)

it-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 20

Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-laċċa kaħla u tal-barbun imperjali li jkunu qabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness VII.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1)

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).


ANNESS I

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA’ ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-KUMMISSJONI ĠENERALI TAS-SAJD GĦALL-MEDITERRAN GĦALL-QROLL AĦMAR FIL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu permissibbli ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi (GSAs) tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Corallium rubrum

COL

Qroll aħmar


Tabella 1.

Għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd (1)

Stati Membri

Qroll aħmar COL

Greċja

12

Spanja

0 (2)

Franza

32

Kroazja

28

Italja

40


Tabella 2.

Il-livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda espressi f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Qroll aħmar

Corallium rubrum

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Mediterran - subżoni ġeografiċi 1-27

COL/GF1-27

Greċja

1,844

 

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Spanja

0  (2)

 

Franza

1,400

 

Kroazja

1,226

 

Italja

1,378

 

Unjoni

5,848

 

TAC

Mhix rilevanti/Ma hemmx qbil dwarha


(1)  Li jirrappreżenta l-għadd ta’ bastimenti u/jew bugħaddasa, jew l-abbinament ta’ għaddas wieħed ma’ bastiment wieħed, awtorizzati biex jaħsdu l-qroll aħmar.

(2)  Skont il-projbizzjoni temporanja għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilit fl-ilmijiet Spanjoli.


ANNESS II

L-ISFORZ TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET TAL-LAMPUKA FIL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabella f’dan l-Anness tistabbilixxi l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għal-lampuki fl-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Coryphaena hippurus

DOL

Lampuka

Għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti li joperaw f’ilmijiet internazzjonali (1)

Stat Membru

Lampuka DOL

Italja

797

Malta

130


(1)  Din il-kwota tista’ tiġi mistada biss bejn il-15 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.


ANNESS III

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET TAL-ĦUT TAL-QIEGĦ FIL-PUNENT TAL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/1022, il-limiti massimi tal-qbid u t-tul globali tal-bastimenti tat-tkarkir kollha (1) u għall-konzijiet tal-qiegħ li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran.

L-opportunitajiet tas-sajd kollha stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaġ-ĠSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu blu u aħmar

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’jiem tas-sajd

(a)

Bastimenti tat-tkarkir fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7) (2)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7; il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 1, 5 u 6; l-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 5 u 6.

< 12 m

1 921

0

0

EFF1/MED1_TR1

≥ 12 m u < 18 m

20 641

0

0

EFF1/MED1_TR2

≥ 18 m u < 24 m

38 728

4 372

0

EFF1/MED1_TR3

≥ 24 metru

13 640

5 320

0

EFF1/MED1_TR4

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

Il-gamblu blu u aħmar fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6 u 7.

< 12 m

0

0

0

EFF2/MED1_TR1

≥ 12 m u < 18 m

968

0

0

EFF2/MED1_TR2

≥ 18 m u < 24 m

9 805

0

0

EFF2/MED1_TR3

≥ 24 metru

7 871

0

0

EFF2/MED1_TR4

(b)

Bastimenti tat-tkarkir fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u fil-gżira ta’ Sardinja (subżoni ġeografiċi 8-9-10-11) (3)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11; il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11; l-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 9 u 10.

< 12 m

0

177

2 534

EFF1/MED2_TR1

≥ 12 m u < 18 m

0

709

38 110

EFF1/MED2_TR2

≥ 18 m u < 24 m

0

177

25 629

EFF1/MED2_TR3

≥ 24 metru

0

177

3 421

EFF1/MED2_TR4

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

Il-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11.

< 12 m

0

0

419

EFF2/MED2_TR1

≥ 12 m u < 18 m

0

0

3 091

EFF2/MED2_TR2

≥ 18 m u < 24 m

0

0

2 489

EFF2/MED2_TR3

≥ 24 metru

0

0

333

EFF2/MED2_TR4

(c)

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6 u 7; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6 u 7

< 12 m

9 433

6 432

0

EFF1/MED1_LL1

≥ 12 m u < 18 m

2 148

93

0

EFF1/MED1_LL2

≥ 18 m u < 24 m

74

0

0

EFF1/MED1_LL3

≥ 24 metru

29

0

0

EFF1/MED1_LL4

(d)

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-ħut tal-qiegħ fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u f’Sardinja (subżoni ġeografiċi 8-9-10-11)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11

< 12 m

0

1 650

33 187

EFF1/MED2_LL1

≥ 12 m u < 18 m

0

51

4 748

EFF1/MED2_LL2

≥ 18 m u < 24 m

0

0

26

EFF1/MED2_LL3

≥ 24 metru

0

0

0

EFF1/MED2_LL4

Limitu massimu tal-qbid

(e)

opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7) espress bħala livell massimu tal-qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu blu u aħmar

(Aristeus antennatus)

Żona:

subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7

(ARA/GF1-7)

Spanja

872

 

 

Franza

56

 

 

Italja

0

 

 

Unjoni

928

 

 

TAC

Mhix rilevanti

 

Il-livell massimu tal-qabdiet

(f)

Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) u gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (subżoni ġeografiċi 8-9-10-11) espressi bħala livell massimu tal-qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Gamblu blu u aħmar

(Aristeus antennatus)

Żona:

Subżoni ġeografiċi 9-10-11

(ARA/GF9-11)

Spanja

0

 

 

Franza

9

 

 

Italja

250

 

 

Unjoni

259

 

 

TAC

Mhix rilevanti

 

Il-livell massimu tal-qabdiet

Speċi:

Gamblu aħmar kbir

(Aristaeomorpha foliacea)

Żona:

Subżoni ġeografiċi 8-9-10-11

(ARS/GF9-11)

Spanja

0

 

 

Franza

5

 

 

Italja

365

 

 

Unjoni

370

 

 

TAC

Mhix rilevanti

 

Il-livell massimu tal-qabdiet


(1)  TBB, OTB, PTB, TBN, TBS, TB, OTM, PTM, TMS, TM, OTT, OT, PT, TX, OTP, TSP.

(2)  Minbarra l-isforz tas-sajd massimu permissibbli msemmi hawn fuq għall-bastimenti tat-tkarkir, Stat Membru jista’ jagħti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd f’total ta’ 2 % tal-isforz tas-sajd ta’ dak l-Istat Membru għat-taqsima tal-flotta kkonċernata. Stat Membru jista’ jagħmel dan, sakemm:

a)

dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka b’malji kwadri ta’ 45 mm sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ ħut żgħir ta’ merluzz; jew

b)

dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka b’daqs tal-malja ta’ 50 mm daqs tal-malja kwadra għas-sajd fl-ilmijiet fondi sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ gambli blu u ħomor b’tul tal-karapaċa (CL) ta’ inqas minn 25 mm fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 u biex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ gambli ħomor ġganti fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 inqas minn 35 mm CL; jew

c)

dawk il-bastimenti jużaw irkaptu regolat selettiv ħafna, li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw, skont l-istudju xjentifiku mill-STECF, f’mill-inqas tnaqqis ta’ 25 % ta’ ħut li għadu qed jikber jew ta’ mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha meta mqabbla mal-2020; jew

d)

l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta żoni ta’ għeluq temporanju sabiex inaqqas b’mill-inqas 25 % il-qabdiet ta’ ħut li għadu qed jikber ta’ speċijiet tal-qiegħ jew mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-lista tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati minn tali allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika wkoll b’mod separat kull xahar lill-Kummissjoni l-allokazzjoni addizzjonali

L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru, l-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu a), b), c) jew d).

It-2 % globali tal-isforz tas-sajd għandu jiġi kkalkulat mill-allokazzjoni tal-isforz tas-segment tal-flotta kkonċernata mid-data tan-notifika tal-Istat Membru kkonċernat.

(3)  Minbarra l-isforz tas-sajd massimu permissibbli msemmi hawn fuq għall-bastimenti tat-tkarkir, Stat Membru jista’ jagħti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd f’total ta’ 2 % tal-isforz tas-sajd ta’ dak l-Istat Membru għat-taqsima tal-flotta kkonċernata. Stat Membru jista’ jagħmel dan, sakemm:

a)

dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka b’malji kwadri ta’ 45 mm sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ ħut żgħir ta’ merluzz; jew

b)

dawk il-bastimenti jużaw xibka tat-tkarkir b’manka b’daqs tal-malja ta’ 50 mm daqs tal-malja kwadra għas-sajd fl-ilmijiet fondi sabiex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ gambli blu u ħomor b’CL ta’ inqas minn 25 mm fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 u biex inaqqsu b’mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ gambli ħomor ġganti fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 inqas minn 35 mm CL; jew

c)

dawk il-bastimenti jużaw irkaptu regolat selettiv ħafna, li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw, skont l-istudju xjentifiku mill-STECF, f’mill-inqas tnaqqis ta’ 25 % ta’ ħut li għadu qed jikber jew ta’ mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha meta mqabbla mal-2020; jew

d)

l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta żoni ta’ għeluq temporanju sabiex inaqqas b’mill-inqas 25 % il-qabdiet ta’ ħut li għadu qed jikber ta’ speċijiet tal-qiegħ jew mill-inqas 20 % tal-qabdiet tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-lista tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati minn tali allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika wkoll b’mod separat kull xahar lill-Kummissjoni l-allokazzjoni addizzjonali.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru, l-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu a), b), c) jew d).

It-2 % globali tal-isforz tas-sajd għandu jiġi kkalkulat mill-allokazzjoni tal-isforz tas-segment tal-flotta kkonċernata mid-data tan-notifika tal-Istat Membru kkonċernat.


ANNEX IV

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU

It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta’ sforz tal-bastimenti u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn ikun xieraq, inkluż in-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-pelaġiċi żgħar.

Għall-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Engraulis encrasicolus

ANE

Inċova

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

Sardina pilchardus

PIL

Sardina

Solea solea

SOL

Lingwata komuni

1.   L-istokkijiet pelaġiċi żgħar – subżoni ġeografiċi 17 u 18

Il-livell massimu tal-qabdiet espress f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

L-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar (l-inċova u s-sardina)

Engraulis encrasicolus u Sardina pilchardus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM

(SP1/GF1718)

Italja

35 394

 (1)

Il-livell massimu tal-qabdiet

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Kroazja

56 304

TAC

Mhix rilevanti

Il-kapaċità massima tal-flotta ta’ bastimenti tat-tkarkir u bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jistadu b’mod attiv għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta’ bastimenti

kW

GT

Kroazja

PS

249

77 145,52

18 537,72

Italja

PTM-OTS-PS

685

134 556,7

25 852

Slovenja (2)

PS

4

433,7

38,5

2.   L-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ – is-subżoni ġeografiċi 17 u 18

L-isforz massimu permissibbli tas-sajd (f’jiem tas-sajd) skont it-tipi ta’ xbieki tat-tkarkir u s-segment tal-flotta li jistadu għal stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku).

 

 

 

 

 

Jiem tas-sajd 2022

Tip ta’ rkaptu

Żona ġeografika

Stokkijiet ikkonċernati

Tul totali tal-bastimenti

Kodiċi tal-grupp tal-isforz

ITALJA

KROAZJA

SLOVENJA (3)

Ix-xbieki tat-tkarkir (OTB)

Is-subżoni 17-18 tal-GFCM

Trilja tal-ħama; Merluzz; Gamblu abjad, u skampu

< 12 m

EFF/MED3_OTB_TR1

3 521

10 388

 

≥ 12 m u < 24 m

EFF/MED3_OTB_TR2

79 139

24 202

 

≥ 24 metru

EFF/MED3_OTB_TR3

6 934

2 173

 

Ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB)

Is-subżona 17 tal-GFCM

Lingwata komuni

< 12 m

EFF/MED3_TBB_TR1

200

0

 

≥ 12 m u < 24 m

EFF/MED3_TBB_TR2

3 747

0

 

≥ 24 metru

EFF/MED3_TBB_TR3

3 726

0

 

Il-kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ u tal-bastimenti bi xbieki tat-tkarkir bi travu awtorizzati għas-sajd tal-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta’ bastimenti

kW

GT

Kroazja

OTB

495

79 867,99

13 267,99

Italja

OTB-TBB

1 363

260 618,37

47 148

Slovenja  (*1)

OTB

11

1 813,00

168,67


(1)  Għas-Slovenja, il-kwantitajiet jissejsu fuq il-livell tal-qabdiet li kien hemm fl-2014 u ma għandhomx jaqbżu t-300 tunnellata.

(2)  Id-dispożizzjoni taħt il-paragrafu 28 ta’ GFCM/44/2020/20 ma għandhiex tapplika għall-flotot nazzjonali ta’ inqas minn għaxar bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u/jew bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar, kif irreġistrat kemm fir-reġistru nazzjonali u f’dak tal-GFCM għall-2014. F’dak il-każ, il-kapaċità tal-flotta attiva tista’ tiżdied b’mhux aktar minn 50 % tal-għadd ta’ bastimenti u f’termini ta’ tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ reġistrat gross (GRT) u kW.

(3)  Is-Slovenja ma għandhiex taqbeż il-limitu tal-isforz ta’ 3 000 jum tas-sajd fis-sena f’konformità mal-paragrafu 13 ta’ GFCM/43/2019/5.

(*1)  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 9(c) u 28 ta’ GFCM/43/2019/5 ma għandhomx japplikaw għall-flotot nazzjonali li joperaw bl-OTB u li jistadu għal inqas minn 1 000 jum matul il-perijodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 9(c). Il-kapaċità tas-sajd tal-flotta attiva li topera bl-OTB ma għandhiex tiżdied b’aktar minn 50 % fir-rigward tal-perijodu ta’ referenza.


ANNESS V

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR JONJU, FIL-BAĦAR LEVANTIN U FIL-FLIEGU TA’ SQALLIJA

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Jonju, fil-Baħar Levantin u fil-Fliegu ta’ Sqallija.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaġ-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu blu u aħmar

(a)

Għadd massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu fil-Baħar Jonju (subżoni ġeografiċi 19-20-21)

Stat Membru

Gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21

Gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21

Greċja

263

263

Italja

410

410

Malta

15

15

(b)

Għadd massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu fil-Baħar Levantin (subżoni ġeografiċi 24-25-26-27)

Stat Membru

Gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 24-25-26-27

Gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 24-25-26-27

Italja

80

80

Ċipru

6

6

(c)

Għadd massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu fil-Fliegu ta’ Sqallija (subżoni ġeografiċi 12-13-14-15-16)

Stat Membru

Gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 12-13-14-15-16

Gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 12-13-14-15-16

Spanja

2

2

Italja

320

320

Ċipru

1

1

Malta

15

15


ANNESS VI

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ALBORAN

Il-livell massimu tal-qabdiet li jsiru bil-konzijiet u bix-xlief espressi f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Paġella ħamra

Pagellus bogaraveo

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar Alboran - subżoni ġeografiċi 1-3

SBR/GF1-3

Spanja

225

 

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Unjoni

225

 

TAC

Mhix rilevanti/Ma hemmx qbil dwarha


ANNESS VII

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, mogħtija f’tunnellati ta’ piż ħaj, skont l-istokk u, fejn ikun xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali.

L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla

Scophthalmus maximus

TUR

Barbun imperjali


Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed - subżona ġeografika 29

(SPR/F3742C)

Bulgarija

8 032,50

 

Kwota analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Rumanija

3 442,50

 

Unjoni

11 475

 

TAC

Mhix rilevanti/Ma hemmx qbil dwarha


Speċi:

Barbun imperjali

Scophthalmus maximus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed – subżona ġeografika 29

(TUR/F3742C)

Bulgarija

75

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Rumanija

75

 

Unjoni

150

 (*1)

TAC

857

 


(*1)  Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2022 ma għandha tkun permessa l-ebda attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, ħatt l-art u l-ewwel bejgħ.