24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 15/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/92
tal-21 ta’ Jannar 2022
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodoloġiji tad-data ta’ monitoraġġ u l-format għar-rapportar ta’ skart mistad b’mod passiv
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(7), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 8(7) tad-Direttiva (UE) 2019/883, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data ta’ monitoraġġ dwar il-volum u l-kwantità ta’ skart mistad b’mod passiv tinġabar u tiġi rrapportata lill-Kummissjoni. |
(2) |
Il-Manwal tal-Eurostat dwar l-Istatistika tal-Iskart (2) għandu jinforma statistika tal-iskart ta’ kwalità għolja, armonizzata u effiċjenti skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u b’mod konsistenti mad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li tippermetti t-tqabbil tad-data madwar l-Istati Membri. |
(3) |
Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tipprovdi r-rapportar elettroniku tan-notifika avvanzata dwar l-iskart li tinkludi informazzjoni dwar l-iskart mistad b’mod passiv u metodoloġija speċifika hija meħtieġa għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-iskart mistad b’mod passiv minn bastimenti tas-sajd li huma soġġetti għad-Direttiva (UE) 2019/883 iżda li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE. |
(4) |
Mhux dejjem ikun possibbli jew kosteffettiv li jitkejlu kemm il-massa kif ukoll il-volum ta’ skart mistad b’mod passiv. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistmaw il-massa bħala funzjoni tal-volum jew tal-volum bħala funzjoni tal-massa bl-użu ta’ stima tad-densità tal-iskart mistad b’mod passiv adegwata għaċ-ċirkostanzi tagħhom. |
(5) |
Sabiex jiġu żgurati l-omoġeneità, il-kwalità u l-komparabbiltà tad-data miġbura għall-monitoraġġ tal-volum u l-kwantità ta’ skart mistad b’mod passiv fl-Istati Membri kollha, l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva (UE) 2019/883 jeħtieġ jieħdu l-forma ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-metodu għall-ġbir ta’ data dwar il-volum u l-massa ta’ skart mistad b’mod passiv mill-Istati Membri għandu jkun konsistenti mal-Manwal tal-Eurostat dwar l-Istatistika tal-Iskart.
2. Għall-bastimenti tas-sajd li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE, il-ġbir tad-data dwar l-iskart mistad b’mod passiv għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta fin-notifika bil-quddiem dwar l-iskart skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/883.
3. Għal bastimenti tas-sajd li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE, il-ġbir ta’ data dwar skart mistad b’mod passiv għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-metodi li ġejjin deskritti fil-Manwal tal-Eurostat dwar l-Istatistika tal-Iskart:
(a) |
stħarriġ; |
(b) |
sorsi amministrattivi jew sorsi oħra; |
(c) |
proċeduri ta’ stima statistika; |
(d) |
kombinazzjoni tal-forom imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c); |
Artikolu 2
1. L-iskart mistad b’mod passiv għandu jiġi rrapportat skont il-komponenti stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness.
2. L-iskart mistad b’mod passiv jista’ jinkludi rkaptu tas-sajd abbandunat, mitluf jew mormi b’xi mod ieħor, li jista’ jiġi rrapportat separatament minn skart tal-baħar ieħor.
3. L-elementi obbligatorji u volontarji għar-rapportar ta’ skart mistad b’mod passiv huma stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness.
4. Il-format tar-rapportar għall-iskart mistad b’mod passiv u l-metodu għall-aggregazzjoni huwa stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness.
Artikolu 3
1. L-ammont ta’ skart mistad b’mod passiv għandu jiġi rrapportat fil-volum u fil-massa.
2. Fejn xieraq, il-konverżjoni tal-volum (V) għal massa (m) għandha tiġi kkalkulata bil-formula li ġejja:
m = ρV
Fejn p hi d-densità stmata tal-materjal (kgm-3), hi l-massa (kg) u hi l-volum (m3).
Artikolu 4
Mill-1 ta’ Jannar 2022, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data u l-informazzjoni għall-perjodi annwali mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Ir-rapporti għandhom jiġu pprovduti elettronikament fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rapportar li għaliha jkunu nġabru.
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data miġbura għas-sena 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022, sal-limitu massimu possibbli skont l-Anness.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116.
(2) “Manwal dwar l-istatistika tal-iskart — Manwal għall-ġbir tad-data dwar il-ġenerazzjoni u t-trattament tal-iskart” [2013 edition], Metodoloġiji tal-Eurostat u Dokumenti ta’ Ħidma, doi:10.2785/4198
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(5) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).
ANNESS
Tabella 1
Komponenti ta’ skart mistad b’mod passiv
Livell 1 |
Plastik |
Metall |
Gomma |
Injam |
Tessuti |
Skart ieħor |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Livell 2 |
|
|
|
|
|
|
Tabella 2
Elementi obbligatorji u volontarji tar-rapportar
Obbligatorju jew volontarju |
Deskrizzjoni |
Ċelloli korrispondenti fit-Tabella 3 li għandhom jiġu rrapportati |
Obbligatorju |
Il-massa totali u l-volum totali tal-iskart kollu mistad b’mod passiv. |
Ċelloli fil-kolonni 1 u 4 tar-ringiela 1 (tipa grassa) |
Volontarja |
Massa u volum ta’ sajd passiv moħli aggregat skont l-oriġini tiegħu: ALDFG (*1) u skart ieħor fil-baħar. |
Iċ-ċelloli kollha fir-ringiela 1 |
Volontarja |
Massa u volum ta’ skart mistad b’mod passiv aggregat skont it-tip ta’ materjal (plastik, metalli, gomma u skart ieħor). |
Iċ-ċelloli kollha fil-kolonni 1 u 4 |
Volontarja |
Massa u volum ta’ sajd passiv moħli aggregat skont l-oriġini u t-tip ta’ materjal |
Iċ-ċelloli kollha fit-Tabella 3 |
Tabella 3
Format tar-rappurtar għal skart mistad b’mod passiv
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|
Massa totali (tunnellati) |
ALDFG (*2) (tunnellati) |
Skart tal-baħar ieħor (tunnellati) |
Volum totali (μl) |
ALDFG (*2) (m3) |
Skart tal-baħar ieħor (m3) |
||
1 |
Totali |
A1+A2 |
A1 = B1+C1+D1+E1 |
A2 = B2+C2+D2+E2 |
F1+F2 |
F1 = G1+H1+I1+J1 |
F2 = G2+H2+I2+J2 |
2 |
Plastik |
B1+B2 |
B1 |
B2 |
G1+G2 |
G1 |
G2 |
3 |
Metalli |
C1+C2 |
C1 |
C2 |
H1+H2 |
H1 |
H2 |
4 |
Gomma |
D1+D2 |
D1 |
D2 |
I1+I2 |
I1 |
I2 |
5 |
Injam, tessuti u skart ieħor |
E1+E2 |
E1 |
E2 |
J1+J2 |
J1 |
J2 |
(*1) Irkaptu tas-sajd abbandunat, mitluf jew mormi b’xi mod ieħor.
(*2) Irkaptu tas-sajd abbandunat, mitluf jew mormi b’xi mod ieħor.