|
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 15/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/91
tal-21 ta’ Jannar 2022
li jiddefinixxi l-kriterji biex jiġi stabbilit li vapur jipproduċi kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart u jimmaniġġja l-iskart tiegħu b’mod sostenibbli u li jirrispetta l-ambjent f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Għall-finijiet tat-tnaqqis tat-tariffi previst fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva (UE) 2019/883, jeħtieġ jintużaw il-kriterji fl-Anness. |
|
(2) |
Il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness jirriflettu l-isforzi essenzjali fit-tnaqqis tal-iskart. Għalhekk jeħtieġ ikunu obbligatorji. |
|
(3) |
Il-kriterji addizzjonali stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness jistgħu jiġu applikati biex jinċentivaw prattiki u tagħmir speċifiċi, li jistgħu jkunu utli wkoll għat-tnaqqis tal-iskart. Għalhekk dawk il-kriterji jeħtieġ ikunu fakultattivi. |
|
(4) |
Sabiex jiġu previsti kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tat-tnaqqis tat-tariffi stabbiliti fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva (UE) 2019/883, huwa indispensabbli li l-Istati Membri japplikaw metodoloġija armonizzata. L-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva (UE) 2019/883 jeħtieġ għalhekk jieħdu l-forma ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness għandhom jitqiesu mill-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet jew mill-awtoritajiet tal-port meta jiġi kkalkulat it-tnaqqis tat-tariffa skont l-Artikolu 8(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2019/883.
2. Il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness jistgħu jitqiesu mill-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet jew mill-awtoritajiet tal-port meta jiġi kkalkulat it-tnaqqis tat-tariffa skont l-Artikolu 8(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2019/883.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
TAQSIMA 1
Lista tal-kriterji obbligatorji msemmija fl-Artikolu 1(1)
|
Kriterji |
Elementi relatati |
Anness relatat tal-Konvenzjoni MARPOL |
Mezzi possibbli ta’ verifika (1) |
|
Is-segregazzjoni abbord skont ir-Riżoluzzjoni MEPC.295(71) u l-konsenja żgurata lejn faċilitajiet adegwati tal-akkoljenza fil-portijiet li jikkonformaw mal-Artikolu 4(2)(d) tad-Direttiva (UE) 2019/883. |
Operazzjonijiet u ġestjoni |
Anness V |
Green Award, ISO 21070, Blue Angel, Green Marine, Waste Delivery Receipt, Pjan ta’ Ġestjoni taż-Żibel Speċifiku għall-Bastimenti approvat mis-soċjetà ta’ klassifikazzjoni tal-bastimenti, ISO 14001 Sistema tal-Ġestjoni Ambjentali. |
|
Politiki ta’ xiri ambjentalment sostenibbli (tnaqqis ta’ materjali tal-imballaġġ bħall-ippakkjar bl-ingrossa u l-evitar ta’ plastik li jintuża darba biss) |
Ġestjoni |
Anness V |
Green Award, ISO 21070, Blue Angel, Green Marine, Pjan ta’ Ġestjoni taż-Żibel Speċifiku għall-Bastimenti approvat mis-soċjetà ta’ klassifikazzjoni tal-bastimenti, ISO 14001 Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali. |
TAQSIMA 2
Lista tal-kriterji fakultattivi msemmija fl-Artikolu 1(2)
|
Kriterji |
Elementi relatati |
Anness relatat tal-Konvenzjoni MARPOL |
Mezzi possibbli ta’ verifika (2) |
|
L-użu ta’ fjuwils alternattivi (3) u sorsi oħra ta’ enerġija matul il-vjaġġ lejn il-port tal-waqfa jew fl-irmiġġ (eż. l-elettriku mix-xatt, mir-riħ, mix-xemx) |
Disinn, teknoloġija u operazzjoni tal-vapuri |
Anness I |
Il-Premju Ekoloġiku, in-noti tal-kunsinna tal-bunker, il-ktieb tar-rekords taż-żejt, iċ-ċertifikazzjoni tal-klassi jew statutorja, il-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (SEEMP). |
|
L-użu ta’ Sistema Kaxxa Bajda < 5ppm (għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-iskariku tal-ilma tas-sentina mill-bastiment) |
Teknoloġija u operazzjoni |
Anness I |
Ċertifikat tal-klassi, dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip |
|
Separatur tal-ilma żejtni (OWS) < 5 ppm |
Teknoloġija u operazzjoni |
Anness I |
Ċertifikat tal-klassi, dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip, Premju Ekoloġiku, Indiċi tat-Trasport Marittimu Nadif (CSI), Green Marine, Blue Angel |
|
OWS < 5 ppm + sistema tal-allert u waqfa awtomatika għall-vapuri < 10 000 GT |
Teknoloġija u operazzjoni |
Anness I |
Ċertifikat tal-klassi, dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip, Premju Ekoloġiku, CSI, Green Marine, Blue Angel |
|
Il-vapur ma jużax tagħmir għall-iffiltrar taż-żejt għall-iskariki, iżda jissepara l-ilma tas-sentina u l-ħama kollha u sussegwentement jarmihom fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet |
Funzjonament |
Anness I |
Ktieb tar-rekords taż-żejt, irċevuti tal-iskart |
|
Sistema ta’ trattament tad-drenaġġ f’konformità mar-Riżoluzzjoni MEPC.227(64) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għall-bastimenti kollha, ħlief għall-vapuri tal-passiġġieri meta joperaw f’Żoni Speċjali koperti mill-Anness IV tal-Konvenzjoni MARPOL |
Teknoloġija, operazzjoni u ġestjoni |
Anness IV |
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE f’konformità mad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew ċertifikat tal-klassi. Barra minn hekk, verifika regolari fl-użu minn verifikatur indipendenti. |
|
Il-bastiment ma jarmi l-ebda drenaġġ fil-baħar u jwassal id-drenaġġ kollu tiegħu mhux ittrattat u/jew trattat u/jew ħama tad-drenaġġ lill-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet |
Funzjonament |
Anness IV |
Irċevuti tal-iskart |
|
Użu mill-ġdid u riċiklaġġ abbord |
Operazzjonijiet u ġestjoni |
Anness V |
ISO 21070, Green Marine, ISO 14001 Sistema tal-Ġestjoni Ambjentali. |
(1) Jistgħu jiġu aċċettati skemi addizzjonali li permezz tagħhom il-vapuri jistgħu juru li huma konformi mal-kriterji.
(2) Jistgħu jiġu aċċettati skemi addizzjonali li permezz tagħhom il-vapuri jistgħu juru li huma konformi mal-kriterji.
(3) Kif definit fid-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1)
(4) Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).