|
19.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/72
tat-18 ta’ Jannar 2022
li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 u l-Artikolu 24(1) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet proċediment antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”, “RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta’ Bidu”) (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat minn Europacable (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni. L-ilmentatur kien jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ kejbils fibrottiċi (‘optical fibre cables’ - OFC). L-ilment kien fih evidenza ta’ sussidjar u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(3) |
Qabel il-bidu tal-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) (3) li hija kienet irċeviet ilment iddokumentat kif suppost u stiednet lill-GTĊ għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Fis-16 ta’ Diċembru 2020 saru konsultazzjonijiet mal-GTĊ. Madankollu, ma setgħet tinstab l-ebda soluzzjoni maqbula b’mod reċiproku. |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea bdiet investigazzjoni antidumping separata fir-rigward tal-istess prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (4) (“l-investigazzjoni antidumping separata”). L-analiżi tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni mwettqa f’din l-investigazzjoni antisussidji u dik imwettqa fl-investigazzjoni anti-dumping separata huma mutatis mutandis identiċi, billi d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-perjodu ta’ investigazzjoni huma l-istess fiż-żewġ investigazzjonijiet. |
1.2. Kummenti dwar il-bidu
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mingħand il-GTĊ, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”), importatur wieħed (Connect Com), u l-ilmentatur. |
|
(6) |
Il-GTĊ afferma li jenħtieġ li l-investigazzjoni ma tinbediex minħabba li l-ilment ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti evidenzjarji tal-Artikoli 11(2) u 11(3) tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri kompensatorji (“il-Ftehim SCM”) u tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Bażiku. Skont il-GTĊ, ma kienx hemm provi biżżejjed ta’ sussidji kumpensabbli, ta’ dannu u ta’ rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu. Bi tweġiba għal din l-affermazzjoni tal-GTĊ, l-ilmentatur sostna li l-ilment kien fih informazzjoni li kienet raġonevolment disponibbli u li l-ilment ipprovda għal aktar minn biżżejjed evidenza li turi l-eżistenza ta’ sussidjar, dannu u rabta ta’ kawżalità bejn it-tnejn. Il-GTĊ tenna li l-ilment ma kienx fih biżżejjed evidenza biex jintlaħaq l-istandard evidenzjarju u, irrispettivament minn liema informazzjoni tista’ tkun raġonevolment disponibbli għall-ilmentatur, dejjem jeħtieġ li jkun hemm biżżejjed evidenza rigward l-eżistenza u n-natura ta’ sussidju, dannu materjali u rabta ta’ kawżalità. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx l-affermazzjoni tal-GTĊ. Tabilħaqq, l-evidenza ppreżentata fl-ilment kienet tikkostitwixxi l-informazzjoni raġonevolment disponibbli għall-ilmentatur f’dak l-istadju. Kif muri fil-memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza, li fih il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-RPĊ, u li abbażi tagħha l-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni, fl-istadju tal-bidu kien hemm biżżejjed evidenza li l-allegati sussidji kienu kumpensabbli f’termini tal-eżistenza, l-ammont u n-natura tagħhom. L-ilment kien fih ukoll biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni, li kien ikkawżat mill-importazzjonijiet issussidjati. |
|
(8) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-fatti disponibbli biex tirrimedja n-nuqqas ta’ evidenza pprovduta fl-ilment. Il-Kummissjoni nnotat li l-GTĊ fehem ħażin dak li għamlet il-Kummissjoni fl-istadju tal-bidu. Kif stabbilit fil-premessa (7), l-ilment kien fih biżżejjed evidenza skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament bażiku biex jiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni. Loġikament, l-ilment ma setax jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa mitluba mill-GTĊ, billi din kienet parti mill-valutazzjoni dettaljata li saret mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat l-ilment fid-dawl tal-informazzjoni kollha disponibbli għall-Kummissjoni fir-rigward tal-allegat sussidjar, inkluża l-prattika tal-passat tagħha. Dan ma jfissirx li l-Kummissjoni tapplika l-fatti disponibbli, iżda pjuttost li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni kollha disponibbli biex tikkonferma l-allegazzjonijiet magħmula fl-ilment. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(9) |
Matul il-konsultazzjonijiet ta’ qabel il-bidu u fis-sottomissjoni tiegħu wara l-bidu, il-GTĊ allega b’mod aktar speċifiku li l-ilmentatur uża l-liġijiet Ċiniżi b’mod selettiv u interpreta ħażin il-konnessjoni tagħhom fir-rigward tal-industrija tal-OFC u ddikjara li d-dokumenti ta’ politika, bħall-Katalgu tal-Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina, l-Istrateġija Broadband China, it-13-il Pjan ta’Ħames Snin, jew Made in China 2025, huma biss dokumenti ta’ gwida li ma humiex vinkolanti. Il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”) tenniet din l-affermazzjoni. Il-GTĊ iddikjara wkoll li d-dokument “Made in China 2025” ma jirreferix speċifikament għal OFC. L-ilmentatur sostna li l-Kummissjoni diġà stabbiliet f’investigazzjonijiet preċedenti li l-Pjanijiet ta’ Ħames Snin taċ-Ċina huma ta’ natura vinkolanti. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-GTĊ ma jikkontestax l-eżistenza ta’ tali pjanijiet, programmi jew rakkomandazzjonijiet, iżda biss il-punt sa fejn dawn huma vinkolanti għall-industrija tal-OFC. Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-ilmentatur ipprovda evidenza li tindika li “fibrottika” tissemma f’diversi dokumenti tal-gvern, filwaqt li “network tal-fibrottika” jissemma fl-Istrateġija Made in China 2025. Il-GTĊ naqas milli jipproduċi xi evidenza li turi li dawk id-dikjarazzjonijiet ma jkunux applikabbli għall-prodott ikkonċernat. |
|
(11) |
Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-intrapriżi tal-Istat (SOEs), il-banek tal-Istat jew il-Korporazzjoni Ċiniża għall-Esportazzjoni u l-Assigurazzjoni ta’ Kreditu (“Sinosure”) ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala korpi pubbliċi u li l-ilmentatur ibbaża ruħu b’mod mhux ġustifikat fuq is-sejbiet preċedenti tal-Kummissjoni għal industriji kompletament mhux relatati. Is-CCCME tenniet l-affermazzjoni li l-banek tal-Istat ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala korpi pubbliċi. L-ilmentatur sostna li l-Kummissjoni rrikonoxxiet il-banek tal-Istat u Sinosure bħala korpi pubbliċi f’investigazzjonijiet preċedenti. Il-GTĊ afferma li s-sejbiet preċedenti tal-Kummissjoni għal industriji mhux relatati ma setgħux jikkostitwixxu evidenza suffiċjenti fl-ilment li l-banek tal-Istat u Sinosure aġixxew bħala korpi pubbliċi fl-investigazzjoni attwali. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni nnotat li din l-affermazzjoni tal-GTĊ hija marbuta mal-affermazzjoni diġà evokata hawn fuq u li, fost l-oħrajn, l-ilment semma l-Liġi Bankarja fiċ-Ċina, li l-GTĊ ma jikkontestax li tappartjeni għal-leġiżlazzjoni Ċiniża. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li l-investigazzjonijiet antisussidji reċenti tal-UE kienu kkonkludew b’mod differenti dwar din il-kwistjoni (5). Il-fatt li dawn l-investigazzjonijiet koprew industriji mhux relatati mal-industrija tal-OFC ma jwarrabx il-kwalifika tal-istituzzjonijiet imsemmija hawn fuq bħala korpi pubbliċi. Barra minn hekk, l-evidenza tas-sjieda tal-gvern tista’ titqies li tammonta għal evidenza “li għandha t-tendenza li tipprova jew tindika” li entità hija korp pubbliku li kapaċi jagħti kontribuzzjoni finanzjarja” (6). |
|
(13) |
Wara l-bidu, il-GTĊ sostna wkoll li l-ilmentatur ma stabbilixxiex il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ parametri referenzjarji barra mill-pajjiż għas-self u għad-drittijiet tal-użu tal-art. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-allegazzjonijiet li jinsabu fl-ilment huma appoġġati minn investigazzjonijiet antisussidji reċenti tal-UE li kkonkludew fuq dawk il-kwistjonijiet il-ħtieġa għal parametri referenzjarji esterni aġġustati għall-kundizzjonijiet prevalenti fir-RPĊ (7). |
|
(14) |
Barra minn hekk, il-GTĊ afferma li diversi skemi ta’ sussidju allegati mill-ilmentatur ma setgħux jitqiesu bħala sussidju, billi l-ilment ma pprevediex evidenza dettaljata dwar l-eżistenza, l-ammont u n-natura ta’ dawn is-sussidji, jew ir-relazzjoni diretta bejn is-sussidju u l-prodott ikkonċernat. |
|
(15) |
L-ilmentatur sostna li l-ilment ipprovda eżempji ta’ trasferimenti diretti speċifiċi ta’ fondi u rrefera speċifikament għal rapporti annwali ta’ bosta produtturi esportaturi Ċiniżi tal-OFC li indikaw b’mod ċar trasferimenti diretti ta’ fondi riċevuti fil-forma ta’ għotjiet. Barra minn hekk, l-ilmentatur ipprovda dokument ippubblikat minn wieħed mill-produtturi esportaturi li jidentifika l-appoġġ finanzjarju li rċieva mingħand il-GTĊ. |
|
(16) |
Il-GTĊ afferma wkoll, b’rabta ma’ diversi sussidji, li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi evidenza ta’ benefiċċju u speċifiċità. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ benefiċċju u speċifiċità kif kien raġonevolment disponibbli għalih. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza fl-ilment u pprovdiet il-valutazzjoni tagħha stess tal-elementi rilevanti kollha fil-memorandum ta’ suffiċjenza tal-evidenza, li tpoġġa fil-fajl miftuħ mal-bidu. Il-GTĊ tenna l-kummenti tiegħu wara l-bidu, iżda ma pprovda l-ebda evidenza ulterjuri. |
|
(17) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm biżżejjed evidenza pprovduta fl-ilment li għandha t-tendenza li turi l-eżistenza tal-allegat sussidjar mill-GTĊ. |
|
(18) |
Wara l-bidu, il-GTĊ u s-CCCME sostnew li l-ilmentatur warrab b’mod skorrett il-fatt li l-industrija tal-OFC fl-Unjoni ngħatat sussidji simili ħafna għal dawk fir-RPĊ u li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tapplikax standards doppji. L-ilmentatur sostna li dawn l-allegazzjonijiet huma irrilevanti fl-investigazzjoni inkwistjoni. Il-GTĊ ma qabilx u afferma li l-Kummissjoni, billi tinvestiga l-allegati sussidji fiċ-Ċina, tfixkel is-suq għad-detriment ta’ kompetituri mhux tal-Unjoni. Approċċ bħal dan iwassal għal miżuri protezzjonisti, li fl-aħħar mill-aħħar jostakolaw il-kummerċ u l-iżvilupp internazzjonali. |
|
(19) |
Din l-affermazzjoni dwar is-sussidji fl-UE ma kellha l-ebda piż fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni sottostanti għall-bidu ta’ dan il-każ, billi dawn ma jaqgħux fi ħdan il-fatturi kkunsidrati għal dan l-iskop. |
|
(20) |
Fl-aħħar nett, fil-kummenti tiegħu wara l-bidu, il-GTĊ afferma li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni dwar il-bejgħ attwali fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz/tal-bejgħ taħt il-prezz u li t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma pprovdewx sommarju sinifikanti ta’ informazzjoni sensittiva. Il-GTĊ asserixxa li dan kien żammu milli jirribatti b’mod xieraq l-affermazzjonijiet ta’ dannu magħmula mill-ilmentatur, u li dawn it-tweġibiet għall-kwestjonarju dehru li jikkontradixxu l-ilment fir-rigward tal-allegat dannu. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment u t-tweġibiet għall-kwestjonarju kien fihom l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data mogħtija trattament kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom matul il-proċediment. Huwa mfakkar li l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku jippermetti s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew ikollha effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ f’dan ir-rigward ġew miċħuda. |
|
(22) |
Dwar ir-rekwiżiti sostantivi għall-bidu tal-investigazzjoni, il-GTĊ u s-CCCME sostnew li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi data komparabbli dwar il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabbiltà. Il-GTĊ u s-CCCME affermaw ukoll li l-profitt fil-mira indikat mill-ilmentaturi ma kienx iġġustifikat u li d-dannu mġarrab mill-ilmentaturi seta’ kien ikkawżat minn elementi oħrajn, inkluż l-istokkjar eċċessiv minn produttur wieħed tal-Unjoni. |
|
(23) |
Connect Com appoġġat l-argumenti tal-GTĊ dwar il-bidu. B’mod partikolari, Connect Com affermat li investigazzjoni anti-dumping u investigazzjoni antisussidji parallela possibbilment jirriżultaw f’rimedju doppju għall-industrija tal-UE u jistgħu jwasslu għal abbuż tal-miżuri kompensatorji. Connect Com sostniet li l-allegazzjonijiet fl-ilment dwar l-eżistenza ta’ sussidju, dwar id-dannu u dwar ir-rabta ta’ kawżalità bejn is-sussidju u d-dannu ma kinux sostnuti b’evidenza suffiċjenti. Rigward in-nuqqas ta’ evidenza dwar rabta ta’ kawżalità, Connect Com affermat li kien hemm għadd ta’ raġunijiet alternattivi għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-UE, bħaż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u li kien hemm kapaċità żejda fl-UE. Barra minn hekk, Connect Com affermat li l-ilment kien sempliċi kopja tal-ilment tal-investigazzjoni anti-dumping u li l-ilmentatur kien imissu ddifferenzja l-allegat dannu minħabba d-dumping mill-allegat dannu minħabba s-sussidju. |
|
(24) |
Barra minn hekk, il-GTĊ u s-CCCME affermaw li ma kien hemm l-ebda dannu muri fl-ilment, billi l-industrija tal-Unjoni żiedet il-produzzjoni tagħha u t-tnaqqis żgħir fil-kapaċità tal-produzzjoni li jirriżulta min-nuqqas ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tforni l-konsum kollu li għadu kif ġie żviluppat fl-Ewropa minnu nnifsu ma kienx indikatur ta’ dannu materjali. Il-volumi tal-bejgħ żdiedu wkoll, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni żammet sehem mis-suq ta’ kważi 80 % u x-xejra tal-profittabbiltà ma kinitx ċara u ma wrietx dannu. F’dan ir-rigward, l-ilmentatur sostna li ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni kienet ta’ benefiċċju għall-importazzjonijiet Ċiniżi, filwaqt li s-sehem mis-suq li jifdal ma kienx ta’ rilevanza għall-valutazzjoni tad-dannu, u l-effetti tal-offerti mirbuħa mill-produtturi Ċiniżi jimmaterjalizzaw wara ċertu perjodu latenti. Is-CCCME wieġbet li d-data dwar il-konsum, il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tipprovdi l-biċċa l-kbira taż-żieda fil-konsum tal-UE, filwaqt li tespandi n-negozju tagħha. |
|
(25) |
Barra minn hekk, il-GTĊ u s-CCCME affermaw li l-ilment ma kien fih l-ebda evidenza ta’ rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu. L-ewwel nett, il-GTĊ u s-CCCME sostnew li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-iżvilupp tal-industrija tal-Unjoni. Bħala eżempju, huma sostnew li fost l-akbar żieda fil-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina fl-2017-2018, l-industrija tal-Unjoni kellha l-aktar żieda sinifikanti fil-profittabbiltà. It-tieni nett, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu bejn l-2018 u l-2019, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u, għalhekk, l-effett tagħhom ma setax jiġi attribwit liċ-Ċina u, jekk ikun hemm dannu, dan kien dannu kkawżat minnha stess minħabba r-reazzjoni kajmana tal-industrija tal-Unjoni għall-movimenti tas-suq. |
|
(26) |
L-ilmentatur irreaġixxa għal din l-affermazzjoni, fejn iddikjara li setgħet tiġi stabbilita rabta ta’ kawżalità, minħabba li d-dannu seħħ fl-istess ħin maż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina, u li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma setgħux jitqiesu bħala kawża ta’ dannu minħabba li jew kienu de minimis jew ma wrew l-ebda evidenza ta’ pprezzar dannuż. |
|
(27) |
Is-CCCME wieġbet billi fakkret li, fost l-akbar żieda fil-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina fl-2017-2018, l-industrija tal-Unjoni kellha l-aktar żieda sinifikanti fil-profittabbiltà u li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Minflok, fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, is-CCCME innotat li bejn l-2018 u l-2019, bħala total, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu. Fl-aħħar nett, is-CCCME osservat li l-ilmentatur ma kkontestax l-argumenti li virtwalment l-indikaturi kollha tad-dannu fl-ilment urew xejriet pożittivi u li l-allegat dannu kien mill-inqas sa ċertu punt ikkawżat mill-Industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCME affermat li l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u l-allegazzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ kartell tal-kejbils tal-enerġija jenħtieġ li jitqiesu wkoll fl-evalwazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-GTĊ u s-CCCME ddikjaraw li d-data tal-importazzjoni ppreżentata mill-ilmentatur ma kinitx affidabbli minħabba li kienet skaduta u bbażata fuq suppożizzjonijiet f’termini ta’ piż tal-prodott ikkonċernat u l-proporzjon tiegħu fil-kodiċi NM 8544 70 00. Barra minn hekk, skont il-GTĊ u s-CCCME, il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz fl-ilment kienu difettużi minħabba li rreferew biss għal esportatur wieħed f’offerta speċifika waħda. |
|
(28) |
L-ilmentatur irrefera għat-tweġiba tiegħu fl-investigazzjoni anti-dumping parallela, li jenħtieġ li jiġi kkunsidrat perjodu itwal biex tintwera ż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet, mhux miċħuda mis-CCCME u kkonfermata minn data ta’ partijiet terzi mill-intelliġenza tas-suq (CRU), u li l-kalkoli ma kinux difettużi minħabba li l-ilmentatur kien marbut li jipprovdi biss informazzjoni raġonevolment disponibbli, li kienet tinkludi informazzjoni minn diversi produtturi fl-Unjoni u fiċ-Ċina. |
|
(29) |
Is-CCCME wieġbet li kien id-dmir tal-ilmentatur li jissostanzja l-affermazzjonijiet tiegħu u li jipprovdi prova fir-rigward tad-data dwar l-importazzjoni u li d-data dwar l-informazzjoni dwar is-suq (CRU) kienet tagħmel referenza għall-fibri ottiċi u mhux għall-kejbils fibrottiċi. Fir-rigward tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz, is-CCCME tenniet li dawn ma ssodisfawx l-istandard biex jikkostitwixxu evidenza suffiċjenti u li, għal kalkoli sinifikanti, l-ilmentatur irrefera biss għall-prezzijiet ta’ produttur Ċiniż wieħed (pereżempju, il-prezz tal-esportazzjoni taċ-ċirkolazzjoni libera użat għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu għal H1 2019 u l-prezz tal-esportazzjoni użat għall-ispejjeż tal-produzzjoni għall-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz għal H2 2019). |
|
(30) |
Il-Kummissjoni qieset li l-ebda waħda mill-allegazzjonijiet dwar il-bidu ma ċaħdet il-konklużjoni li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ proċediment antisussidji. Tabilħaqq, l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet sussidjati kienu kkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. L-analiżi tad-dannu speċifika tal-ilment uriet żieda fil-penetrazzjoni tas-suq tal-UE (kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi) mill-importazzjonijiet miċ-Ċina magħmula bi prezzijiet li waqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dan issuġġerixxa li l-allegati importazzjonijiet sussidjati kkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, kif muri, pereżempju, mit-tnaqqis fil-bejgħ u s-sehem mis-suq jew minn deterjorament tar-riżultati finanzjarji. |
|
(31) |
L-evidenza pprovduta fl-ilment kien fiha kalkoli separati ta’ twaqqigħ tal-prezz u bejgħ taħt il-prezz għal kull tip ta’ prodott rappreżentattiv. Il-Kummissjoni kienet sodisfatta bil-livell ta’ evidenza ta’ twaqqigħ tal-prezz u bejgħ taħt il-prezz imressqa mill-ilmentatur u kienet tal-fehma li l-ilment laħaq l-istandard ta’ evidenza suffiċjenti meħtieġ għall-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(32) |
Bi tweġiba għall-affermazzjoni li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi data affidabbli/komparabbli dwar il-prezzijiet tal-bejgħ, il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni miftuħa għal spezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data pprovduta taħt kopertura kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ difiża matul il-proċediment. |
|
(33) |
L-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku (kif ukoll l-Artikolu 12(4) tal-Ftehim SCM) jippermettu s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista’ jkollha effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. |
|
(34) |
B’rabta mal-evidenza suffiċjenti ta’ rabta ta’ kawżalità, jenħtieġ li jiġi nnotat dan li ġej. L-ewwel nett, l-ilment wera li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar fl-istess ħin maż-żieda fl-importazzjonijiet sussidjati bi prezzijiet li waqqgħu b’mod sinifikanti dawk tal-industrija tal-Unjoni. Dan diġà kellu t-tendenza li juri l-eżistenza ta’ rabta ta’ kawżalità. It-tieni nett, fir-rigward ta’ fatturi oħrajn bħall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u elementi oħrajn imsemmija mill-GTĊ u mis-CCCME, l-impatt tagħhom ma kienx tali li jikkawża deterjorament tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-analiżi ma żvelatx dannu kkawżat minnha stess. Barra minn hekk, fir-rigward tal-allegazzjoni li l-investigazzjoni dwar is-sussidju tirriżulta f’impożizzjoni doppja, il-Kummissjoni, kif irrapportat fil-premessa (765), żgurat li l-impożizzjoni ta’ dazju akkumulat li jirrifletti l-livell ta’ sussidjar u l-livell sħiħ ta’ dumping ma twassalx sabiex l-effetti tas-sussidjar jiġu paċuti darbtejn. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-volumi tal-importazzjoni, l-ilmentatur ipprovda data bbażata fuq suppożizzjonijiet raġonevoli bħall-piż tal-prodott ikkonċernat prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni, u uża intelliġenza tas-suq biex ilesti l-analiżi fejn l-informazzjoni pubblika ma kinitx disponibbli. Fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien tal-kejl tal-importazzjonijiet fl-ilment, l-allegat dannu kien ikkawżat minn prattiki kemm ta’ dumping kif ukoll ta’ sussidji u, għalhekk, perjodu ta’ investigazzjoni differenti kien ikun ta’ piż mhux raġonevoli fuq l-industrija li tilmenta. |
1.3. Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet
|
(35) |
Fl-24 ta’ Awwissu 2021, f’konformità mal-Artikolu 29a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li ma timponix miżuri kompensatorji provviżorji u li tkompli l-investigazzjoni. |
|
(36) |
Billi ma ġiet imposta l-ebda miżura kumpensatorja provviżorja, ma saret l-ebda reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. |
1.4. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(37) |
L-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
|
(38) |
Kemm l-investigazzjoni antisussidji attwali kif ukoll l-investigazzjoni anti-dumping separata msemmija fil-premessa (4) għandhom l-istess perjodu ta’ investigazzjoni u l-istess perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
1.5. Il-partijiet interessati
|
(39) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lill-GTĊ, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-importaturi magħrufa u lill-utenti dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(40) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Ħadd ma talab intervent. |
1.6. Kampjunar
1.6.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(41) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jammontaw għal 52 % tal-produzzjoni tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni u tqiesu rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment u għaldaqstant il-kampjun ġie kkonfermat. |
1.6.2 Kampjunar tal-importaturi
|
(42) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(43) |
Ħames importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Wara li analizzat l-informazzjoni dwar il-kampjunar ipprovduta mill-importaturi, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ u talbet lill-importaturi kollha li kkooperaw biex jissottomettu t-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. |
1.6.3. Il-kampjunar ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina
|
(44) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(45) |
Ħamsa u għoxrin produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jkun raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. Il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-esportazzjonijiet irrapportati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ta’ kejbils fibrottiċi miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(46) |
F’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernati, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(47) |
Waslu kummenti dwar l-għażla tal-kampjun mingħand produttur esportatur wieħed mhux inkluż fil-kampjun, Yangtze Optical Fibre u Cable Joint Stock Limited Company (“YOFC”), li riedu jkunu inklużi fil-kampjun. |
|
(48) |
YOFC sostniet li meta jitqies l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw, iż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw proporzjon relattivament baxx ta’ volum ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni li ma kienx rappreżentattiv għall-esportaturi Ċiniżi u li l-prattika tal-Kummissjoni f’investigazzjonijiet anti-dumping preċedenti kienet li jittieħdu kampjuni minn mill-inqas tliet kumpaniji. Barra minn hekk, YOFC affermat li kampjun ta’ tliet kumpaniji jista’ jevita aħjar is-sitwazzjoni fejn, minħabba bidliet fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun, il-kampjun jista’ jitnaqqas għal kumpanija waħda. Fl-aħħar nett, YOFC sostniet li ċerti programmi ta’ sussidju huma reġjonali, għalhekk, sabiex ikun hemm ħarsa ġenerali aktar komprensiva lejn l-iskemi ta’ sussidju fiċ-Ċina, jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-firxa ġeografika meta jintgħażel kampjun. |
|
(49) |
Skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, l-għażla tal-kampjun jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Kif iddikjarat fil-premessa (45), il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ammontaw għal aktar minn 40 % tal-esportazzjonijiet irrapportati miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, livell rappreżentattiv. Il-Kummissjoni qieset li l-kampjun kif magħżul kien fih l-akbar kwantità ta’ importazzjonijiet li setgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’dan il-kuntest, iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fihom għadd kbir ta’ entitajiet (erba’ produtturi esportaturi, seba’ entitajiet tal-bejgħ, u aktar minn 20 kumpanija relatati li jipprovdu inputs jew finanzjament). Barra minn hekk, jekk kumpanija inkluża fil-kampjun hijiex tabilħaqq se tikkoopera jew le wara li tkun ġiet inkluża fil-kampjun, hija kundizzjoni meħtieġa iżda mhux suffiċjenti biex produttur esportatur jitqies għall-għażla ta’ kampjun skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ikkunsidrat ukoll il-firxa ġeografika tal-kumpaniji magħżula fil-kampjun, li tkopri żewġ provinċji fiċ-Ċina biż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi u ħafna aktar provinċji bil-kumpaniji relatati kollha li jipprovdu inputs jew finanzjament. B’hekk, billi r-rekwiżiti kollha fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati, ma kien hemm l-ebda obbligu li jittieħed kampjun ta’ kumpanija terza. |
|
(50) |
YOFC affermat ukoll li jenħtieġ li hija tiġi inkluża fil-kampjun, minħabba li hija produttur b’esperjenza li jesporta kejbils fibrottiċi ta’ kwalità għolja lejn l-Unjoni, u l-proċess ta’ manifattura tiegħu huwa differenti minn dak ta’ produtturi Ċiniżi oħrajn (huwa integrat vertikalment, juża t-teknoloġija Ewropea biex jipproduċi kejbils fibrottiċi, għandu teknoloġiji avvanzati, huwa l-unika Unità Nazzjonali ta’ Dimostrazzjoni tal-Manifattura Intelliġenti fiċ-Ċina, u kiseb awtomatizzazzjoni għolja fil-produzzjoni ta’ fibrottiċi). Hija affermat ukoll li l-volum tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien relattivament kbir. Barra minn hekk, YOFC sostniet li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun indirettament għandu ishma ta’ YOFC u ta’ tnejn mill-kumpaniji relatati kkonċernati ta’ YOFC u, għalhekk, l-inklużjoni ta’ YOFC fil-kampjun tagħti ċ-ċans lill-Kummissjoni jkollha għarfien aktar komprensiv dwar l-istruttura tal-industrija. YOFC affermat ukoll li hemm ħames produtturi esportaturi fil-grupp, li jinsabu fil-Provinċja ta’ Hubei, fil-Provinċja ta’ Guangdong, fil-Provinċja ta’ Sichuan, fil-Provinċja ta’ Jiangsu u fil-Belt ta’ Shanghai, għalhekk, permezz tal-inklużjoni ta’ YOFC fil-kampjun, il-Kummissjoni tikseb informazzjoni dwar programmi ta’ sussidju f’aktar provinċji. |
|
(51) |
Kif ġie spjegat hawn fuq, il-kampjun ta’ produtturi esportaturi ntgħażel abbażi tal-akbar persentaġġ tal-volum tal-esportazzjonijiet mill-pajjiż inkwistjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, b’firxa ġeografika tajba fiċ-Ċina. YOFC ma kinitx fost l-akbar produtturi esportaturi u, għalhekk, ma ġietx inkluża fil-kampjun. Fi kwalunkwe każ, iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun huma wkoll gruppi kbar ta’ kumpaniji b’esperjenza li jimmanifatturaw u jbigħu kejbils tal-fibrottika ta’ kwalità għolja lill-Unjoni, inklużi wkoll entitajiet integrati b’mod vertikali. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda informazzjoni fil-fajl li tindika li t-teknoloġija użata mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun tkun inqas avvanzata minn dik ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi oħrajn. YOFC ma ppreżentat l-ebda evidenza li tikkontradixxi dan il-fatt. Barra minn hekk, il-fatt li produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun għandu ishma fi produttur esportatur ma huwiex rilevanti għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
1.7. Eżami individwali
|
(52) |
Sitta mill-produtturi esportaturi Ċiniżi mhux inklużi fil-kampjun li rritornaw il-formola tal-kampjunar informaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarju disponibbli online fil-jum tal-bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat lill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kienu meħtieġa jipprovdu tweġiba għall-kwestjonarju jekk xtaqu li jiġu eżaminati fuq bażi individwali. Żewġ kumpaniji pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(53) |
Waħda mill-kumpaniji li pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju talbet li tiġi eżaminata individwalment għall-istess raġunijiet bħal fit-talba tagħha biex tiġi inkluża fil-kampjun, kif stabbilit fil-premessi (48) u (50) hawn fuq. |
|
(54) |
Il-kumpanija l-oħra li pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju talbet li tiġi eżaminata individwalment, minħabba li hija kienet relatata ma’ importatur tal-Unjoni u affermat li ma kienet irċeviet l-ebda wieħed mill-allegati sussidji. |
|
(55) |
Minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni u l-istruttura kumplessa tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tagħtix eżami individwali, billi dan kien ikun ta’ piż żejjed u seta’ jimpedixxi lill-Kummissjoni milli tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji. |
1.8. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika
|
(56) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-ilmentatur u l-kwestjonarji għall-produtturi, l-importaturi, l-utenti u l-produtturi esportaturi tal-Unjoni fiċ-Ċina saru disponibbli online fil-jum tal-bidu (8). |
|
(57) |
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ, li kien jinkludi kwestjonarji speċifiċi għal Sinosure, il-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li pprovdew krediti ta’ finanzjament jew ta’ esportazzjoni lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, u l-aqwa 10 produtturi u distributuri tal-materjali tal-input użati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-GTĊ intalab ukoll, għal konvenjenza amministrattiva, jiġbor kwalunkwe rispons ipprovdut minn dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji u jibgħathom direttament lill-Kummissjoni. |
|
(58) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ, li kienet tinkludi tweġiba għall-kwestjonarju mingħand l-Export-Import Bank of China (“il-bank EXIM”). Madankollu, ma waslet l-ebda tweġiba mingħand Sinosure, mingħand kwalunkwe waħda mill-banek jew l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn, jew mingħand il-produtturi u d-distributuri ewlenin tal-materjali tal-input. |
|
(59) |
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni fittxet u wettqet kontroverifika tal-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tas-sussidju, tad-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (“l-Avviż dwar il-COVID-19”) (9), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-bini tal-GTĊ, tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun u tal-importaturi u l-utenti li kkooperaw. Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod (‘remote crosscheck’ - RCC) tal-informazzjoni pprovduta mill-GTĊ, li matulha pparteċipaw uffiċjali mill-ministeri rilevanti u minn awtoritajiet governattivi oħrajn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet RCCs tal-kumpaniji li ġejjin permezz ta’ vidjokonferenza:
|
1.9. Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji u proċedura sussegwenti
|
(60) |
Fl-10 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni bagħtet talba addizzjonali għal informazzjoni lill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw, lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, inklużi iżda mhux limitati għal data dwar il-bejgħ abbażi ta’ gruppi ta’ numri ta’ kontroll tal-prodott (‘product control numbers’ - PCNs), investimenti u offerti. It-tweġibiet ġew ivverifikati mill-Kummissjoni matul l-RCCs. |
|
(61) |
Fl-24 ta’ Awwissu 2021, skont l-Artikolu 29a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li hija kellha l-intenzjoni li ma timponix miżuri proviżorji u li tkompli bl-investigazzjoni. |
|
(62) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li ħasset li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. |
1.10. Divulgazzjoni finali
|
(63) |
Fl-14 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni informat lill-partijiet kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom hija kellha l-intenzjoni li timponi dazju antisussidji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat (“divulgazzjoni finali”). |
|
(64) |
Il-partijiet kollha ngħataw perjodu ta’ 20 jum li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni definittiva. Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(65) |
Waslu kummenti mingħand l-ilmentatur, il-GTĊ, is-CCCME, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, u importatur mhux relatat wieħed, jiġifieri Connect Com GmbH (“Connect Com”). Żewġ produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ipprovdew kjarifiki dwar żbalji klerikali li saru mill-Kummissjoni dwar l-istatus ta’ kooperazzjoni u l-isem eżatt tagħhom, li ġew ikkoreġuti kif xieraq. |
|
(66) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet interessati ngħataw opportunità li jinstemgħu skont id-dispożizzjonijiet stipulati taħt il-punt 5.7 tan-Notifika ta’ bidu. Saret seduta ta’ smigħ mas-CCCME. |
|
(67) |
Il-Kummissjoni indirizzat f’dan ir-regolament il-kummenti sottomessi matul il-proċedura antisussidji. Il-kummenti sottomessi fil-kuntest tal-investigazzjoni anti-dumping separata ma ġewx indirizzati f’dan ir-regolament, sakemm il-partijiet ma indikawx b’mod espliċitu li l-kummenti sottomessi koprew iż-żewġ proċeduri. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(68) |
Il-prodott ikkonċernat huwa kejbils fibrottiċi b’modalità waħda, magħmula minn fibra waħda jew aktar miksija individwalment, b’kisi protettiv, kemm jekk fihom kondutturi elettriċi li joriġinaw miċ-Ċina, kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8544 70 00 (il-kodiċi TARIC 8544700010) (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(69) |
Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:
|
|
(70) |
Il-kejbils fibrottiċi (“OFC”) jintużaw bħala mezz ottiku ta’ trażmissjoni fin-networks tat-telekomunikazzjoni f’networks ta’ distanzi twal, metro u aċċess. |
2.2. Prodott simili
|
(71) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(72) |
F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Affermazzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott
|
(73) |
ZTT Group talab l-esklużjoni mill-investigazzjoni tal-kejbils tal-wajer ottiku tal-art (“OPGW”) u tal-kondutturi tal-fażi ottika (“OPPC”). Huwa sostna li għalkemm dawn il-kejbils jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott, kellhom karatteristiċi fiżiċi u użu differenti (jiġifieri t-trażmissjoni tal-enerġija), kienu soġġetti għal standards tekniċi differenti, ġew manifatturati bl-użu ta’ materja prima differenti u skont proċessi ta’ produzzjoni differenti, u nbiegħu fi swieq separati. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li l-kejbils OPGW u OPPC kienu jirrappreżentaw biss porzjon żgħir ta’ bejgħ lejn l-Unjoni. ZTT Group talab ukoll li f’każ li l-Kummissjoni tkun ikkunsidrat li l-kejbils OPGW u OPPC kienu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni, il-karatteristiċi speċifiċi, il-fatturi tal-użu aħħari jew tas-segment tas-suq ta’ dawn il-prodotti għandhom jitqiesu fl-investigazzjoni. |
|
(74) |
Il-kejbils OPGW u OPPC jintużaw għat-trażmissjoni tad-data u jaqsmu l-karatteristiċi bażiċi ta’ OFC oħrajn, inklużi: (i) jinkludu fibri ottiċi; (ii) id-dijametru tal-fibra ottika miksija huwa fl-istess medda; (iii) in-numru ta’ fibri huwa wkoll fl-istess medda; (iv) in-numru ta’ fibri għal kull modulu huwa l-istess; u (v) il-kostruzzjoni tal-qalba tal-kejbil hija l-istess. Il-fatt li l-kejbils OPGW u OPPC għandhom użu addizzjonali (trażmissjoni tal-enerġija) u ċerti karatteristiċi (bħall-karatteristiċi elettriċi, l-ebda rekwiżit ta’ reżistenza għall-fjammi, rekwiżit ta’ reżistenza għolja għat-tensjoni, eċċ.) ma jnaqqasx minn dan il-fatt. |
|
(75) |
Barra minn hekk, it-tipi kollha ta’ kejbils huma soġġetti sa ċertu punt għal speċifikazzjonijiet u standards tekniċi differenti. Fir-rigward tal-materja prima, il-fatt li materja waħda użata għal komponent wieħed tal-OFC tista’ tvarja minn tip wieħed ta’ kejbil għal ieħor huwa irrilevanti: it-tipi kollha ta’ OFC jiġu manifatturati bl-użu ta’ fibri ottiċi. Fir-rigward tal-proċessi tal-manifattura, l-investigazzjoni żvelat li ċerti disinji protetti b’mod speċjali ta’ kejbils ottiċi standard kellhom saff ta’ wajers tal-azzar madwar il-qoxra tagħhom, u dawn il-kejbils ġew prodotti fuq l-istess magni bħall-magni tal-OPGW. Barra minn hekk, il-manifattura tal-kisi tal-kejbils OPGW u OPPC applika biss għal stadju wieħed tal-kostruzzjoni ta’ dawn il-kejbils, u dan ma jiġġustifikax l-esklużjoni tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-bejgħ tal-kejbils OPPC u OPPC kien jirrappreżenta porzjon iżgħar ta’ bejgħ lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni huwa irrilevanti għall-valutazzjoni tal-affermazzjoni. Fl-aħħar nett, l-industrija tal-Unjoni qed tipproduċi kejbils OPGW u OPPC ukoll u għalhekk tinsab f’kompetizzjoni diretta mal-esportaturi Ċiniżi għal dawn il-kejbils ukoll. |
|
(76) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-OPGW u l-OPPC huma OFC li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħall-OFC l-oħrajn li huma koperti mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u għalhekk ma kienet meħtieġa l-ebda analiżi separata għal dawn il-prodotti. Fil-fatt, in-numri ta’ kontroll tal-prodotti użati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu jidentifikaw kif xieraq il-kejbils OPGW u OPPC u jippermettu b’mod adegwat lill-Kummissjoni twettaq tqabbil ġust tal-prezzijiet bejn il-produtturi tal-Unjoni u dawk Ċiniżi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(77) |
ZTT Group issuġġerixxa wkoll erba’ metodi biex tiġi indirizzata u evitata kwalunkwe kwistjoni possibbli ta’ ċirkomvenzjoni fil-każ li l-kejbils OPGW u OPPC jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni, bħal (i) spezzjoni viżwali u verifika dokumentarja mill-uffiċjali doganali, (ii) sistema ta’ ċertifikazzjoni, (iii) proċedura doganali ta’ kontroll tal-użu aħħari u (iv) sistema ta’ monitoraġġ. Billi ġie konkluż li l-OPGW u l-OPPC huma koperti mill-investigazzjoni, ma kienx meħtieġ li jiġu indirizzati l-metodi ssuġġeriti għall-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni. |
3. SUSSIDJAR
3.1. Introduzzjoni: Il-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħrajn tal-Gvern
|
(78) |
Qabel ma analizzat l-allegat sussidjar fil-forma ta’ sussidji jew programmi ta’ sussidju, il-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħrajn tal-gvern, li kienu rilevanti għas-settur tal-prodott ikkonċernat u/jew l-inputs tiegħu u, b’hekk, kienu jirrappreżentaw kuntest integrali għas-sejbiet sostantivi. Hija sabet li s-sussidji jew il-programmi ta’ sussidju kollha taħt valutazzjoni jifformaw parti mill-implimentazzjoni tal-ippjanar ċentrali tal-GTĊ biex jinkoraġġixxi l-industrija tal-OFC għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(79) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffokaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru s-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jiġu allokati lil setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (10). |
|
(80) |
It-tagħmir tal-OFC jitqies bħala prodott ewlieni mill-GTĊ, kif instab fid-dokumenti u l-listi tal-ordni pubbliku (11). Tali kategorizzazzjoni hija ta’ importanza sinifikanti, minħabba li tikkwalifika setturi partikolari għall-kopertura minn varjetà ta’ politiki speċifiċi u miżuri ta’ appoġġ imfassla biex jixprunaw l-iżvilupp f’kull settur (12). Billi l-OFC huwa komponent ewlieni tal-infrastruttura tan-networks tal-internet, huwa għandu rwol kruċjali fit-tnedija ta’ networks fibrottiċi u tal-internet bil-broadband. L-iżvilupp ta’ dawn tal-aħħar fir-RPĊ huwa ggwidat u ġestit minn bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn, li jinħarġu f’livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, u li huma interkonnessi b’mod reċiproku. Eżempji ta’ tali dokumenti ta’ politika ewlenin jinkludu l-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħrajn li ġejjin. |
|
(81) |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ (“it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin”), li jkopri l-perjodu 2016-2020, jenfasizza l-viżjoni strateġika tal-GTĊ għat-titjib u l-promozzjoni tal-industriji ewlenin. It-13-il Pjan ta’Ħames Snin enfasizza l-intenzjoni tal-GTĊ li jsaħħaħ l-iżvilupp ta’ teknoloġiji avvanzati strateġiċi, fosthom it-teknoloġija tal-informazzjoni li hija inkluża fil-Kapitolu 6. Il-Kapitolu 23 stipula wkoll li n-networks ta’ informazzjoni, li taħthom jaqgħu l-OFC, huma kkunsidrati bħala “industrija emerġenti strateġika”. F’dan ir-rigward, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin jiddikjara li l-GTĊ se “jgħin biex jiġi żgurat l-iżvilupp rapidu tal-ktajjen tal-produzzjoni u tal-innovazzjoni tal-industriji emerġenti biex jitħaffef ir-raggruppament tal-industrija skont il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom” u “jinkoraġġixxi lill-intrapriżi Ċiniżi biex jallokaw riżorsi tal-innovazzjoni globalment”. |
|
(82) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li ma hemm l-ebda referenza għall-OFC fit-13-il Pjan ta’Ħames Snin u li l-Kummissjoni sempliċiment assumiet li l-OFC jaqgħu taħt il-kategorizzazzjoni ta’ “networks ta’ informazzjoni”. Skont il-GTĊ, il-Kapitolu 6 tat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin isemmi b’mod ċar li l-fokus tiegħu se jkun it-teknoloġiji “bi skop ġenerali” u l-Kapitolu 23 ma jagħmel l-ebda referenza għall-industrija tal-OFC, filwaqt li t-terminu “network ta’ informazzjoni” fil-Kapitolu 23 jagħmilha ċara li dan ma jikkonċernax l-OFC jew prodotti speċifiċi, iżda pjuttost l-infrastruttura ġenerali. Bl-istess mod, il-Kapitolu 25 jitkellem dwar “networks ottiċi” u mhux dwar prodotti speċifiċi, bħall-OFC. |
|
(83) |
Il-Kapitolu 4 “Il-Filosofija tal-Iżvilupp” tat-13-il Pjan ta’Ħames Snin jelenka “l-adozzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni” fost il-prijoritajiet tal-iżvilupp. Dan il-Kapitolu jiddefinixxi l-fokus u l-prijoritajiet sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-13-il Pjan ta’Ħames Snin u l-punti elenkati fih huma ta’ importanza strateġika. Għalhekk, it-“teknoloġija tal-informazzjoni” hija kkunsidrata bħala komponent ewlieni tal-iżvilupp tal-pajjiż għall-perjodu kopert mit-13-il Pjan ta’Ħames Snin. Barra minn hekk, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin jirreferi għat-“teknoloġija tal-informazzjoni” f’bosta Kapitoli li jikkonċernaw diversi setturi tal-ekonomija u tas-soċjetà. |
|
(84) |
It-Taqsima 2 “Industriji Strateġiċi” tal-Kapitolu 23 “L-Iżvilupp ta’ Industriji Strateġiċi Emerġenti” fit-13-il Pjan ta’Ħames Snin tistabbilixxi li “aħna se nrawmu industriji strateġiċi fl-oqsma tal-ajruspazju, l-oċeanografija, in-networks tal-informazzjoni, ix-xjenzi tal-ħajja u t-teknoloġija nukleari”. Barra minn hekk, il-Kapitolu 25 “Nibnu Network ta’ Informazzjoni Effiċjenti u li Jinsab Kullimkien” jistabbilixxi li “Aħna se naċċelleraw il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ta’ informazzjoni tal-ġenerazzjoni li jmiss b’veloċità għolja, mobbli, sigura u li tinsab kullimkien u se nxerrdu l-użu tat-teknoloġija ta’ network tal-informazzjoni”, li tinkludi “networks fibrottiċi tal-ġenerazzjoni l-ġdida u b’veloċità għolja”, “network tal-broadband mingħajr fili avvanzat u li jinsab kullimkien”, u “teknoloġija ġdida tan-network ta’ informazzjoni”. Barra minn hekk, il-Kaxxa 9 tipprovdi lista ta’ proġetti tat-teknoloġija tal-informazzjoni, fosthom l-Aġenda Nazzjonali tal-Broadband b’enfasi fuq “l-istabbiliment ta’ sistema tat-telekomunikazzjoni ottika b’veloċità għolja u ta’ kapaċità għolja”. |
|
(85) |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin huwa d-dokument ta’ politika ewlieni li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali tar-RPĊ u, bħala tali, jissottolinja l-oqsma ta’ prijorità mingħajr ma neċessarjament jipprovdi d-dettalji kollha għall-kisba konkreta tal-prijoritajiet. Għalhekk, il-fatt li, bħala tali, l-OFC ma jissemmewx fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin ma jfissirx li ma humiex ikkonċernati bħala komponent ewlieni u indispensabbli għall-kisba tal-għan strateġiku aktar ġenerali tal-iżvilupp tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-infrastruttura tan-network tal-informazzjoni. |
|
(86) |
Il-“ġenerazzjoni l-ġdida tat-teknoloġija tal-informazzjoni”, li tinkludi l-OFC bħala apparat ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, hija wkoll industrija mħeġġa taħt l-inizjattiva Made in China 2025 (13). F’din l-inizjattiva, it-“tagħmir tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni” promoss huwa definit ukoll bħala “teknoloġija għat-trażmissjoni ottika intelliġenti b’veloċità għolja ħafna u ta’ kapaċità kbira” u, barra minn hekk, taħt “Kompiti u Prijoritajiet Strateġiċi”, tingħata prijorità lill-aċċellerazzjoni tal-iskjerament u l-kostruzzjoni ta’ “network tal-fibrottika”. |
|
(87) |
Billi hija industrija mħeġġa fl-istrateġija Made in China 2025, l-industrija tal-OFC hija eliġibbli biex tibbenefika minn finanzjament konsiderevoli mill-Istat. Inħolqu għadd ta’ fondi biex jappoġġaw l-inizjattiva Made in China 2025 (14) u b’hekk indirettament l-industrija tal-OFC, bħall-fond Nazzjonali għaċ-Ċirkwit Integrat (15), il-Fond għall-Manifattura Avvanzata (16) u l-Fond ta’ Investiment għall-Industriji Emerġenti (17). |
|
(88) |
Permezz tal-inklużjoni tal-kostruzzjoni ta’ network tal-fibrottika bħala objettiv wieħed fl-istrateġija Made in China 2025, jew fi kwalunkwe dokument ta’ ppjanar strateġiku ieħor, prodotti li huma essenzjali biex tinkiseb l-espansjoni msaħħa u mtejba tal-kostruzzjoni ta’ dawk in-networks, bħall-kejbils tal-fibrottika użati għat-trażmissjoni, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet strateġiċi u, b’hekk, jibbenefikaw mill-miżuri preferenzjali korrispondenti. |
|
(89) |
Barra minn hekk, l-OFC spiss jiġu inklużi taħt l-umbrella ta’ “Ġenerazzjoni Ġdida tal-Industrija tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni” u b’mod partikolari bħala “Tagħmir tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni”. Il-Pjan Direzzjonali Made in China 2025 (18) jagħti 10 setturi strateġiċi, li huma l-industriji ewlenin għall-GTĊ. Dan jiddeskrivi fis-Settur 1 “Ġenerazzjoni ġdida tal-industrija tat-teknoloġija tal-informazzjoni”/ 1.2 Tagħmir tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni l-kategoriji tal-prodotti “tagħmir ta’ trażmissjoni ottika b’veloċità għolja u ta’ kapaċità kbira (400G/1Tbps)” u “tagħmir ta’ aċċess ottiku b’veloċità għolja (10G/100Gbps)” bħala prodotti li jaqgħu taħt il-prijoritajiet ta’ żvilupp ta’ dan is-settur. B’hekk, il-ġenerazzjoni l-ġdida tat-teknoloġija tal-informazzjoni tibbenefika mill-vantaġġi li joħorġu mill-mekkaniżmi ta’ appoġġ elenkati fid-dokument, inklużi, fost l-oħrajn, il-politiki ta’ appoġġ finanzjarju, il-politika fiskali u tat-tassazzjoni, u s-sorveljanza u l-appoġġ tal-kunsill tal-Istat (19). |
|
(90) |
Barra minn hekk, l-OFC huma relatati mal-kategorija “materjali ġodda”. Fit-Taqsima 9 “materjali ġodda” u s-subkategoriji tagħha, inklużi materjali strateġiċi ewlenin (il-punt 9.2), tal-Pjan Direzzjonali Made in China 2025, hemm elenkati l-fibri ta’ prestazzjoni għolja u l-materjali komposti. Kif jista’ jidher fil-Katalgu ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (2006), fin-nri. 6020004 u 6020005, il-prodotti tal-fibrottika, speċjalment dawk marbuta mal-preforma tal-fibrottika, li hija materjal ta’ input ewlieni għall-produzzjoni tal-OFC, jitqiesu li jikkostitwixxu “materjali ġodda”. |
|
(91) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li l-Kummissjoni ma spjegatx fuq liema bażi hija qieset l-OFC bħala “materjali ġodda”. Hija enfasizzat li t-Taqsima 9.2.3 tad-dokument tal-pjan direzzjonali tirreferi biss għal “fibri ta’ prestazzjoni għolja u materjali komposti” u li huwa biss il-materjal ta’ input ewlieni għall-produzzjoni tal-OFC li jitqies li jikkostitwixxi “materjali ġodda” u mhux OFC bħala tali. |
|
(92) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenniet li, fil-Katalogu ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (2006), il-prodotti ta’ fibrottika, inkluża, b’mod partikolari, preforma ta’ fibrottika, jitqiesu li jikkostitwixxu “materjali ġodda”. Il-preforma tal-fibrottika hija materjal ta’ input ewlieni b’valur miżjud għoli għall-produzzjoni tal-OFC, li jirrappreżenta parti sostanzjali mill-ispiża tal-produzzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li billi l-preforma tal-fibrottika, li hija prodott nofsu lest tal-OFC, hija elenkata bħala “materjal ġdid”, hemm rabta diretta bejn l-OFC u l-kategorija ta’ “materjali ġodda”. |
|
(93) |
Barra minn hekk, minbarra l-Pjan Direzzjonali Made in China 2025, f’Novembru 2016, il-lista ta’ 10 setturi strateġiċi ġiet irfinata f’Katalogu ta’ Erba’ Elementi Essenzjali (20) ppubblikat mill-Kumitat Konsultattiv Nazzjonali dwar l-Istrateġija għall-Manifattura (NMSAC), grupp konsultattiv għall-Grupp Żgħir Nazzjonali ta’ Tmexxija dwar il-Bini ta’ Potenza tal-Manifattura Nazzjonali. Dan il-grupp ġie stabbilit mill-GTĊ biex jiżviluppa pjanijiet, politiki, proġetti, u arranġamenti ta’ ħidma biex jippromwovi l-iżvilupp tal-industrija tal-manifattura u biex jikkoordina kwistjonijiet fost ir-reġjuni u d-dipartimenti (21). F’dan il-katalogu, kull wieħed mill-10 setturi strateġiċi huwa maqsum f’erba’ kapitoli: (i) parts tal-bdil essenzjali ewlenin, (ii) materjali essenzjali ewlenin, (iii) proċessi/teknoloġiji essenzjali avvanzati u (iv) pjattaformi tat-teknoloġija industrijali. Il-kejbils ta’ fibrottika jistgħu jinstabu taħt is-settur 1: teknoloġija tal-informazzjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida, taħt il-punt (i) parts tal-bdil bażiċi ewlenin, is-subpunt 38 Fibra ottika b’telf baxx ħafna bbażata fuq bandwidth 400G (network tal-mejns) u taħt il-punt (ii) materjali bażiċi ewlenin, is-subpunt 22 Materjali tal-fibrottika tal-ġenerazzjoni l-ġdida. |
|
(94) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna l-pożizzjoni tiegħu li t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin u l-inizjattiva Made in China 2025 ma humiex dokumenti obbligatorji jew legalment vinkolanti. |
|
(95) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rrimarkat li aktar milli jagħmel biss dikjarazzjonijiet ġenerali ta’ inkoraġġiment, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin juża lingwaġġ li jindika n-natura vinkolanti tiegħu. Fi kwalunkwe każ, kif iddikjarat fil-premessa (85), it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin huwa d-dokument ta’ politika ewlieni li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u huwa l-bażi għal diversi atti legali vinkolanti li l-awtoritajiet jeħtieġ li jqisu u jimplimentaw meta jadottaw regoli ġodda jew meta jiddistribwixxu riżorsi pubbliċi. |
|
(96) |
Fir-rigward tal-inizjattiva Made in China 2025, jeħtieġ li din tinqara flimkien mal-Pjan Direzzjonali Made in China 2025 u wara li jitqiesu l-fondi li kienu nħolqu biex jappoġġaw l-inizjattiva Made in China 2025. Għalkemm l-inizjattiva Made in China 2025 prinċipalment tistabbilixxi prinċipji ġenerali li għandhom jiġu segwiti, l-implimentazzjoni tagħha permezz tal-iżborż ta’ finanzjament mill-Istat lil ċerti industriji mħeġġa hija vinkolanti u tagħmilha speċifikament immirata lejn industriji mħeġġa bħal dawn u mhux applikabbli b’mod ġenerali. Barra minn hekk, l-istrateġija Made in China 2025 tuża kliem li jimplika objettivi u miri li għandhom jintlaħqu bħal “aħna se nħaffu l-iskjerament u l-kostruzzjoni ta’ networks tal-fibrottika” u “aħna se nippromwovu b’mod vigoruż l-iżvilupp rivoluzzjonarju f’oqsma ewlenin” meta tirreferi għal “ġenerazzjoni ġdida tal-industrija tat-teknoloġija tal-informazzjoni”, inkluż “apparat tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni”. |
|
(97) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx l-affermazzjonijiet tal-GTĊ. |
|
(98) |
L-industrija tal-OFC hija koperta wkoll mill-Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti (2016–2020) ippubblikat mill-Ministeru Ċiniż għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“MIIT”) (22), li għandu l-għan li jimplimenta t-13-il Pjan ta’Ħames Snin u stabbilixxa 10 kompiti ewlenin li għandhom l-għan li jqassru ċ-ċiklu tal-iżvilupp tal-prodott, itejbu l-effiċjenza tal-produzzjoni u l-kwalità tal-prodotti, inaqqsu l-ispiża operatorja, ir-riżorsi u l-konsum tal-enerġija, u jaċċelleraw l-iżvilupp tal-manifattura intelliġenti. Fl-2018, il-Kunsill tal-Istat ħabbar il-pjanijiet taċ-Ċina li tespandi l-programm tagħha għall-manifattura intelliġenti billi żżid madwar 100 proġett pilota f’dik l-istess sena u, skont l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, żewġ kumpaniji relatati mal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, Zhongtian technology precision materials Ltd. u Fiberhome Communication Technology, ġew inklużi fil-Lista ta’ Proġetti ta’ Dimostrazzjoni Pilota ta’ Manifattura Intelliġenti mill-MIIT, tal-ewwel fl-2017 (23) u tal-aħħar fl-2018 (24). Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, Yangtze Optical Fibre and Cable, ġie elenkat bħala “National First Batch Smart Manufacturing Pilot Enterprise” (25). |
|
(99) |
Hemm indikazzjonijiet ċari li l-fatt li tissemma f’waħda minn dawn il-listi, li huma relatati mal-istrateġija Made in China 2025, ma huwiex biss rimarka ta’ tifħir, iżda li hemm benefiċċji finanzjarji assoċjati magħha. Fid-dokument imsejjaħ “Avviż tal-MOF dwar l-ammonti ttrasferiti għall-programmi ta’ trasformazzjoni u aġġornament tal-industrija lokali tal-2017”, hemm entrata korrispondenti fil-linja 151 li tiddikjara li Fiberhome Communication Technology taħt il-programm “Modalità ta’ Manifattura Ġdida ta’ tagħmir ewlieni tan-network tal-komunikazzjoni 5G” irċeviet sussidju fl-ammont ta’ RMB 12-il miljun. |
|
(100) |
Bosta dokumenti addizzjonali jappoġġaw is-sejba li l-GTĊ ħoloq qafas wiesa’ ta’ appoġġ għall-infrastruttura tat-teknoloġija tal-internet u n-netwerks tal-broadband li jkopru, inter alia, l-industrija tal-OFC. Diġà fl-2009 fil-Pjan għall-Aġġustament u r-Rivitalizzazzjoni tal-Industrija tal-Informazzjoni Elettronika (26), il-GTĊ esprima b’mod espliċitu l-objettiv tiegħu li “jiggwida u jippromwovi l-kostruzzjoni ta’ […] in-network ta’ aċċess għall-fibrottika tal-broadband” . |
|
(101) |
Fl-Istrateġija “Broadband China” tal-2013, (27) il-GTĊ ifformula l-għan li jippromwovi “in-networks ta’ aċċess […] f’konformità mal-ideat ta’ aċċess b’veloċità għolja” u li “f’żoni urbani, il-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tan-network ta’ aċċess se jitwettqu bl-użu ta’ metodi tekniċi, bħal fibra għad-dar u fibra għall-bini”. Barra minn hekk, skont din l-istrateġija, “l-estensjoni tal-fibrottika għan-naħa tal-utent” għandha tiġi promossa u “network fiss ta’ aċċess għall-broadband b’fibrottika bħala s-sors ewlieni” għandu jinbena gradwalment. |
|
(102) |
Fil-kapitolu fl-Istrateġija “Broadband China” li jindirizza l-istrumenti ta’ politika, il-GTĊ jiddeskrivi l-istrumenti li jintużaw biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din l-istrateġija, jiġifieri li jsir “użu sħiħ minn diversi fondi speċjali mill-gvern ċentrali biex jiggwidaw il-fondi lokali rilevanti għall-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u l-industrijalizzazzjoni tan-network tal-broadband” u li jiġi pprovdut “appoġġ b’imgħax sussidjat għal self għal proġetti eliġibbli ta’ kostruzzjoni tal-broadband f’żoni ta’ żvilupp nazzjonali fir-reġjun tal-Punent” u, fl-aħħar nett, li jissaħħu “l-appoġġ għall-konċessjoni tat-taxxa” u “l-appoġġ [għall-]kostruzzjoni tan-networks tal-broadband”. Kif stabbilit fil-premessa (80), il-Kummissjoni qieset l-OFC bħala komponent ewlieni tal-infrastruttura tan-networks tal-internet u indispensabbli għat-twaqqif ta’ sistemi tal-broadband. |
|
(103) |
L-Istrateġija “Broadband China” ma tiddikjarax biss objettivi mhux vinkolanti fir-rigward tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-internet. Meta din titqies flimkien ma’ dokumenti oħrajn, huwa ċar li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GTĊ huma element essenzjali użat biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din l-istrateġija. Fl-Opinjonijiet dwar il-Promozzjoni tal-Kostruzzjoni ta’ Networks tal-Broadband tal-Fibrottika (28), huwa ddikjarat li “il-gvernijiet lokali fil-livelli kollha huma mħeġġa jipprovdu sussidji finanzjarji għall-użu tal-broadband tal-fibrottika fl-istituzzjonijiet tas-servizz pubbliku” u li “l-investiment u l-appoġġ ta’ politika fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ ċipep, apparati, tagħmir tas-sistema u applikazzjonijiet ewlenin għal komunikazzjoni broadband tal-fibrottika” għandhom jiżdiedu u “l-innovazzjoni teknoloġika fil-komunikazzjonijiet bil-fibrottika” għandha tiġi mħeġġa. |
|
(104) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li l-Istrateġija “Broadband China” hija biss dokument ta’ gwida dwar l-infrastruttura tal-broadband. F’dan ir-rigward, il-GTĊ innota li l-Bord f’“Iċ-Ċina – GOES” sab li “l-informazzjoni ġenerali dwar il-politika governattiva, mingħajr konnessjoni diretta ma’ programm inkwistjoni, ma hijiex“evidenza suffiċjenti”ta’ speċifiċità”. |
|
(105) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li kif ġie ddikjarat fil-premessa (102), fil-kapitolu fl-Istrateġija “Broadband China” li jindirizza l-istrumenti ta’ politika, il-GTĊ jiddeskrivi l-istrumenti li jintużaw biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din l-istrateġija, bħall-użu ta’ diversi fondi speċjali, appoġġ għall-imgħax issussidjat, appoġġ għall-konċessjoni tat-taxxa, eċċ. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset fil-premessa (103) li meta titqies flimkien ma’ dokumenti oħrajn, huwa ċar li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GTĊ huma element essenzjali użat biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din l-istrateġija. Għalhekk, minkejja li l-Istrateġija “Broadband China” titqies li għandha natura ta’ gwida, l-implimentazzjoni tagħha permezz tal-iżborż ta’ finanzjament mill-Istat lil ċerti industriji mħeġġa tagħmilha biss vinkolanti u mmirata speċifikament lejn tali industriji mħeġġa u mhux applikabbli b’mod ġenerali. Fi kwalunkwe każ, ir-referenza għar-Rapport tal-Bord f’“Iċ-Ċina – GOES” ma hijiex deċiżiva fir-rigward tal-ispeċifiċità, minħabba li, f’dan il-każ, il-bosta pjanijiet u dokumenti ta’ politika maħruġa mill-GTĊ koperti f’din it-taqsima jipprovdu gwida u appoġġ speċifiċi għall-prodott ikkonċernat. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(106) |
Fl-opinjonijiet ta’ Gwida tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promozzjoni Attiva tal-“Internet Plus” (29) mill-2015, objettiv ċar huwa fformulat billi jiġi ddikjarat li dan id-dokument għandu jgħin biex “titħaffef l-implimentazzjoni tal-istrateġija“Broadband China”, jiġi organizzat u implimentat il-proġett nazzjonali għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-informazzjoni dwar il-ġenerazzjoni l-ġdida [u] tiġi promossa t-trasformazzjoni tan-network tal-broadband tal-fibrottika.” U l-mod kif jintlaħaq dan l-għan huwa deskritt taħt “(6) It-tisħiħ tal-gwida u l-appoġġ” fejn huwa elaborat li l-appoġġ fiskali u tat-tassazzjoni għandu jiżdied u fejn jiġu speċifikati kompiti bħal “investiment b’mod attiv fir-riċerka u l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni tal-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin ta’ innovazzjoni integrata kkwalifikati ta’ “Internet +”. Koordinazzjoni tal-użu ta’ fondi speċjali finanzjarji eżistenti biex tiġi appoġġata l-kostruzzjoni ta’ pjattaformi relatati mal-“Internet +” u dimostrazzjonijiet tal-applikazzjoni.” |
|
(107) |
Barra minn hekk, fl-2015, il-GTĊ iddeskriva l-pjan għal investimenti finanzjarji previsti biex “iħaffu l-kostruzzjoni tal-infrastruttura” fil-“Gwida mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kunsill tal-Istat dwar it-Tħaffif tal-Kostruzzjoni ta’ Networks tal-Broadband b’Veloċità Għolja u l-Promozzjoni tat-Tnaqqis tal-Veloċità tat-Tariffi tat-Tħaffif tan-Networks” (30). F’dan id-dokument huwa ddikjarat li, sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, il-GTĊ “se jaċċellera l-kostruzzjoni ta’ bliet ta’ networks kollha tal-fibra u ta’ networks tal-komunikazzjoni mobbli tar-raba’ ġenerazzjoni (4G), b’aktar minn 430 biljun yuan investiti fil-kostruzzjoni tan-network fl-2015 u mhux inqas minn 700 biljun yuan fl-2016-2017” u “jippromwovi l-proċess tal-fiber-to-the-home, ilesti t-trasformazzjoni fibrottika ta’ 45,000 żona ta’ aċċess tal-kejbil tar-ram fl-2015, u jibni aktar minn 80 miljun unità domestika ġdida tal-fiber-to-the-home” . |
|
(108) |
L-approċċ tal-GTĊ li jiddefinixxi l-industriji u l-prodotti mħeġġa fil-katalogi sabiex jalloka r-riżorsi kif xieraq, abbażi tal-importanza strateġika jew politika tagħhom kif attribwita mill-GTĊ, u li jimplimenta u jissorvelja l-pjanijiet f’kull livell amministrattiv, jista’ jiġi osservat aktar billi jiġi eżaminat il-Katalogu ta’ Prodotti u Servizzi Strateġiċi u Emerġenti tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (NDRC) mill-2016 (31). Għal darba oħra, huwa previst l-istabbiliment ta’ ġenerazzjoni ġdida tal-industrija tal-IT, inkluża ġenerazzjoni ġdida tal-industrija tan-networks tal-informazzjoni. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, ċerti prodotti huma inklużi fil-katalogu ta’ prodotti strateġiċi u emerġenti. Huwa ċar li l-OFC huwa wieħed mill-prodotti, hekk kif ir-referenza għal “Tagħmir ta’ komunikazzjoni ottika. Inkluża l-fibra” hija inekwivoka. L-enumerazzjoni tal-ispeċifiċitajiet teknoloġiċi tat-tagħmir ikkonċernat, bħal “Fibra G.657 għal FTTx, fibra G.655 ta’ żona effettiva kbira, fibra G.656, Fibra b’dawl b’telf baxx u ultra-baxx li tissodisfa l-istandards G.652, […] Tagħmir ta’ trażmissjoni ottika, rata tal-linja b’kanal singolu 10Gbit/s, 40Gbit/s, 100Gbit/s, 200Gbit/s, 400Gbit/s” turi mhux biss li l-OFC huwa meqjus bħala prodott strateġiku u emerġenti mill-GTĊ, iżda wkoll il-grad ta’ ppjanar dettaljat mill-GTĊ li jestendi sal-livell ta’ ċerti prodotti teknoloġiċi. |
|
(109) |
L-istess approċċ – li jiddefinixxi l-objettivi fil-pjanijiet u jkompli jimplimentahom billi jiddefinixxi d-dettalji tekniċi fil-katalogi – jintuża fil-Katalogu ta’ Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (32), fejn l-OFC huwa kopert bħala prodott ta’ komunikazzjoni fin-Nru. 1020011, li jinkludi “Sistema ta’ trażmissjoni tal-fibrottika SDH b’mezz ta’ trażmissjoni tal-fibra b’modalità waħda, kanal tat-trażmissjoni tad-data b’veloċità għolja, ir-rata ta’ trażmissjoni ta’ 10 Gbit/s u 40 Gbit/s, għal linji ta’ komunikazzjoni u network ċentrali tal-metro”. Fl-2003 l-OFC kien diġà elenkat fil-Katalogu ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata Mħeġġa għal Investiment Barrani fil-kategorija Tagħmir u Prodotti tal-Komunikazzjoni (33) taħt in-numru 42 bħala “Tagħmir ta’ komunikazzjoni tal-fibra SDH ta’ 10 Gb/s u aktar” . |
|
(110) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u Connect Com affermaw li l-Kummissjoni ma wrietx li d-diversi dokumenti msemmija fit-Taqsima 3.1 jappoġġaw jew jinkoraġġixxu “speċifikament” lill-industrija tal-OFC, għalkemm l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni turi li dokument tal-GTĊ “jillimita l-aċċess b’mod espliċitu” għal ċerti intrapriżi u li tali rekwiżit skont l-Artikolu 2.1(a) tal-Ftehim SCM jinvolvi d-dimostrazzjoni ta’ limitazzjoni li hija “espressa... mhux ambigwa u ċara” (34). Connect Com irreferiet ukoll għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku, li jirrikjedi li l-ispeċifiċità trid tkun iġġustifikata b’mod ċar abbażi ta’ evidenza pożittiva u affermat li l-Kummissjoni ma ssodisfatx dan ir-rekwiżit. Il-GTĊ sostna wkoll li l-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq is-suppożizzjoni żbaljata li jekk l-infrastruttura tan-network tkun allegatament imħeġġa, dak kollu li jikkostitwixxi dak in-network ikun imħeġġeġ. Il-GTĊ iddikjara li bosta dokumenti msemmija mill-Kummissjoni, bħat-13-il pjan ta’Ħames Snin, l-inizjattiva Made in China 2025, il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti (2016-2020), il-Pjan tal-2009 għall-Aġġustament u r-Rivitalizzazzjoni tal-Industrija tal-Informazzjoni Elettronika u l-Istrateġija “Broadband China” tal-2013, ma jikkonċernawx il-prodott OFC jew l-industrija tal-OFC, iżda pjuttost networks downstream jew l-iskjerament tal-broadband, jiġifieri l-infrastruttura ġenerali. Skont il-GTĊ, minħabba li l-bini tan-networks jirrikjedi ħafna inputs u prodotti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tispjega b’mod ċar eżattament liema prodotti u servizzi li jagħmlu l-infrastruttura tqis li huma mħeġġa. Barra minn hekk, il-GTĊ afferma li t-“tnedija” tan-network jew tal-broadband ma hijiex relatata ma’ oġġetti, iżda pjuttost mal-iżvilupp tal-infrastruttura u s-servizzi, billi tali tnedija tikkonċerna t-titjib tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni ġenerali. |
|
(111) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Kif spjegat fil-premessa (80), l-OFC huwa komponent ewlieni tal-infrastruttura tan-networks tal-internet u għandu rwol importanti ħafna fit-tnedija tan-networks tal-fibrottika u tal-internet broadband. L-infrastruttura tal-broadband tirreferi għal networks ta’ tagħmir u teknoloġiji tat-telekomunikazzjoni skjerati meħtieġa biex jipprovdu aċċess għall-internet b’veloċità għolja u servizzi avvanzati oħrajn tat-telekomunikazzjoni (35) u l-OFC huwa parti ewlenija mit-tagħmir tat-trażmissjoni. Għalhekk, il-bini tal-infrastruttura u n-networks tal-broadband jeħtieġ l-użu tal-prodotti meħtieġa għat-trażmissjoni tad-data u ma jikkonsistix prinċipalment fil-forniment ta’ servizzi kif jidher li qed jimplika l-GTĊ. Fil-fatt, il-forniment ta’ servizzi jkun ir-riżultat tal-eżistenza ta’ tali infrastruttura ladarba tinbena. Għalhekk, jekk il-bini tal-infrastruttura tal-broadband ikun imħeġġeġ mill-GTĊ, dan tal-aħħar jinkoraġġixxi wkoll prodotti ewlenin li huma indispensabbli għall-bini ta’ tali infrastruttura u li jifformaw parti integrali minnha. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-qafas normattiv li jirriżulta mill-implimentazzjoni tad-diversi dokumenti msemmija fit-Taqsima 3.1 “jillimita b’mod espliċitu l-aċċess” għal trattament preferenzjali għal ċerti intrapriżi f’industriji mħeġġa, bħall-industrija tal-OFC li hija parti mit-teknoloġija tal-informazzjoni u n-networks tal-broadband. Konsegwentement, id-diversi dokumenti li ssemmew fit-Taqsima 3.1 kienu jikkostitwixxu biżżejjed evidenza pożittiva biex tiġi konkluża l-ispeċifiċità tal-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-industrija tal-OFC mill-GTĊ. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ u ta’ Connect Com ġew miċħuda. |
|
(112) |
Barra minn hekk, skont il-GTĊ, in-networks tal-aċċess għall-internet u l-infrastruttura tal-broadband huma infrastruttura ġenerali. Il-GTĊ għamel referenza għall-interpretazzjoni ta’ “infrastruttura ġenerali” mill-Bord f’“Il-KE u ċerti Stati Membri — Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar” bħala “infrastruttura li ma hijiex ipprovduta lil jew għall-vantaġġ ta’ entità waħda biss jew grupp limitat ta’ entitajiet, iżda hija disponibbli għall-entitajiet kollha jew kważi kollha”. Il-GTĊ sostna wkoll li l-Korp tal-Appell f’“L-Istati Uniti — Softwood Lumber IV” ikkonferma li “eċċezzjoni espliċita biss għall-prinċipju ġenerali li l-forniment ta’“oġġetti”minn gvern se jirriżulta f’kontribuzzjoni finanzjarja hija meta dawk l-oġġetti jiġu pprovduti fil-forma ta’“infrastruttura ġenerali“. |
|
(113) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rrimarkat li l-interpretazzjoni ta’ “infrastruttura ġenerali” li għaliha rrefera l-GTĊ hija relatata mad-definizzjoni tal-forniment ta’ oġġetti minn gvern fil-forma ta’ infrastruttura ġenerali. Din l-interpretazzjoni ma tirrigwardjax l-analiżi tal-ispeċifiċità ta’ programm ta’ sussidju. Barra minn hekk, l-għan ta’ din l-investigazzjoni ma huwiex il-forniment ta’ kejbil tal-fibrottika minn gvern, li l-GTĊ afferma li huwa “infrastruttura ġenerali”, iżda s-sussidji kompensatorji kollha mogħtija lill-produtturi esportaturi tal-OFC, li min-naħa tagħhom jesportaw dan l-OFC lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset l-affermazzjoni bħala bla bażi u irrilevanti għall-valutazzjoni tal-inkoraġġiment tal-industrija tal-OFC mill-GTĊ u, għalhekk, irrifjutatha. |
|
(114) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Connect Com affermat li l-finanzjament ġenerali għall-espansjoni tan-network tal-fibrottika ma jirrappreżentax sussidju speċifiku għall-OFC u rreferiet għall-premessa (749) ta’ hawn taħt li abbażi tagħha l-OFC ma jikkostitwixxux aktar minn 5 % tal-volum totali tan-network tal-fibrottika. |
|
(115) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni enfasizzat li l-premessa (749) taqra kif ġej: “l-investigazzjoni stabbiliet li l-OFC jirrappreżenta biss sehem żgħir mill-kost totali tat-tnedija tal-proġetti tan-networks diġitali - fil-każ li l-5G tkun ħafna inqas minn 5 %”. L-ewwel nett, din id-dikjarazzjoni tirreferi għall-ispiża tal-produzzjoni u mhux għall-volum. It-tieni nett, il-fatt li l-OFC jistgħu jirrappreżentaw sehem żgħir mit-tnedija totali tan-network ma jinvalidax il-fatt li l-OFC huwa prodott kruċjali u indispensabbli għall-iskjerament ta’ tali network. Kif spjegat fil-premessi (80) u (111), l-OFC huwa komponent integrali tan-networks tal-broadband b’veloċità għolja tal-aħħar ġenerazzjoni bbażati fuq din it-teknoloġija, li għalhekk ma jkunux jistgħu jiffunzjonaw mingħajrha. B’hekk, minnhom infushom, is-sussidji għal dan il-komponent ewlieni huma speċifiċi u strumentali għall-funzjonament b’suċċess tan-network sħiħ tal-fibrottika. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(116) |
Barra minn hekk, id-Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (id-Deċiżjoni Nru. 40 mill-2005 tal-Kunsill tal-Istat) (“id-Deċiżjoni Nru. 40”), il-Kapitolu III jirreferi għal “Il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija” li huwa magħmul minn tliet tipi ta’ kontenut, jiġifieri kontenut tal-proġetti mħeġġa, kontenut tal-proġetti limitati u kontenut tal-proġetti eliminati. Skont l-Artikolu XVII tad-Deċiżjoni, jekk “il-proġett ta’ investiment ikun jappartjeni għall-kontenut ta’ inkoraġġiment, huwa għandu jiġi eżaminat u approvat u jiġi rreġistrat skont ir-regolamenti nazzjonali rilevanti dwar l-investiment; l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu skont il-prinċipji ta’ kreditu; it-tagħmir għall-użu personali importat fl-ammont totali tal-investiment, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti bażiċi fil-Kontenut ta’ Prodotti Bażiċi Importati Mhux Eżentati ta’ Proġetti Domestiċi Investiti (emendati fis-sena 2000) maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi, jista’ jkun eżentat mid-dazju fuq l-importazzjoni u mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-konnessjonijiet tal-importazzjoni, sakemm ma jkunx hemm regolamenti ġodda dwar il-kontenut tal-proġetti ta’ investiment mhux eżentati. Politiki favoriti oħrajn fuq il-proġetti industrijali mħeġġa għandhom jiġu implimentati skont ir-Regolamenti nazzjonali rilevanti.” |
|
(117) |
Konsegwentement, id-Deċiżjoni Nru. 40 moqrija flimkien mal-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija tipprevedi trattament speċifiku ta’ ċerti proġetti f’ċerti industriji mħeġġa. |
|
(118) |
Il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011)(Emenda tal-2013) (36) u l-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2019) (37) approvati bid-Digriet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru. 29 tas-27 ta’ Awwissu 2019, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020, jelenkaw taħt “Kategorija I Tħeġġiġ”: “XXVIII. Industrija tal-Informazzjoni […]
[…]
|
|
(119) |
Għalhekk, il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija jinkludi taħt “industrija tal-informazzjoni” proġetti speċifiċi relatati mal-industrija tal-OFC kif imħeġġa. |
|
(120) |
Il-GTĊ afferma li d-Deċiżjoni Nru. 40 ma hijiex obbligatorja jew legalment vinkolanti, iżda minflok hija sempliċement dokument ta’ gwida. Barra minn hekk, skont il-GTĊ, l-Artikolu V tad-Deċiżjoni Nru. 40, li jirreferi għal “[t]isħiħ tal-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-informazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni broadband”, jikkonċerna b’mod ċar biss it-titjib tal-infrastruttura u ma jsemmix l-OFC. Għalhekk, il-GTĊ sostna li dan id-dokument ma setax jipprovdi appoġġ jew tħeġġiġ lill-industrija tal-OFC. |
|
(121) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma qablitx li d-Deċiżjoni Nru. 40 ma għandha l-ebda effett obbligatorju. Tabilħaqq, id-Deċiżjoni Nru. 40 tistabbilixxi r-regolamenti temporanji li jippromwovu r-ristrutturar industrijali u tirreferi għal “Il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija”, li jiddefinixxi tliet tipi ta’ kontenut: kontenut tal-proġetti mħeġġa, kontenut tal-proġetti limitati u kontenut tal-proġetti eliminati. L-Artikolu XVII tad-Deċiżjoni Nru. 40 jistabbilixxi t-trattament ta’ proġetti ta’ investiment li jappartjenu għall-kontenut imħeġġeġ b’mod obbligatorju, pereżempju, “l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu skont il-prinċipji ta’ kreditu” u “politiki favoriti oħrajn dwar il-proġetti industrijali mħeġġa għandhom jiġu implimentati skont ir-Regolamenti nazzjonali rilevanti” . Barra minn hekk, l-Artikolu XXI jistabbilixxi li “il-politiki preferenzjali rilevanti implimentati skont Il-kontenut ta’ Industriji, Prodotti u Teknoloġiji Attwalment Speċjalment Imħeġġeġ mill-Istat (emendat fl-2000) għandhom jiġu aġġustati biex jiġu implimentati skont il-kontenut tat-tħeġġiġ tal-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturazzjoni tal-Industrija”. Għalhekk, id-Deċiżjoni Nru. 40 għandha effett obbligatorju f’dan ir-rigward. |
|
(122) |
It-tieni, l-Artikolu V tad-Deċiżjoni Nru. 40, li jappartjeni għall-Kapitolu II “Orjentazzjoni u Prijoritajiet tar-Ristrutturar Industrijali”, jistabbilixxi bħala prijorità t-tisħiħ tal-“kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-informazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni broadband” u kif muri fil-premessa (80) u spjegat aktar fil-premessa (111), l-OFC huwa komponent ewlieni u indispensabbli ta’ tali infrastruttura. Kif ġie konkluż mill-Kummissjoni fil-premessa (111), jekk il-bini tal-infrastruttura tal-broadband jiġi mħeġġeġ mill-GTĊ, il-prodotti ewlenin li huma indispensabbli għall-bini ta’ tali infrastruttura u li jifformaw parti integrali minnha jitqiesu wkoll li huma mħeġġa mill-GTĊ. Barra minn hekk, l-Artikolu XIV tad-Deċiżjoni Nru. 40, li jappartjeni għall-Kapitolu III “Il-Katalogu ta’ Gwida tar-Ristrutturar Industrijali”, jiddikjara li: “il-kontenut ta’ tħeġġiġ jinkludi prinċipalment it-teknoloġiji, it-tagħmir u l-prodotti ewlenin li jistgħu jippromwovu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku, li huma ta’ benefiċċju għall-iffrankar tar-riżorsi, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-ottimizzazzjoni u t-titjib tal-istruttura industrijali u li jeħtieġ li jiġu mħeġġa u appoġġati minn politiki u miżuri rilevanti”. Kif diġà ġie rrimarkat fil-premessa (118), l-industrija tal-informazzjoni u, b’mod partikolari, il-materjali ta’ input ewlenin għall-produzzjoni tal-OFC, bħal preforom ta’ fibra b’modalità waħda u ta’ fibrottika, kif ukoll prodotti upstream bħal sistemi ta’ trażmissjoni ta’ fibrottika u sistemi tal-komunikazzjoni ta’ fibrottika huma elenkati bħala kontenut imħeġġeġ. Barra minn hekk, l-OFC huwa tagħmir ewlieni għall-iskjerament ta’ “infrastruttura tal-informazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni broadband”, li hija mħeġġa mill-GTĊ. Għalhekk, il-qari kkombinat tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq juri li l-OFC huwa prodott imħeġġeġ, minn naħa waħda minħabba li huwa komponent indispensabbli ta’ infrastruttura mħeġġa u, min-naħa l-oħra, minħabba li l-materjali ta’ input ewlenin tiegħu, li jiddeterminaw il-valur miżjud tal-OFC, huma mħeġġa wkoll mill-GTĊ. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(123) |
Mhux biss il-pjanijiet u l-istrateġiji fil-livell nazzjonali jimmiraw li jappoġġaw lill-industrija tal-OFC. Fil-livell provinċjali ġew stabbiliti l-hekk imsejħa Żoni Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Industrija tat-Teknoloġija Avvanzata. Waħda minnhom hija l-East Lake New Technology Industry Development Zone. Dawk iż-żoni huma maħsuba biex, kif stabbilit fit-Taqsima I.2 tat-13-il Pjan ta’Ħames Snin dwar iż-Żoni Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Industrija tat-Teknoloġija Avvanzata, jipprovdu pjattaforma reġjonali sabiex jiġu implimentati strateġiji nazzjonali fil-fond bħal “Internet +” u “Made in China 2025” (38). Il-kumpaniji u l-intrapriżi li jinsabu f’waħda minn dawk iż-żoni u li jikkwalifikaw bħala entità li twettaq negozju li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrateġiji rispettivi jgawdu minn trattamenti ta’ benefiċċju. Kif jista’ jidher fid-dokument dwar “Politiki preferenzjali taż-Żona Nazzjonali għall-Iżvilupp Industrijali ta’ Teknoloġija Avvanzata” (39), eżenzjoni ġenerali għat-taxxa fuq l-introjtu tingħata fi żmien sentejn mid-data tal-istabbiliment u, sussegwentement, it-trattamenti preferenzjali jkomplu bl-għoti ta’ rata tat-taxxa korporattiva mnaqqsa, eżenzjoni mit-tariffi tal-esportazzjoni u benefiċċji tat-taxxa oħrajn. |
|
(124) |
Il-benefiċċji mogħtija għall-kumpaniji li joperaw fl-industrija tat-teknoloġija avvanzata li tinsab fiż-Żona Nazzjonali għall-Iżvilupp Industrijali tat-Teknoloġija Avvanzata ma humiex limitati għall-benefiċċji tat-taxxa, iżda jinkludu wkoll appoġġ finanzjarju dirett. Kif jista’ jidher fid-dokument ikkwotat li jistabbilixxi l-politiki preferenzjali taż-Żoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Industrijali tat-Teknoloġija Avvanzata, huwa f’idejn l-Istat li “jorganizza[…] ċertu ammont ta’ self għall-bini ta’ kapital u skala ta’ investiment kull sena, u jista’ joħroġ ċertu ammont ta’ bonds fit-tul biex jiġbor fondi mis-soċjetà” (40). Deskrizzjoni aktar preċiża hija pprovduta f’dan id-dokument meta dan jiddikjara li “[l-]appoġġ finanzjarju tal-gvern Ċiniż għaż-żona għall-iżvilupp industrijali tat-teknoloġija avvanzata huwa prinċipalment biex jingħataw ċerti fondi tal-bidu liż-żoni ta’ żvilupp fil-livell nazzjonali, u biex jiġu implimentati xi proġetti ppjanati fil-livell nazzjonali għal intrapriżi fiż-żoni ta’ żvilupp. Fil-biċċa l-kbira taż-żoni ta’ żvilupp fiċ-Ċina, il-gvern lokali jappoġġa prinċipalment liż-żona ta’ żvilupp billi jikri art bi prezzijiet baxxi”. |
|
(125) |
Barra minn hekk, il-“Politiki preferenzjali għaż-żoni ta’ żvilupp nazzjonali” jirreferu għall-Katalogu ta’ Oqsma Ewlenin tat-Teknoloġija Avvanzata Appoġġati mill-Istat mill-2016 li jelenka l-oqsma ewlenin ta’ teknoloġija avvanzata appoġġati. Dan il-katalogu jsemmi b’mod ċar taħt “I. Informazzjoni Elettronika”, il-punt 4. “Teknoloġija tal-komunikazzjoni”, “network ta’ trażmissjoni ottika” u “teknoloġija tas-sistema ta’ trażmissjoni ottika”, li jkopru l-kejbils tal-fibrottika, bħala oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġati mill-Istat. Wieħed mill-produtturi esportaturi tal-OFC inklużi fil-kampjun jinsab fil-Provinċja ta’ Wuhan u l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji fil-grupp jinsabu fl-East Lake New Technology Industry Development Zone. Għalhekk, dawn il-kumpaniji jikkwalifikaw għal trattamenti ta’ benefiċċju li jingħataw taħt l-iskema taż-Żoni Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Industrija tat-Teknoloġija Avvanzata. |
|
(126) |
Din iż-żona għall-iżvilupp tal-industrija speċjali appoġġjata mill-GTĊ f’Wuhan - l-East Lake New Technology Industry Development Zone - serviet bħala bażi ta’ produzzjoni ewlenija għall-OFC. Bħala waħda miż-“Żoni Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Industrija tat-Teknoloġija Avvanzata” approvati mill-Kunsill tal-Istat u “Żona Nazzjonali għad-Dimostrazzjoni tal-Innovazzjoni Indiġena”, hija saret l-ewwel bażi tal-industrija tal-ottoelettroniċi tar-RPĊ (imsejħa wkoll “China Optics Valley”). Il-produtturi tal-OFC attivi fiż-żona kienu qed jibbenefikaw minn diversi forom ta’ inċentivi u appoġġ mill-Istat. |
|
(127) |
Fir-rigward tal-inputs użati fil-produzzjoni tal-OFC, il-Kummissjoni sabet li l-aramid, fibra sintetika miksuba b’mod kimiku u l-input fil-produzzjoni tal-OFC, huwa kkategorizzat bħala prodott ewlieni mill-GTĊ fil-Katalogu ta’ Gwida ta’ prodotti u servizzi ewlenin f’industriji emerġenti strateġiċi (41). Din il-kwalifika poġġiet il-materja prima tal-aħħar taħt il-lenti ta’ diversi politiki tal-GTĊ. |
|
(128) |
B’mod aktar ġenerali, il-fibri kimiċi huma soġġetti għal regolamentazzjoni tal-Istat u politiki ta’ ġestjoni tas-suq mhux biss ċentralment, iżda wkoll taħt dokumenti ta’ ppjanar subċentrali, bħall-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang għat-Trasformazzjoni Komprensiva u t-Titjib tal-Industriji tal-Manifattura Tradizzjonali - fejn il-fibri kimiċi jidhru bħala waħda mill-10 industriji ewlenin soġġetti għal ġestjoni speċifika tal-politika (42), jew it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp tal-Industrija Kimika fil-Provinċja ta’ Jiangsu (2016–2020). Fid-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar dwar materjali kimiċi ġodda, l-enfasi titqiegħed b’mod partikolari fuq l-appoġġ għall-iżvilupp u l-industrijalizzazzjoni ta’ applikazzjonijiet downstream ta’ valur miżjud għoli bħal “fibri ta’ prestazzjoni għolja”, li jinkludu fibri użati fil-produzzjoni tal-OFC. |
|
(129) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li diversi dokumenti ċċitati mill-Kummissjoni, bħall-“Katalogu tal-Erba’ Elementi Essenzjali”, il-“Katalogu ta’ Prodotti u Servizzi Strateġiċi u Emerġenti tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma 2016” u l-“Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija” ma jsemmux l-OFC bħala tali, iżda pjuttost jirreferu għal materjali ta’ input. Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma wettqitx analiżi “pass-through” jew “pass-back” biex turi li l-allegati sussidji riċevuti minn industriji upstream jew downstream ġew mgħoddija lill-industrija tal-OFC. |
|
(130) |
Fir-rigward tal-industriji upstream, il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu integrati vertikalment u, għalhekk, is-sussidji riċevuti mill-fornituri relatati tagħhom tqiesu li ġew mgħoddija lill-produtturi esportaturi tal-OFC. Barra minn hekk, id-dokumenti msemmija mill-GTĊ bħala li jkopru l-materjali ta’ input tal-OFC, anki jekk wieħed jassumi li dawn ma jkoprux ukoll mill-inqas indirettament jew impliċitament l-OFC, quod non, huma fi kwalunkwe każ rilevanti flimkien mal-politiki u d-dokumenti preferenzjali l-oħrajn kollha mill-GTĊ koperti f’din it-taqsima. Id-dokumenti kollha f’din it-taqsima jkopru jew in-networks tal-fibrottika li fihom l-OFC huwa komponent ewlieni, jew inkella l-inputs ewlenin tiegħu, u b’hekk juru kif is-settur tal-OFC kollu kemm hu huwa mħeġġeġ li jibda mill-produzzjoni upstream sal-output downstream tal-prodott ikkonċernat. Dawn id-dokumenti huma rilevanti wkoll biex juru l-ispeċifiċità tad-diversi programmi ta’ sussidju. Analiżi “pass-through” hija meħtieġa biss għal sussidji attwalment mogħtija għal materja prima fornuta b’remunerazzjoni inqas minn dik adegwata u użata mill-produtturi esportaturi għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, u biss jekk il-bejjiegħ u x-xerrej ta’ dawn il-materjali ta’ input ma jkunux relatati. Kif spjegat hawn taħt fit-Taqsima 3.8.2, il-materja prima miksuba minn fornituri mhux relatati b’remunerazzjoni inqas minn dik adegwata ma ġietx ikkumpensata f’din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, kif ġie ddikjarat hawn fuq f’din il-premessa, il-produtturi esportaturi li kkooperaw huma prinċipalment integrati. |
|
(131) |
Meta wieħed iqis il-pjanijiet u l-programmi msemmija hawn fuq, l-industrija tal-OFC hija b’hekk meqjusa bħala industrija ewlenija/strateġika, li l-iżvilupp tagħha jiġi segwit b’mod attiv mill-GTĊ bħala objettiv ta’ politika. L-OFC jispikka bħala prodott ta’ importanza kbira ħafna għall-GTĊ fil-bini ta’ networks u infrastruttura li jaqdu strati sħaħ ta’ oqsma ta’ politika diġitali u ta’ konnettività ewlenin żviluppati u ssorveljati mill-Istat. Abbażi tad-dokumenti ta’ politika msemmija f’din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ jintervjeni fl-industrija tal-OFC biex jimplimenta l-politiki relatati u jinterferixxi mal-moviment liberu tal-forzi tas-suq fis-settur tal-OFC, b’mod partikolari billi jippromwovi u jappoġġa s-settur permezz ta’ diversi mezzi. |
3.2. Nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali u l-użu tal-fatti disponibbli
|
(132) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ għamel xi rimarki ġenerali dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tas-self preferenzjali, l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, u l-materjali ta’ input. |
|
(133) |
Il-GTĊ afferma li t-talbiet kollha tal-Kummissjoni għal informazzjoni li għalihom il-GTĊ ma setax jipprovdi tweġibiet, ma kinux raġonevoli, billi dawn it-talbiet assumew l-eżistenza ta’ setgħat legali li l-GTĊ ma kellux. |
|
(134) |
Barra minn hekk, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni ma evalwatx kif xieraq il-fatti li kellha quddiemha u ma pprovdietx spjegazzjoni xierqa tar-raġuni għaliex il-fatti disponibbli raġonevolment issostitwixxew kwalunkwe informazzjoni meħtieġa li kienet nieqsa. |
|
(135) |
Kif ġie stabbilit hawn taħt fil-premessi (146), (160) u (168), il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li l-GTĊ kellu s-setgħa legali li jikseb l-informazzjoni mitluba, bħala azzjonist jew awtorità responsabbli tal-entitajiet li għalihom il-Kummissjoni talbet l-informazzjoni. Il-Kummissjoni fil-fatt stabbilixxiet fil-komunikazzjoni tagħha lill-GTĊ, ripetuta fit-Taqsimiet 3.2.1 sa 3.2.3 hawn taħt, għaliex hija kellha tistrieħ fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni qieset l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħala sostituzzjoni raġonevoli għall-informazzjoni li ma kinitx ipprovduta mill-GTĊ. Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx l-affermazzjonijiet tal-GTĊ. |
3.2.1. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku b’rabta mas-self preferenzjali
|
(136) |
Għall-konvenjenza amministrattiva, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ jibgħat kwestjonarji speċifiċi lil kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja li pprovdiet self jew krediti għall-esportazzjoni lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
|
(137) |
Għall-ewwel, waslet biss tweġiba mill-bank EXIM. Il-GTĊ ma weġibx għat-talba tal-Kummissjoni biex jipprovdi tweġibiet għall-kwestjonarju tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li pprovdew self jew krediti għall-esportazzjoni lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Fl-ittra ta’ defiċjenza, il-Kummissjoni għalhekk tenniet it-talba tagħha fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji bil-ħsieb li timmassimizza l-possibbiltajiet li dawn jiġu involuti fl-investigazzjoni billi tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tagħmel sejbiet dwar l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar. |
|
(138) |
Wara l-ittra ta’ defiċjenza, il-GTĊ indika li t-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-istituzzjonijiet finanzjarji li pprovdew self ma kinux rilevanti għall-investigazzjoni, minħabba li l-ebda wieħed mis-self u l-krediti għall-esportazzjoni ma ngħataw f’konformità mal-pjanijiet u l-proġetti tal-gvern kif allegat fl-ilment u stabbilit fil-kwestjonarju. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tifhem li l-informazzjoni mitluba minn entitajiet tal-Istat hija disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonist ewlieni jew maġġoritarju. Barra minn hekk, il-GTĊ għandu wkoll l-awtorità meħtieġa biex jinteraġixxi mal-istituzzjonijiet finanzjarji anki meta ma jkunux proprjetà tal-Istat, minħabba li kollha jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-awtorità regolatorja bankarja Ċiniża. |
|
(140) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni rċeviet biss informazzjoni dwar l-istruttura korporattiva, il-governanza u s-sjieda minn bank tal-Istat wieħed, iżda mhux minn kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja oħra li kienet ipprovdiet self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni verifikabbli speċifika għall-kumpaniji mill-banek, għajr il-Bank EXIM. |
|
(141) |
Barra minn hekk, għalkemm il-Bank EXIM ipprovda xi spjegazzjonijiet ġenerali dwar il-funzjonament tal-approvazzjoni tas-self u s-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju tiegħu, huwa ma pprovdiex informazzjoni speċifika dwar il-valutazzjoni tas-self ipprovdut lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Huwa sostna li ma kienx f’pożizzjoni li jiddivulga dawn id-dokumenti, minħabba li dawn kienu meqjusa bħala interni u kummerċjalment kunfidenzjali. |
|
(142) |
Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun biex jagħtu aċċess għall-informazzjoni speċifika għall-kumpaniji miżmuma mill-banek kollha, tal-Istat u privati, li minnhom irċevew self. Għalkemm il-kumpaniji inklużi fil-kampjun qablu li jipprovdu aċċess għad-data tal-bank li tappartjeni lilhom, il-bank li kkoopera parzjalment irrifjuta li jipprovdi l-informazzjoni dettaljata meħtieġa. |
|
(143) |
Billi ma rċeviet l-ebda informazzjoni b’rabta mal-biċċa l-kbira tal-banek li pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qieset li ma rċevietx informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni. |
|
(144) |
Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija jista’ jkollha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta’ self preferenzjali. |
|
(145) |
Fit-tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni, il-GTĊ oġġezzjona għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Hija sostniet li l-GTĊ ma huwiex obbligat jipprovdi l-informazzjoni mitluba u li l-informazzjoni mitluba ma tikkostitwixxix l-informazzjoni meħtieġa. |
|
(146) |
Il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li, bħala l-korp regolatorju, il-GTĊ huwa l-awtorità li tipprovdi tweġibiet għall-mistoqsijiet speċifiċi li saru lill-istituzzjonijiet finanzjarji li pprovdew finanzjament lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Kif stabbilit fl-ittra tal-Kummissjoni, l-informazzjoni mitluba minn entitajiet tal-Istat hija disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonist ewlieni jew maġġoritarju u l-GTĊ għandu l-awtorità meħtieġa biex jinteraġixxi mal-istituzzjonijiet finanzjarji anki meta ma jkunux proprjetà tal-Istat, minħabba li kollha jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-awtorità regolatorja bankarja Ċiniża. |
|
(147) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni mitluba hija kruċjali biex jiġi vvalutat il-kontroll tal-GTĊ fuq l-imġiba tal-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-politiki tas-self tiegħu u l-valutazzjoni tar-riskju, fejn huma pprovdew self lill-industrija tal-OFC. |
|
(148) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li l-informazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tal-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu self jew krediti għall-esportazzjoni lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma kinitx meħtieġa, jew saħansitra rilevanti, sabiex il-Kummissjoni tlesti l-analiżi tagħha, billi l-ebda wieħed mis-selfiet inkwistjoni ma ngħata skont il-pjanijiet tal-gvern jew dokumenti oħrajn tal-GTĊ. |
|
(149) |
L-informazzjoni nieqsa kienet tikkonċerna żewġ aspetti. L-ewwel nett, l-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda u tal-governanza tal-banek li ma kkooperawx kienet meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina jekk dawn il-banek humiex korpi pubbliċi jew le. It-tieni, informazzjoni speċifika għall-kumpaniji mill-bank li kkoopera parzjalment, EXIM Bank, bħall-proċess ta’ approvazzjoni tas-self u l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja mill-bank għas-self ipprovdut lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, kienet meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat jekk is-self kienx ipprovdut b’rati preferenzjali lil dawn il-produtturi. Tali dokumenti interni setgħu jiġu pprovduti biss mill-banek u mill-GTĊ, billi l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma jkollhomx aċċess għalihom. |
|
(150) |
Il-GTĊ sostna wkoll li l-informazzjoni mitluba ma kinitx disponibbli għalih. Il-GTĊ asserixxa li kien legalment impossibbli li tinkiseb l-informazzjoni mitluba, minħabba li ma hemm l-ebda bażi fil-liġi Ċiniża sabiex il-GTĊ iġiegħel lill-istituzzjonijiet finanzjarji jiddivulgaw tali informazzjoni kunfidenzjali. Billi talbet din l-informazzjoni, il-Kummissjoni poġġiet piż mhux raġonevoli fuq il-GTĊ. |
|
(151) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-kunsens intalab separatament minn kull kumpanija għat-tranżazzjonijiet ta’ self ta’ kull bank speċifiku. Il-Kummissjoni qieset li tali kunsens speċifiku jenħtieġ li jkun biżżejjed sabiex jingħata aċċess għar-rekords relatati mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-bank li kkoopera parzjalment fil-fatt ipprovda ħarsa ġenerali lejn is-self pendenti tagħhom mal-kumpaniji, biex b’hekk wera li ma kinux ristretti milli jipprovdu informazzjoni bħala tali dwar tranżazzjonijiet speċifiċi. Madankollu, l-ebda wieħed mill-banek ma pprovda xi informazzjoni relatata mal-valutazzjoni interna tagħhom stess tat-tranżazzjonijiet li kienu ġew divulgati. |
|
(152) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma qisitx li hija kienet imponiet piż mhux raġonevoli fuq il-GTĊ billi talbet l-informazzjoni dwar is-self preferenzjali. Mill-bidu nett, il-Kummissjoni kienet illimitat l-investigazzjoni tagħha għal dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li kienu pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni identifikat dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji u t-talba biex jintbagħtu l-kwestjonarji ġiet ipprovduta lill-GTĊ flimkien mal-kwestjonarju li għandu jimtela mill-GTĊ fi stadju bikri tal-investigazzjoni. Dan ipprovda biżżejjed żmien sabiex il-GTĊ ikun jista’ jikkonforma mat-talba tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li hija kienet għamlet l-almu tagħha biex tiffaċilita t-talba tagħha lill-GTĊ. |
|
(153) |
B’hekk, il-Kummissjoni sostniet li hija kellha tistrieħ parzjalment fuq il-fatti disponibbli meta eżaminat l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta’ self preferenzjali. |
|
(154) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur sostna li l-Kummissjoni ma rċevietx informazzjoni kruċjali mingħand il-GTĊ b’rabta mas-self preferenzjali, li rriżulta f’marġnijiet ta’ sussidju li x’aktarx ma jirrappreżentawx biżżejjed il-benefiċċju veru mis-self preferenzjali mogħti lill-produtturi esportaturi. |
|
(155) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikkooperaw fl-investigazzjoni u pprovdew informazzjoni dettaljata dwar is-self li rċevew mingħand il-banek. Billi l-benefiċċju ġie kkalkolat abbażi tad-differenza bejn din l-informazzjoni u rata normattiva tal-imgħax, il-marġini tas-sussidju tqies li jirrappreżenta l-benefiċċju veru mogħti lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għalhekk, l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda. |
3.2.2. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku b’rabta mal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni
|
(156) |
Għall-konvenjenza amministrattiva, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ jibgħat kwestjonarju speċifiku lil Sinosure. |
|
(157) |
Fit-tweġiba inizjali tiegħu għall-kwestjonarju, il-GTĊ afferma li Sinosure ma pprovdietx sussidji lill-industrija tal-OFC u kien tal-fehma li l-kwestjonarju speċifiku maħsub għal Sinosure ma kienx rilevanti. Il-GTĊ ipprovda biss ir-rapport annwali ta’ Sinosure. |
|
(158) |
Wara l-ittra ta’ defiċjenza, il-GTĊ tenna l-fehma tiegħu li Sinosure ma pprovdietx sussidji speċifiċi lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jew lill-industrija tal-OFC, għalkemm hija pprovdiet tweġiba parzjali għall-kwestjonarju speċifiku. Madankollu, la l-GTĊ u lanqas Sinosure ma taw xi dokumentazzjoni ta’ sostenn mitluba dwar il-governanza korporattiva ta’ Sinosure, bħall-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha, u pprovdew lista sħiħa u korretta tal-krediti għall-esportazzjoni pprovduti lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni speċifika dwar l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni lill-industrija tal-OFC, il-livell tal-primjums tagħha jew iċ-ċifri dettaljati relatati mal-profittabbiltà tan-negozju tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni tagħha mill-GTĊ jew minn Sinosure. |
|
(159) |
Fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, il-Kummissjoni qieset li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni. |
|
(160) |
Il-Kummissjoni tifhem li l-informazzjoni mitluba minn entitajiet tal-Istat (kemm jekk kumpaniji jew istituzzjonijiet pubbliċi/finanzjarji) hija disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonist ewlieni jew maġġoritarju. Dan huwa wkoll il-każ għal Sinosure, li hija entità kompletament proprjetà tal-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija jista’ jkollha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni. |
|
(161) |
Fit-tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni, il-GTĊ żamm il-pożizzjoni tiegħu li Sinosure ma pprovdietx sussidji speċifiċi lill-industrija tal-OFC u li hija ssegwi l-prinċipju orjentat lejn is-suq biex twettaq in-negozju tal-assigurazzjoni rilevanti u ma għandha l-ebda trattament preferenzjali speċifiku fir-rigward tal-industrija tal-OFC kif mitlub minn kwalunkwe dokument ta’ politika. |
|
(162) |
L-informazzjoni li pprovda l-GTĊ fir-rigward ta’ Sinosure ma kinitx kompluta u ma ppermettietx lill-Kummissjoni tasal għal konklużjonijiet dwar partijiet kruċjali tal-investigazzjoni rigward l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, speċifikament jekk Sinosure hijiex korp pubbliku u jekk il-primjums mitluba lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun kinux konformi mas-suq. |
|
(163) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li l-informazzjoni kollha meħtieġa ġiet sottomessa lill-Kummissjoni u, billi Sinosure ma pprovdietx sussidji li huma speċifiċi għall-industrija tal-OFC, l-informazzjoni mitluba ma kinitx rilevanti fl-investigazzjoni attwali. |
|
(164) |
Kif stabbilit fil-premessa (162), il-Kummissjoni ma rċevietx informazzjoni mingħand Sinosure biex tivvaluta l-korrettezza tal-affermazzjoni mill-GTĊ li Sinosure ma kinitx korp pubbliku u jekk il-primjums mitluba minn Sinosure kinux konformi mas-suq. Din l-informazzjoni tqieset bħala meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista’ tasal għal konklużjoni dwar jekk l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni pprovduta minn Sinosure stabbilixxietx sussidju kumpensabbli li ta benefiċċju lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(165) |
B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hija kellha tistrieħ parzjalment fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni. |
|
(166) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur sostna li l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mhux kompluta mingħand il-GTĊ b’rabta ma’ Sinosure, li ma ppermettietx li jinsiltu konklużjonijiet dwar partijiet kruċjali tal-investigazzjoni rigward l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni. B’riżultat ta’ dan, ir-rata tas-sussidju kkalkolata għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun x’aktarx li ma tirrappreżentax biżżejjed il-benefiċċju reali mill-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni mogħtija lill-produtturi esportaturi. L-ilmentatur kien tal-fehma li jenħtieġ li l-Kummissjoni tapplika l-ogħla rata misjuba għal produttur esportatur wieħed awtomatikament għall-produttur esportatur l-ieħor. |
|
(167) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikkooperaw fl-investigazzjoni u pprovdew informazzjoni dettaljata dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni li rċevew mingħand Sinosure. Billi l-benefiċċju ġie kkalkolat abbażi tad-differenza bejn din l-informazzjoni u punt ta’ riferiment estern xieraq, l-ammont ta’ sussidju tqies li jirrappreżenta l-benefiċċju attwali mogħti lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għalhekk, l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda. |
3.2.3. L-użu tal-fatti disponibbli b’rabta mal-materjali ta’ input
|
(168) |
Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ jibgħat kwestjonarju speċifiku lill-aqwa 10 produtturi u distributuri tal-materjali ta’ input użati fil-produzzjoni tal-OFC, kif ukoll lil kwalunkwe fornitur ieħor tal-materjali inkwistjoni, li pprovdew inputs lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-GTĊ afferma li ma huwa għandux kontroll fuq il-fornituri tal-materjali ta’ input biex jitolbu li jipprovdu l-informazzjoni kunfidenzjali mitluba fil-kwestjonarju u li jkun piż mhux raġonevoli għall-GTĊ li jikkoordina ma’ għadd sinifikanti ħafna ta’ fornituri tal-materjali ta’ input tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Madankollu, abbażi tad-data disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi ewlenin tal-ġermanju huma (parzjalment) proprjetà tal-Istat, kif stabbilit fit-Taqsima 3.8.2. B’hekk, il-GTĊ kien f’pożizzjoni li jipprovdi l-informazzjoni mitluba. |
|
(169) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, il-GTĊ ipprovda l-pjanijiet u l-avviżi tal-gvern maħruġa mill-Gvern tal-Provinċja ta’ Yunnan li jaffettwaw l-industrija tal-ġermanju. Madankollu, il-GTĊ irrifjuta li jikkonforma mat-talba tal-Kummissjoni li jibgħat il-kwestjonarju lill-fornituri tal-input sabiex jikseb informazzjoni aktar dettaljata dwar l-istruttura tas-sjieda tal-intrapriżi li jimmanifatturaw u jfornu l-materjali ta’ input inkwistjoni. Għalhekk, minħabba l-unika kooperazzjoni parzjali tal-GTĊ fir-rigward tal-materjali ta’ input użati fil-produzzjoni tal-OFC, il-Kummissjoni ma kisbitx l-informazzjoni meħtieġa dwar il-fornituri tal-input. |
|
(170) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li l-Kummissjoni użat b’mod illegali l-fatti disponibbli fir-rigward tal-informazzjoni mill-produtturi u d-distributuri tal-materjal ta’ input, filwaqt li sostna li ma huwiex raġonevoli li l-GTĊ ikun mistenni jikkoordina ma’ produtturi tal-input li ma jistgħux jingħaddu. |
|
(171) |
B’mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni staqsiet biss mistoqsijiet ulterjuri fl-ittra ta’ defiċjenza tagħha lill-GTĊ dwar wieħed mill-materjali ta’ input ewlenin, jiġifieri l-ġermanju, għar-raġunijiet spjegati fit-Taqsima 3.8.2 hawn taħt. Madankollu, l-informazzjoni meħtieġa relatata ma’ dan il-materjal ta’ input ma ġietx ipprovduta bis-sħiħ mill-GTĊ. |
|
(172) |
Din l-informazzjoni nieqsa kienet tikkonċerna prinċipalment żewġ aspetti: l-ewwel nett, l-informazzjoni dwar is-sjieda u l-istruttura ta’ governanza tal-produtturi li ma kkooperawx ta’ materjali ta’ input. Mingħajr tali informazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina jekk dawn il-produtturi humiex korpi pubbliċi jew le. It-tieni, informazzjoni speċifika għall-kumpaniji mill-produtturi li ma kkooperawx ta’ materjali ta’ input, bħal pereżempju informazzjoni dwar l-iffissar tal-prezzijiet tal-inputs ipprovduti lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Din l-informazzjoni hija meħtieġa fis-sens tal-Artikolu 28 tar-Regolament Bażiku sabiex jiġi ddeterminat jekk l-inputs kinux ipprovduti b’remunerazzjoni inqas minn dik adegwata lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, tali informazzjoni setgħet tiġi pprovduta biss mill-produtturi u, b’hekk, ma setgħetx tiġi fornuta permezz tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
|
(173) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hija kellha tistrieħ parzjalment fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar il-forniment tal-materjali ta’ input b’remunerazzjoni inqas minn dik adegwata f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Is-sussidji u l-programmi ta’ sussidju fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni attwali
|
(174) |
Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fl-ilment, fin-Notifika ta’ Bidu u fit-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-Kummissjoni, l-allegat sussidjar ġie investigat mill-GTĊ permezz tas-sussidji li ġejjin:
|
3.4. Programmi ta’ għotjiet
|
(175) |
Il-Kummissjoni sabet li l-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn varjetà ta’ programmi ta’ għotjiet, bħal għotjiet relatati mat-teknoloġija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp, għotjiet relatati mal-assi, skontijiet tal-imgħax fuq is-self, għotjiet li jappoġġaw l-esportazzjonijiet, għotjiet immirati lejn l-iżvilupp ta’ intrapriżi intelliġenti u ta’ daqs medju, u għotjiet speċjali relatati mal-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19. L-għotjiet relatati mat-teknoloġija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp kienu jikkostitwixxu parti sinifikanti mill-għotjiet irrapportati mill-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni ġabret l-għotjiet f’żewġ kategoriji: (i) għotjiet relatati mat-teknoloġija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp u (ii) għotjiet oħrajn. |
3.4.1. Għotjiet relatati mat-teknoloġija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp
|
(176) |
Iż-żewġ gruppi inklużi fil-kampjun irċevew għotjiet relatati mar-riċerka u l-iżvilupp (“R&Ż”) u l-industrijalizzazzjoni, it-titjib teknoloġiku u l-innovazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(a) Bażi ġuridika
|
— |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Innovazzjoni Teknoloġika; |
|
— |
Avviż dwar l-Istabbiliment tal-Proġetti Annwali tal-2018 tal-Proġetti Speċjali Ewlenin tal-Apparati Ottoelettroniċi u Mikroelettroniċi u l-Integrazzjoni, il-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, Guo Ke Gao Fa Ji Zi (2019) Nru. 49; |
|
— |
Avviż dwar il-Ħruġ tal-Istabbiliment tal-Komunikazzjonijiet dwar il-Broadband u l-Proġetti Speċjali Ewlenin tan-Network Ġdid tal-Programm Ewlieni Nazzjonali ta’ R&Ż fl-2019, il-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, Guo Ke Gao Fa Ji Zi (2020) Nru. 6; |
|
— |
Fondi ta’ appoġġ għall-industrija u fondi speċjali għar-R&Ż u l-industrijalizzazzjoni, Dong Ban Fa (2018) Nru. 62; |
|
— |
Programm Nazzjonali ta’ Riċerka u Żvilupp tat-Teknoloġija Avvanzata (863) Miżuri ta’ Ġestjoni; |
|
— |
L-Iżvilupp u l-Industrijalizzazzjoni ta’ Tagħmir ta’ Trażmissjoni Ottika Konverġenti-13 Hubei Science and Technology Development [2014] Nru. 10 Avviż mid-Dipartiment Provinċjali tax-Xjenza u t-Teknoloġija dwar ir-rilaxx tal-Proġetti tal-Pjan tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Provinċja ta’ Hubei tal-2014 (l-ewwel lott); |
|
— |
Fondi ta’ Proġetti għal Pjattaforma ta’ Servizzi ta’ Innovazzjoni Doppja; |
|
— |
Avviż dwar il-Ħruġ tal-Ewwel Lott ta’ Indikaturi tal-Fond Speċjali għat-Trasformazzjoni u t-Titjib tal-Industrija tal-Informazzjoni u Industrijali Provinċjali fl-2019; |
|
— |
Finanzjament Dirett għal Approprjazzjoni ta’ Proġett ta’ Riċerka tat-Tielet Istitut tar-Riċerka tal-Ministeru tas-Sigurtà Pubblika; |
|
— |
Avviżi dwar l-allokazzjoni ta’ fondi speċjali għar-rinnovazzjoni teknika, fondi speċjali għar-rivitalizzazzjoni industrijali, fondi speċjali għat-trasformazzjoni teknika, u fondi speċjali għall-iżvilupp industrijali; |
|
— |
Il-programmi lokali tal-Amministrazzjoni għas-Superviżjoni tas-Suq Muniċipali ta’ Wuhan allokaw proġetti ta’ kultivazzjoni ta’ valur għoli; u |
|
— |
Dokument tal-Kumitat għall-Ġestjoni taż-Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku u Teknoloġiku ta’ Nanjing, 2018 Nru. 149. |
(b) Sejbiet
|
(177) |
Il-Kummissjoni sabet li l-maġġoranza tal-għotjiet relatati mat-titjib teknoloġiku, ir-rinnovazzjoni jew it-trasformazzjoni riċevuti mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu relatati b’mod espliċitu mar-riċerka u l-iżvilupp. Ftit għotjiet kienu relatati mat-trasformazzjoni u l-innovazzjoni tal-kumpaniji jew mal-proċess tal-manifattura tagħhom u, b’hekk, huma relatati indirettament mar-riċerka u l-iżvilupp. |
|
(178) |
Produttur esportatur wieħed f’wieħed mill-gruppi inklużi fil-kampjun irrapporta 113-il għotja għall-perjodu ta’ investigazzjoni, li minnhom, f’termini ta’ valur, aktar minn 80 % kienu relatati ma’ proġetti ta’ R&Ż. Il-valur tal-għotjiet ta’ R&Ż tat-tieni produttur esportatur fl-istess grupp kien jirrappreżenta aktar minn 70 % tal-għotjiet totali li huwa rrapporta għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(179) |
Fir-rigward ta’ dan il-grupp ta’ kumpaniji, il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li l-GTĊ ipprovda għotjiet għall-industrijalizzazzjoni tar-R&Ż f’diversi livelli fil-grupp. B’mod partikolari, il-GTĊ ta fondi bi skop speċjali lill-kumpaniji prinċipali, li waħda minnhom hija ġestita direttament mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (“SASAC”), li ġew allokati ulterjorment lis-sussidjarji, inkluż wieħed mill-produtturi esportaturi, għal proġetti ta’ R&Ż. |
|
(180) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi fil-grupp irċieva ċertu ammont ta’ fondi mingħand il-kumpaniji prinċipali tiegħu fil-qafas ta’ kuntratti għal servizzi fdati ta’ R&Ż ipprovduti lill-kumpaniji prinċipali. L-għotjiet ingħataw mill-GTĊ lill-kumpaniji prinċipali. Madankollu, matul l-RCC, il-Kummissjoni sabet li l-għotjiet mogħtija mill-GTĊ fl-aħħar mill-aħħar tħallsu fil-forma ta’ tariffi għal servizzi ta’ R&Ż lill-produttur esportatur. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-kuntratti indikaw li r-riżultati tar-R&Ż, inklużi d-drittijiet kollha tal-PI li jirriżultaw minn dawn is-servizzi, jappartjenu liż-żewġ partijiet u li d-dritt għall-applikazzjoni baqa’ tal-kumpanija li teżegwixxi l-proġett ta’ R&Ż, jiġifieri l-produttur esportatur. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li s-servizzi tar-R&Ż inkwistjoni koprew ukoll il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset il-fondi pprovduti fil-forma ta’ tariffi għal R&Ż bħala għotja mogħtija bis-sħiħ mill-GTĊ lill-produttur esportatur. Il-fornituri relatati fil-grupp irċevew ukoll għotjiet sinifikanti għal proġetti ta’ R&Ż. |
|
(181) |
Proporzjon kbir tal-kumpaniji f’dan il-grupp inkluż fil-kampjun jinsabu fl-East Lake New Technology Development Zone ta’ Wuhan u rċevew fondi għal R&Ż minħabba li jinsabu f’din iż-żona. Din iż-żona ta’ teknoloġija avvanzata spiss tissejjaħ l-“Optics Valley” (43) minħabba l-enfasi fuq il-produzzjoni tal-ottoelettroniċi, inkluż l-OFC. Kif deskritt fil-premessi minn (123) sa (125) hawn fuq, l-East Lake New Technology Industry Development Zone ta’ Wuhan serviet bħala bażi ta’ produzzjoni ewlenija għall-OFC u l-produtturi tal-OFC attivi fiż-żona kienu qed jibbenefikaw minn diversi forom ta’ inċentivi u appoġġ mill-Istat, inklużi għotjiet (44). |
|
(182) |
Fir-rigward tat-tieni grupp inkluż fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-valur tal-għotjiet li jappoġġaw ir-R&Ż jew li jservu skopijiet ta’ trasformazzjoni jew innovazzjoni kien jirrappreżenta madwar 90 % tal-għotjiet riċevuti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għal waħda mill-kumpaniji esportaturi u aktar minn 40 % għall-kumpanija esportatriċi l-oħra. |
|
(183) |
L-implimentazzjoni tal-pjanijiet u tal-programmi deskritti hawn fuq fil-premessi minn (81) sa (126) issarrfu f’pagamenti monetarji konkreti. Tabilħaqq, fost l-istrumenti li permezz tagħhom il-GTĊ imexxi l-iżvilupp tas-settur tal-OFC, hemm sussidji diretti mill-Istat. Ir-rapport annwali tal-2019 disponibbli għall-pubbliku tal-produttur esportatur FTT jikkonferma li l-kumpanija kellha RMB 393,8 miljun ta’ introjtu differit f’sussidji tal-gvern u RMB 45,8 miljun ta’ sussidji tal-gvern bħala “introjtu ieħor” fl-aħħar tal-2019 (45). Ir-rapport annwali tal-2019 disponibbli għall-pubbliku tal-produttur esportatur ZTT jikkonferma li l-kumpanija kellha RMB 150,3 miljun ta’ introjtu differit f’sussidji tal-gvern u li kienet irċeviet RMB 361,1 miljun ta’ sussidji tal-gvern relatati ma’ attivitajiet ta’ kuljum tal-kumpanija fl-aħħar tal-2019 (46). |
|
(184) |
Il-programmi ta’ għotjiet li minnhom ibbenefikaw il-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun huma fil-biċċa l-kbira simili fit-tfassil tagħhom. Skont l-iskop, jiġu stabbiliti kriterji li fuqhom jistgħu japplikaw l-intrapriżi u, jekk il-kriterji jiġu osservati, jingħata l-appoġġ finanzjarju. |
|
(185) |
Uħud mill-għotjiet li jingħataw lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom il-bażi ġuridika tagħhom fil-“Programm Nazzjonali ta’ Riċerka u Żvilupp tat-Teknoloġija Avvanzata”, l-hekk imsejħa “863 Miżuri ta’ Ġestjoni”. Dawn il-Miżuri ta’ Ġestjoni għal darba oħra juru l-funzjonament tal-ippjanar tal-Istat fir-RPĊ kif deskritt hawn fuq fil-premessa (79). L-Artikolu 2 jiddikjara li “Il-Pjan Nazzjonali ta’ Riċerka u Żvilupp tat-Teknoloġija Avvanzata (863) huwa programm tax-xjenza u t-teknoloġija b’objettivi nazzjonali ċari, li huwa appoġġat minn allokazzjonijiet finanzjarji ċentrali.” L-Artikolu 29 tal-istess dokument jistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ proġetti li huma eliġibbli. Dan jirrifletti l-mekkaniżmu deskritt hawn fuq: wara applikazzjoni, l-aċċettazzjoni u l-evalwazzjoni tagħha, grupp ta’ esperti se jressaq il-proposti tal-proġett u l-estimi tal-finanzjament tal-proġett u, eventwalment, uffiċċju konġunt japprova u jiffirma l-għotja. |
|
(186) |
Hemm aktar dispożizzjonijiet legali li jifformaw il-bażi għall-programmi ta’ sussidju li fihom jipparteċipaw il-manifatturi tal-OFC. |
|
(187) |
Wieħed minn dawk id-dokumenti legali huwa l-“Avviż dwar l-Istabbiliment tal-Proġetti Annwali tal-2018 tal-Proġetti Speċjali Ewlenin tal-Apparati Ottoelettroniċi u Mikroelettroniċi u l-Integrazzjoni”. Dan l-avviż jiddikjara li r-responsabbiltà għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġetti hija tal-hekk imsejħa Unitajiet Ewlenin tal-proġetti, li huma kumpaniji magħżula li jibbenefikaw mill-programm rispettiv u li jissorveljaw il-benefiċjarji l-oħrajn. |
|
(188) |
Il-kontenut speċifiku tal-għotjiet li jingħataw abbażi ta’ din l-iskema huwa speċifikat fl-interkjużuri tagħha. Pereżempju, wieħed mill-programmi applikabbli matul il-PI huwa deskritt bħala “25G/100G Hybrid Photonic Integrated Chip and Module in Passive Optical Network (PON)” u jammonta għal RMB 50,54 miljun. Wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ingħata għotja taħt dan il-programm. L-għan tal-GTĊ li jħeġġeġ ir-R&Ż b’din l-għotja huwa evidenti mill-“Objettivi tal-Proġett” tiegħu li, inter alia, huma deskritti bħala “Riċerka dwar teknoloġija ta’ 25G laser chip b’potenza għolja għal network ottiku passiv (‘passive optical network’ - PON)”. Network ottiku passiv huwa teknoloġija tat-telekomunikazzjoni tal-fibrottika għat-twassil ta’ aċċess għan-network tal-broadband lill-klijenti finali. |
|
(189) |
Abbażi tal-istess dokument legali, tingħata approvazzjoni għal proġett bl-isem “25G/50G/100G PON Silicon-based Optoelectronic Chip and Subsystem Project for Optical Access” b’finanzjament totali tal-proġett ta’ RMB 64.17 miljun. L-għan tal-għotja ma jħalli l-ebda dubju li l-għotjiet suppost ikunu ta’ benefiċċju għar-riċerka fuq modulaturi ottiċi, detetturi ottiċi, fotodetetturi, u fuq teknoloġija b’bosta kanali 100Gb/s PON ibbażata fuq is-siliċju, li kollha jintużaw għan-networks tal-fibrottika. |
|
(190) |
Proġett ieħor stabbilit b’dan l-Avviż jismu “Optical Emission and Control Integrated Chip Technology Project in Coherent Optical Communication System”, b’finanzjament ta’ RMB 41,77 miljun, li huwa previst li jiġi implimentat matul il-perjodu minn Awwissu 2019 sa Lulju 2022. Billi tiddefinixxi l-objettivi tar-riċerka li jikkonċernaw lasers, ċipep tal-laser u modulaturi, din l-għotja tappoġġa lill-manifatturi fl-industrija tan-networks ottiċi b’mod ġenerali, u l-manifatturi tal-OFC b’mod aktar speċifiku. Wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun huwa fost il-benefiċjarji ta’ dan il-programm. |
|
(191) |
Skema addizzjonali li tappoġġa l-industrija tal-internet u, b’mod partikolari, il-manifatturi tal-OFC, qed toħroġ mill-“Avviż dwar il-Ħruġ tal-Istabbiliment tal-Komunikazzjoni dwar il-Broadband u l-Proġetti Speċjali Ewlenin tan-Network il-Ġdid tal-Programm Nazzjonali Ewlieni ta’ R&Ż fl-2019”. Abbażi ta’ dan l-Avviż, ġie approvat proġett imsejjaħ “Low Power Consumption, High Integration and High Performance 100G Optical Transmission System Research and Application Demonstration” u ġie stabbilit finanzjament li jammonta għal RMB 95.47 miljun. Fid-deskrizzjoni tal-objettivi tal-proġett, huwa espress li din l-għotja għandha tgħin biex issir indipendenti mill-provvista minn apparati barranin meħtieġa għat-teknoloġija ta’ trażmissjoni ottika b’veloċità għolja 100G u, sabiex isir dan, huwa mitlub li tirriċerka u tirrealizza l-apparati u l-moduli optoelettroniċi b’veloċità għolja u tagħmir ta’ pjattaforma ta’ trażmissjoni ottika 100G ibbażat fuq apparat ta’ ċippa indipendenti. Wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun irċieva għotja għar-R&Ż ibbażata fuq dan il-programm b’valur ta’ Yuan 8 360 000. |
(c) Konklużjoni
|
(192) |
L-għotjiet relatati mat-teknoloġija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp, inklużi l-għotjiet għall-proġetti ta’ R&Ż deskritti fil-premessi minn (184) sa (191), jagħtu sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri trasferiment ta’ fondi mill-GTĊ lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-forma ta’ għotjiet. Kif imsemmi fil-premessa (183) hawn fuq, il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-fondi huma rreġistrati bħala sussidji tal-gvern fil-kontijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(193) |
Dawn is-sussidji huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li huma biss il-kumpaniji li joperaw f’oqsma jew teknoloġiji ewlenin, kif elenkati fil-linji gwida, fil-miżuri amministrattivi u fil-katalogi li jiġu ppubblikati fuq bażi regolari, li huma eliġibbli biex jirċevuhom u l-OFC huwa fost is-setturi eliġibbli. |
|
(194) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u Connect Com affermaw li l-ebda waħda mill-għotjiet ta’ R&Ż ma hija mmirata lejn l-industrija tal-OFC u li Wuhan East Lake New Technology Development Zone ma tipprovdix appoġġ lil kumpaniji li jimmanifatturaw l-OFC, minħabba li kwalunkwe allegat appoġġ li jirriżulta minn din iż-Żona huwa relatat mal-industriji upstream jew downstream tal-OFC. Il-GTĊ sostna wkoll li l-Kummissjoni ma wrietx li l-għotjiet inkwistjoni huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku u naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżit stabbilit mill-Bord f’ “Il-KE – Inġenji tal-Ajru” , li skontu, l-ispeċifiċità teħtieġ l-istabbiliment ta’ limitazzjoni espliċita tal-allegat sussidju u li limitazzjoni trid “tesprimi distintivament dak kollu li tfisser u ma tħalli xejn sempliċiment impliċitu jew issuġġerit.” Il-GTĊ afferma wkoll li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li dawn l-għotjiet huma limitati espliċitament għall-industrija tal-OFC kienet manifestament skorretta, b’referenza għar-Rapport tal-Korp tal-Appell fil-każ “Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar fl-Istati Uniti” , li skontu, l-inkjesta ta’ jekk sussidju huwiex espliċitament limitat tiffoka “mhux biss fuq jekk is-sussidju kienx ipprovdut lil riċevituri partikolari identifikati fl-ilment, iżda tiffoka wkoll fuq l-intrapriżi jew l-industriji kollha eliġibbli biex jirċievu dak l-istess sussidju”. |
|
(195) |
Il-Kummissjoni diġà wriet l-ispeċifiċità tal-għotjiet fil-premessa (193) hawn fuq. Tabilħaqq, huma biss il-kumpaniji li joperaw f’oqsma jew teknoloġiji ewlenin, kif elenkati fil-linji gwida, il-miżuri amministrattivi u l-katalogi, li huma eliġibbli. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi li kkooperaw ipprovdew dokumenti relatati mal-għotjiet, bħal dokumenti legali u avviżi ta’ għoti, li wrew li l-għotjiet ingħataw lil kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji jew setturi speċifikati u/jew li huma involuti fi proġetti industrijali speċifiċi mħeġġa mill-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha li dawn l-għotjiet huma disponibbli biss għal subsett speċifikat b’mod ċar ta’ ċerti intrapriżi u/jew setturi tal-ekonomija, ċertament ferm aktar ristrett u definit b’mod speċifiku bħal dawk involuti fit-tilwima “EC-Aircraft” . Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà ta’ dawn l-għotjiet ma kinux ċari u oġġettivi u ma kinux japplikaw awtomatikament; konsegwentement, huma ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tan-nuqqas ta’ speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(196) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mad-dikjarazzjoni tal-GTĊ li l-East Lake New Technology development Zone ta’ Wuhan ma pprovdietx appoġġ lil kumpaniji li jipproduċu l-OFC u li kwalunkwe appoġġ allegat li jirriżulta minn din iż-Żona huwa relatat mal-industriji upstream jew downstream tal-OFC. L-ewwel nett, il-Kummissjoni sabet li wieħed mill-produtturi esportaturi bbenefika mill-fondi ta’ R&Ż mogħtija mill-awtoritajiet tal-East Lake New Technology development Zone ta’ Wuhan lill-kumpanija prinċipali tiegħu. It-tieni nett, anki jekk l-allegazzjoni tal-GTĊ li kwalunkwe allegat appoġġ li jirriżulta minn din iż-Żona huwa relatat biss mal-industriji upstream jew downstream tal-OFC kienet vera, din ma turix li l-produtturi tal-OFC relatati ma bbenefikawx minn tali għotjiet. Tabilħaqq, il-Kummissjoni investigat il-kumpaniji relatati kollha li fornew materjali ta’ input lill-produtturi esportaturi u allokat parti mis-sussidji tagħhom, inklużi għotjiet, għall-prodott ikkonċernat. Għalhekk, din l-affermazzjoni tqieset bħala bla bażi. |
(d) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(197) |
Sabiex tistabbilixxi l-benefiċċju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni qieset l-għotjiet riċevuti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif ukoll l-għotjiet riċevuti qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda li għalihom il-perjodu ta’ deprezzament kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tal-għotjiet li ma humiex deprezzati, il-benefiċċju tqies li huwa l-ammont riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tal-għotjiet relatati mal-proġetti u l-għotjiet relatati mal-assi, il-benefiċċju tqies bħala l-porzjon tal-ammont totali tal-għotja li ġie deprezzat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(198) |
Fir-rigward tal-għotjiet riċevuti bħala remunerazzjoni tas-servizzi ta’ R&Ż deskritti fil-premessa (180), il-Kummissjoni qieset l-ammonti riċevuti bħala tariffi ta’ R&Ż matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u allokathom għall-prodott ikkonċernat abbażi tal-proporzjon li l-fatturat tal-prodott ikkonċernat għandu fil-fatturat totali tal-produttur esportatur. |
|
(199) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Connect Com talbet lill-Kummissjoni biex tiddivulga l-ammont tas-sehem tal-għotjiet speċifikament mogħtija għall-produzzjoni tal-OFC u allokati għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, filwaqt li affermat li hija ma setgħetx teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha b’mod effettiv. |
|
(200) |
Il-Kummissjoni ma setgħetx tikkondividi tali informazzjoni, minħabba li din hija meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali sensittiva. Il-kumpanija naqset ukoll milli tispjega kif l-għarfien ta’ tali ammont ikun vitali biex hija tiddefendi d-drittijiet tagħha. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(201) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat jekk tapplikax rata tal-imgħax kummerċjali annwali addizzjonali f’konformità mat-Taqsima F.a) tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju (47). Madankollu, tali approċċ kien jinvolvi varjetà ta’ fatturi ipotetiċi kumplessi li għalihom ma kien hemm ebda informazzjoni akkurata disponibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li huwa aktar xieraq li talloka ammonti għall-perjodu ta’ investigazzjoni skont ir-rati ta’ deprezzament tal-proġetti u l-assi ta’ R&Ż, f’konformità mal-metodoloġija tal-kalkolu użata f’każijiet preċedenti (48). |
3.4.2. Għotjiet oħrajn
|
(202) |
Kif imsemmi fil-premessa (175), il-Kummissjoni sabet li ż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun irċevew ukoll għotjiet oħrajn, bħal għotjiet relatati mal-assi, skontijiet tal-imgħax fuq is-self, għotjiet li jappoġġaw l-esportazzjonijiet, u għotjiet immirati lejn l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. |
(a) Bażi Ġuridika
|
(203) |
Dawn l-għotjiet ingħataw lill-kumpaniji minn awtoritajiet tal-gvern nazzjonali, provinċjali, tal-belt, tal-kontea jew distrettwali u kollha dehru li kienu speċifiċi għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun, jew speċifiċi f’termini tal-pożizzjoni ġeografika jew tat-tip ta’ industrija. L-informazzjoni rigward il-bażi ġuridika, li taħtha ngħataw dawn l-għotjiet, ma ġietx divulgata mill-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun. Madankollu, il-Kummissjoni rċeviet mingħand xi kumpaniji kopja tad-dokumenti maħruġa minn awtorità tal-gvern, li tat il-fondi, imsejħa “l-avviż”. |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(204) |
Eżempji ta’ tali għotjiet oħrajn huma għotjiet relatati mal-assi, fondi tal-privattivi, fondi u għotjiet għax-xjenza u t-teknoloġija, fondi għall-iżvilupp tan-negozju, fondi għall-promozzjoni tal-esportazzjoni, għotjiet għal żieda fil-kwalità tal-industrija u titjib fl-effiċjenza, fondi ta’ appoġġ għall-kummerċ muniċipali, fondi barranin għall-iżvilupp ekonomiku u kummerċjali u għotjiet għas-sikurezza tal-produzzjoni. |
|
(205) |
Minħabba l-ammont kbir ta’ għotjiet li l-Kummissjoni sabet fil-kotba tal-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun, f’dan ir-Regolament huwa ppreżentat biss sommarju tas-sejbiet ewlenin. Evidenza tal-eżistenza ta’ bosta għotjiet u tal-fatt li dawn kienu ngħataw minn diversi livelli tal-GTĊ inizjalment ġiet ipprovduta miż-żewġ gruppi inklużi fil-kampjun. Is-sejbiet dettaljati dwar dawn l-għotjiet ġew ipprovduti lill-kumpaniji individwali fid-dokumenti ta’ divulgazzjoni speċifiċi tagħhom. |
(c) Konklużjoni
|
(206) |
Dawn l-għotjiet l-oħrajn jikkostitwixxu sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u (2) tar-Regolament bażiku minħabba li seħħ trasferiment ta’ fondi mill-GTĊ fil-forma ta’ għotjiet lill-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun u, b’hekk, ingħata benefiċċju. |
|
(207) |
Il-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ipprovdew informazzjoni rigward l-ammont tal-għotjiet u l-awtorità li tat u ħallset kull għotja. Il-kumpaniji kkonċernati rreġistraw ukoll dan l-introjtu l-aktar taħt l-intestatura “introjtu mis-sussidju” fil-kontijiet tagħhom u dawn il-kontijiet ġew awditjati b’mod indipendenti. L-informazzjoni dwar dawn l-għotjiet tqieset mill-Kummissjoni bħala evidenza pożittiva ta’ sussidju li ta benefiċċju. |
|
(208) |
Dawn l-għotjiet huma wkoll speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li, mid-dokumenti pprovduti mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, jidhru li huma limitati għal ċerti kumpaniji, ċerti industriji, bħall-industrija tal-OFC, jew proġetti speċifiċi f’reġjuni speċifiċi. Barra minn hekk, uħud mill-għotjiet huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a). |
|
(209) |
Barra minn hekk, dawn l-għotjiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ nuqqas ta’ speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla attwali sabiex l-intrapriżi jkunu eliġibbli ma humiex trasparenti, ma humiex oġġettivi u ma japplikawx awtomatikament. |
|
(210) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li sal-punt li kwalunkwe waħda mill-allegati għotjiet tiġi pprovduta mill-gvern lokali u/jew reġjonali, dawn ma jistgħux jitqiesu bħala sussidji speċifiċi għar-reġjun. Il-GTĊ irrimarka li sussidju reġjonali skont l-Artikolu 2.2 tal-Ftehim SCM ma jistax jitqies bħala speċifiku jekk jingħata mir-reġjun innifsu (jiġifieri mill-gvern reġjonali jew lokali) (49) u li l-Kummissjoni kellha turi li hemm limitazzjoni fuq l-aċċess għall-għotjiet abbażi tal-pożizzjoni ġeografika biss (50). |
|
(211) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rrimarkat li fil-premessa (208) hija kkonkludiet li l-għotjiet għajr dawk relatati mat-teknoloġija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp, huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikoli 4(2)(a), 4(3) u 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-għotjiet dehru li kienu limitati għal ċerti kumpaniji li joperaw f’ċerti industriji, bħall-industrija tal-OFC. Ċerti għotjiet biss dehru li kienu relatati ma’ proġetti speċifiċi f’reġjuni speċifiċi. Il-fatt li dawn l-għotjiet ingħataw lill-kumpaniji minn awtoritajiet tal-gvern nazzjonali, provinċjali, tal-belt, tal-kontea jew distrettwali ma jfissirx li dawn l-għotjiet ma għandhomx il-bażi ġuridika tagħhom fil-livell nazzjonali u ma kinux jikkonċernaw proġetti speċifiċi f’reġjuni speċifiċi. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda evidenza konkreta li dawn l-għotjiet ma humiex speċifiċi (pereżempju, li l-għotjiet ġew ipprovduti lill-kumpaniji kollha fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tal-entità lokali, li taġixxi bħala l-awtorità awtorizzanti). Konsegwentement, il-Kummissjoni tenniet li abbażi tal-evidenza għad-dispożizzjoni tagħha, hija kkonkludiet li dawn l-għotjiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ nuqqas ta’ speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku u huma speċifiċi skont l-Artikoli 4(2)(a), 4(3) u 4(4)(a) tar-Regolament bażiku u, għalhekk, hija ma laqgħetx l-affermazzjoni tal-GTĊ. |
|
(212) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Connect Com affermat li sussidju huwa speċifiku biss jekk ikun relatat direttament mal-industrija tal-OFC u mhux jekk ikun jikkonċerna għadd ta’ industriji, bħall-produzzjoni tal-OFC kif iddikjarat mill-Kummissjoni fil-premessa (208). |
|
(213) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ċċarat li l-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li “sabiex jiġi ddeterminat jekk xi sussidju jkunx speċifiku għal xi intrapriża jew industrija jew grupp ta’ intrapriżi jew industriji (“ċerti intrapriżi”) fil-ġuriżdizzjoni tal-awtorità li tagħtihom, għandhom ikunu applikabbli l-prinċipji li ġejjin:”. Mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-ispeċifiċità tista’ tirreferi wkoll għal “grupp ta’ intrapriżi jew industriji”. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni. |
|
(214) |
Connect Com affermat ukoll li l-Kummissjoni injorat l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, li skontu l-ispeċifiċità ma għandhiex teżisti fejn l-awtorità awtorizzanti tistabbilixxi kriterji oġġettivi li jirregolaw l-eliġibbiltà għal sussidju u l-ammont tiegħu. |
|
(215) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni spjegat li, kif irrimarkat fil-premessi (195) u (209), dawn l-għotjiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ nuqqas ta’ speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla attwali sabiex l-intrapriżi jkunu eliġibbli ma humiex trasparenti, ma humiex oġġettivi u ma japplikawx awtomatikament. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(d) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(216) |
Il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju f’konformità mal-metodoloġija deskritta fil-premessa (197) hawn fuq. |
3.4.3. Konklużjoni dwar il-programmi ta’ għotjiet
|
(217) |
Ir-rati ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward tal-għotjiet kollha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu kif ġej: L-għotjiet
|
3.5. Finanzjament preferenzjali
3.5.1. Istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu finanzjament preferenzjali
|
(218) |
Skont l-informazzjoni pprovduta miż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, 32 istituzzjoni finanzjarja li jinsabu fir-RPĊ kienu pprovdewlhom finanzjament. Minn dawn it-32 istituzzjoni finanzjarja, 25 kienu proprjetà tal-Istat. Il-bqija tal-istituzzjonijiet finanzjarji kienu jew ta’ proprjetà privata jew inkella l-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina jekk kinux proprjetà tal-Istat jew proprjetà privata. Madankollu, bank wieħed biss tal-Istat mela l-kwestjonarju speċifiku, minkejja talba lill-GTĊ li kopriet l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li kienu pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
3.5.1.1. Istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat li jaġixxu bħala korpi pubbliċi
|
(219) |
Il-Kummissjoni aċċertat jekk il-banek tal-Istat kinux qegħdin jaġixxu bħala korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku. Meta jiġi interpretat ir-Regolament bażiku f’konformità mal-obbligi tad-WTO tal-UE, it-test applikabbli biex jiġi stabbilit li impriża tal-Istat hija korp pubbliku huwa kif ġej (51): “Dak li huwa importanti huwa jekk entità għandhiex l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi, aktar milli kif din tinkiseb. Hemm modi differenti ta’ kif il-gvern fis-sens ristrett jista’ jipprovdi lill-entitajiet b’awtorità. Għaldaqstant, hemm tipi differenti ta’ evidenza li jistgħu jkunu rilevanti biex jintwera li entità partikolari ngħatat tali awtorità. Evidenza li entità, fil-fatt, qiegħda teżerċita funzjonijiet governattivi tista’ sservi bħala evidenza li hi għandha jew ingħatat awtorità governattiva, b’mod partikolari meta tali evidenza tindika prattika sostnuta u sistematika. Jirriżulta, fil-fehma tagħna, li l-evidenza li gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq entità u l-aġir tagħha tista’ sservi, f’ċerti ċirkostanzi, bħala evidenza li l-entità rilevanti għandha awtorità governattiva u teżerċita tali awtorità fit-twettiq ta’ funzjonijiet governattivi. Madankollu, aħna nenfasizzaw li, apparti minn delega espliċita ta’ awtorità fi strument legali, l-eżistenza ta’ sempliċi rabtiet formali bejn entità u gvern fis-sens dejjaq tal-kelma x’aktarx ma jkunx biżżejjed biex jiġi stabbilit il-pussess neċessarju ta’ awtorità governattiva. Għalhekk, pereżempju, is-sempliċi fatt li gvern huwa l-azzjonista maġġoritarju ta’ entità ma jurix li l-gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq l-aġir ta’ dik l-entità, u ferm inqas li l-gvern taha awtorità governattiva. Madankollu, f’xi każijiet, fejn l-evidenza turi li l-indizji formali tal-kontroll tal-gvern huma diversi, u fejn ikun hemm ukoll evidenza li tali kontroll ikun ġie eżerċitat b’mod sinifikanti, mela tali evidenza tista’ tippermetti li ssir inferenza li l-entità kkonċernata qiegħda teżerċita awtorità governattiva.” |
|
(220) |
Il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat, kif ukoll indizji formali tal-kontroll tal-gvern fil-banek tal-Istat. Hija analizzat ukoll jekk il-kontroll kienx eżerċitat b’mod sinifikanti. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni kellha tistrieħ parzjalment fuq il-fatti disponibbli minħabba r-rifjut tal-GTĊ u tal-banek tal-Istat li jipprovdu evidenza dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li kien wassal għas-self preferenzjali, kif stabbilit fil-premessi minn (136) sa (153) hawn fuq. |
|
(221) |
Sabiex twettaq din l-analiżi, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat l-informazzjoni mill-bank tal-Istat li kien mela l-kwestjonarju speċifiku. |
(1) Istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat li jikkooperaw parzjalment
|
(222) |
Kien hemm bank tal-Istat wieħed biss, jiġifieri EXIM, li pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. |
(a) Is-sjieda u l-indizji formali tal-kontroll mill-GTĊ
|
(223) |
Abbażi tal-informazzjoni riċevuta fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-GTĊ kellu, direttament jew indirettament, aktar minn 50 % tal-ishma f’din l-istituzzjoni finanzjarja. |
|
(224) |
Fir-rigward tal-indizji formali tal-kontroll tal-gvern tal-bank tal-Istat li kkoopera, il-Kummissjoni kkwalifikatu bħala “istituzzjoni finanzjarja tal-Istat ewlenija”. B’mod partikolari, l-avviż “Regolamenti Interim dwar il-Bord tas-Superviżuri f’Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin” (52) jiddikjara li: “L-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin imsemmija f’dawn ir-Regolamenti jirreferu għal banek pubbliċi tal-Istat, banek kummerċjali, kumpaniji tal-ġestjoni tal-assi finanzjarji, kumpaniji tat-titoli, kumpaniji tal-assigurazzjoni, eċċ. (li minn hawn’ il quddiem issir referenza għalihom bħala istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat), li lilhom il-Kunsill tal-Istat jibgħat bordijiet ta’ superviżuri”. |
|
(225) |
Il-Bord tas-Superviżuri tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin jinħatar skont ir-“Regolamenti Interim tal-Bord tas-Superviżuri ta’ Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin”. Abbażi tal-Artikoli 3 u 5 ta’ dawn ir-Regolamenti Interim, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-Membri tal-Bord tas-Superviżuri jintbagħtu mill-Kunsill tal-Istat u huma responsabbli lejh, u b’hekk juru l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq l-attivitajiet kummerċjali tal-bank tal-Istat li kkoopera. |
|
(226) |
Minbarra dawn l-indizji ġeneralment applikabbli, il-Kummissjoni sabet dan li ġej fir-rigward tal-EXIM. EXIM ġie fformat u jopera f’konformità man-“Notifika tat-Twaqqif tal-Export-Import Bank of China”, maħruġa mill-Kunsill tal-Istat, kif ukoll skont l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-EXIM. Skont l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tiegħu, l-Istat jinnomina direttament il-maniġment tal-EXIM. Il-Bord tas-Superviżuri jinħatar mill-Kunsill tal-Istat f’konformità mar-“Regolamenti Interim dwar il-Bordijiet tas-Superviżuri f’Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin” u ma’ liġijiet u regolamenti oħrajn, u huwa responsabbli lejn il-Kunsill tal-Istat. |
|
(227) |
L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni jsemmi wkoll li l-Kumitat tal-Partit tal-EXIM għandu rwol ewlieni u politiku kruċjali sabiex jiżgura li l-politiki u l-iskjerament maġġuri tal-Partit u tal-Istat jiġu implimentati mill-EXIM. It-tmexxija tal-Partit hija integrata fl-aspetti kollha tal-governanza korporattiva. |
|
(228) |
L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni jiddikjara wkoll li l-EXIM huwa ddedikat biex jappoġġa l-iżvilupp tal-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika barranija, l-investiment transfruntier, l-Inizjattiva “One Belt, One Road”, il-kooperazzjoni fil-kapaċità internazzjonali u l-manifattura tat-tagħmir. Il-kamp ta’ applikazzjoni tan-negozju tiegħu jinkludi self fuq terminu qasir, medju u twil kif approvat u skont il-politiki tal-kummerċ barrani u ta’ investiment fi swieq barranin (‘going out’) tal-Istat, bħal kreditu għall-esportazzjoni, kreditu għall-importazzjoni, self barrani ta’ inġinerija b’kuntratt barrani, self ta’ investiment barrani, self tal-gvern Ċiniż għall-għajnuna barranija u self lix-xerrejja tal-esportazzjoni. |
|
(229) |
Barra minn hekk, fir-rapport annwali tiegħu tal-2019, il-Bank EXIM iddikjara li, minbarra dan, huwa implimenta bis-sħiħ il-politiki u d-deċiżjonijiet ewlenin kollha meħuda mill-Kumitat Ċentrali tas-CPC u mill-Kunsill tal-Istat. |
|
(230) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat bidlu l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħhom fl-2017 biex iżidu r-rwol tal-Partit Komunista taċ-Ċina (‘China Communist Party’ - CCP) fl-ogħla livell ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tal-banek (53). |
|
(231) |
Dan l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni l-ġdid jistipula li:
|
(b) Kontroll sinifikanti mill-GTĊ
|
(232) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank EXIM fir-rigward tal-politiki tas-self u l-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, fejn huwa pprovda self lill-industrija tal-OFC. F’dan ir-rigward, ġew ikkunsidrati d-dokumenti regolatorji li ġejjin:
|
|
(233) |
Meta rieżaminat dawn id-dokumenti regolatorji, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji fir-RPĊ qegħdin joperaw f’ambjent legali ġenerali li jidderiġihom sabiex jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ meta jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji, għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(234) |
Fir-rigward tal-Bank EXIM, il-mandat ta’ politika pubblika tiegħu huwa stabbilit fin-notifika tat-twaqqif tal-Bank EXIM, kif ukoll fl-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tiegħu. |
|
(235) |
Fil-livell ġenerali, l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, li japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw fiċ-Ċina, jistabbilixxi li “il-banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju ta’ self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat” . Għalkemm l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja jiddikjara li “il-banek kummerċjali għandhom, skont il-liġi, iwettqu operazzjonijiet tan-negozju mingħajr interferenza minn kwalunkwe unità jew individwu. Il-banek kummerċjali għandhom b’mod indipendenti jassumu responsabbiltà ċivili bil-proprjetà tagħhom kollha bħala persuna ġuridika”, l-investigazzjoni wriet li l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja huwa applikat soġġett għall-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, jiġifieri meta l-Istat jistabbilixxi ordni pubbliku, il-banek jimplimentawh u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-Istat. |
|
(236) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self jistabbilixxi li “F’konformità mal-politika tal-Istat, id-dipartimenti rilevanti jistgħu jissussidjaw l-imgħaxijiet fuq is-self, bil-ħsieb li jippromwovu t-tkabbir ta’ ċerti industriji u l-iżvilupp ekonomiku f’xi oqsma.” |
|
(237) |
Bl-istess mod, id-Deċiżjoni Nru. 40 tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu speċifikament għall-proġetti “imħeġġa”. Kif diġà ġie spjegat fit-Taqsima 3.1 u b’mod aktar speċifiku fil-premessi (81) u (86), il-proġetti tal-industrija tal-OFC jappartjenu għall-kategorija “mħeġġa”. B’hekk, id-Deċiżjoni Nru. 40 tikkonferma s-sejba preċedenti fir-rigward tal-Liġi Bankarja li l-banek jeżerċitaw awtorità governattiva fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu preferenzjali. Il-Kummissjoni sabet ukoll li s-CBIRC għandha awtorità ta’ approvazzjoni estensiva fuq l-aspetti kollha tal-ġestjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha stabbiliti fir-RPĊ (inklużi istituzzjonijiet finanzjarji bi sjieda privata u dawk bi sjieda barranija), bħal (54):
|
|
(238) |
Il-liġi Bankarja hija legalment vinkolanti. In-natura obbligatorja tal-Pjanijiet ta’ Ħames Snin u tad-Deċiżjoni Nru. 40 ġiet stabbilita hawn fuq fit-Taqsima 3.1. In-natura obbligatorja tad-dokumenti regolatorji tas-CBIRC tirriżulta mis-setgħat tagħha bħala l-awtorità regolatorja bankarja. In-natura obbligatorja ta’ dokumenti oħrajn tintwera mill-klawżoli ta’ superviżjoni u evalwazzjoni, li dawn fihom. |
|
(239) |
Id-Deċiżjoni Nru. 40 tal-Kunsill tal-Istat tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu biss għall-proġetti mħeġġa u twiegħed l-implimentazzjoni ta’ “politiki preferenzjali oħrajn dwar il-proġetti mħeġġa”. Fuq din il-bażi, il-banek huma meħtieġa jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industrija tal-OFC bħala industrija mħeġġa. |
|
(240) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri tal-bank tal-Istat li kkoopera, li jinħatru mill-GTĊ u huma responsabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ straħ fuq dan il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera kull meta kien qed jipprovdi self lill-industrija tal-OFC. |
|
(241) |
Il-Kummissjoni fittxet ukoll prova konkreta tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi ta’ self konkret ipprovdut lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-bank tal-Istat li kkoopera parzjalment spjega li huwa juża politiki u mudelli sofistikati għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta jagħti s-self inkwistjoni. Il-bank EXIM spjega wkoll li ma hemm l-ebda differenza fil-politika rigward l-industrija li fiha jopera l-mutwatarju, is-sitwazzjoni tal-kreditu u l-istatus tal-kapital, eċċ.; madankollu, tali fatturi jħallu impatt fuq il-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-kost tar-riskju tal-mutwatarju. Huwa jista’ jirreferi għal pjanijiet u politiki rilevanti fl-għoti ta’ self; madankollu, meta jiġi biex jiddetermina proġetti ta’ self individwali, huwa japplika valutazzjoni bbażata fuq is-suq. |
|
(242) |
Kif diġà indikat fil-premessa (141) hawn fuq, il-bank tal-Istat li kkoopera parzjalment irrifjuta li jipprovdi eżempji konkreti tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tiegħu relatata mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun għar-raġuni li l-informazzjoni mitluba hija interna tal-bank u fiha informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali li ma hijiex permessa li tiġi divulgata, minkejja li l-Kummissjoni kellha kunsens bil-miktub mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun li rrinunzjaw għad-drittijiet ta’ kunfidenzjalità tagħhom. |
|
(243) |
Fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta tal-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja, għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat l-ambjent legali ġenerali kif stabbilit hawn fuq fil-premessi minn (232) sa (239), flimkien mal-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera fir-rigward tas-self ipprovdut lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Din l-imġiba kkuntrastat mal-pożizzjoni uffiċjali tagħha, minħabba li fil-prattika ma kinitx qed taġixxi abbażi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju bir-reqqa bbażati fuq is-suq. |
|
(244) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li s-self ingħata liż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun b’rati tal-imgħax taħt jew qrib ir-Rata Normattiva tas-Self tal-People’s Bank of China (PBOC) u taħt ir-Rata Prima tas-Self kif imħabbar miċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Finanzjament Interbankarju (‘National Interbank Funding Center’ - NIFC) li ġie introdott fl-20 ta’ Awwissu 2019 (55), irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja u tar-riskju ta’ kreditu tal-kumpaniji. Għalhekk, is-self ingħata taħt ir-rati tas-suq meta mqabbla mar-rata li tikkorrespondi għall-profil tar-riskju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(245) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li l-Kummissjoni ma wrietx li l-bank tal-Istat li kkoopera, jiġifieri l-bank EXIM, huwa korp pubbliku u li l-GTĊ eżerċita kontroll sinifikanti fuq il-bank EXIM. Il-GTĊ enfasizza li “s-sjieda u l-indizji formali tal-kontroll” ma humiex biżżejjed biex juru l-eżistenza ta’ korp pubbliku u li l-Kummissjoni ma wrietx in-nuqqas ta’ indipendenza tal-maniġment tal-bank EXIM billi sostniet li l-GTĊ jeżerċita kontroll fuq il-bank EXIM biss fis-superviżjoni tal-ħatra tal-maniġment tal-bank u tal-bord tiegħu. |
|
(246) |
Il-GTĊ afferma wkoll li l-istituzzjonijiet finanzjarji inkwistjoni ma huma qegħdin iwettqu l-ebda funzjoni li tista’ titqies li hija ta’ natura governattiva u li l-GTĊ ma eżerċitax kontroll sinifikanti fuq il-bank EXIM. Għalkemm l-Artikolu 34 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Banek jirrikjedi li l-banek kummerċjali jaġixxu “taħt il-gwida tal-politiki industrijali” tal-GTĊ, imkien fid-dispożizzjoni ma hemm stipulazzjoni li tirrikjedi li l-banek jaġixxu b’ċertu mod u, skont il-GTĊ, din id-dispożizzjoni jenħtieġ li titqies bħala prinċipju gwida għall-banek Ċiniżi. Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Liġi Ċiniża dwar il-Banek espliċitament tipprojbixxi lill-GTĊ milli jeżerċita kwalunkwe forma ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet tal-banek kummerċjali. F’dan ir-rigward, il-GTĊ invoka l-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Banek, li jistabbilixxu, rispettivament, li l-banek kummerċjali għandhom “jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess” u joperaw “mingħajr interferenza minn kwalunkwe unità jew individwu”. Il-GTĊ enfasizza wkoll li l-Artikolu 41 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Banek jistabbilixxi li “l-ebda entità jew individwu ma jistgħu jġiegħlu lil bank kummerċjali jagħti self jew jipprovdi garanzija” . Barra minn hekk, il-GTĊ afferma li l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-self, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru. 40 ma humiex obbligatorji, iżda huma biss ta’ natura ta’ gwida. Fl-aħħar nett, il-GTĊ ma qabilx mal-affermazzjoni li l-bank EXIM ipprovda self b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq, billi huwa jsegwi standards aċċettati internazzjonalment għall-valutazzjoni tar-riskju u l-iżborż tas-self u jopera b’mod indipendenti mill-GTĊ. |
|
(247) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-allegazzjonijiet tal-GTĊ. Il-Kummissjoni ma weġbitx biss dwar “is-sjieda u l-indizji formali tal-kontroll” sabiex tikkwalifika lill-bank EXIM tal-Istat li kkoopera bħala korp pubbliku, iżda wriet ukoll li l-GTĊ eżerċita kontroll sinifikanti fuq il-bank għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(248) |
Kif ġie spjegat fil-premessa (238) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li l-Liġi Ċiniża dwar il-Banek u d-Deċiżjoni Nru. 40 huma ta’ natura obbligatorja. Barra minn hekk, is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni, kif ukoll is-sejbiet tal-Kummissjoni f’investigazzjonijiet preċedenti dwar l-istess programm ta’ sussidju (56) ma appoġġawx l-affermazzjoni li l-banek ma jqisux il-politika u l-pjanijiet tal-gvern meta jieħdu deċiżjonijiet dwar is-self. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi bbenefikaw minn self preferenzjali b’rati tal-imgħax aktar baxxi minn dawk tas-suq. Wieħed mill-produtturi esportaturi bbenefika kif xieraq minn self preferenzjali mill-Fond taċ-China Development Bank li, kif deskritt fil-premessa (285) hawn taħt, huwa organizzazzjoni ta’ investiment orjentata lejn il-politika li prinċipalment tappoġġa “proġetti f’setturi ewlenin rikonoxxuti mill-Istat”. |
|
(249) |
L-investigazzjoni wriet li l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self kien fil-fatt applikat fil-prattika, u li l-Artikoli 4, 5 u 41 tal-Liġi Bankarja kienu applikabbli soġġett għall-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, jiġifieri fejn l-Istat jistabbilixxi politika pubblika li l-banek jimplimentawha u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-Istat. Fil-fatt, filwaqt li l-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi Bankarja huma parti mill-Kapitolu I, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali, l-Artikolu 34 huwa parti mill-Kapitolu IV, li jistabbilixxi r-regoli bażiċi li jirregolaw is-self. Il-kliem tal-Artikolu 34: “il-banek kummerċjali jwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat”, juri li din id-dispożizzjoni ma hijiex ta’ natura ta’ gwida, iżda pjuttost għandha karattru obbligatorju u tipprovdi struzzjoni ċara lill-banek biex iqisu l-politiki industrijali tal-Istat meta jwettqu n-negozju tas-self tagħhom. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li d-Deċiżjoni Nru. 40 tal-Kunsill tal-Istat tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu biss għal proġetti mħeġġa u twiegħed l-implimentazzjoni ta’ “politiki preferenzjali oħrajn dwar il-proġetti mħeġġa”. Filwaqt li l-Artikolu 17 tal-istess Deċiżjoni jirrikjedi li l-banek jirrispettaw il-prinċipji tal-kreditu, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi matul l-investigazzjoni li dan sar fil-prattika. Għall-kuntrarju, ingħata self lill-produtturi esportaturi, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja u l-affidabbiltà kreditizja tagħhom. |
|
(250) |
Barra minn hekk, fir-rigward speċifikament tal-Bank EXIM, huwa inkontestabbli li dan huwa bank tal-politika li jsegwi direttament il-politiki tal-gvern bl-ammissjoni tiegħu stess. Kif spjegat fuq is-sit web tiegħu, (57) l-EXIM huwa bank tal-politika ffinanzjat mill-Istat u proprjetà tal-Istat direttament taħt it-tmexxija tal-Kunsill tal-Istat u ddedikat biex jappoġġa, fost l-oħrajn, il-kummerċ barrani taċ-Ċina u jimplimenta l-istrateġija “going global”. |
|
(251) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv fir-rigward tas-self lill-industriji mħeġġa li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri tal-bank, li jinħatru mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ. Dan il-qafas normattiv ma ħalla l-ebda marġini ta’ manuvra f’idejn il-maniġers u s-superviżuri tal-bank dwar jekk għandhomx isegwu dan il-qafas jew le fir-rigward tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, u b’hekk poġġa l-maniġment ta’ dak il-bank f’pożizzjoni ta’ dipendenza. Għalhekk, il-GTĊ straħ fuq il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera kull meta kien qed jipprovdi self lill-industrija tal-OFC. |
|
(252) |
Kif spjegat fil-premessa (241), il-Kummissjoni fittxet prova tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi ta’ self konkret. Madankollu, il-bank tal-Istat li kkoopera ma pprovdiex ċerta informazzjoni meħtieġa, inkluża l-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu speċifika tiegħu relatata mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta ta’ tali valutazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu, il-Kummissjoni eżaminat l-ambjent legali ġenerali applikabbli għas-self lil industriji mħeġġa, bħall-industrija tal-OFC, flimkien mal-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera u stabbilixxiet li l-bank ma kienx qed jaġixxi abbażi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu bir-reqqa bbażati fuq is-suq. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (244), ġie pprovdut self liż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun b’rati tal-imgħax taħt jew qrib ir-Rati Normattivi tal-Imgħax tal-PBOC mingħajr riskju u r-Rata Prima ta’ Self, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja u tar-riskju ta’ kreditu tagħhom. Għalhekk, meta jitqies il-profil tar-riskju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun deskritt fit-Taqsima 3.5.3.3 hawn taħt u li, skont l-analiżi tar-riskju mwettqa mill-Kummissjoni, il-produtturi esportaturi kellhom jirċievu klassifikazzjoni tal-kreditu BB u, b’hekk, kellhom iħallsu rati tal-imgħax ferm ogħla mir-rata mingħajr riskju, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-self inkwistjoni ġie pprovdut taħt ir-rati tas-suq. |
|
(253) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ eżerċita kontroll sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera fir-rigward tal-politiki ta’ self tiegħu u l-valutazzjoni tar-riskju li jikkonċerna l-industrija tal-OFC. |
(c) Konklużjoni dwar il-banek tal-Istat
|
(254) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-bank tal-Istat li kkoopera parzjalment implimenta l-qafas legali stabbilit hawn fuq fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet governattivi fir-rigward tas-settur tal-OFC. Għalhekk, huwa kien qed jaġixxi bħala korp pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. |
(2) Istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat li ma kkooperawx
|
(255) |
Kif stabbilit fil-premessa (218) hawn fuq, l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat l-oħrajn, li pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, ma wieġbet għall-kwestjonarju speċifiku. Il-GTĊ ipprovda biss xi informazzjoni dwar is-sjieda ta’ għadd ta’ banek, iżda mhux dwar l-istruttura ta’ governanza tagħhom, il-valutazzjoni tar-riskju jew eżempji relatati ma’ self speċifiku lill-industrija tal-OFC. |
|
(256) |
Għalhekk, f’konformità mal-konklużjonijiet milħuqa fit-Taqsima 3.2.1, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-fatti disponibbli biex tiddetermina jekk dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat jikkwalifikawx bħala korpi pubbliċi. |
|
(257) |
Il-GTĊ stabbilixxa li l-banek li ġejjin, li kienu pprovdew self lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni inkwistjoni, kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta’ persuni ġuridiċi miżmuma mill-Istat: Agricultural Bank of China, Bank of China, Bank of Communications, Bank of Jiangsu, Bank of Kunlun, Bank of Nanjing, Bank of Ningbo, China CITIC Bank China Development Bank, China Construction Bank, China Everbright Bank, China Guangfa Bank, China Merchants Bank, China Minsheng Bank, Hankou Bank, Industrial Bank, Industrial and Commercial Bank of China (ICBC), Ping An Bank, Postal Savings Bank, Shanghai Pudong Development Bank, u Zheshang Bank. |
|
(258) |
Bl-użu ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħal pereżempju s-sit web, ir-rapporti annwali, l-informazzjoni disponibbli f’direttorji bankarji jew fuq l-Internet, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin li kienu pprovdew self liż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta’ persuni ġuridiċi miżmuma mill-Istat:
|
|
(259) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll, fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika mill-istituzzjonijiet finanzjarji inkwistjoni li tindika mod ieħor, is-sjieda u l-kontroll tal-GTĊ abbażi ta’ indizji formali għall-istess raġunijiet stabbiliti hawn fuq fil-punt (1). B’mod partikolari, abbażi tal-fatti disponibbli, il-maniġers u s-superviżuri fl-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat li ma kkooperawx jidhru li jinħatru mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ bl-istess mod bħal fil-bank tal-Istat li kkoopera. |
|
(260) |
Fir-rigward tal-eżerċitar tal-kontroll b’mod sinifikanti, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-sejbiet dwar l-istituzzjoni finanzjarja tal-Istat li kkooperat jistgħu jitqiesu li huma rappreżentattivi wkoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat li ma kkooperawx. Il-qafas normattiv analizzat fil-punt (1) hawn fuq japplika għalihom b’mod identiku. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, abbażi tal-fatti disponibbli, (58) in-nuqqas ta’ evidenza konkreta ta’ valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja huwa validu għalihom bl-istess mod kif inhu għall-bank tal-Istat li kkoopera. |
|
(261) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma l-insuffiċjenza tal-argumenti tal-Kummissjoni u kkonkluda li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat kollha minbarra l-bank EXIM kienu jikkostitwixxu wkoll korpi pubbliċi. Il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni straħet fuq każijiet antisussidji preċedenti u l-konklużjonijiet tagħha stess fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat li kkooperaw u naqset milli tagħmel analiżi każ b’każ li tagħti rilevanza partikolari għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ u fir-rigward ta’ kull waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji li ma kkooperawx. Il-GTĊ sostna wkoll li l-Kummissjoni ma pprovdietx biżżejjed provi biex tiddetermina l-eżistenza ta’ kontroll sinifikanti fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat, billi l-maniġers u s-superviżuri tagħha jidhru li jinħatru mill-GTĊ. |
|
(262) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-banek tal-Istat l-oħrajn, il-Kummissjoni kellha tistrieħ fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni minn investigazzjonijiet preċedenti, flimkien ma’ indizji formali ta’ kontroll u s-sejbiet tal-investigazzjoni nnifisha rigward il-bank EXIM u rigward l-imġiba attwali tal-banek lejn il-produtturi esportaturi kienu jikkostitwixxu l-aħjar fatti disponibbli f’dan il-każ. Fi kwalunkwe każ, il-GTĊ naqas milli jressaq xi evidenza jew argument biex jirribatti s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-banek tal-Istat l-oħrajn li pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun huma korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. B’hekk, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha. |
(3) Konklużjoni dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat
|
(263) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi kollha tal-Istat li pprovdew finanzjament liż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun huma korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. |
|
(264) |
Barra minn hekk, anki li kieku l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ma kellhomx jitqiesu bħala korpi pubbliċi, il-Kummissjoni stabbilixxiet fuq il-bażi tal-istess informazzjoni li huma jitqiesu inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ biex iwettqu funzjonijiet normalment mogħtija lill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku għall-istess raġunijiet, kif stabbilit fit-Taqsima 3.5.1.2 hawn taħt. B’hekk, fi kwalunkwe każ, l-imġiba tagħhom tkun attribwita lill-GTĊ. |
3.5.1.2. Istituzzjonijiet finanzjarji privati inkarigati jew mogħtija direzzjoni mill-Istat
|
(265) |
L-istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin tqiesu li huma proprjetà tal-privat, abbażi tas-sejbiet stabbiliti f’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti (59) u kkomplementati minn informazzjoni disponibbli għall-pubbliku: HSBC, CITI Bank China, Zijin Rural Commercial Bank, Mizuho Bank, Sumitomo Mitsui Banking (iċ-Ċina), MUFG Bank, Bohai international Trust Co., Ltd., u Hubei Rural Credit Cooperative. Il-Kummissjoni analizzat jekk dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji kinux ġew inkarigati jew mogħtija direzzjoni mill-GTĊ biex jagħtu sussidji lis-settur tal-OFC skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
|
(266) |
Skont il-Korp tal-Appell tad-WTO, “inkarigu” jseħħ meta gvern jagħti responsabbiltà lil korp privat u “direzzjoni” tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn il-gvern jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq korp privat (60). Fiż-żewġ każijiet, il-gvern juża korp privat bħala indikatur biex jagħmel il-kontribuzzjoni finanzjarja u “fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, wieħed jistenna li l-inkarigu jew id-direzzjoni ta’ korp privat ikunu jinvolvu xi forma ta’ theddida jew inċitament” (61). Fl-istess ħin, l-Artikolu 3(1)(a)(iv) ma jippermettix lill-Membri jimponu miżuri kompensatorji għall-prodotti “kull meta l-gvern ikun sempliċiment qed jeżerċita s-setgħat regolatorji ġenerali tiegħu” (62) jew meta l-intervent tal-gvern “jista’ jkollu jew ma jkollux riżultat partikolari sempliċiment fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi fattwali partikolari u l-eżerċitar tal-għażla ħielsa mill-atturi f’dak is-suq” (63). Minflok, l-inkarigu jew id-direzzjoni jimplikaw “irwol aktar attiv tal-gvern minn sempliċi atti ta’ inkoraġġiment” (64). |
|
(267) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-qafas normattiv li jikkonċerna l-industrija msemmija hawn fuq fil-premessi minn (232) sa (238) japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fir-RPĊ, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati. Sabiex jintwera dan, il-Liġi Bankarja u d-diversi ordnijiet tas-CBIRC ikopru l-banek kollha ffinanzjati miċ-Ċina u b’investiment barrani taħt il-ġestjoni tas-CBIRC. |
|
(268) |
Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-kuntratti ta’ self ma’ istituzzjonijiet finanzjarji privati kellhom kundizzjonijiet simili bħall-kuntratti mal-banek tal-Istat, u r-rati ta’ self ipprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati kienu simili għar-rati pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat. |
|
(269) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni diverġenti riċevuta mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji privati, il-Kummissjoni kkonkludiet li, sa fejn hija kkonċernata l-industrija tal-OFC, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha (inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati) li joperaw fiċ-Ċina taħt is-superviżjoni tas-CBIRC ġew inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, sabiex isegwu politiki governattivi u jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-OFC. (65) |
|
(270) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li l-Kummissjoni naqset milli turi inkarigu jew direzzjoni mill-GTĊ, b’mod partikolari rabta bejn il-gvern u l-imġiba speċifika tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha. Il-GTĊ isostni li l-eżerċitar tas-setgħat regolatorji ġenerali tiegħu billi jagħti sempliċi gwida jew inkoraġġiment ma huwiex biżżejjed biex juri inkarigu u direzzjoni; jeħtieġ li jkun hemm xi forma ta’ theddida jew inċitament. Skont il-GTĊ, il-Liġi Bankarja tipprojbixxi b’mod espliċitu l-interferenza mill-GTĊ u r-Regoli Ġenerali tas-Self u d-Deċiżjoni Nru. 40 jipprovdu biss gwida u ma humiex obbligatorji jew legalment vinkolanti. Barra minn hekk, il-GTĊ afferma li l-Kummissjoni naqset mid-dmir tagħha li tagħmel analiżi bħal din għal kull entità. |
|
(271) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma. Billi l-qafas normattiv spjegat fil-premessi minn (232) sa (239), li japplika għall-banek kollha fiċ-Ċina, huwa legalment vinkolanti kif ikkonfermat ulterjorment fil-premessi (248) u (249), dan ma jammontax għal sempliċi inkoraġġiment jew gwida mill-gvern. Il-Kummissjoni diġà stabbilixxiet fil-premessa (239) hawn fuq li d-Deċiżjoni Nru. 40 tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu biss għal proġetti mħeġġa, minkejja li l-Artikolu 17 tal-istess Deċiżjoni jitlob ukoll lill-bank biex jirrispetta l-prinċipji ta’ kreditu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbilixxiet fil-premessa (251) li l-GTĊ straħ fuq dan il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji li ma jħallilhom l-ebda marġini ta’ manuvra dwar jekk jimplimentawhx jew le. Għalhekk, hemm rabta ċara bejn il-GTĊ u l-imġiba speċifika tal-banek privati, li turi inkarigu u direzzjoni mill-GTĊ. |
|
(272) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-banek privati, hija kellha tistrieħ fuq il-fatti disponibbli. Minħabba li kien hemm kooperazzjoni parzjali minn bank tal-Istat wieħed biss, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni disponibbli għal dan il-bank, li kien ipprovat li huwa korp pubbliku, u qabblitha mal-kundizzjonijiet tas-self offruti mill-banek privati li ma kkooperawx. Barra minn hekk, l-RCCs mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma żvelaw l-ebda differenza sinifikanti bejn il-kundizzjonijiet tas-self jew ir-rati pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati u dawk ipprovduti minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat. Il-fatt li kien hemm trikkib fir-rati juri li l-banek privati pprovdew ukoll self taħt it-termini tas-suq f’konformità mal-qafas normattiv imsemmi hawn fuq. Għalhekk, l-affermazzjoni tal-GTĊ li l-Kummissjoni naqset mid-dmir tagħha li twettaq analiżi bħal din għal kull entità hija bla bażi. |
|
(273) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha li, sa fejn hija kkonċernata l-industrija tal-OFC, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati li joperaw fiċ-Ċina, ġew inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) (iv) tar-Regolament bażiku biex isegwu politiki governattivi u jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-OFC. |
3.5.2. Klassifikazzjonijiet tal-kreditu
|
(274) |
F’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti, il-Kummissjoni diġà ddeterminat li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu domestiċi mogħtija lill-kumpaniji Ċiniżi ma kinux affidabbli, abbażi ta’ studju ppubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (66), li juri diskrepanza bejn il-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu internazzjonali u dawk Ċiniżi, flimkien mas-sejbiet tal-investigazzjoni li tikkonċerna l-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Tabilħaqq, skont il-FMI, ’il fuq minn 90 % tal-bonds Ċiniżi huma kklassifikati minn AA sa AAA mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni lokali. Dan ma huwiex komparabbli ma’ swieq oħrajn, bħall-Unjoni jew l-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”). Pereżempju, inqas minn 2 % tad-ditti jgawdu minn dawn il-klassifikazzjonijiet tal-ogħla livell fis-suq tal-Istati Uniti. B’hekk, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniżi jxaqilbu b’mod qawwi lejn l-ogħla tarf tal-iskala ta’ klassifikazzjoni. Huma għandhom skali ta’ klassifikazzjoni wesgħin ħafna u għandhom it-tendenza li jiġbru flimkien bonds b’riskji ta’ inadempjenza ferm differenti f’kategorija wiesgħa ta’ klassifikazzjonijiet (67). Skont l-għarfien tas-suq tal-bonds taċ-Ċina tal-2021 minn Bloomberg (68), ħames aġenziji ta’ klassifikazzjoni lokali Ċiniżi jiddominaw is-suq tal-bonds: China Chengxin, Dagong, Lianhe, Shanghai Brilliance, u Golden credit rating, u madwar 90 % tal-bonds huma kklassifikati AAA mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni lokali. Madankollu, ħafna mill-emittenti rċevew klassifikazzjoni tal-emittent globali S&P aktar baxxa ta’ A u BBB (69). |
|
(275) |
Barra minn hekk, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni barranin, bħal Standard and Poor’s u Moody’s, tipikament japplikaw żieda fuq il-klassifikazzjoni ta’ kreditu tal-linja bażi tal-emittent abbażi ta’ stima tal-importanza strateġika tad-ditta għall-Gvern Ċiniż u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita meta jikklassifikaw bonds Ċiniżi maħruġa barra l-pajjiż (70). |
|
(276) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll aktar informazzjoni biex tikkomplementa din l-analiżi. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ddeterminat li l-Istat jista’ jeżerċita ċerta influwenza fuq is-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. |
|
(277) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-GTĊ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kien hemm 14-il aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu attivi fis-suq tal-bonds taċ-Ċina, inklużi 12-il aġenzija tal-klassifikazzjoni domestika. |
|
(278) |
It-tieni, ma hemmx dħul liberu fis-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Dan huwa essenzjalment suq magħluq, billi l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jeħtieġ li jiġu approvati mill-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina (‘China Securities Regulatory Commission’ - CSRC) jew mill-PBOC qabel ma jkunu jistgħu jibdew l-operazzjonijiet (71). F’nofs l-2017, il-PBOC ħabbar li l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu barranin se jitħallew iwettqu klassifikazzjonijiet ta’ kreditu fuq parti mis-suq domestiku tal-bonds, taħt ċerti kundizzjonijiet. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kien hemm żewġ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ impriżi konġunti barranin u żewġ impriżi konġunti Ċiniżi-barranin joperaw fis-suq Ċiniż. Madankollu, dawn l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jsegwu l-iskali ta’ klassifikazzjoni Ċiniżi u, b’hekk, ma humiex eżattament komparabbli mal-klassifikazzjonijiet internazzjonali, kif spjegat fil-premessa (275). |
|
(279) |
Fl-aħħar nett, studju tal-2017 imwettaq mill-PBOC innifsu jikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni, li jiddikjara fil-konklużjonijiet tiegħu li “jekk il-livell ta’ investiment tal-bonds barranin jiġi stabbilit għall-klassifikazzjoni internazzjonali BBB u ogħla, mela l-grad ta’ investiment tal-bonds domestiċi jista’ jiġi kklassifikat fil-livell AA u ogħla, filwaqt li titqies id-differenza bejn il-klassifikazzjoni domestika medja u l-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ 6 livelli jew aktar” (72). |
|
(280) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fil-premessi minn (274) sa (279) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi ma jipprovdu l-ebda stima affidabbli tar-riskju ta’ kreditu tal-assi sottostanti. Dawk il-klassifikazzjonijiet kienu wkoll distorti mill-objettivi ta’ politika biex jinkoraġġixxu industriji strateġiċi ewlenin, bħall-industrija tal-OFC. |
3.5.3. Finanzjament preferenzjali: self
3.5.3.1. Tipi ta’ self
(1) Self b’terminu qasir u b’terminu twil
|
(281) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-kumpaniji fiż-żewġ gruppi inklużi fil-kampjun użaw diversi selfiet b’terminu qasir u b’terminu twil biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom. Dan is-self intuża prinċipalment għal operazzjonijiet ta’ kuljum, ħtiġijiet ta’ kapital operatorju, proġetti speċjali, investimenti jew biex jissostitwixxi self ieħor. Iż-żewġ gruppi użaw ukoll krediti għall-esportazzjoni b’terminu qasir u b’terminu twil. |
(2) Self bl-iskop speċifiku li jissostitwixxi self ieħor
|
(282) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li ċerti kumpaniji inklużi fil-kampjun ikkuntrattaw self bl-iskop speċifiku li jissostitwixxu self minn banek oħrajn. B’din il-prattika, il-kumpaniji jistgħu jorganizzaw mill-ġdid l-obbligazzjonijiet tagħhom u jiksbu fondi sabiex iħallsu lura l-obbligi preċedenti tagħhom, li jindika problemi biex jitħallas lura d-dejn, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe raġuni oħra għal dan. |
|
(283) |
L-użu ta’ self bl-iskop uniku li jitħallas lura self ieħor li għadu għaddej huwa kkunsidrat bħala indikazzjoni li l-kumpanija ma hijiex kapaċi tonora l-obbligazzjonijiet tas-self kurrenti tagħha u, b’hekk, tippreżenta riskju addizzjonali relatat mal-finanzjament b’terminu qasir u b’terminu twil tagħha. |
(3) Self mill-azzjonisti
|
(284) |
Il-Kummissjoni sabet li wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun irċieva self bankarju miċ-China Development Bank permezz tal-kumpanija prinċipali tiegħu. Il-kumpanija prinċipali kkuntrattat is-self mal-bank f'hekk imsejjaħ “self mill-azzjonisti” jew “self fdat” għal proġett ta’ R&Ż eżegwit mill-produttur esportatur, u bagħtet ir-rikavat tas-self lill-produttur esportatur bl-istess kundizzjonijiet kuntrattwali kif kien iffirmat mal-bank. Matul l-RCC, il-kumpanija kkonċernata spjegat li ċ-China Development Bank għandu fondi speċjali għal proġetti li jistgħu jiġu pprovduti fil-forma ta’ self biss lil entitajiet bi sjieda ċentrali, li huma direttament taħt il-kontroll tas-SASAC. Madankollu, is-self ġie nnegozjat direttament bejn il-produttur esportatur u l-bank. Barra minn hekk, il-kuntratt tas-self jispeċifika li l-bank jikkummissjona l-kumpanija prinċipali biex tagħti s-“self fdat” lill-produttur esportatur għall-input tal-kapital tal-proġett. |
|
(285) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li l-Fond taċ-China Development Bank huwa organizzazzjoni ta’ investiment orjentata lejn il-politika, li prinċipalment tappoġġa “proġetti f’setturi ewlenin rikonoxxuti mill-Istat” permezz ta’ “investiment kapitali tal-proġett, investiment tal-entità, self mill-azzjonisti u investimenti f’investiment lokali u fondi ta’ kumpaniji ta’ finanzjament, biex jimtlew il-lakuni fi proġetti ewlenin” (73). |
|
(286) |
Meta jitqies li r-rikavat mis-self intuża mill-produttur esportatur inkluż fil-kampjun għall-proġetti tiegħu stess, li s-self ġie nnegozjat direttament bejn il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun u l-bank, u li l-produttur esportatur kellu kuntratt ta’ self mal-kumpanija prinċipali tiegħu li jirrifletti l-kuntratt tal-azzjonisti bejn il-kumpanija prinċipali u l-bank, il-Kummissjoni qieset li l-kumpanija prinċipali kellha biss ir-rwol ta’ intermedjarja u qablet maċ-China Development Bank li dan jipprovdi s-self lill-produttur esportatur. Għalhekk, il-Kummissjoni inkludiet is-self inkwistjoni bħala finanzjament ipprovdut mill-bank lill-produttur esportatur inkwistjoni. |
3.5.3.2. Speċifiċità
|
(287) |
Kif muri fil-premessi minn (232) sa (238), diversi dokumenti legali, li huma mmirati speċifikament lejn kumpaniji fis-settur, jidderieġu lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-OFC. Dawn id-dokumenti juru li l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu biss finanzjament preferenzjali lil għadd limitat ta’ industriji/kumpaniji, li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ. Il-Kummissjoni qieset li r-referenza għall-industrija tal-OFC hija ċara biżżejjed, minħabba li din l-industrija hija identifikata jew b’isimha jew inkella b’referenza għall-prodott li hija timmanifattura jew għall-grupp tal-industrija li tappartjeni għalih. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (286), wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ibbenefika mis-self ipprovdut mill-Fond taċ-China Development Bank, li jappoġġa “proġetti f’setturi ewlenin rikonoxxuti mill-Istat” . Għalhekk, il-fatt li l-GTĊ jappoġġa grupp limitat ta’ industriji mħeġġa, li jinkludi l-industrija tal-OFC, jagħmel dan is-sussidju speċifiku. |
|
(288) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ u ZTT Group affermaw li s-self inkwistjoni ma huwiex speċifiku. Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni ma wrietx li l-leġiżlazzjoni li abbażi tagħha jingħata l-appoġġ finanzjarju tillimita espressament l-aċċess għall-appoġġ u l-ebda wieħed mid-dokumenti msemmija mill-Kummissjoni ma huwa mmirat lejn l-industrija tal-OFC, li skont il-GTĊ ma hijiex industrija mħeġġa fir-RPĊ. |
|
(289) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li, minkejja li d-dokumenti elenkati fil-premessa (232) u, b’mod partikolari, id-Deċiżjoni Nru. 40, il-Liġi Bankarja u r-Regoli Ġenerali dwar is-Self, ma jispeċifikawx l-industriji mħeġġa għal livell granulari biex jinkludu l-industrija tal-OFC bħala tali, huma jirreferu għall-politiki industrijali tal-GTĊ biex jappoġġaw lill-industriji mħeġġa. Kif ġie konkluż fit-Taqsima 3.1, l-industrija tal-OFC hija industrija mħeġġa. Il-qari kkombinat tad-dokumenti kkonċernati wera li l-GTĊ ta struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex iqisu l-politiki industrijali tal-GTĊ fl-operazzjonijiet tan-negozju tas-self tagħhom u li skont dawn il-politiki industrijali tal-GTĊ, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma obbligati li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu għall-proġetti mħeġġa. Għalhekk, jirriżulta li l-GTĊ espressament jappoġġa grupp limitat ta’ industriji mħeġġa, inkluża l-industrija tal-OFC. Għalhekk, dan is-sussidju huwa speċifiku. B’hekk, il-Kummissjoni żammet il-konklużjonijiet tagħha. |
|
(290) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sussidji fil-forma ta’ self preferenzjali ma humiex ġeneralment disponibbli għall-industriji kollha, iżda huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.5.3.3. Il-benefiċċju u l-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
|
(291) |
Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensabbli abbażi tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont tal-imgħax li ħallset il-kumpanija fuq is-self preferenzjali u l-ammont li l-kumpanija kienet tħallas għal self kummerċjali komparabbli li l-kumpanija setgħet tikseb fis-suq. |
|
(292) |
Kif spjegat fit-Taqsimiet 3.5.1 u 3.5.2 hawn fuq, is-self ipprovdut mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali tal-gvern u ma jirriflettix rati li normalment jinstabu f’suq li jiffunzjona. |
|
(293) |
Il-gruppi ta’ kumpaniji inkluż fil-kampjun kienu differenti f’termini tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tagħhom. Kull wieħed minnhom ibbenefika minn tipi differenti ta’ self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni b’varjanzi fir-rigward tal-maturità, il-kollateral, il-garanziji u kundizzjonijiet oħrajn. Għal dawk iż-żewġ raġunijiet, kull kumpanija kellha rata tal-imgħax medja bbażata fuq is-sett ta’ self tagħha stess li rċeviet. |
|
(294) |
Il-Kummissjoni vvalutat individwalment is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kull grupp ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun sabiex tirrifletti dawn il-partikolaritajiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni segwiet il-metodoloġija tal-kalkolu għall-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self stabbilit fl-investigazzjoni antisussidji dwar prodotti tal-azzar ċatti llaminati bis-sħana li joriġinaw mir-RPĊ, kif ukoll fl-investigazzjonijiet antisussidji fuq tajers li joriġinaw mir-RPĊ u ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-RPĊ (74) u spjegati fil-premessi ta’ hawn taħt. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju mill-finanzjament preferenzjali permezz ta’ prattiki ta’ self għal kull grupp ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi individwali, u allokat tali benefiċċju għall-prodott ikkonċernat. |
(1) FTT Group
|
(295) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi esportaturi f’FTT Group ingħataw klassifikazzjoni tal-kreditu AAA mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniżi, filwaqt li l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kumpaniji relatati tagħhom kienet tvarja bejn B u AAA. Fid-dawl tad-distorsjonijiet ġenerali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fit-Taqsima 3.5.2, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-klassifikazzjonijiet ma humiex affidabbli. |
|
(296) |
Kif imsemmi fil-premessi minn (243) sa (253) hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji tas-self Ċiniżi ma pprovdew l-ebda valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit il-benefiċċju, il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk ir-rati tal-imgħax għas-self mogħti lil FTT Group kinux fil-livell tas-suq. |
|
(297) |
Il-produtturi esportaturi ta’ FTT Group ippreżentaw ruħhom f’sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment profittabbli b’marġnijiet ta’ profitt li jvarjaw bejn 1 % u 3 % skont il-kontijiet finanzjarji tagħhom stess, għalkemm il-marġnijiet ta’ profitt kienu ferm taħt il-marġini ta’ profitt ġeneralment mistenni fl-industrija tal-OFC, li kienet stabbilita għal 12,4 % fl-investigazzjoni anti-dumping separata. |
|
(298) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi f’FTT Group uża dejn b’terminu qasir u b’terminu twil biex jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni vvalutat il-likwidità b’terminu qasir u s-sitwazzjoni ta’ solvenza fit-tul tal-kumpanija. |
|
(299) |
Fir-rigward tal-likwidità b’terminu qasir, il-Kummissjoni użat proporzjonijiet tal-likwidità bħall-proporzjon kurrenti, il-proporzjon malajr, il-proporzjon tal-flus kontanti u l-proporzjonijiet tal-fluss tal-flus. Dawn il-proporzjonijiet ikejlu l-kapaċità tal-kumpanija li tħallas obbligi b’terminu qasir, inkluż dejn b’terminu qasir. Il-kumpanija ppreżentat proporzjon kurrenti medju ta’ 1,1 matul il-PI. Għalkemm il-proporzjon kurrenti huwa ftit ogħla minn 1, l-assi kurrenti tal-kumpanija huma biżżejjed biex jitħallsu l-obbligi b’terminu qasir, li mhux biżżejjed biex jiġġustifika klassifikazzjoni ta’ kreditu għolja, li għaliha kumpanija jenħtieġ li tippreżenta proporzjon ta’ mill-inqas 2. Il-proporzjon malajr tal-kumpanija kien ta’ 0,8 fl-2019 u 0,6 fl-2020, filwaqt li proporzjon malajr ta’ mill-inqas 1 jitqies bħala referenza. Fil-fatt, kumpanija li għandha proporzjon malajr ta’ inqas minn 1 tista’ ma tkunx kapaċi tħallas l-obbligazzjonijiet kurrenti tagħha fuq medda qasira ta’ żmien. Il-proporzjon tal-flus kontanti tal-kumpanija kien bħala medja ta’ 0,1 fil-PI; għalhekk, il-kumpanija ma kellhiex biżżejjed flus kontanti disponibbli biex tħallas id-dejn b’terminu qasir tagħha. Il-kumpanija wriet ukoll fluss ta’ flus negattiv minn attivitajiet operattivi (“CFO”) fl-2019 u fl-2020. Il-proporzjon ta’ CFO kien - 0,07 fl-2019 u - 0,00007 fl-2020. Proporzjon ta’ CFO aktar baxx minn 1 ifisser li l-kumpanija ma ġġeneratx biżżejjed flus kontanti biex tkopri l-obbligazzjonijiet kurrenti tagħha. |
|
(300) |
Meta jitqiesu l-indikaturi tal-likwidità deskritti fil-premessa (299), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpanija inkwistjoni ppreżentat problemi ta’ likwidità b’terminu qasir li jirriżultaw fi profil ta’ debitur b’riskju għoli. |
|
(301) |
Il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tar-riskju ta’ solvenza fit-tul fuq diversi razzjonijiet ta’ solvenza bħall-proporzjonijiet ta’ dejn u l-proporzjonijiet ta’ kopertura. Il-proporzjonijiet ta’ solvenza jkejlu l-kapaċità tal-kumpanija li tissodisfa l-obbligi tad-dejn fit-tul tagħha. Dawn jintużaw minn selliefa u investituri tal-bonds meta tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tal-kumpanija. |
|
(302) |
Il-proporzjonijiet tad-dejn ikejlu l-ammont ta’ obbligazzjonijiet, b’mod partikolari d-dejn fit-tul. Il-kumpanija kellha proporzjon għoli ta’ Dejn -Assi ta’ 0,67, li jfisser li 67 % tal-assi tal-kumpanija huma ffinanzjati mid-dejn. Il-proporzjon ta’ Dejn -Ekwità kien ta’ 1,9 fl-2019 u 2,8 fl-2020, li jindika l-fatt li l-kumpanija qed tiffinanzja l-attività tagħha prinċipalment permezz tad-dejn. Aktar ma jkunu għoljin il-proporzjonijiet ta’ Dejn -Assi u ta’ Dejn -Ekwità, aktar ikun għoli r-riskju finanzjarju tal-kumpanija. |
|
(303) |
Il-proporzjonijiet ta’ kopertura jkejlu l-kapaċità tal-kumpanija li sservi d-dejn tagħha u tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha. Il-kumpanija bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-proporzjon ta’ kopertura tal-imgħax u l-proporzjon ta’ CFO għal Dejn. Il-proporzjon ta’ kopertura tal-imgħax juri l-kapaċità tal-kumpanija li tiffinanzja l-kostijiet tal-imgħax. Dan il-proporzjon kien ta’ 1,4 fl-2019 u 0,6 fl-2020. F’termini ta’ analiżi finanzjarja, proporzjon ta’ kopertura tal-imgħax ta’ inqas minn 1,5 jindika li l-kumpanija għandha diffikultajiet biex tissodisfa l-ispejjeż tal-imgħax tagħha. Il-proporzjon ta’ CFO għal Dejn juri l-kapaċità tal-kumpanija li tħallas lura d-dejn tagħha bi flus kontanti ġġenerati minn attivitajiet operatorji. Il-proporzjon medju ta’ CFO għal Dejn tal-kumpanija fil-PI kien ta’ - 6 % fl-2019 u - 0,006 % fl-2020. Dan ifisser li l-kumpanija jkollha bżonn 16-il sena skont il-proporzjon tal-2019 biex tħallas lura d-dejn totali tagħha bil-fluss tal-flus operatorju li tiġġenera. Id-data mill-2020 turi sitwazzjoni saħansitra agħar. Għalhekk, hemm indikazzjoni tal-problemi serji li għandha l-kumpanija biex tiġġenera biżżejjed flus kontanti sabiex tħallas lura d-dejn. |
|
(304) |
Barra minn hekk, din il-kumpanija kkuntrattat self bl-iskop uniku li tħallas lura self minn banek oħrajn. Kif deskritt fil-premessi (282) u (283), dan it-tip ta’ self huwa meqjus bħala indikazzjoni li l-kumpanija ma hijiex kapaċi tonora l-obbligazzjonijiet tas-self kurrenti tagħha u, b’hekk, tippreżenta riskju addizzjonali relatat mal-finanzjament b’terminu qasir u b’terminu twil tagħha. |
|
(305) |
Għalhekk, meta jitqiesu l-kwistjonijiet ta’ likwidità u solvenza deskritti fil-premessi minn (299) sa (304), il-Kummissjoni qieset li l-kumpanija ppreżentat sitwazzjoni finanzjarja fraġli u profil ta’ riskju għoli għal selliefa u investituri potenzjali. |
|
(306) |
It-tieni produttur esportatur fil-grupp ma kellu l-ebda self. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li hija ffinanzjat 35 % tax-xiri tagħha permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, li huma, kif stabbilit fit-Taqsima 3.5.4.2 hawn taħt, strument finanzjarju preferenzjali b’terminu qasir. Id-dejn ta’ dan il-produttur kien jirrappreżenta medja ta’ 61 % tal-assi totali fil-PI bi proporzjon ta’ Dejn għal Assi ta’ 0,6, filwaqt li l-proporzjon medju ta’ Dejn għal Ekwità fil-PI kien ta’ 1,6. Dan ifisser li l-kumpanija ffinanzjat prinċipalment l-operazzjonijiet tagħha permezz tad-dejn, li huwa fattur ta’ riskju. |
|
(307) |
Billi din il-kumpanija ffinanzjat l-attivitajiet tagħha prinċipalment permezz ta’ finanzjament b’terminu qasir, il-Kummissjoni ffokat l-analiżi tagħha fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-kumpanija. Il-kumpanija ppreżentat, bħala medja fil-PI, proporzjon kurrenti ta’ 0,9, proporzjon malajr ta’ 0,7, proporzjon ta’ flus kontanti ta’ 0,1 u proporzjon CFO ta’ 0,1. Dawn il-proporzjonijiet jindikaw problemi ta’ likwidità, minħabba li l-obbligazzjonijiet kurrenti totali jaqbżu l-assi kurrenti totali u l-kumpanija tinsab f’sitwazzjoni fejn ma tistax tħallas l-obbligazzjonijiet kurrenti tagħha bi flus kontanti ġġenerati mill-assi kurrenti u l-attivitajiet operatorji tagħha. F’termini ta’ analiżi finanzjarja, huwa ġeneralment aċċettat li l-proporzjonijiet ta’ likwidità taħt il-1 huma indikazzjoni ta’ problemi ta’ likwidità, li hija kkunsidrata bħala riskju mill-istituzzjonijiet mutwanti. |
|
(308) |
Filwaqt li qieset il-problemi serji ta’ likwidità u ta’ solvenza li indikat l-analiżi finanzjarja taż-żewġ produtturi esportaturi f’FTT Group, kif deskritt fil-premessi minn (298) sa (307), il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali ta’ FTT Group tikkorrespondi għal klassifikazzjoni BB, li hija l-ogħla klassifikazzjoni li ma għadhiex tikkwalifika bħala “grad ta’ investiment”. “Grad ta’ investiment” tfisser li l-bonds maħruġa mill-kumpanija jiġu ġġudikati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni bħala probabbli biżżejjed li jissodisfaw l-obbligi ta’ ħlas li l-banek jistgħu jinvestu fihom. |
|
(309) |
Abbażi tad-data disponibbli għall-pubbliku fuq Bloomberg, il-Kummissjoni użat bħala punt ta’ riferiment il-primjum mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti bi klassifikazzjoni BB, li ġie applikat għar-Rata Normattiva tas-Self tal-PBOC, jew wara l-20 ta’ Awwissu 2019 għar-Rata Prima tas-Self kif imħabbar mill-NIFC (75) sabiex tiġi ddeterminata r-rata tas-suq. |
|
(310) |
Dik il-valwazzjoni pożittiva ġiet stabbilita permezz tal-kalkolu tal-firxa relattiva bejn l-indiċijiet ta’ bonds korporattivi tal-Istati Uniti kklassifikati bħala AA u l-bonds korporattivi tal-Istati Uniti kklassifikati bħala BB abbażi tad-data ta’ Bloomberg għas-segmenti industrijali. Il-firxa relattiva kkalkolata b’dan il-mod imbagħad ġiet miżjuda mar-Rata Normattiva tas-Self ippubblikata mill-PBOC jew, wara l-20 ta’ Awwissu 2019, mar-Rata Prima tas-Self ippubblikata min-NIFC, fid-data meta ngħata s-self (76) u għall-istess durata bħas-self inkwistjoni. Dan sar individwalment għal kull self ipprovdut lill-grupp ta’ kumpaniji. |
|
(311) |
Fir-rigward ta’ self denominat f’muniti barranin, tapplika l-istess sitwazzjoni fir-rigward tad-distorsjonijiet tas-suq u n-nuqqas ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu validi, minħabba li dan is-self jingħata mill-istess istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Għalhekk, kif instab qabel, il-bonds korporattivi kklassifikati bħala BB f’denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ntużaw sabiex jiġi ddeterminat punt ta’ riferiment xieraq. |
|
(312) |
Il-benefiċċju ġie stabbilit billi ġie applikat il-punt ta’ riferiment deskritt fil-premessa (310) għall-perjodu ta’ finanzjament tas-self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(2) ZTT Group
|
(313) |
Il-Kummissjoni nnotat li ZTT Group ingħata klassifikazzjoni AA+ minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniża fl-2018. Fid-dawl tad-distorsjonijiet ġenerali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi, imsemmija fit-Taqsima 3.5.2, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-klassifikazzjoni tal-kreditu AA+ mogħtija lil ZTT Group ma hijiex affidabbli. |
|
(314) |
Kif imsemmi fil-premessi minn (243) sa (253) hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi mutwanti ma pprovdew l-ebda valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. B’hekk, sabiex jiġi stabbilit il-benefiċċju, il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk ir-rati tal-imgħax għas-self mogħti lil ZTT Group kinux fil-livell tas-suq. |
|
(315) |
Il-produtturi esportaturi ta’ ZTT Group ippreżentaw lilhom infushom f’sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment profittabbli skont il-kontijiet finanzjarji tagħhom stess. |
|
(316) |
Madankollu, l-analiżi ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi fil-grupp uriet tnaqqis fil-fatturat flimkien ma’ żieda sinifikanti fl-obbligazzjonijiet tiegħu mill-2018. Il-Kummissjoni nnotat li l-kumpanija qed tbiddel l-ingranaġġ finanzjarju tagħha, espress bħala l-proporzjon ta’ dejn għal ekwità (77), iżżid id-dipendenza tagħha fuq il-finanzjament estern u tillimita s-sehem ta’ fondi bi sjieda sħiħa biex tiffinanzja t-tkabbir tagħha. Barra minn hekk, filwaqt li l-kumpanija tinsab f’sitwazzjoni profittabbli, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-marġini ta’ profitt, kif ukoll ir-redditu fuq l-ekwità (78), naqsu mill-2018. Bl-istess mod, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-użu ġenerali ta’ self b’terminu qasir bl-għan li tiffinanzja l-kapital operatorju għall-operazzjonijiet ta’ kuljum, miż-żewġ produtturi esportaturi, kif ukoll minn kumpaniji relatati oħrajn fil-grupp. |
|
(317) |
Fl-analiżi ta’ ZTT Group minn approċċ ikkonsolidat, il-Kummissjoni nnotat li l-grupp ħareġ bonds bl-intenzjoni li, minbarra proġetti oħrajn, jissupplimentaw il-kapital operatorju tal-kumpanija. Permezz ta’ din l-azzjoni, il-grupp jirrikonoxxi l-ħtieġa tiegħu li jirrikostitwixxi l-kapital operatorju biex jipprovdi likwidità suffiċjenti għall-espansjoni li għaddejja tan-negozju. Barra minn hekk, matul il-perjodu bejn l-2015 u l-2018, ir-rata tal-profitt gross ta’ ZTT Group uriet xejra ’l isfel u kienet ukoll taħt il-medja tal-kumpaniji komparabbli tal-produtturi tal-fibrottiċi (79). L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li Zhongtian Technology Group Co., Ltd, il-kumpanija prinċipali tal-produtturi esportaturi, ħarġet bonds b’terminu qasir bl-għan li jitħallas lura d-dejn. Bl-istess mod ġie stabbilit skambju ta’ dejn ma’ ekwità (80). |
|
(318) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-grupp tikkorrespondi għal klassifikazzjoni BB, li hija l-ogħla klassifikazzjoni li ma għadhiex tikkwalifika bħala “grad ta’ investiment”. “Grad ta’ investiment” tfisser li l-bonds maħruġa mill-kumpanija jiġu ġġudikati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni bħala probabbli biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi ta’ ħlas li l-banek jistgħu jinvestu fihom. |
|
(319) |
Il-primjum mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti b’din il-klassifikazzjoni BB imbagħad ġie applikat għar-rata standard ta’ self tar-Rata Normattiva ta’ Self tal-PBOC, jew wara l-20 ta’ Awwissu 2019 għar-Rata Prima ta’ Self ippubblikata mill-NIFC, sabiex tiġi ddeterminata r-rata tas-suq. |
|
(320) |
Dik il-mark-up ġiet stabbilita permezz tal-kalkolu tal-firxa relattiva bejn l-indiċijiet ta’ bonds korporattivi tal-Istati Uniti kklassifikati bħala AA u l-bonds korporattivi tal-Istati Uniti kklassifikati bħala BB abbażi tad-data ta’ Bloomberg għas-segmenti industrijali. Il-firxa relattiva kkalkolata b’dan il-mod imbagħad ġiet miżjuda mar-Rata Normattiva ta’ Self jew mar-Rata Prima ta’ Self, fid-data meta ngħata s-self u għall-istess durata bħas-self inkwistjoni. Dan sar individwalment għal kull self ipprovdut lill-grupp ta’ kumpaniji. |
|
(321) |
Fir-rigward ta’ self denominat f’muniti barranin, tapplika l-istess sitwazzjoni fir-rigward tad-distorsjonijiet tas-suq u n-nuqqas ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu validi, minħabba li dan is-self jingħata mill-istess istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Għalhekk, kif instab qabel, il-bonds korporattivi kklassifikati bħala BB f’denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ntużaw sabiex jiġi ddeterminat punt ta’ riferiment xieraq. |
|
(322) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li s-self inkwistjoni ma ta l-ebda benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażi u tal-Artikolu 1(1)(b) tal-Ftehim SCM. Il-GTĊ kien tal-fehma li l-Kummissjoni injorat illegalment il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u ma qablitx mal-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi punt ta’ riferiment, li huwa bbażat fuq nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-produtturi esportaturi. Il-GTĊ innota li filwaqt li s-sejbiet tal-Kummissjoni rigward is-self huma bbażati, sa ċertu punt sinifikanti, fuq il-valutazzjoni tagħha tas-sitwazzjoni finanzjarja allegatament dgħajfa tal-kumpaniji inkwistjoni, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward hija skorretta, speċjalment fir-rigward tal-kreditu rotanti tal-kumpaniji. |
|
(323) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għas-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha fit-Taqsima 3.5.2 fejn uriet li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi ma jipprovdux stima affidabbli tar-riskju ta’ kreditu u li dawn il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huma mxekkla mill-objettivi ta’ politika tal-GTĊ biex jinkoraġġixxu industriji strateġiċi ewlenin. Għalhekk, l-affermazzjoni tal-GTĊ rigward il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-produtturi esportaturi li kkooperaw hija bla bażi. Sabiex tistabbilixxi klassifikazzjoni tal-kreditu li tikkorrespondi għall-profil tar-riskju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni għamlet analiżi finanzjarja tal-kumpaniji kkonċernati fil-punti (1) u (2) hawn fuq, li indikat sitwazzjoni finanzjarja li tikkorrespondi għal klassifikazzjoni BB. Għalhekk, l-affermazzjoni tal-GTĊ ġiet miċħuda. |
|
(324) |
Il-GTĊ afferma wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tiġġustifika għaliex ma użatx self komparabbli fis-suq Ċiniż u naqset milli turi abbażi ta’ evidenza pożittiva li s-suq għas-self fir-RPĊ huwa mxekkel minn intervent tal-gvern. Il-GTĊ afferma wkoll li anki meta rrikorriet għal punti ta’ riferiment esterni għall-istabbiliment tal-benefiċċji, il-Kummissjoni ma għamlitx l-aġġustamenti meħtieġa għall-punt ta’ riferiment indikatur u ma spjegatx b’mod adegwat kif tali indikatur japprossima self kummerċjali komparabbli disponibbli fis-suq. Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni suppost li kellha tqis id-differenzi li kienu jeżistu, inter alia, fid-daqs tas-self, it-termini tal-ħlas lura, u l-kunsiderazzjonijiet rigward jekk is-self kienx fil-fatt ingħata jew le u li għandhom effett fuq ir-rati tas-self. |
|
(325) |
F’dan ir-rigward, kif ġie spjegat hawn fuq, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu domestiċi mogħtija lill-kumpaniji Ċiniżi tqiesu li kienu mxekkla mill-objettivi ta’ politika tal-GTĊ biex jinkoraġġixxu industriji strateġiċi ewlenin u, għalhekk, ma humiex affidabbli. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kellha tfittex punt ta’ riferiment ibbażat fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ma qablitx mal-fehma tal-GTĊ li hija ma għamlitx l-aġġustamenti meħtieġa għall-punt ta’ riferiment indikatur tagħha. L-ewwel nett, il-Kummissjoni użat ir-Rata Normattiva ta’ Self tal-PBOC Ċiniż u r-Rata Prima ta’ Self bħala punt tat-tluq għall-kalkolu. It-tieni, l-użu tal-firxa relattiva jkopri l-bidliet fil-kundizzjonijiet sottostanti tas-suq speċifiċi għall-pajjiż, li ma humiex espressi meta tiġi segwita l-loġika ta’ firxa assoluta. Il-Kummissjoni osservat li ma huwiex possibbli li jiġu inklużi l-fatturi kollha tal-valutazzjoni tar-riskju individwali ta’ bank fl-indikatur. Madankollu, il-metodoloġija tal-kalkolu tal-Kummissjoni tqis il-parametri tas-self individwali, bħad-data tal-bidu u d-durata tas-self, kif ukoll il-varjabbiltà tar-rata tal-imgħax. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ ġew miċħuda. |
|
(326) |
Il-GTĊ oġġezzjona għall-użu tal-firxa relattiva bejn bonds ikklassifikati AA u BB bħala l-valwazzjoni pożittiva u ż-żieda tagħha mar-rati tal-PBOC. Skont il-GTĊ, l-użu ta’ firxa relattiva jkompli jfixkel il-kalkolu tar-rata normattiva tal-imgħax li biha l-kumpaniji Ċiniżi bi klassifikazzjoni BB setgħu kisbu “self kummerċjali komparabbli fis-suq”, minħabba li r-rati ta’ referenza tal-PBOC fir-RPĊ matul is-snin rilevanti kienu ferm ogħla mir-rata ta’ referenza fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, il-GTĊ iddikjara li l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku turi li l-produtturi tal-OFC tal-UE bi klassifikazzjoni BB qed joħorġu bonds b’rati ferm aktar baxxi minn dawk użati għall-produtturi Ċiniżi. |
|
(327) |
ZTT Group ikkummenta li l-Kummissjoni kellha tapplika l-firxa assoluta bejn il-bonds korporattivi kklassifikati AA tal-Istati Uniti u l-bonds korporattivi kklassifikati BB tal-Istati Uniti għar-Rata Normattiva ta’ Self tal-PBOC, li tikkunsidra biżżejjed l-iskopertura għar-riskju bejn il-bonds korporattivi ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu differenti. Skont din il-parti, il-Kummissjoni ma spjegatx għaliex użat il-firxa relattiva u għaliex qieset li r-Rata Normattiva tal-Imgħax ippubblikata mill-PBOC jew ir-Rata Prima ta’ Self ippubblikata mill-NIFC hija ugwali għal rata tal-imgħax tal-klassifikazzjoni AA. |
|
(328) |
Fir-rigward tal-kumment dwar l-użu tar-Rata Normattiva tal-Imgħax ippubblikata mill-PBOC jew tar-Rata Prima tas-Self ippubblikata mill-NIFC bħala punt tat-tluq fil-kalkolu tal-punt ta’ riferiment, il-Kummissjoni rrimarkat li dawn ir-rati huma meqjusa bħala rati mingħajr riskju li, f’approċċ konservattiv, jiġu applikati għall-kumpaniji li għandhom klassifikazzjoni AA. |
|
(329) |
Il-kwistjoni tal-użu tal-firxa relattiva minflok tal-firxa assoluta kienet diġà spjegata f’investigazzjonijiet preċedenti (81). |
|
(330) |
L-ewwel nett, filwaqt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-banek kummerċjali ġeneralment jużaw valwazzjoni pożittiva espressa f’termini assoluti, hija osservat li din il-prattika tidher prinċipalment ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet prattiċi, minħabba li r-rata tal-imgħax hija fl-aħħar mill-aħħar numru assolut. Madankollu, in-numru assolut huwa t-traduzzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju li hija bbażata fuq evalwazzjoni relattiva. L-evalwazzjoni relattiva tfisser li r-riskju ta’ inadempjenza ta’ kumpanija kklassifikata bħala BB huwa X % aktar probabbli mir-riskju ta’ inadempjenza tal-gvern jew ta’ kumpanija mingħajr riskju. |
|
(331) |
It-tieni, ir-rati tal-imgħax jirriflettu mhux biss il-profili tar-riskju speċifiċi għall-kumpaniji, iżda wkoll ir-riskji speċifiċi għall-pajjiżi u għall-muniti. B’hekk, il-firxa relattiva tkopri l-bidliet fil-kundizzjonijiet sottostanti tas-suq, li ma humiex espressi meta tiġi segwita l-loġika ta’ firxa assoluta. Bħal fil-każ preżenti, ir-riskju speċifiku għall-pajjiż u għall-munita ta’ spiss ivarja maż-żmien, u l-varjazzjonijiet ikunu differenti għal pajjiżi differenti. B’riżultat ta’ dan, ir-rati mingħajr riskji jvarjaw b’mod sinifikanti maż-żmien, u xi drabi jkunu aktar baxxi fl-Istati Uniti, xi drabi anki fiċ-Ċina. Dawn id-differenzi huma relatati ma’ fatturi bħat-tkabbir osservat u mistenni tal-PDG, is-sentiment ekonomiku u l-livelli ta’ inflazzjoni. Minħabba li r-rata mingħajr riskju tvarja maż-żmien, l-istess firxa assoluta nominali tista’ tfisser valutazzjoni differenti ħafna tar-riskju. Pereżempju, fejn il-bank jistma li r-riskju ta’ inadempjenza speċifiku għall-kumpanija huwa 10 % ogħla mir-rata mingħajr riskju (stima relattiva), il-firxa assoluta li tirriżulta tista’ tkun bejn 0,1 % (b’rata mingħajr riskju ta’ 1 %) u 1 % (b’rata mingħajr riskju ta’ 10 %). Minn perspettiva ta’ investitur, il-firxa relattiva hija b’hekk miżura aħjar, minħabba li tirrifletti l-kobor tal-firxa tar-rendiment u l-mod kif inhi affettwata mil-livell bażi tar-rata tal-imgħax. |
|
(332) |
It-tielet, il-firxa relattiva hija wkoll newtrali għall-pajjiż. Pereżempju, fejn ir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti tkun aktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina, il-metodu jwassal għal valwazzjonijiet pożittivi assoluti ogħla. Min-naħa l-oħra, fejn ir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina tkun aktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti, il-metodu jwassal għal valwazzjonijiet pożittivi assoluti aktar baxxi. |
|
(333) |
Il-Kummissjoni qieset il-kummenti tal-GTĊ li jirreferu għar-rati tal-imgħax applikabbli għall-kumpaniji kklassifikati BB fl-Unjoni Ewropea bħala infondati, billi r-rata mingħajr riskju fl-Unjoni Ewropea ma hijiex l-istess bħar-rata mingħajr riskju fir-RPĊ u, b’hekk, ma huwiex possibbli li jitqabblu r-rati tal-imgħax f’termini assoluti. |
|
(334) |
ZTT Group afferma wkoll li anki jekk tkun applikabbli l-firxa relattiva, din għandha tiġi applikata għall-parti tal-punti bażi fir-rati tal-imgħax varjabbli (ġeneralment espressi fi struttura ta’ rata ta’ referenza flimkien ma’ punti bażi) u li dan huwa l-każ għal self denominat f’muniti barranin, fejn ir-rati tal-imgħax jiġu espressi fil-forma ta’ LIBOR flimkien ma’ punti bażi. Għalhekk, l-esponiment għar-riskju tas-self huwa rifless kif xieraq mill-punti bażi miżjuda ma’ LIBOR u bl-applikazzjoni tal-firxa relattiva għal LIBOR, il-Kummissjoni kkalkolat rata ta’ referenza kompletament skonnettjata mal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kumpanija. Fir-rigward ta’ self denominat f’CNY, l-istess aġġustament tal-firxa għandu jsir biss għal punti bażi fejn ir-rati varjabbli huma espressi f’LRP flimkien ma’ punti bażi. |
|
(335) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat, għal self denominat f’muniti barranin, approċċ konservattiv billi użat il-LIBOR bħala rata tal-imgħax ta’ referenza mingħajr riskju. Il-punti bażi miżjuda ma’ LIBOR jindikaw ir-riskji speċifiċi ta’ kumpanija. L-ewwel nett, tali differenzjazzjoni bejn ir-rata tal-imgħax ta’ referenza u l-punti bażi ngħatat biss għal xi self ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. It-tieni, dawn il-punti bażi tqiesu wkoll bħala distorti mis-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset ir-rata mingħajr riskju miżjuda bil-firxa relattiva bħala indikatur xieraq biex tirrifletti r-riskju addizzjonali ta’ kumpanija kklassifikata bħala BB, bħall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(336) |
Il-GTĊ sostna wkoll li l-punt ta’ riferiment għas-self, li huwa bbażat fuq il-firxa relattiva bejn il-bonds korporattivi, jeħtieġ li jiġi aġġustat ’l isfel minħabba d-differenza bejn iż-żewġ strumenti finanzjarji. |
|
(337) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rrimarkat li s-self u l-bonds korporattivi huma strumenti ta’ dejn finanzjarju simili. Fil-fatt, bond korporattiv huwa tip ta’ self użat minn entitajiet kbar biex jinġabar il-kapital. Kemm is-self kif ukoll il-bonds korporattivi jiġu kkuntrattati jew jinħarġu għal ċertu perjodu ta’ żmien u jġorru rata tal-imgħax/kupun. Il-fatt li l-finanzjament permezz ta’ self jiġi pprovdut minn istituzzjoni finanzjarja u li l-finanzjament permezz ta’ bond korporattiv jiġi pprovdut minn investituri, li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet huma wkoll istituzzjonijiet finanzjarji, huwa irrilevanti għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin taż-żewġ strumenti. Tabilħaqq, iż-żewġ strumenti jservu biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tan-negozju, għandhom l-istess tip ta’ remunerazzjoni u għandhom termini u kundizzjonijiet simili ta’ ħlas lura. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li l-bond korporattiv maħruġ minn wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kellu rata ta’ kupun u skop li kien simili ħafna għar-rati tal-imgħax u l-iskop ta’ self b’durata simili, u b’hekk setgħu jitqiesu bħala interkambjabbli mill-perspettiva tal-produttur. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tal-GTĊ. |
3.5.3.4. Konklużjoni dwar il-finanzjament preferenzjali: self
|
(338) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li ż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn finanzjament preferenzjali permezz ta’ self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u speċifiċità, il-Kummissjoni qieset il-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self bħala sussidju kumpensabbli. |
|
(339) |
Ir-rati ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ammontaw għal: Finanzjament preferenzjali: self
|
3.5.4. Finanzjament preferenzjali: tipi oħrajn ta’ finanzjament
3.5.4.1 Linji ta’ kreditu
(a) Ġenerali
|
(340) |
L-iskop ta’ linja ta’ kreditu huwa li jiġi stabbilit limitu ta’ self li l-kumpanija tista’ tuża fi kwalunkwe ħin biex tiffinanzja l-operazzjonijiet attwali tagħha, biex b’hekk il-finanzjament tal-kapital operatorju jsir flessibbli u disponibbli minnufih meta jkun meħtieġ. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-prinċipju, il-finanzjament kollu fuq terminu qasir tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun, bħal self b’terminu qasir, abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, eċċ., jenħtieġ li jkun kopert minn strument tal-linja ta’ kreditu. |
(b) Sejbiet
|
(341) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi pprovdew linji ta’ kreditu liż-żewġ gruppi inklużi fil-kampjun b’konnessjoni mal-għoti ta’ finanzjament. Dawn kienu jikkonsistu fi ftehimiet qafas, li abbażi tagħhom il-bank jippermetti lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun jużaw diversi strumenti ta’ dejn, bħal self ta’ kapital operatorju, abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, forom oħrajn ta’ finanzjament tal-kummerċ, eċċ., fi ħdan ċertu ammont massimu. |
|
(342) |
Kif imsemmi fil-premessa (340) hawn fuq, il-finanzjament kollu b’terminu qasir jenħtieġ li jkun kopert minn linja ta’ kreditu. Għalhekk, il-Kummissjoni qabblet l-ammont tal-linji ta’ kreditu disponibbli għall-kumpaniji li kkooperaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mal-ammont ta’ finanzjament b’terminu qasir użat minn dawn il-kumpaniji matul l-istess perjodu biex tistabbilixxi jekk il-finanzjament kollu b’terminu qasir kienx kopert minn linja ta’ kreditu. Fil-każ fejn l-ammont tal-finanzjament b’terminu qasir ikun qabeż il-limitu tal-linja ta’ kreditu, il-Kummissjoni żiedet l-ammont tal-linja ta’ kreditu eżistenti bl-ammont attwalment użat mill-produtturi esportaturi lil hinn minn dak il-limitu tal-linja ta’ kreditu. |
|
(343) |
F’ċirkostanzi normali tas-suq, il-linji ta’ kreditu jkunu soġġetti għall-hekk imsejħa tariffa ta’ “arranġament” jew “impenn” biex jikkumpensaw għall-kostijiet u r-riskji tal-bank fil-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu, kif ukoll għal “tariffa ta’ tiġdid” imposta fuq bażi annwali għat-tiġdid tal-validità tal-linji ta’ kreditu. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li ż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn linji ta’ kreditu pprovduti mingħajr ħlas. Għalhekk, ingħata benefiċċju liż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji skont it-tifsira tal-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku. |
(c) Speċifiċità
|
(344) |
Kif imsemmi fil-premessa (116), skont id-Deċiżjoni Nru. 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industriji mħeġġa. |
|
(345) |
Il-Kummissjoni qieset li l-linji ta’ kreditu huma forma ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-istituzzjonijiet finanzjarji lil industriji mħeġġa bħas-settur tal-OFC. Kif speċifikat fit-Taqsima 3.1 hawn fuq, is-settur tal-OFC huwa fost l-industriji mħeġġa u, għalhekk, huwa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju kollu possibbli. |
|
(346) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li l-linji ta’ kreditu li allegatament qed jiġu pprovduti lill-industrija tal-OFC ma humiex speċifiċi u li l-Kummissjoni naqset milli turi kif l-aċċess għal-linji ta’ kreditu kien espliċitament limitat għall-industrija tal-OFC. Il-GTĊ enfasizza li l-intrapriżi kollha fir-RPĊ, irrispettivament mit-tip ta’ industrija, huma ugwalment eliġibbli biex jiksbu linji ta’ kreditu. Din l-affermazzjoni ġiet imtennija minn FTT Group. |
|
(347) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-asserzjoni tal-GTĊ li l-intrapriżi kollha fir-RPĊ jistgħu jibbenefikaw minn linji ta’ kreditu ma hijiex xierqa. Il-GTĊ naqas milli juri li l-kumpaniji fir-RPĊ jistgħu jibbenefikaw bl-istess mod mill-kundizzjonijiet preferenzjali osservati fir-rigward tal-industrija tal-OFC. Barra minn hekk, minħabba li l-linji ta’ kreditu huma intrinsikament marbuta ma’ tipi oħrajn ta’ self preferenzjali, bħal self, u minħabba li huma parti mill-appoġġ ta’ kreditu pprovdut speċifikament lill-industriji mħeġġa kif spjegat fil-premessa (239), l-analiżi tal-ispeċifiċità kif żviluppata fit-Taqsima 3.5.3.2 hawn fuq għas-self hija applikabbli wkoll għal-linji ta’ kreditu. B’riżultat ta’ dan, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(d) Kalkolu tal-benefiċċju
|
(348) |
F’konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri bħala d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija ħallset bħala tariffa għall-ftuħ jew għat-tiġdid tal-linji ta’ kreditu mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi u l-ammont li l-kumpanija tħallas għal linja ta’ kreditu kummerċjali komparabbli miksuba fis-suq. |
|
(349) |
Il-punti ta’ riferiment xierqa għat-tariffa ta’ arranġament u għat-tariffa ta’ tiġdid ġew stabbiliti għal 1,5 % u 1,25 %, rispettivament, b’referenza għad-data disponibbli għall-pubbliku (82) u l-punti ta’ riferiment użati f’investigazzjonijiet preċedenti (83). |
|
(350) |
Fil-prinċipju, it-tariffa ta’ arranġament u t-tariffa ta’ tiġdid huma pagabbli fuq bażi ta’ somma f’daqqa fil-mument tal-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu ġdida jew tat-tiġdid ta’ linja ta’ kreditu eżistenti, rispettivament. Madankollu, għall-finijiet ta’ kalkolu, il-Kummissjoni qieset il-linji ta’ kreditu li nfetħu jew ġew imġedda qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda li kienu disponibbli għall-gruppi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-linji ta’ kreditu li nfetħu jew ġew imġedda matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Imbagħad, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju abbażi tal-perjodu fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li matulu l-linja ta’ kreditu kienet disponibbli. |
|
(351) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ ikkummenta li l-Kummissjoni naqset milli turi li ġie pprovdut benefiċċju permezz tal-linji ta’ kreditu. Il-GTĊ afferma li l-Kummissjoni ma wrietx li l-assistenza finanzjarja inkwistjoni tagħmel lir-riċevitur aħjar milli kien ikun fin-nuqqas ta’ dik il-kontribuzzjoni. |
|
(352) |
F’dan ir-rigward, kif irrimarkat fil-premessa (343), f’ċirkostanzi normali tas-suq, il-linji ta’ kreditu huma soġġetti għal tariffa ta’ “arranġament” jew “impenn”, kif ukoll għal “tariffa ta’ tiġdid” imposta fuq bażi annwali għat-tiġdid tal-validità tal-linji ta’ kreditu. Meta jitqies il-fatt li l-produtturi esportaturi li kkooperaw ibbenefikaw minn linji ta’ kreditu mingħajr ħlas, il-benefiċċju kien jikkonsisti fl-ammont ta’ tariffi ta’ arranġament u ta’ tiġdid li l-kumpaniji kellhom iħallsu. L-iffrankar tat-tariffi li minnu bbenefikaw il-kumpaniji poġġihom f’pożizzjoni aħjar mil-lat finanzjarju. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(353) |
FTT Group afferma li l-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu ma huwiex kontribuzzjoni finanzjarja. Huwa ddikjara li l-linji ta’ kreditu jistabbilixxu biss limitu ta’ self li kumpanija tista’ tuża biex tikseb kapital operatorju jew strumenti finanzjarji u li ma hemm l-ebda standard aċċettat madwar id-dinja rigward kif għandhom jiġu rranġati l-linji ta’ kreditu tal-ftuħ u li ma hemm l-ebda evidenza li t-tariffi huma applikati b’mod komuni u obbligatorju mill-banek kollha fid-dinja u li l-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni u t-tariffa ta’ referenza tagħha fuq bank wieħed biss, jiġifieri HSBC. Barra minn hekk, FTT Group sostna li t-tariffi applikabbli huma sempliċiment spejjeż tal-ipproċessar tal-banek, li ma humiex assoċjati mar-riskju tal-ftuħ jew tat-tiġdid ta’ linja ta’ kreditu. Il-GTĊ afferma wkoll li l-Kummissjoni żbaljat fid-determinazzjoni tagħha ta’ punt ta’ riferiment xieraq. |
|
(354) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ċċarat li hija bbażat il-konklużjoni tagħha rigward l-applikazzjoni tat-tariffi ta’ arranġament u ta’ tiġdid, kif ukoll rigward il-punt ta’ riferiment xieraq, fuq id-data disponibbli għall-pubbliku. Fil-premessa (349), il-Kummissjoni għamlet referenza għas-sejbiet f’każijiet antisussidji preċedenti, kif ukoll għall-prattika ta’ żewġ banek kbar li joperaw internazzjonalment, jiġifieri HSBC u Barclays Bank (84), sabiex tistabbilixxi punt ta’ riferiment xieraq. Meta wieħed iqis l-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni stmat li l-applikazzjoni ta’ tariffa ta’ arranġament ta’ referenza ta’ 1,5 % u tariffa ta’ tiġdid ta’ referenza ta’ 1,25 % kienet raġonevoli. Il-Kummissjoni ma qablitx mal-affermazzjoni ta’ FTT Group li t-tariffi applikabbli huma sempliċiment spejjeż tal-ipproċessar tal-banek, li ma humiex assoċjati mar-riskju tal-ftuħ jew tat-tiġdid ta’ linja ta’ kreditu. Skont il-prattika kummerċjali, tiġi imposta tariffa ta’ impenn minn sellief lil min jissellef biex jikkumpensa lis-sellief talli jkun żamm linja ta’ kreditu miftuħa u riżorsi finanzjarji disponibbli; it-tariffa tiggarantixxi wkoll il-wegħda ta’ sellief li jipprovdi l-linja ta’ kreditu bit-termini miftiehma u jikkumpensa lis-sellief għar-riskji assoċjati ma’ linja ta’ kreditu miftuħa (85). Fil-fatt, linja ta’ kreditu tan-negozju topera bl-istess mod bħal karta ta’ kreditu personali li għaliha l-banek dejjem jitolbu tariffi assoċjati mal-użu tal-karta ta’ kreditu u d-disponibbiltà tal-ammont ta’ flus mogħti. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(355) |
ZTT Group ma qabilx mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ftehim dwar linja ta’ kreditu ma’ bank huwa prerekwiżit għall-kisba ta’ finanzjament minn dan tal-aħħar u pprovda eżempji ta’ banek fid-dinja li ma jeħtiġux linji ta’ kreditu sabiex jipprovdu self ad hoc. Skont ZTT Group, il-linji ta’ kreditu huma ftehimiet qafas, li abbażi tagħhom il-bank jippermetti lil kumpanija tuża diversi strumenti ta’ dejn fi ħdan ċertu ammont massimu ta’ kreditu mingħajr negozjar mill-ġdid; madankollu, dan ma jeskludi l-ebda self awtonomu lil kumpanija li jiġi vvalutat u mogħti fuq bażi ta’ każ b’każ mingħajr linja ta’ kreditu minn qabel. ZTT Group ma qabilx ukoll li l-linji ta’ kreditu kollha, speċjalment dawk miftiehma ma’ klijenti kbar u sofistikati, huma soġġetti għal tariffi ta’ arranġament jew ta’ tiġdid. ZTT Group afferma li t-tariffi ta’ referenza użati mill-Kummissjoni huma għoljin wisq u pprovda eżempji ta’ tariffi imposti minn Lloyds (sa 1,5 % għat-tariffi ta’ arranġament u 1 % għat-tariffi ta’ tiġdid) u HSBC fejn it-tariffa eżatta tidher li hija ddeterminata b’mod bilaterali/kuntrattwali. |
|
(356) |
L-ewwel nett, kif ġie spjegat fil-premessa (340), l-iskop ta’ linja ta’ kreditu huwa li jiġi stabbilit limitu ta’ self li l-kumpanija tista’ tuża fi kwalunkwe ħin biex tiffinanzja l-operazzjonijiet kurrenti tagħha u b’hekk tagħmel il-finanzjament tal-kapital operatorju flessibbli u disponibbli minnufih meta jkun meħtieġ. Meta jitqiesu l-prattiki ta’ finanzjament b’terminu qasir tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw fil-forma ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u self ta’ kapital operatorju b’terminu qasir, li għalihom kien meħtieġ li r-riżorsi finanzjarji jkunu disponibbli minnufih, kif ukoll il-fatt li ħafna drabi l-kumpaniji kellhom biss arranġamenti orali tal-linja ta’ kreditu mingħajr ebda evidenza bil-miktub, il-Kummissjoni qieset li l-finanzjament b’terminu qasir kollu tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun kellu jiġi kopert minn strument ta’ linja ta’ kreditu. Din il-konklużjoni hija applikabbli biss għal finanzjament b’terminu qasir u ma tikkonċernax finanzjament fit-tul, li huwa soġġett għal negozjar fuq bażi ta’ każ b’każ. It-tieni, fir-rigward tal-affermazzjoni li l-linji ta’ kreditu kollha, speċjalment dawk miftiehma ma’ klijenti kbar u sofistikati, huma soġġetti għal tariffi ta’ arranġament jew ta’ tiġdid, il-Kummissjoni osservat li ZTT Group naqas milli jipprovdi evidenza ta’ faċilitajiet ta’ linja ta’ kreditu mingħajr kummissjoni marbuta magħhom. It-tielet, fir-rigward tat-tariffi ta’ referenza użati mill-Kummissjoni, kif iddikjarat fil-premessa (354), il-Kummissjoni użat is-sejbiet f’każijiet antisussidji preċedenti u d-data disponibbli għall-pubbliku biex tikkonkludi li l-applikazzjoni ta’ tariffa ta’ arranġament ta’ referenza ta’ 1,5 % u tariffa ta’ tiġdid ta’ referenza ta’ 1,25 % kienet raġonevoli. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rrimarkat li, pereżempju, Barclays Bank jimponi tariffa ta’ twaqqif ta’ 1,5 % tal-limitu tal-overdraft irranġat, u tariffa ta’ tiġdid ta’ 1,5 % għal overdrafts ta’ ’l fuq minn £ 15 000. F’dan il-każ, il-punt ta’ riferiment tat-tariffa ta’ tiġdid użat mill-Kummissjoni jkun aktar baxx. Tfittxija oħra wriet li Barkley jimponi tariffi ta’ overdraft tan-negozju minn 1,6 % sa 2,5 % tal-limiti għall-faxex tan-negozju £ 15 001 - £ 20 000 u £ 20 001 - £ 25 000 (86). Għalhekk, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha li t-tariffi ta’ referenza li użat huma raġonevoli u bbażati fuq id-data tas-suq disponibbli u, b’hekk, irrifjutat l-affermazzjoni. |
3.5.4.2. Abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja
(a) Ġenerali
|
(357) |
L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma prodott finanzjarju mmirat lejn l-iżvilupp ta’ suq tal-flus domestiku aktar attiv billi jitwessgħu l-faċilitajiet ta’ kreditu. Dan huwa forma ta’ finanzjament b’terminu qasir li jista’ “jnaqqas il-kost tal-fond u jtejjeb l-effiċjenza tal-kapital” tat-traent (87). Barra minn hekk, kif iddikjarat mill-People’s Bank of China fuq is-sit web tiegħu, “l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja jista’ jiggarantixxi l-istabbiliment u l-eżekuzzjoni tal-kuntratt bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ, kif ukoll jippromwovi l-fatturat ta’ kapital permezz tal-intervent tal-kreditu tal-Bank of China” (88). Barra minn hekk, fuq is-sit web tiegħu, DBS Bank jirreklama l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala mezz biex “itejjeb il-kapital operatorju billi jiddifferixxi l-pagamenti” (89). |
|
(358) |
L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jistgħu jintużaw biss biex jiġu saldati tranżazzjonijiet kummerċjali ġenwini u t-traent irid jipproduċi biżżejjed evidenza f’dak ir-rigward, eż. permezz ta’ ftehim ta’ xiri/bejgħ, fattura u ordni ta’ kunsinna eċċ. L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jistgħu jintużaw bħala mezz standard ta’ ħlas fi ftehimiet ta’ xiri flimkien ma’ mezzi oħrajn bħal rimessa jew money order. |
|
(359) |
L-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja jitfassal mill-applikant (it-traent, li huwa wkoll ix-xerrej fit-tranżazzjoni kummerċjali sottostanti) u jiġi aċċettat minn bank. Billi jaċċetta l-abbozz, il-bank jaċċetta li jagħmel ħlas mhux kondizzjonat tal-ammont ta’ flus speċifikat fl-abbozz lill-benefiċjarju/portatur fid-data indikata (id-data tal-maturità). |
|
(360) |
B’mod ġenerali, il-kuntratti ta’ aċċettazzjoni bankarja fihom il-lista tat-tranżazzjonijiet koperti mill-ammont tal-abbozz b’indikazzjoni tad-data ta’ maturità tal-ħlas mal-fornitur u d-data ta’ maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. |
|
(361) |
Ġeneralment, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jinħarġu fil-qafas ta’ abbozz ta’ ftehim ta’ aċċettazzjoni bankarja li jispeċifika l-identità tal-bank, il-fornituri u x-xerrej, l-obbligi tal-bank u x-xerrej u li jagħti dettalji dwar il-valur għal kull fornitur, id-data ta’ maturità tal-ħlas miftiehma mal-fornitur u d-data ta’ maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. |
|
(362) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-ftehimiet tal-linji ta’ kreditu ġeneralment jelenkaw l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala l-użu possibbli tal-limitu finanzjarju flimkien ma’ strumenti finanzjarji b’terminu qasir oħrajn, bħal self ta’ kapital operatorju. |
|
(363) |
Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn kull bank, it-traent jista’ jkun meħtieġ jagħmel depożitu żgħir f’kont apposta, jagħmel rahan u jħallas kummissjoni ta’ aċċettazzjoni. Fi kwalunkwe każ, it-traent huwa obbligat jittrasferixxi l-ammont sħiħ tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja lejn il-kont apposta sa mhux aktar tard mid-data ta’ maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. |
|
(364) |
Ladarba jiġi aċċettat mill-bank, it-traent japprova l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja u jittrasferih lill-benefiċjarju, li huwa wkoll il-fornitur fit-tranżazzjoni kummerċjali sottostanti, bħala ħlas tal-fattura. Konsegwentement, l-obbligu ta’ ħlas tax-xerrej (it-traent) lejn il-fornitur (il-benefiċjarju) jiġi kkanċellat. Jinħoloq obbligu ta’ ħlas ġdid tax-xerrej lejn il-bank li jaċċetta għall-istess ammont (it-traent għandu l-obbligu li jħallas lill-bank fi flus kontanti qabel il-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja). Għalhekk, il-ħruġ ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja għandu l-effett li jissostitwixxi l-obbligu tat-traent lejn il-fornitur tiegħu b’obbligu lejn il-bank. |
|
(365) |
Il-maturità tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja tvarja skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn kull bank u tista’ titla’ sa sena. |
|
(366) |
Il-benefiċjarju (jew il-portatur) tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja għandu tliet għażliet qabel il-maturità:
|
|
(367) |
Id-data tal-ħruġ tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja ġeneralment tikkorrespondi mad-data ta’ maturità tal-ħlas miftiehma mal-fornitur. Il-Kummissjoni sabet li, sa fejn huma kkonċernati l-kumpaniji inklużi fil-kampjun, id-data tal-ħruġ kienet ġeneralment dakinhar tad-data ta’ maturità tal-ħlas miftiehma mal-fornitur, jew qabilha, u f’xi każijiet anki ftit jiem wara d-data ta’ maturità tal-ħlas. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li d-data ta’ maturità tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun hija minn 3 xhur sa 12-il xahar wara d-data ta’ maturità tal-ħlas tal-fattura. |
|
(368) |
Fir-rigward tat-trattament kontabilistiku tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, dawn huma rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet lejn il-bank fil-kontijiet tat-traenti, jiġifieri l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(369) |
Iċ-Ċentru ta’ Referenza tal-Kreditu tal-People’s Bank of China (“CRCP”) jirrikonoxxi l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala “kreditu mhux saldat” ipprovdut mill-banek fl-istess livell tas-self, l-ittri ta’ kreditu jew il-finanzjament kummerċjali. Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li l-istituzzjonijiet finanzjarji jikkontribwixxu għas-CRCP, li jagħtu diversi tipi ta’ self, u li tali istituzzjonijiet finanzjarji b’hekk irrikonoxxew l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala obbligazzjonijiet lejhom. Barra minn hekk, il-ftehimiet ta’ aċċettazzjoni bankarja miġbura matul l-investigazzjoni jistabbilixxu li, jekk ix-xerrej ma jagħmilx il-ħlas sħiħ fid-data ta’ skadenza tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, il-bank jittratta l-ammont mhux imħallas bħala self li għadu ma tħallasx lill-bank. |
|
(370) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fil-biċċa l-kbira jintużaw bħala mezz ta’ ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali bħala sostitut għal money order u b’hekk jiġi ffaċilitat il-fatturat fi flus kontanti u l-kapital operatorju tat-traent. Minn perspettiva ta’ flus kontanti, l-istrument de facto jagħti lit-traent data ta’ maturità differita tal-ħlas sa sena, minħabba li l-ħlas reali fi flus kontanti tal-ammont tat-tranżazzjoni jseħħ mal-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja u mhux fil-mument meta t-traent kellu jħallas lill-fornitur tiegħu. Fin-nuqqas ta’ strument finanzjarju bħal dan, it-traent jew juża l-kapital operatorju tiegħu stess, li għandu kost, jew inkella jidħol f’kuntratt ta’ self ta’ kapital operatorju b’terminu qasir ma’ bank sabiex iħallas lill-fornituri tiegħu, ukoll b’kost. Fil-fatt, billi jħallas b’abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja, it-traent juża l-oġġetti jew is-servizzi fornuti għal perjodu ta’ bejn tliet xhur u sena mingħajr ma javvanza xi flus kontanti u mingħajr ma jġarrab l-ebda kost. |
|
(371) |
F’ċirkostanzi normali tas-suq, bħala strument finanzjarju, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jimplikaw kost ta’ finanzjament għat-traent. L-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun li użaw abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ħallsu biss kummissjoni għas-servizz ta’ aċċettazzjoni pprovdut mill-bank, li b’mod ġenerali kien 0,05 % tal-valur nominali tal-abbozz. Madankollu, l-ebda waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma ġarrbet kost għall-finanzjament permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja billi ddifferiet il-ħlas fi flus kontanti għall-forniment tal-oġġetti u tas-servizzi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kumpaniji investigati bbenefikaw minn finanzjament fil-forma ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja li għalihom ma ġarrbu l-ebda kost. |
|
(372) |
Wara li qieset dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sistema ta’ aċċettazzjoni bankarja stabbilita fir-RPĊ ipprovdiet lill-produtturi esportaturi kollha finanzjament bla ħlas għall-operazzjonijiet kurrenti tagħhom, li tawhom benefiċċju kumpensabbli kif deskritt fil-premessi minn (384) sa (388) hawn taħt, f’konformità mal-Artikolu 3(1)(a)(i) u 3(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(373) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet f’investigazzjoni preċedenti (90) li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja effettivament għandhom l-istess għan u effetti bħas-self ta’ kapital operatorju b’terminu qasir, minħabba li dawn jintużaw mill-kumpaniji biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet kurrenti tagħhom minflok jużaw self ta’ kapital operatorju b’terminu qasir u li, konsegwentement, jenħtieġ li dawn iġarrbu kost ekwivalenti għal finanzjament ta’ self ta’ kapital operatorju b’terminu qasir. |
|
(374) |
Wara d-divulgazzjoni finali, ZTT Group ma qabilx mal-Kummissjoni li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament b’terminu qasir u li jaġixxu pjuttost bħala garanzija bankarja. Skont din il-parti, abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja huwa strument li permezz tiegħu l-bank jieħu l-obbligu li jħallas lil parti minflok lid-debitur oriġinali, li xorta jibqa’ responsabbli li jħallas lill-bank. L-iskop ta’ tali strument ma huwiex li jaġixxi bħala finanzjament b’terminu qasir, iżda li jiffaċilita l-bejgħ tal-oġġetti. ZTT Group sostna li billi qablu mal-ħlas permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, il-partijiet għat-tranżazzjonijiet taw il-kunsens tagħhom għat-terminu tal-ħlas ta’ saldu tad-dejn bejniethom, li jammonta biex il-bejjiegħ jaqbel ma’ terminu ta’ kreditu sal-maturità tal-abbozz kontra pagament garantit mill-bank u x-xerrej jimpenja ruħu li jagħmel l-istess valur disponibbli għall-bank sa mhux aktar tard mid-data tal-maturità. |
|
(375) |
Il-Kummissjoni ma qablitx li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jaġixxu biss bħala garanzija bankarja għal ħlas fid-data tal-maturità. Il-Kummissjoni osservat li fil-każ tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja huwa mezz attwali ta’ ħlas rikonoxxut fil-kuntratt tal-bejgħ, u l-obbligu ta’ ħlas tat-traent lejn il-fornitur jiġi kkanċellat mill-ħlas b’abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. Il-ħlas tal-fornitur mit-traent iseħħ fil-mument tal-approvazzjoni tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja, filwaqt li fil-maturità, it-traent jonora l-obbligu ta’ ħlas tiegħu lejn il-bank. Għalhekk, l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja ma jistax jiġi kklassifikat biss bħala garanzija addizzjonali ta’ ħlas futur u din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(376) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha li, f’termini tal-effetti tagħhom, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament b’terminu qasir li jippermetti lill-produtturi esportaturi jiffinanzjaw ix-xiri tagħhom. Il-benefiċċju pprovdut lill-produtturi esportaturi li kkooperaw huwa l-iffrankar tal-kostijiet tal-finanzjament minħabba l-fatt li l-użu tal-finanzjament permezz tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja ma kienx remunerat. |
(b) Speċifiċità
|
(377) |
Fir-rigward tal-ispeċifiċità, kif imsemmi fil-premessa (116), skont id-Deċiżjoni Nru. 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industriji mħeġġa. |
|
(378) |
Il-Kummissjoni qieset li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma oħra ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-istituzzjonijiet finanzjarji lil industriji mħeġġa bħas-settur tal-OFC. Tabilħaqq, kif speċifikat fit-Taqsima 3.1 hawn fuq, is-settur tal-OFC huwa fost l-industriji mħeġġa u, għalhekk, huwa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju kollu possibbli. L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, bħala forma ta’ finanzjament, huma parti mis-sistema ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-industriji mħeġġa, bħall-industrija tal-OFC. |
|
(379) |
Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li kwalunkwe impriża fir-RPĊ (għajr fi ħdan l-industriji mħeġġa) tista’ tibbenefika minn abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja taħt l-istess termini u kundizzjonijiet preferenzjali. |
|
(380) |
Wara d-divulgazzjoni finali, ZTT Group afferma li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja ma humiex speċifiċi, minħabba li jintużaw ħafna minn kważi l-operaturi kummerċjali kollha fir-RPĊ u, b’hekk, ma humiex limitati għas-settur tal-OFC jew għal ZTT Group. |
|
(381) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (116), fejn hija ppreżentat evidenza li skont id-Deċiżjoni Nru. 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma meħtieġa jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industriji mħeġġa. |
|
(382) |
Il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha rigward l-ispeċifiċità tal-iskema ta’ sussidju fuq id-dokumenti governattivi disponibbli, bħal pjanijiet u regolamenti, dwar l-industriji mħeġġa. Il-GTĊ iddefinixxa b’mod ċar liema industriji huma mħeġġa jillimitaw il-benefiċċji speċifiċi ta’ finanzjament preferenzjali għal dawk biss. Għalhekk, anki jekk għadd ta’ industriji oħrajn definiti speċifikament bħala mħeġġa ikunu gawdew ukoll mill-istess kundizzjonijiet preferenzjali jew minn kundizzjonijiet preferenzjali simili bħall-industrija tal-OFC, dan ma jagħmilx il-finanzjament preferenzjali u, b’mod partikolari, l-abbozzi tal-aċċettazzjoni bankarja ġeneralment disponibbli għall-industriji kollha. |
|
(383) |
Barra minn hekk, anki jekk forma ta’ finanzjament tista’ fil-prinċipju tkun disponibbli għal kumpaniji f’industriji oħrajn, il-kundizzjonijiet konkreti, li taħthom tali finanzjament jiġi offrut lil kumpaniji minn ċerta industrija, bħar-remunerazzjoni tal-finanzjament u l-volum ta’ finanzjament, jistgħu jagħmluha speċifika. Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza minn xi waħda mill-partijiet interessati li turi li l-finanzjament preferenzjali permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja tal-kumpaniji fl-industrija tal-OFC huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(c) Kalkolu tal-benefiċċju
|
(384) |
Għall-kalkolu tal-ammont tas-sussidju kumpensabbli, il-Kummissjoni vvalutat il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(385) |
Kif diġà ssemma fil-premessi (357) u (370), l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament b’terminu qasir li jtejbu l-effiċjenza kapitali tat-traent billi jiffaċilitaw il-kapital operatorju tiegħu u jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ flus kontanti tiegħu, minħabba li fil-biċċa l-kbira jintużaw bħala mezz ta’ pagament fi tranżazzjonijiet kummerċjali minflok fi flus kontanti. Il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun użaw abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom għal finanzjament b’terminu qasir mingħajr ma ħallsu remunerazzjoni. |
|
(386) |
B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li t-traenti tal-aċċettazzjoni bankarja jħallsu remunerazzjoni għall-perjodu ta’ finanzjament. Il-Kummissjoni qieset li l-perjodu ta’ finanzjament beda fid-data tal-ħruġ tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja u ntemm fid-data tal-maturità tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja. Fir-rigward tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja maħruġa qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja b’data ta’ maturità wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju biss għall-perjodu ta’ finanzjament kopert mill-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(387) |
F’konformità mal-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li l-benefiċċju b’hekk mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija fil-fatt ħallset bħala remunerazzjoni tal-finanzjament permezz tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u l-ammont li jenħtieġ li tħallas billi tapplika rata tal-imgħax ta’ finanzjament b’terminu qasir. |
|
(388) |
Il-Kummissjoni ddeterminat il-benefiċċju li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas ta’ kost ta’ finanzjament b’terminu qasir. Meta wieħed iqis li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament b’terminu qasir u li effettivament għandhom l-istess skop bħal self ta’ kapital operatorju b’terminu qasir, il-Kummissjoni qieset, kif stabbilit f’investigazzjonijiet preċedenti (91), li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jenħtieġ li jġarrbu kost ekwivalenti għal finanzjament ta’ self b’terminu qasir. Għalhekk, il-Kummissjoni applikat l-istess metodoloġija bħal dik applikata għall-finanzjament tas-self b’terminu qasir iddenominat f’RMB, deskritta fit-Taqsima 3.5.3.1 hawn fuq. |
|
(389) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FTT Group sostna li jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra t-tariffi mħallsa mill-grupp fil-kalkolu tal-benefiċċju. |
|
(390) |
Il-Kummissjoni diġà nnotat fil-premessa (371) li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun li użaw abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ħallsu biss kummissjoni għas-servizz ta’ aċċettazzjoni pprovdut mill-bank, li b’mod ġenerali kien 0,05 % tal-valur nominali tal-abbozz. Fil-fatt, din il-kummissjoni mħallsa għall-ipproċessar tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja mill-bank hija element distint mill-finanzjament mogħti mill-bank, li għalih il-produtturi esportaturi li kkooperaw ma ġarrbu l-ebda kost. Din it-tariffa titħallas sabiex tkopri l-kostijiet amministrattivi tal-bank għall-ipproċessar tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. Il-Kummissjoni kkumpensat biss il-parti tal-finanzjament tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja (jiġifieri, il-parti ekwivalenti għal finanzjament b’terminu qasir); hija ma analizzatx jekk il-kummissjoni ta’ aċċettazzjoni kinitx tinvolvi wkoll sussidju kumpensabbli. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(391) |
ZTT Group ma qabilx mal-użu tal-punt ta’ riferiment għal self b’terminu qasir, minħabba li huwa qies l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala garanzija li għaliha jenħtieġ li tintalab kummissjoni. F’dan ir-rigward, ZTT Group irrefera għar-Riżerva Federali ta’ New York, li tagħmilha ċara li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja joperaw aktar bħala garanzija milli bħala self. |
|
(392) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-pożizzjoni ta’ ZTT Group. Skont id-data disponibbli għall-pubbliku dwar l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fl-Istati Uniti, fil-prattika, il-bank tipikament jixtri l-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja mingħand it-traent billi japplika rata ta’ skont, li hija simili għal rata tal-imgħax u, għalhekk, l-aċċettazzjoni sservi bħala mezz sabiex il-bank javvanza l-kreditu (92). Barra minn hekk, f’ġuriżdizzjonijiet oħrajn bħall-Kanada u l-Malasja, meta l-bank jaċċetta l-abbozz huwa javvanza l-fondi wara li jnaqqas ir-rata ta’ skont applikabbli (93). Tabilħaqq, id-Dokument ta’ Diskussjoni tal-Bank of Canada: A Primer on the Canadian Bankers’ Acceptance Market jistabbilixxi li “l-abbozzi jinxtraw mis-selliefa bi skont fuq l-ammont nominali tagħhom u min jissellef jirċievi r-rikavat skontat bħala self. Ir-rata ta’ skont li biha s-selliefa jixtru l-abbozzi spiss tkun ibbażata fuq ir-rata tas-CDOR”. Skont l-Artikolu 14(4) tal-Linji Gwida tal-Malasja dwar l-aċċettazzjonijiet tal-Bankiera (2004), “it-traent tal-BA għandu jkun meħtieġ li jiskonta l-[aċċettazzjoni tal-bankiera] mal-bank li jaċċetta jekk ix-xiri jkun għad irid jitħallas, f’liema każ, il-bank li jaċċetta jkun meħtieġ iħallas ir-rikavat skontat lill-fornitur tal-oġġetti”. Għalhekk, l-abbozzi tal-aċċettazzjoni bankarja joperaw primarjament bħala tip ta’ finanzjament u mhux bħala garanzija. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.5.4.3. Bonds korporattivi konvertibbli
|
(393) |
Il-kumpaniji miż-żewġ gruppi inklużi fil-kampjun ħarġu bonds korporattivi konvertibbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Iż-żewġ bonds konvertibbli għandhom struttura ta’ rata tal-imgħax progressiva b’rati tal-imgħax baxxi ħafna, li jvarjaw bejn 0,2 % u 2 %, li hija ferm taħt ir-Rata Normattiva tas-Self tal-PBOC u taħt ir-Rata Prima tas-Self tal-NIFC (94). |
|
(394) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li ż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn finanzjament preferenzjali fil-forma ta’ bonds konvertibbli.
|
|
(395) |
Ir-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi u l-Miżuri Amministrattivi għall-Ħruġ u n-Negozjar ta’ Bonds Korporattivi jistabbilixxu l-qafas legali ġenerali applikabbli għall-bonds korporattivi. Madankollu, hemm sett ta’ leġiżlazzjoni speċifika applikabbli għal bonds korporattivi konvertibbli, jiġifieri l-Miżuri Amministrattivi dwar il-Ħruġ ta’ Titoli minn Kumpaniji Elenkati, il-Miżuri Amministrattivi dwar il-Ħruġ u s-Sottoskrizzjoni tat-Titoli u l-Miżuri Amministrattivi dwar l-Isponsorizzazzjoni għall-Ħruġ u l-Elenkar tat-Titoli. |
|
(396) |
L-Artikolu 14 tal-Miżuri Amministrattivi dwar il-Ħruġ ta’ Titoli minn Kumpaniji Elenkati jiddefinixxi “bonds korporattivi konvertibbli” bħala “bonds korporattivi li jinħarġu minn kumpanija emittenti skont il-liġi u li jistgħu jiġu kkonvertiti f’ishma matul ċertu perjodu u taħt kundizzjonijiet stipulati” . |
|
(397) |
Skont l-Artikolu 11 tal-Liġi dwar it-Titoli (verżjoni tal-2014), li kien applikabbli fiż-żmien tal-ħruġ tal-bonds konvertibbli mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, l-Artikolu 45 tal-Miżuri Amministrattivi dwar il-Ħruġ ta’ Titoli minn Kumpaniji Elenkati u l-Artikolu 2 tal-Miżuri Amministrattivi dwar is-Sponsorizzazzjoni għall-Ħruġ u l-Elenkar tat-Titoli, il-kumpaniji li jridu joħorġu bonds korporattivi konvertibbli jeħtieġ li jitolbu s-servizzi ta’ sponsor tat-titoli, li jaġixxi bħala sottoskrittur. L-isponsor jorganizza l-ħruġ tal-bonds, jirrakkomanda lill-emittent, jissottometti l-fajl tal-applikazzjoni lill-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina (“CSRC”) għall-approvazzjoni, jinnegozja r-rati tal-imgħax li bihom il-bond se jiġi ppreżentat lill-investituri u huwa responsabbli biex isib investituri li jaċċettaw it-termini maqbula tal-ħruġ tal-bond, inkluża r-rata tal-imgħax. |
|
(398) |
F’konformità mal-qafas regolatorju, il-bonds konvertibbli ma jistgħux jinħarġu u jiġu nnegozjati liberament fiċ-Ċina. Il-ħruġ ta’ kull bond irid jiġi approvat mis-CSRC. L-Artikolu 16 tal-Liġi dwar it-Titoli (verżjoni tal-2014) jistipula li “il-kumpaniji elenkati li joħorġu bonds korporattivi konvertibbli għandhom [...] jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’din il-Liġi għal offerta pubblika ta’ ishma; u għandhom jiksbu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tat-titoli tal-Kunsill tal-Istat”. Skont l-Artikolu 3 tal-Miżuri Amministrattivi dwar il-Ħruġ u s-Sottoskrizzjoni tat-Titoli, li japplika għal bonds konvertibbli, “is-CSRC għandha tissorvelja u tamministra l-offerta u s-sottoskrizzjoni tat-titoli għal-liġi” . Barra minn hekk, skont l-Artikolu 10 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi, hemm kwoti annwali għall-ħruġ ta’ bonds korporattivi. |
|
(399) |
Skont l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar it-Titoli (verżjoni tal-2014), il-ħruġ pubbliku tal-bonds jenħtieġ li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: “l-iskop tal-użu tar-rikavat għandu jikkonforma mal-politiki industrijali tal-Istat” u “ir-rikavat minn offerta pubblika ta’ bonds korporattivi għandu jintuża għall-iskop(ijiet) approvat(i) biss”. L-Artikolu 12 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi jtenni li l-iskop tal-fondi miġbura jrid ikun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat. Barra minn hekk, l-Artikolu 10(2) tal-Miżuri Amministrattivi għall-Ħruġ ta’ Titoli minn Kumpaniji Elenkati, li huwa lex specialis applikabbli għal bonds konvertibbli, jistipula li “l-iskopijiet tal-użu tal-fond miġbur huma konformi mal-politiki industrijali tal-Istat” . |
|
(400) |
Matul l-RCC, il-GTĊ spjega li din is-sentenza tfisser li l-fondi miġbura ma jridux ikunu għal proġetti li jaqgħu taħt l-industriji “limitati” fil-“Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija”. Dan il-katalogu jikkonsisti fi tliet kategoriji ta’ proġetti, jiġifieri “imħeġġa”, “limitati”, u “eliminati”. Fil-kategorija “limitati”, proġetti ġodda huma pprojbiti u l-produzzjoni kontinwa hija diretta lejn l-innovazzjoni u t-titjib, filwaqt li fil-kategorija “eliminati”, il-proġetti eżistenti huma pprojbiti milli jfittxu investiment. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li “f’konformità mal-politiki industrijali tal-Istat” tista’ tfisser biss li l-proġett ta’ investiment jaqa’ taħt il-kontenut “imħeġġa”, li huwa intitolat li jirċievi appoġġ ta’ kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji. |
|
(401) |
Kif spjegat fil-premessa (116), id-Deċiżjoni Nru. 40 tirreferi għal “Il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija” u tistabbilixxi li jekk “il-proġett ta’ investiment jappartjeni għall-kontenut imħeġġeġ, għandu jiġi eżaminat u approvat u jiddaħħal fir-reġistri skont ir-regolamenti nazzjonali rilevanti dwar l-investiment; l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu skont il-prinċipji ta’ kreditu. Minn dan isegwi li l-ħruġ ta’ bonds korporattivi konvertibbli, li, kif muri, neċessarjament jimmiraw lejn industrija mħeġġa, jikkorrespondi mal-prattika tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jappoġġaw lil dawk l-industriji. |
|
(402) |
Ir-rati tal-imgħax fuq il-bonds korporattivi huma wkoll regolati b’mod strett. L-Artikolu 16 tal-Miżuri Amministrattivi għall-Ħruġ ta’ Titoli minn Kumpaniji Elenkati jistabbilixxi li “ir-rata tal-imgħax ta’ bond korporattiv konvertibbli għandha tiġi ddeterminata mill-kumpanija emittenti u mis-sottoskrittur ewlieni permezz ta’ negozjati, iżda għandha tissodisfa d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Istat” . Skont l-Artikolu 16(5) tal-Liġi dwar it-Titoli (verżjoni tal-2014), “ir-rata tal-kupuni tal-bonds korporattivi ma għandhiex taqbeż ir-rata tal-kupuni stipulata mill-Kunsill tal-Istat” . Barra minn hekk, l-Artikolu 18 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi, li huwa ġeneralment applikabbli għall-bonds kollha, jipprovdi aktar dettalji billi jiddikjara li “ir-rata tal-imgħax offruta għal kwalunkwe bond korporattiv ma għandhiex tkun ogħla minn 40 % tar-rata tal-imgħax prevalenti mħallsa mill-banek lil individwi għal depożiti ta’ tfaddil għal terminu fiss tal-istess maturità”. |
|
(403) |
Skont l-Artikolu 17 tal-Miżuri Amministrattivi għall-Ħruġ ta’ Titoli minn Kumpaniji Elenkati, “sabiex toħroġ pubblikament bonds korporattivi konvertibbli, kumpanija għandha tafda aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkwalifikata biex tagħmel klassifikazzjonijiet tal-kreditu u klassifikazzjonijiet ta’ segwitu”. Barra minn hekk, l-Artikolu 18 tal-Miżuri Amministrattivi ġeneralment applikabbli għall-Ħruġ u n-Negozjar ta’ Bonds Korporattivi jistipula li huma biss ċerti bonds li jikkonformaw ma’ kriterji stretti tal-kwalità, bħal klassifikazzjoni tal-kreditu AAA, li jistgħu jinħarġu b’mod pubbliku lil investituri pubbliċi jew jinħarġu b’mod pubbliku lil investituri kkwalifikati biss skont id-diskrezzjoni unika tal-emittent. Il-bonds korporattivi li jonqsu milli jissodisfaw dawn l-istandards jistgħu jinħarġu b’mod pubbliku biss lil investituri kwalifikati. |
(a) Istituzzjonijiet finanzjarji li jaġixxu bħala korpi pubbliċi
|
(404) |
Skont l-għarfien tas-suq tal-bonds taċ-Ċina tal-2021 minn Bloomberg, il-biċċa l-kbira tal-investituri huma investituri istituzzjonali, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji. B’mod partikolari, il-banek kummerċjali jirrappreżentaw 57 % tal-investituri u l-banek ta’ politika jirrappreżentaw 3 % (99). Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li 85 % tal-investituri tal-bond konvertibbli maħruġ minn waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun huma investituri istituzzjonali, kategorija ta’ investituri li tinkludi istituzzjonijiet finanzjarji. |
|
(405) |
Barra minn hekk, bħala industrija mħeġġa taħt il-“Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija”, l-industrija tal-OFC hija intitolata għal appoġġ ta’ kreditu mill-istituzzjonijiet finanzjarji abbażi tad-Deċiżjoni Nru. 40. Il-fatt li l-bonds konvertibbli, bħall-bonds konvertibbli maħruġa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, għandhom rata tal-imgħax baxxa huwa indikazzjoni qawwija li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma l-investitur ewlieni f’dawn il-bonds. Huma obbligati jipprovdu “appoġġ ta’ kreditu” lil dawn il-kumpaniji u jqisu kunsiderazzjonijiet oħrajn minbarra r-remunerazzjoni tal-imgħax meta jieħdu d-deċiżjoni ta’ investiment/finanzjament, bħal objettivi ta’ politika. Tabilħaqq, investitur li jopera fil-kundizzjonijiet tas-suq ikun aktar sensittiv għar-redditu finanzjarju fuq l-investiment tiegħu u probabbilment ma jinvestix f’bonds konvertibbli li jkollhom rata tal-imgħax baxxa ħafna. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja taż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fit-Taqsima 3.5.3.3 hawn fuq f’termini tal-profili tal-likwidità u tas-solvenza tagħhom jindikaw ukoll li l-investituri li joperaw fil-kundizzjonijiet tas-suq ma jinvestux fi strumenti finanzjarji bħal bonds konvertibbli, li joffru redditu finanzjarju baxx, filwaqt li l-emittent jippreżenta riskji għoljin ta’ likwidità u ta’ solvenza. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, huma biss l-investituri li għandhom motivazzjonijiet oħrajn għajr redditu finanzjarju fuq l-investiment, bħall-konformità mal-obbligu legali li jipprovdu finanzjament lil kumpaniji f’industriji mħeġġa, li jagħmlu investiment bħal dan. |
|
(406) |
Konsegwentement, filwaqt li qieset il-fatti esposti fil-premessi (404) u (405), il-Kummissjoni qieset li hemm korp ta’ evidenza korroborattiva, li abbażi tagħha proporzjon kbir tal-investituri fil-bonds konvertibbli maħruġa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun huwa magħmul minn istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom obbligu legali li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-produtturi tal-OFC. |
|
(407) |
Barra minn hekk, kif deskritt fit-Taqsima 3.5.1 hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma kkaratterizzati minn preżenza b’saħħitha tal-Istat, u l-GTĊ għandu l-possibbiltà li jeżerċita influwenza sinifikanti fuqhom. Il-qafas legali ġenerali, li fih joperaw dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji, huwa applikabbli wkoll għal bonds konvertibbli. |
|
(408) |
Fit-Taqsimiet (1) u (2) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat huma korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u li, fi kwalunkwe każ, huma meqjusa bħala inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ biex iwettqu funzjonijiet normalment mogħtija lill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Fit-Taqsima 3.5.1.2 hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji privati huma wkoll inkarigati u mogħtija d-direzzjonijiet mill-gvern. |
|
(409) |
Il-Kummissjoni fittxet ukoll prova konkreta tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi tal-ħruġ konkret ta’ bonds konvertibbli. Għalhekk, hija eżaminat l-ambjent legali ġenerali kif stabbilit hawn fuq fil-premessi minn (395) sa (403), flimkien mas-sejbiet konkreti tal-investigazzjoni. |
|
(410) |
Il-Kummissjoni sabet li l-bonds konvertibbli nħarġu miż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun b’rati tal-imgħax baxxi ħafna u simili, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja u tar-riskju ta’ kreditu tal-kumpaniji. |
|
(411) |
Fil-prattika, ir-rati tal-imgħax fuq il-bonds konvertibbli jiġu influwenzati mill-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kumpanija, simili għas-self. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (280) li s-suq lokali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huwa mfixkel u li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma humiex affidabbli. Kif ġie ddikjarat fil-premessa (274), ħames aġenziji tal-klassifikazzjoni lokali Ċiniżi jiddominaw is-suq tal-bonds u madwar 90 % tal-bonds huma kklassifikati AAA mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni lokali, filwaqt li ħafna mill-emittenti rċevew klassifikazzjoni aktar baxxa tal-emittent globali ta’ S&P ta’ A u BBB. |
|
(412) |
Dan intwera mill-fatt li r-rapporti dwar il-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-bonds maħruġa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma kinux jikkorrespondu għas-sitwazzjoni finanzjarja reali tagħhom. |
|
(413) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi, li huma l-akbar investitur fil-bonds konvertibbli maħruġa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, segwew l-orjentazzjonijiet ta’ politika stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru. 40 billi pprovdew finanzjament preferenzjali b’rata tal-imgħax baxxa ħafna lil kumpaniji li jappartjenu għal industrija mħeġġa u, b’hekk, aġixxew jew bħala korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku jew inkella bħala korpi li huma inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
|
(414) |
Billi aċċettaw li jinvestu f’bonds konvertibbli b’rata ta’ redditu baxxa ħafna, irrispettivament mill-profil tar-riskju tal-emittent, l-istituzzjonijiet finanzjarji pprovdew benefiċċju lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(415) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ ikkontesta l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji, li xtraw parti kbira mill-bonds korporattivi konvertibbli inkwistjoni, aġixxew bħala korpi pubbliċi. Il-GTĊ afferma li x-xiri ta’ bonds korporattivi u ta’ bonds korporattivi konvertibbli huwa prattika kummerċjali regolari li sseħħ fil-ġuriżdizzjonijiet ewlenin kollha, inklużi l-Unjoni u l-Istati Uniti. Skont il-GTĊ, il-funzjoni mwettqa mill-istituzzjonijiet finanzjarji meta jixtru bonds jew meta jipprovdu self hija kompletament differenti u, b’hekk, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li twettaq valutazzjoni speċifika jekk l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħux jitqiesu bħala korpi pubbliċi għall-funzjoni tax-xiri ta’ bonds u biex twettaq valutazzjoni każ b’każ ta’ kull istituzzjoni finanzjarja. Il-GTĊ sostna wkoll li l-Kummissjoni ma analizzatx jekk kienx hemm xerrejja ta’ bonds korporattivi u bonds konvertibbli għajr il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi u jekk kienx hemm xerrejja privati. Barra minn hekk, il-GTĊ sostna li l-iskop tas-sistema Ċiniża ta’ superviżjoni finanzjarja fir-rigward ta’ bonds korporattivi u bonds konvertibbli huwa li tiżgura s-sikurezza tas-sistema u li tipproteġi d-dritt u l-interessi tal-investituri u li din is-sistema, bħala tali, ma turix interferenza mill-gvern. |
|
(416) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mad-dikjarazzjoni tal-GTĊ li hija ma wettqitx valutazzjoni speċifika tal-imġiba tal-istituzzjonijiet finanzjarji bħala korpi pubbliċi għall-funzjoni tax-xiri ta’ bonds. Minbarra l-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fit-Taqsima 3.5.1 hawn fuq, il-Kummissjoni fittxet ukoll prova konkreta tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi tal-ħruġ konkret ta’ bonds konvertibbli u wettqet valutazzjoni speċifika fil-premessi minn (409) sa (413). Filwaqt li l-Kummissjoni qablet mal-GTĊ li x-xiri ta’ bonds korporattivi u bonds konvertibbli fil-prinċipju jista’ jkun prattika kummerċjali regolari li sseħħ fil-ġuriżdizzjonijiet ewlenin kollha, hija indikat li x-xiri ta’ bonds korporattivi minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi huwa kkaratterizzat minn interferenza mill-Istat kif muri fil-premessa (413). Il-Kummissjoni ma qablitx ukoll mal-allegazzjoni tal-GTĊ li hija ma analizzatx l-eżistenza ta’ xerrejja ta’ bonds korporattivi u bonds konvertibbli għajr il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Fil-fatt, il-Kummissjoni rrimarkat fil-premessi (404) u (406) li 85 % tal-investituri tal-bond konvertibbli maħruġ minn waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu investituri istituzzjonali, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji, u li hemm korp ta’ evidenza korroborattiva, li abbażi tagħha proporzjon kbir tal-investituri fil-bonds konvertibbli maħruġa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun huwa magħmul minn istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom obbligu legali li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-produtturi tal-OFC. Meta wieħed iqis il-proporzjon għoli ta’ investituri istituzzjonali, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li huma ddeterminaw il-karatteristiċi tal-bonds korporattivi konvertibbli inkwistjoni, b’mod partikolari r-rata baxxa tal-kupuni, u li investituri oħrajn, bħal investituri privati, aderixxew biss ma’ tali kundizzjonijiet. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li s-sistema Ċiniża ta’ superviżjoni finanzjarja fir-rigward ta’ bonds korporattivi u bonds konvertibbli hija biss element li, flimkien mal-qafas normattiv li jirregola l-finanzjament minn istituzzjonijiet finanzjarji kif deskritt fil-premessi (405) u (407), kif ukoll mal-imġiba konkreta tal-istituzzjonijiet finanzjarji, indika l-interferenza mill-GTĊ. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ ġew miċħuda. |
(b) Speċifiċità
|
(417) |
Il-Kummissjoni qieset li l-finanzjament preferenzjali permezz ta’ bonds konvertibbli huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, il-bonds konvertibbli ma jistgħux jinħarġu mingħajr l-approvazzjoni tas-CSRC, li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet regolatorji kollha għall-ħruġ tal-bonds konvertibbli humiex issodisfati. Kif spjegat fil-premessa (399), skont il-Liġi dwar it-Titoli tar-RPĊ (verżjoni tal-2014) u l-Miżuri Amministrattivi dwar il-Ħruġ ta’ Titoli minn Kumpaniji Elenkati speċifikament applikabbli għal bonds konvertibbli, il-ħruġ ta’ bonds konvertibbli jrid ikun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat. Il-Kummissjoni qieset fil-premessa (400) li “f’konformità mal-politiki industrijali tal-Istat” tfisser li l-proġett ta’ investiment jaqa’ taħt il-kontenut “imħeġġeġ” fil-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija li għalih tappartjeni l-industrija tal-OFC. |
|
(418) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li s-swieq tal-bonds huma regolati f’kull pajjiż, hekk kif din hija kwistjoni ta’ stabbiltà ekonomika. Il-kriterji li jridu jiġu ssodisfati minn kumpanija sabiex toħroġ bonds huma ta’ natura finanzjarja u ma humiex orjentati lejn il-politika. Il-GTĊ ma qabilx mal-pożizzjoni li l-ħruġ ta’ bonds konvertibbli jrid ikun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat u tenna li l-industrija tal-OFC ma hijiex industrija mħeġġa. Il-GTĊ afferma wkoll li l-Kummissjoni ma wrietx li l-bejgħ tal-bonds huwa espliċitament limitat għal ċerti kumpaniji. |
|
(419) |
F’dan ir-rigward, għalkemm il-Kummissjoni qablet li s-swieq tal-bonds huma rregolati f’kull pajjiż u li ħafna mill-kriterji li jridu jiġu ssodisfati minn kumpanija sabiex toħroġ bonds huma ta’ natura finanzjarja, hija ma qablitx mal-affermazzjoni tal-GTĊ li l-ħruġ ta’ bonds konvertibbli ma huwiex orjentat lejn il-politika fiċ-Ċina. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tenniet il-pożizzjoni tagħha li s-settur tal-OFC huwa industrija mħeġġa. It-tieni nett, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kliem tal-Liġi dwar it-Titoli tar-RPĊ (verżjoni tal-2014) u l-Miżuri Amministrattivi dwar il-Ħruġ ta’ Titoli minn Kumpaniji Elenkati speċifikament applikabbli għal bonds konvertibbli, li skonthom il-ħruġ ta’ bonds konvertibbli jrid ikun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat, huwa ċar biżżejjed. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni stabbilixxiet fil-premessa (414) li billi aċċettaw li jinvestu f’bonds konvertibbli b’rata ta’ redditu baxxa ħafna, irrispettivament mill-profil tar-riskju tal-emittent, l-istituzzjonijiet finanzjarji pprovdew benefiċċju lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Fil-fatt, il-vantaġġ finanzjarju pprovdut permezz tax-xiri ta’ bonds korporattivi konvertibbli b’tali rata ta’ kupun baxxa huwa “espliċitament limitat” għall-industriji mħeġġa, bħall-industrija tal-OFC, mill-qafas normattiv imfassal mill-GTĊ. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ ġew miċħuda. |
(c) Kalkolu tal-benefiċċju
|
(420) |
Bonds konvertibbli huma strument ta’ dejn ibridu b’karatteristiċi ta’ bond bħal pagamenti tal-imgħax, filwaqt li jipprovdu wkoll l-opportunità li l-ammont investit jiġi kkonvertit f’ishma taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni sabet li parti negliġibbli biss mill-bonds konvertibbli taż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun ġiet ikkonvertita f’ishma. Għalhekk, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-bonds konvertibbli taż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun operaw biss bħala bond, filwaqt li pprovdew lill-investituri b’redditu fil-forma ta’ mgħax b’mod simili għas-self. Billi l-metodoloġija tal-kalkolu għas-self deskritta fil-premessa (310) hija bbażata fuq bonds, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssegwi l-istess metodoloġija minħabba dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ (100). Dan ifisser li l-firxa relattiva bejn il-bonds korporattivi kklassifikati AA tal-Istati Uniti u l-bonds korporattivi kklassifikati BB tal-Istati Uniti bl-istess durata tiġi applikata għar-Rati Normattivi tas-Self ippubblikati mill-PBOC jew, wara l-20 ta’ Awwissu 2019, għar-Rata Prima tas-Self ippubblikata mill-NIFC (101), sabiex tiġi stabbilita rata tal-imgħax ibbażata fuq is-suq għall-bonds. |
|
(421) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ, ZTT Group u FTT Group oġġezzjonaw għall-użu tal-istess punt ta’ riferiment għall-bonds u għall-bonds konvertibbli bħal dak applikat għas-self, minħabba li l-bonds, b’mod partikolari l-bonds konvertibbli, u s-self, huma strumenti finanzjarji differenti u li s-suq tal-bonds jaħdem b’mod differenti mis-suq tas-self privat. Il-GTĊ afferma li ma hemm l-ebda bażi sabiex il-Kummissjoni tuża l-punt ta’ riferiment tal-PBOC bħala punt tat-tluq u mbagħad iżżid valwazzjoni pożittiva. Skont il-GTĊ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża direttament ir-rata tal-imgħax għall-bonds maħruġa minn kumpaniji kklassifikati BB u tat eżempji fejn il-produtturi Ewropej tal-OFC u tal-azzar bi klassifikazzjoni BB ħarġu bonds għal perjodu ta’ maturità simili b’rati ferm aktar baxxi mir-rata normattiva kkalkolata matul l-istess perjodu. ZTT Group sostna li l-vantaġġ ewlieni tal-ħruġ ta’ bonds meta mqabbel mal-ġbir ta’ self mill-banek huwa li r-rata tal-imgħax (jiġifieri r-rata tal-kupun) li jkollhom iħallsu lill-investituri tal-bonds spiss ikun inqas mir-rata tal-imgħax li jkollhom iħallsu fuq self mill-bank. Skont ZTT Group, il-ħruġ ta’ bonds konvertibbli huwa saħansitra aktar attraenti, minħabba li dawn tipikament iġorru rata ta’ kupuni aktar baxxa għaliex jippermettu lill-investituri jikkonvertu l-bonds f’ekwità u, b’hekk, jirċievu redditi fuq l-investiment permezz ta’ dividendi tal-ekwità. FTT Group iddikjara wkoll li l-benefiċċju tal-bonds konvertibbli ma huwiex l-introjtu mill-imgħax, iżda d-dritt tal-konverżjoni. Kemm FTT Group kif ukoll ZTT Group issuġġerew li tintuża r-rata ta’ kupuni tal-bonds korporattivi kklassifikati BB tal-Istati Uniti bħala punt ta’ riferiment għall-kalkolu tal-benefiċċju għall-bonds u għall-bonds konvertibbli. |
|
(422) |
Fil-premessa (337), il-Kummissjoni spjegat għaliex hija qieset li s-self u l-bonds korporattivi huma strumenti ta’ dejn finanzjarju simili, li ġġustifikaw l-applikazzjoni tal-istess punt ta’ riferiment għaż-żewġ strumenti fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ. Fil-premessi minn (325) sa (333), il-Kummissjoni spjegat għaliex hija qieset li l-punt ta’ riferiment għas-self u għall-bonds korporattivi huwa xieraq, għaliex ma tistax tuża r-rata ta’ kupuni tal-bonds korporattivi kklassifikati BB tal-Istati Uniti bħala punt ta’ riferiment u għaliex it-tqabbil mar-rati tal-imgħax jew mar-rati ta’ kupuni tal-UE huwa irrilevanti. Il-Kummissjoni qablet li l-bonds korporattivi konvertibbli huma strument ta’ dejn ibridu li jipprovdi wkoll l-opportunità li l-ammont investit jiġi kkonvertit f’ishma taħt ċerti kundizzjonijiet u, bħala tali, fil-prinċipju huma differenti mill-bonds korporattivi. Il-Kummissjoni eżaminat il-possibbiltà li tikkwantifika dan l-element ta’ konvertibbiltà, kif ukoll l-użu tal-bonds korporattivi kklassifikati BB tal-Istati Uniti kif issuġġerit mill-GTĊ, FTT Group u ZTT Group. Madankollu, il-punt ta’ riferiment propost minn dawn il-partijiet ma kkunsidrax tali konvertibbiltà u kien punt ta’ riferiment għal bonds korporattivi diżassoċjati mis-swieq Ċiniżi, minħabba li kien jikkonċerna bonds maħruġa f’munita differenti (jiġifieri USD u mhux CNY), u b’rata tal-imgħax mingħajr riskju u sostanzjalment differenti. Ma ġie sottomess l-ebda punt ta’ riferiment possibbli ieħor, u ma kien hemm l-ebda informazzjoni pubblika oħra disponibbli sabiex jiġi previst punt ta’ riferiment aktar akkurat għal bonds konvertibbli (pereżempju, indiċijiet għall-primjum fuq bonds konvertibbli kklassifikati AA tal-Istati Uniti u bonds konvertibbli kklassifikati BB tal-Istati Uniti) jew għall-aspett ta’ konvertibbiltà ta’ dawn il-bonds. Id-data tal-kumpaniji stess ukoll ma offrietx il-possibbiltà għal tqabbil xieraq fuq id-differenza fir-rata tal-kupuni bejn il-bonds u l-bonds konvertibbli, minħabba li waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma kellhiex bonds pendenti u l-bonds tal-kumpanija l-oħra inkluża fil-kampjun kellhom maturità u skop ta’ finanzjament differenti mill-bond konvertibbli tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (420) li parti negliġibbli biss mill-bonds konvertibbli taż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun ġiet ikkonvertita f’ishma u li, fil-prattika, il-produtturi esportaturi użaw dan l-istrument ta’ finanzjament b’mod interkambjabbli mal-istrumenti ta’ finanzjament l-oħrajn, jiġifieri self u bonds korporattivi. Għalhekk, billi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni dawn il-bonds konvertibbli operaw biss bħala bond, fejn ipprovdew lill-investituri redditu fil-forma ta’ mgħax b’mod simili għas-self, u billi l-użu tal-punt ta’ riferiment b’rata mingħajr riskju kif ippubblikata mill-PBOC jew mill-NIFC kien stmat li huwa konservattiv, il-Kummissjoni kkonfermat id-deċiżjoni tagħha li tapplika l-punt ta’ riferiment għas-self kif iddikjarat fil-premessa (420). |
|
(423) |
Il-benefiċċju huwa d-differenza bejn l-ammont tal-imgħax li kellha tħallas il-kumpanija billi tapplika r-rata tal-imgħax ibbażata fuq is-suq imsemmija fil-premessa (420) u l-imgħax attwali mħallas mill-kumpanija. |
3.5.4.4 Bonds korporattivi
|
(424) |
Wieħed mill-gruppi inklużi fil-kampjun ibbenefika minn finanzjament preferenzjali fil-forma ta’ bonds korporattivi. |
(a) Bażi ġuridika
|
— |
Il-liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Titoli (verżjoni tal-2014) (“il-Liġi dwar it-Titoli”) (102); |
|
— |
Miżuri Amministrattivi għall-Ħruġ u n-Negozjar ta’ Bonds Korporattivi, Ordni tal-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina Nru. 113, il-15 ta’ Jannar 2015; |
|
— |
Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi, maħruġa mill-Kunsill tal-Istat fit-18 ta’ Jannar 2011 |
|
— |
Miżuri tal-Amministrazzjoni tal-Istrumenti ta’ Finanzjament tad-Dejn ta’ Intrapriżi Mhux Finanzjarji fis-Suq Interbankarju tal-Bonds Maħruġa mill-People’s Bank of China, Ordni tal-People’s Bank of China [2008] Nru. 12, id-9 ta’ April 2008; |
(b) Qafas regolatorju li jirregola l-bonds korporattivi
|
(425) |
F’konformità mal-qafas regolatorju, il-bonds ma jistgħux jinħarġu jew jiġu nnegozjati liberament fiċ-Ċina. Il-ħruġ ta’ kull bond irid ikun approvat minn diversi awtoritajiet governattivi, bħall-PBOC, l-NDRC jew is-CSRC, skont it-tip ta’ bond u t-tip ta’ emittent. Barra minn hekk, skont ir-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi, hemm kwoti annwali għall-ħruġ ta’ bonds korporattivi. |
|
(426) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar it-Titoli applikabbli matul il-PI, offerta pubblika ta’ bonds korporattivi jenħtieġ li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: “l-iskop tal-użu tar-rikavat għandu jikkonforma mal-politiki industrijali tal-Istat […]” u “ir-rikavat minn offerta pubblika ta’ bonds korporattivi għandu jintuża għal skop(ijiet) approvat(i) biss”. L-Artikolu 12 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi jtenni li l-iskop tal-fondi miġbura jrid ikun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat. Kif spjegat fil-premessi (400) u (401), il-ħruġ ta’ bonds korporattivi taħt tali kundizzjonijiet jimmira lejn industrija mħeġġa bħall-industrija tal-OFC u jikkorrespondi mal-prattika tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jappoġġaw lil dawk l-industriji. |
|
(427) |
Skont l-Artikolu 16(5) tal-Liġi dwar it-Titoli (verżjoni tal-2014), “ir-rata tal-kupuni tal-bonds korporattivi ma għandhiex taqbeż ir-rata tal-kupuni stipulata mill-Kunsill tal-Istat” . Barra minn hekk, l-Artikolu 18 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi jipprovdi aktar dettalji billi jiddikjara li, “ir-rata tal-imgħax offruta għal kwalunkwe bond korporattiv ma għandhiex tkun ogħla minn 40 % tar-rata tal-imgħax prevalenti mħallsa mill-banek lil individwi għal depożiti ta’ tfaddil b’terminu fiss tal-istess maturità”. |
|
(428) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 18 tal-Miżuri Amministrattivi għall-Ħruġ u n-Negozjar ta’ Bonds Korporattivi jistipula li huma biss ċerti bonds li jikkonformaw ma’ kriterji stretti ta’ kwalità, bħal klassifikazzjoni tal-kreditu AAA, li jistgħu jinħarġu b’mod pubbliku lil investituri pubbliċi jew jinħarġu b’mod pubbliku lil investituri kwalifikati biss fid-diskrezzjoni unika tal-emittent. Il-bonds korporattivi li jonqsu milli jissodisfaw dawn l-istandards jistgħu jinħarġu b’mod pubbliku biss lil investituri kwalifikati. Għalhekk, jirriżulta li l-biċċa l-kbira tal-bonds korporattivi jinħarġu lil investituri kwalifikati li ġew approvati mis-CSRC u li huma investituri istituzzjonali Ċiniżi. |
(c) Istituzzjonijiet finanzjarji li jaġixxu bħala korpi pubbliċi
|
(429) |
Fiċ-Ċina, il-kumpaniji li jixtiequ joħorġu bonds korporattivi jeħtieġ li jitolbu s-servizzi ta’ istituzzjoni finanzjarja li taġixxi bħala sottoskrittur. Is-sottoskritturi jorganizzaw il-ħruġ ta’ bonds u jinnegozjaw ir-rata tal-imgħax li biha l-bond se jiġi ppreżentat lill-investituri. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li s-sottoskrittur tal-bond korporattiv maħruġ minn wieħed mill-gruppi inklużi fil-kampjun kien fost l-istituzzjonijiet finanzjarji li pprovdew ukoll finanzjament preferenzjali, li ġie spjegat fit-Taqsima 3.5.1 hawn fuq. |
|
(430) |
Barra minn hekk, skont l-għarfien tas-suq tal-bonds taċ-Ċina tal-2021 minn Bloomberg, il-bonds elenkati fis-suq tal-bonds interbankarji jammontaw għal 88 % tal-volum tan-negozjar totali tal-bonds. Skont l-istess studju, il-biċċa l-kbira tal-investituri huma investituri istituzzjonali, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji. B’mod partikolari, il-banek kummerċjali jirrappreżentaw 57 % tal-investituri u l-banek ta’ politika jirrappreżentaw 3 % (103). Għalhekk, l-investituri li jixtru bonds korporattivi huma prinċipalment banek Ċiniżi, inklużi banek tal-Istat. |
|
(431) |
Kif ġie spjegat fil-premessi (405) u (406) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li hemm korp ta’ evidenza korroborattiva, li skontha proporzjon kbir tal-investituri f’bonds konvertibbli maħruġa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun huwa magħmul minn istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom obbligu legali li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-produtturi tal-OFC. L-istess raġunament u konklużjoni japplikaw ukoll għal bonds korporattivi, minħabba li l-kundizzjonijiet tal-ħruġ huma simili ħafna, b’mod partikolari l-kundizzjoni għall-konformità mar-rekwiżiti tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-politika nazzjonali, u mal-politika industrijali tal-Istat. |
|
(432) |
Kif deskritt fil-premessa (426), l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar it-Titoli (il-verżjoni tal-2014) u l-Artikolu 12 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi jirrikjedu li offerta pubblika ta’ bonds korporattivi tikkonforma mal-politiki industrijali tal-Istat. Dan għandu l-effett li bonds korporattivi jistgħu jinħarġu biss għal skopijiet li huma konformi mal-miri tal-ippjanar tal-GTĊ fir-rigward tal-industriji mħeġġa kif spjegat fil-premessi (393) u (394). L-investituri istituzzjonali li, kif muri fil-premessi (397) u (430), huma fil-biċċa l-kbira banek kummerċjali u banek ta’ politika, għandhom isegwu l-orjentazzjonijiet ta’ politika stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru. 40. |
|
(433) |
B’hekk, il-mekkaniżmu kif deskritt fil-premessi (116), (401) u (413) hawn fuq japplika wkoll għall-bonds korporattivi, jiġifieri d-Deċiżjoni Nru. 40 li tinqara flimkien mal-Katalogu ta’ Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija tipprevedi trattament speċifiku ta’ ċerti proġetti fi ħdan ċerti industriji mħeġġa, bħall-industrija tal-OFC. It-trattament ta’ benefiċċju li ġie applikat favur wieħed mill-gruppi inklużi fil-kampjun aggregat fid-deċiżjoni li jinvesti f’bonds korporattivi maħruġa b’rata tal-imgħax li ma tirriflettix il-kriterji bbażati fis-suq. |
|
(434) |
Kif deskritt fit-Taqsima 3.5.1 hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma kkaratterizzati minn preżenza qawwija tal-Istat, u l-GTĊ għandu l-possibbiltà li jeżerċita influwenza sinifikanti fuqhom. Il-qafas legali ġenerali, li fih joperaw dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji, huwa applikabbli wkoll għall-bonds korporattivi. |
|
(435) |
Fit-Taqsimiet (1) u (2) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat huma korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u li, fi kwalunkwe każ, huma meqjusa bħala inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ biex iwettqu funzjonijiet normalment mogħtija lill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Fit-Taqsima 3.5.1.2 hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji privati huma wkoll inkarigati u mogħtija d-direzzjonijiet mill-gvern. |
|
(436) |
Il-Kummissjoni fittxet ukoll prova konkreta tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi tal-ħruġ konkret ta’ bonds korporattivi. Għalhekk, hija eżaminat l-ambjent legali ġenerali kif stabbilit hawn fuq fil-premessi minn (425) sa (428), flimkien mas-sejbiet konkreti tal-investigazzjoni. |
|
(437) |
Il-Kummissjoni sabet li l-bond korporattiv inħareġ b’rata tal-imgħax taħt il-livell li kellu jkun mistenni fis-sitwazzjoni finanzjarja u tar-riskju ta’ kreditu tal-kumpaniji. |
|
(438) |
Fil-prattika, ir-rati tal-imgħax fuq il-bonds korporattivi huma influwenzati mill-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kumpanija, simili għas-self. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (280) li s-suq lokali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huwa mfixkel u li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma humiex affidabbli. Kif ġie ddikjarat fil-premessa (274), ħames aġenziji tal-klassifikazzjoni lokali Ċiniżi jiddominaw is-suq tal-bonds u madwar 90 % tal-bonds huma kklassifikati AAA mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni lokali, filwaqt li ħafna mill-emittenti rċevew klassifikazzjoni aktar baxxa tal-emittent globali ta’ S&P ta’ A u BBB. |
|
(439) |
Dan intwera mill-fatt li r-rapporti tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-bond korporattiv maħruġ mill-kumpanija inkluża fil-kampjun ma kinux jikkorrespondu għas-sitwazzjoni finanzjarja attwali tagħha. |
|
(440) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi, li aġixxew bħala sottoskritturi fil-ħruġ tal-bond korporattiv mill-kumpanija inkluża fil-kampjun u li huma l-investituri ewlenin fil-bond korporattiv, segwew l-orjentazzjonijiet ta’ politika stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru. 40 billi pprovdew finanzjament preferenzjali lil kumpaniji li jappartjenu għal industrija mħeġġa u, b’hekk, aġixxew jew bħala korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku jew bħala korpi li huma inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
|
(441) |
Billi organizzaw il-ħruġ ta’ bond korporattiv bir-rata tal-imgħax taħt ir-rata tas-suq li tikkorrespondi għall-profil tar-riskju attwali tal-emittent u billi aċċettaw li jinvestu f’tali bond korporattiv, l-istituzzjonijiet finanzjarji pprovdew benefiċċju lill-produttur esportatur inkluż fil-kampjun. |
(d) Speċifiċità
|
(442) |
Kif deskritt fil-premessa (417) hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-finanzjament preferenzjali permezz ta’ bonds huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-bonds ma jistgħux jinħarġu mingħajr approvazzjoni mill-awtoritajiet tal-gvern, u l-Liġi dwar it-Titoli tar-RPĊ (verżjoni tal-2014) tiddikjara li l-ħruġ tal-bonds irid ikun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat. Kif issemma diġà fil-premessa (131), l-industrija tal-OFC hija meqjusa bħala industrija mħeġġa fil-Katalogu ta’ Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija. |
(e) Kalkolu tal-benefiċċju
|
(443) |
Billi l-bonds huma essenzjalment tip ieħor ta’ strument ta’ dejn, simili għas-self, u billi l-metodoloġija tal-kalkolu għas-self hija diġà bbażata fuq basket ta’ bonds, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssegwi l-metodoloġija tal-kalkolu għas-self kif deskritt hawn fuq fit-Taqsima 3.5.3.3. Dan ifisser li l-firxa relattiva bejn il-bonds korporattivi kklassifikati AA tal-Istati Uniti u l-bonds korporattivi kklassifikati BB tal-Istati Uniti bl-istess durata tiġi applikata għar-Rata Normattiva tas-Self tal-PBOC, jew wara l-20 ta’ Awwissu 2019 għar-Rata Prima tas-Self ippubblikata mill-NIFC, sabiex tiġi stabbilita rata tal-imgħax ibbażata fis-suq għall-bonds, li mbagħad titqabbel mar-rata tal-imgħax attwali mħallsa mill-kumpanija sabiex jiġi ddeterminat il-benefiċċju. |
3.5.4.5. Konklużjoni dwar il-finanzjament preferenzjali: tipi oħrajn ta’ finanzjament
|
(444) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li ż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn finanzjament preferenzjali fil-forma ta’ linji ta’ kreditu, abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u bonds konvertibbli. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u speċifiċità, il-Kummissjoni qieset dawn it-tipi ta’ finanzjament preferenzjali bħala sussidju kumpensabbli. |
|
(445) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali deskritt hawn fuq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ammontat għal: Finanzjament preferenzjali: tipi oħrajn ta’ finanzjament
|
3.6. Assigurazzjoni preferenzjali: assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni
|
(446) |
L-ilmentatur allega li Sinosure tipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni b’terminu qasir, medju u twil, assigurazzjoni tal-investiment u garanziji tal-bonds, fost servizzi oħrajn, fuq bażi konċessjonali lill-industriji mħeġġa. Fuq is-sit web ġenerali tagħha, Sinosure tiddikjara li hija tippromwovi l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ oġġetti, speċjalment l-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ teknoloġija avvanzata. Skont studju mwettaq mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”), l-industrija tat-teknoloġija avvanzata Ċiniża, li minnha hija parti l-industrija tal-OFC, irċeviet 21 % tat-total tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni pprovduta minn Sinosure (104). Barra minn hekk, Sinosure ħadet rwol attiv fit-twettiq tal-Inizjattiva “Made in China 2025”, fl-iggwidar tal-intrapriżi biex jużaw ir-riżorsi ta’ kreditu nazzjonali, fit-twettiq tal-innovazzjoni xjentifika u teknokoġika u tat-titjib teknoloġiku, u fl-għajnuna lill-intrapriżi b’investiment fi swieq barranin (‘going out’) biex isiru aktar kompetittivi fis-suq globali (105). |
(a) Bażi ġuridika
|
(a) |
Avviż dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (Shang Ji Fa [2004] Nru. 368), maħruġ b’mod konġunt minn MOFCOM u Sinosure; |
|
(b) |
Il-pjan 840 inkluż fl-Avviż mill-Kunsill tal-Istat tas-27 ta’ Mejju 2009; |
|
(c) |
Avviż dwar il-Kultivazzjoni u l-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aċċellerazzjoni tal-Industriji Emerġenti tad-Deċiżjoni Strateġika (GuoFa [2010] Nru. 32 tat-18 ta’ Ottubru 2010), maħruġ mill-Kunsill tal-Istat u l-Linji Gwida ta’ Implimentazzjoni tiegħu (GuoFa [2011] Nru. 310 tal-21 ta’ Ottubru 2011) |
|
(d) |
Avviż dwar il-ħruġ tal-edizzjoni tal-2006 tal-Katalogu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina Nru. 16 tad-Dipartiment Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija (2006). |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(447) |
Iż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun kellhom ftehimiet ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni pendenti ma’ Sinosure matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(448) |
Kif imsemmi fil-premessa (158) hawn fuq, Sinosure naqset milli tipprovdi d-dokumentazzjoni ta’ sostenn mitluba dwar il-governanza korporattiva tagħha bħall-Istatut ta’ Assoċjazzjoni. Barra minn hekk, Sinosure ma pprovdietx informazzjoni aktar speċifika dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni pprovduta lill-industrija tal-OFC, il-livell tal-primjums tagħha jew ċifri dettaljati relatati mal-profittabbiltà tan-negozju tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni tagħha. |
|
(449) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tikkomplementa l-informazzjoni pprovduta bil-fatti disponibbli. |
|
(450) |
Skont l-informazzjoni pprovduta f’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti (106) u skont is-sit web ta’ Sinosure (107), Sinosure hija kumpanija tal-assigurazzjoni orjentata lejn il-politika tal-Istat stabbilita u appoġġata mill-Istat biex tappoġġa l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomiċi u kummerċjali barranin tar-RPĊ. Il-kumpanija hija 100 % proprjetà tal-Istat. Hija għandha bord ta’ diretturi u bord ta’ superviżuri. Il-Gvern għandu s-setgħa li jaħtar u jkeċċi l-maniġers superjuri tal-kumpanija. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm indizji formali ta’ kontroll tal-gvern fir-rigward ta’ Sinosure. |
|
(451) |
Il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-imġiba ta’ Sinosure fir-rigward tal-industrija tal-OFC. |
|
(452) |
Skont l-Avviż dwar il-ħruġ tal-edizzjoni tal-2006 tal-Katalogu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina Nru. 16, “il-prodotti inklużi fl-edizzjoni tal-2006 tal-Katalogu tal-Esportazzjoni jistgħu jgawdu minn politiki preferenzjali mogħtija mill-Istat għall-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ teknoloġija avvanzata”. Il-Katalogu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata jelenka speċifikament il-fibrottiċi, it-tagħmir ta’ trażmissjoni tal-komunikazzjoni tal-fibrottika u l-kejbils tal-fibrottika (108). |
|
(453) |
Barra minn hekk, skont l-Avviż dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (109), jenħtieġ li Sinosure żżid l-appoġġ tagħha għal industriji u prodotti ewlenin billi ssaħħaħ l-appoġġ ġenerali tagħha għall-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida, inklużi prodotti ta’ “informazzjoni u komunikazzjoni”. Jenħtieġ li hija tittratta l-industriji ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida, bħall-industrija tal-OFC, elenkati fil-Katalogu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina, bħala l-punt fokali tan-negozju tagħha, u tipprovdi appoġġ komprensiv f’termini tal-proċeduri ta’ sottoskrizzjoni, l-approvazzjoni b’limiti, il-veloċità tal-ipproċessar tal-pretensjonijiet u l-flessibbiltà tar-rati. Fir-rigward tal-flessibbiltà tar-rati, jenħtieġ li din tagħti lill-prodotti l-iskont massimu tar-rata tal-primjum fil-medda varjabbli pprovduta mill-kumpanija tal-assigurazzjoni tal-kreditu. Kif imsemmi fil-premessi (86) u (118), l-industrija tal-OFC hija inkluża fil-kategorija aktar ġenerali tal-“Industrija tal-Informazzjoni”. Barra minn hekk, ir-Rapport Annwali ta’ Sinosure għall-2019 jiddikjara li Sinosure “appoġġat l-iżvilupp kostanti tal-Industriji ewlenin” u “t-tkabbir aċċellerat tal-Industriji emerġenti strateġiċi” (110). |
|
(454) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri maħtura mill-GOC u li huma responsabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ straħ fuq qafas normattiv bħal dan sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-imġiba ta’ Sinosure. |
|
(455) |
Il-Kummissjoni fittxet ukoll prova konkreta tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi ta’ ftehimiet ta’ assigurazzjoni konkreti. Matul l-RCC, il-GTĊ sostna li fil-prattika l-primjums ta’ Sinosure kienu orjentati lejn is-suq u bbażati fuq il-prinċipji ta’ valutazzjoni tar-riskju. Madankollu, ma ġie pprovdut l-ebda eżempju speċifiku fir-rigward tal-industrija tal-OFC jew tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
|
(456) |
Għalhekk, fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta, il-Kummissjoni eżaminat l-imġiba konkreta ta’ Sinosure fir-rigward tal-assigurazzjoni pprovduta lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Din l-imġiba kkuntrastat mal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom, billi huma ma kinux qegħdin jaġixxu abbażi tal-prinċipji tas-suq. |
|
(457) |
Wara li qabblet il-pretensjonijiet totali mħallsa mal-ammonti totali assigurati, abbażi tad-data fir-Rapport Annwali ta’ Sinosure għall-2019 (111), il-Kummissjoni kkonkludiet li, bħala medja, Sinosure jkollha bżonn titlob 0,22 % tal-ammont assigurat bħala primjum biex tkopri l-kost tal-pretensjonijiet (mingħajr lanqas ma tqis l-ispejjeż ġenerali). Madankollu, fil-prattika, il-primjums imħallsin mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu ħafna aktar baxxi mit-tariffa minima meħtieġa biex jiġu koperti l-kostijiet operatorji. |
|
(458) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-qafas legali stabbilit hawn fuq qed jiġi implimentat minn Sinosure fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet governattivi fir-rigward tas-settur tal-OFC. Sinosure aġixxiet bħala korp pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun irċevew benefiċċju, minħabba li l-assigurazzjoni ġiet ipprovduta b’rati taħt it-tariffa minima meħtieġa għal Sinosure biex tkopri l-kostijiet operatorji tagħha. |
|
(459) |
Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li s-sussidji pprovduti taħt il-programm ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni huma speċifiċi, minħabba li ma setgħux jinkisbu mingħajr l-esportazzjoni u, b’hekk, huma kontinġenti fuq l-esportazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
(c) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(460) |
Billi Sinosure kellha pożizzjoni predominanti fis-suq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx issib primjum tal-assigurazzjoni domestika bbażat fis-suq. Għalhekk, f’konformità mal-investigazzjonijiet antisussidji preċedenti, il-Kummissjoni b’hekk użat l-aktar punt ta’ riferiment estern xieraq, li għalih l-informazzjoni kienet disponibbli faċilment, jiġifieri r-rati tal-primjum applikati mill-Export-Import Bank tal-Istati Uniti tal-Amerika għal istituzzjonijiet mhux finanzjarji għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi tal-OECD. |
|
(461) |
Il-Kummissjoni qieset li l-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija kienet fil-fatt ħallset bħala primjum tal-assigurazzjoni u l-ammont li kellha tħallas billi tapplika r-rata tal-primjum ta’ referenza esterna msemmija fil-premessa (460). |
|
(462) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għal FTT Group u għal ZTT Group kienet tammonta għal: Finanzjament u assigurazzjoni preferenzjali: assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni
|
3.7. Dħul mitluf permezz ta’ programmi ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa u tnaqqis ta’ taxxa
3.7.1. Eżenzjonijiet mit-taxxa u tnaqqis ta’ taxxa
3.7.1.1. Privileġġi tal-EIT għal Intrapriżi b’Teknoloġija Avvanzata u Ġdida
|
(463) |
Skont il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“il-Liġi EIT”) (112), l-intrapriżi b’teknoloġija avvanzata u ġdida li lilhom l-Istat jeħtieġ li jagħti appoġġ ewlieni jibbenefikaw minn rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi ta’ 15 %, minflok ir-rata ta’ taxxa standard ta’ 25 %. |
(a) Bażi ġuridika
|
(464) |
Il-bażi ġuridika ta’ dan il-programm hija l-Artikolu 28 tal-Liġi EIT u l-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (113), kif ukoll:
|
|
(465) |
Il-Kapitolu IV tal-Liġi EIT fih dispożizzjonijiet rigward “Trattament tat-Taxxa Preferenzjali”. L-Artikolu 25 tal-Liġi EIT, li huwa chapeau għall-Kapitolu IV, jistabbilixxi li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat”. L-Artikolu 28 tal-liġi EIT jistabbilixxi li “ir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi fil-qasam tat-teknoloġiċi avvanzati u ġodda li jeħtieġu appoġġ speċjali mill-Istat għandha titnaqqas għal 15 %” . |
|
(466) |
L-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jiċċara li: “ L-intrapriżi importanti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida li se jiġu appoġġati mill-Istat” kif imsemmi fil-Klawżola 2 tal-Artikolu 28 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jirreferu għall-intrapriżi li għandhom drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ewlenin u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Identifikazzjoni tal-Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u taż-Żoni Ewlenin ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida Appoġġati mill-Istat għandhom jiġu fformulati b’mod konġunt mid-dipartimenti tat-teknoloġija, tal-finanzi u tat-tassazzjoni taħt il-Kunsill tal-Istat u jidħlu fis-seħħ wara li jiġu approvati mill-Kunsill tal-Istat”. |
|
(467) |
Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jispeċifikaw b’mod ċar li r-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi hija riżervata għal “intrapriżi importanti ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida li għandhom jiġu appoġġati mill-Istat” li għandhom drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ewlenin u jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet bħall- “konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Oqsma Ewlenin ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida Appoġġati mill-Istat” . |
|
(468) |
Skont l-Artikolu 11 tal-Miżuri Amministrattivi għar-Rikonoxximent ta’ Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata (G.K.F.H. [2016] Nru. 32), sabiex tiġi rikonoxxuta bħala teknoloġija avvanzata, intrapriża trid tissodisfa simultanjament ċerti kundizzjonijiet, fosthom: “tkun kisbet is-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li għandha rwol ċentrali fl-appoġġ tekniku tal-prodotti (servizzi) ewlenin tagħha, permezz ta’ riċerka indipendenti, trasferiment, għotja, fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, eċċ.” u “it-teknoloġija li għandha rwol ċentrali fl-appoġġ tekniku tal-prodotti (servizzi) ewlenin tagħha hija fil-firxa predeterminata fl-oqsma tat-teknoloġija avvanzata appoġġati mill-Istat” . |
|
(469) |
L-oqsma ewlenin tat-teknoloġija avvanzata appoġġati mill-Istat huma elenkati fil-Katalogu tal-2016 ta’ Oqsma ta’ Teknoloġija Avvanzata Appoġġati mill-Istat. Dan il-katalogu jsemmi b’mod ċar taħt “I. Informazzjoni Elettronika”, il-punt 4. “Teknoloġija tal-komunikazzjoni”, “network ta’ trażmissjoni ottika” u “teknoloġija tas-sistema ta’ trażmissjoni ottika”, li jkopru l-kejbils tal-fibrottika, bħala oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġati mill-Istat. |
|
(470) |
Il-kumpaniji li jibbenefikaw minn din il-miżura għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu tagħhom u l-annessi rilevanti. L-ammont proprju tal-benefiċċju huwa inkluż fid-dikjarazzjoni tat-taxxa. |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(471) |
Il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji fi ħdan il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikkwalifikaw bħala kumpaniji ta’ teknoloġija għolja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u, b’hekk, gawdew minn rati mnaqqsa tal-EIT ta’ 15 % jew 12,5 %. |
|
(472) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) (ii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. |
|
(473) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, billi l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-iskema biss għal intrapriżi li qegħdin joperaw f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata ddeterminati mill-Istat kif muri fil-premessi minn (466) sa (468). Kif irrimarkat fil-premessa (469), l-industrija tal-OFC hija prijorità ta’ teknoloġija tant għolja. |
|
(474) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li l-programmi ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa u tnaqqis ta’ taxxa kkumpensati mill-Kummissjoni ma jikkostitwixxux sussidji kumpensabbli. Skont il-GTĊ, l-allegati eżenzjonijiet mit-taxxa u tnaqqis ta’ taxxa joperaw bħala riżultat ta’ sistema li tistabbilixxi kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi li jirregolaw l-eliġibbiltà għall-aċċess għall-appoġġ finanzjarju, li fiha l-eliġibbiltà hija awtomatika u l-kriterji u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-programmi jkunu rrispettati strettament, ma jiffavorixxux lil ċerti intrapriżi fuq oħrajn u jkunu ta’ natura purament ekonomika u orizzontali. Għalhekk, il-GTĊ afferma li dawn ma humiex speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażi. |
|
(475) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni, billi hija qieset l-iskemi tat-taxxa deskritti fit-Taqsimiet minn 3.7.1.1 sa 3.7.1.3 bħala speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażi, li jistabbilixxi li “meta l-awtorità li tagħtihom, jew il-leġislazzjoni li bis-saħħa tagħha l-awtorità li tagħti tkun taħdem, tillimita espliċitament l-aċċess għal sussidju lil ċerti intrapriżi, dan is-sussidju għandu jkun speċifiku” . Tabilħaqq, l-iskemi ta’ sussidju inkwistjoni għandhom il-bażi ġuridika tagħhom fil-Kapitolu IV “Preferenzi tat-Taxxa” tal-EIT. Bl-isem u l-kontenut tiegħu, dan il-kapitolu jipprevedi b’mod espliċitu trattament preferenzjali speċifiku li “jillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal sussidju għal ċerti intrapriżi” . Konsegwentement, is-sussidji pprovduti taħt dawn l-iskemi tat-taxxa huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(c) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(476) |
L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa u t-taxxa totali pagabbli skont ir-rata mnaqqsa tat-taxxa. |
|
(477) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema speċifika kienet ta’ 0,10 % għal FTT Group u ta’ 0,48 % għal ZTT Group. |
3.7.1.2. Tpaċija tal-EIT għall-ispejjeż tar-riċerka u tal-iżvilupp
|
(478) |
It-tpaċija tat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp tintitola lill-kumpaniji għal trattament tat-taxxa preferenzjali għall-attivitajiet tagħhom ta’ R&Ż f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata ddeterminati mill-Istat u meta jintlaħqu ċerti limiti għall-infiq fuq ir-R&Ż. |
|
(479) |
B’mod aktar speċifiku, in-nefqiet tar-R&Ż imġarrba għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u tekniki ġodda, li ma jifformawx assi intanġibbli u li jiġu kontabilizzati fil-profitt u t-telf tat-terminu attwali, huma soġġetti għal tnaqqis addizzjonali ta’ 75 % wara li jitnaqqsu kompletament fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali. Meta n-nefqiet tar-R&Ż imsemmija hawn fuq jifformaw assi intanġibbli, dawn ikunu soġġetti għal amortizzament ibbażat fuq 175 % tal-kostijiet tal-assi intanġibbli. Minn Jannar 2021, it-tnaqqis addizzjonali qabel it-taxxa għall-ispejjeż tar-R&Ż żdied għal 100 % (115). |
(a) Bażi ġuridika
|
(480) |
Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 30(1) tal-Liġi EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, kif ukoll l-avviżi li ġejjin:
|
|
(481) |
F’investigazzjonijiet preċedenti (116), il-Kummissjoni stabbilixxiet li “it-teknoloġiji ġodda, il-prodotti ġodda u s-snajja’ ġodda” , li jistgħu jibbenefikaw mit-tnaqqis tat-taxxa, huma parti minn ċerti oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġati mill-Istat. Kif imsemmi fil-premessa (469), l-oqsma ewlenin tat-teknoloġija avvanzata appoġġati mill-Istat huma elenkati fil-Katalogu tal-2016 ta’ Oqsma ta’ Teknoloġija Avvanzata Appoġġati mill-Istat. |
|
(482) |
Kif stabbilit fil-premessa (468), il-Kapitolu IV tal-Liġi EIT fih dispożizzjonijiet rigward “Trattament tat-Taxxa Preferenzjali”, b’mod partikolari l-Artikolu 25. L-Artikolu 30(1) tal-Liġi EIT, li huwa wkoll parti minn dan il-Kapitolu, jistabbilixxi li “l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp imġarrba mill-intrapriżi fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u tekniki ġodda” jistgħu jitnaqqsu wkoll fil-mument tal-kalkolu tal-introjtu taxxabbli. L-Artikolu 95 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jiċċara t-tifsira ta’ “nefqiet tar-R&Ż imġarrba għall-fini tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja’ ġodda” stabbilita fl-Artikolu 30(1) tal-Liġi EIT. |
|
(483) |
Skont iċ-Ċirkolari dwar it-Tisħiħ tal-Proporzjon ta’ Super Tnaqqis Qabel it-Taxxa tal-Ispejjeż tar-Riċerka u l-Iżvilupp (Cai Shui [2018] Nru. 99), “fir-rigward tal-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) effettivament imġarrba minn intrapriża mill-attivitajiet tagħha ta’ R&Ż, 75 % addizzjonali mill-ammont attwali tal-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu qabel it-taxxa, flimkien ma’ tnaqqis attwali ieħor, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2020, diment li dawn l-ispejjeż ma jiġux ikkonvertiti fl-assi intanġibbli u ma jiġux ibbilanċjati fil-qligħ u t-telf attwali tal-intrapriża; madankollu, jekk l-imsemmija spejjeż ikunu ġew ikkonvertiti f’assi intanġibbli, tali spejjeż jistgħu jiġu amortizzati b’rata ta’ 175 % tal-kostijiet tal-assi intanġibbli qabel it-taxxa matul il-perjodu msemmi hawn fuq”. |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(484) |
Il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji fi ħdan il-gruppi inklużi fil-kampjun gawdew minn “tnaqqis addizzjonali fuq l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp imġarrba mir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u tekniki ġodda” . |
|
(485) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) (ii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. |
|
(486) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, billi l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din il-miżura biss għal intrapriżi li jġarrbu spejjeż ta’ R&Ż f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata ddeterminati mill-Istat, bħas-settur tal-OFC. |
(c) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(487) |
L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata tat-taxxa normali u t-taxxa totali pagabbli wara t-tnaqqis addizzjonali ta’ 75 % tal-ispejjeż attwali fuq ir-R&Ż. |
|
(488) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema speċifika kienet ta’ 1,28 % għal FTT Group u ta’ 0,13 % għal ZTT Group. |
3.7.1.3. Eżenzjoni mid-dividendi bejn intrapriżi residenti kwalifikati
|
(489) |
Il-Liġi EIT toffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lill-Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ speċifikament mill-Istat u, b’mod partikolari, eżenti mit-taxxa l-introjtu minn investiment ta’ ekwità, bħal dividendi u bonusijiet, bejn intrapriżi residenti eliġibbli. |
(a) Bażi ġuridika
|
(490) |
Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 26(2) tal-Liġi EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi. |
|
(491) |
L-Artikolu 25 tal-EIT, li huwa chapeau għall-Kapitolu IV “Politiki ta’ Taxxa Preferenzjali”, jistabbilixxi li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat”. Barra minn hekk, l-Artikolu 26(2) jispeċifika li l-eżenzjoni mit-taxxa hija applikabbli għal introjtu minn investimenti ta’ ekwità bejn “intrapriżi residenti eliġibbli”, li jidher li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal ċerti intrapriżi residenti biss. |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(492) |
Il-Kummissjoni sabet li xi kumpaniji fil-gruppi inklużi fil-kampjun irċevew eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn intrapriżi residenti kwalifikati. |
|
(493) |
Il-Kummissjoni qieset li din l-iskema hija sussidju skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. |
|
(494) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni biss għal intrapriżi residenti kwalifikati li għandhom l-appoġġ ewlieni tal-Istat u li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ mill-Istat. |
|
(495) |
Wara d-divulgazzjoni finali, ZTT Group afferma li l-eżenzjoni tad-dividendi hija maħsuba biex telimina t-tassazzjoni doppja tal-istess introjtu kemm fil-kumpaniji prinċipali kif ukoll f’dawk sussidjarji, li hija prattika fiskali aċċettata internazzjonalment. |
|
(496) |
F’dan ir-rigward, għalkemm il-Kummissjoni qablet li l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja hija prattika fiskali rikonoxxuta internazzjonalment, l-Artikolu 26(2) tal-EIT huwa parti mill-Kapitolu IV “Preferenzi tat-Taxxa”, li jipprevedi għadd ta’ trattamenti fiskali preferenzjali li huma eżenzjonijiet għar-regoli ġenerali tat-tassazzjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (491), l-Artikolu 25 tal-EIT, li huwa chapeau għall-Kapitolu IV “Politiki ta’ Taxxa Preferenzjali”, jistabbilixxi li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat”. Barra minn hekk, l-Artikolu 26(2) jispeċifika li l-eżenzjoni mit-taxxa hija applikabbli għal introjtu minn investimenti ta’ ekwità bejn “intrapriżi residenti eliġibbli”, li jidher li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal ċerti intrapriżi residenti biss. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li tali politika ta’ taxxa preferenzjali hija limitata għal ċerti industriji, li huma appoġġati u mħeġġa speċifikament mill-Istat, bħall-industrija tal-OFC u, għalhekk, hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha deskritta fil-premessi (493) u (494) li din l-iskema hija sussidju kumpensabbli. |
(c) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(497) |
Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta’ sussidju billi applikat ir-rata normali tat-taxxa għall-introjtu mid-dividendi li tnaqqas mill-introjtu taxxabbli. |
|
(498) |
Wara d-divulgazzjoni finali, ZTT Group afferma li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiddistingwi bejn żewġ trattamenti tat-taxxa differenti fid-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, jiġifieri l-introjtu mid-dividendi u l-ammont ta’ aġġustament tat-taxxa għall-investiment, b’dan tal-aħħar ma jkunx introjtu mid-dividendi kkonċernat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26(2) tal-EIT. Il-Kummissjoni qablet ma’ din l-affermazzjoni u kkoreġiet il-kalkoli tal-benefiċċji kif xieraq. |
|
(499) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita għal din l-iskema speċifika kienet ta’ 1,05 % għal FTT Group u ta’ 0,21 % għal ZTT Group. |
3.7.1.4. Deprezzament aċċellerat tat-tagħmir użat mill-intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata
|
(500) |
Skont l-Artikolu 32 tal-liġi EIT, “fejn deprezzament aċċellerat ta’ assi fissi ta’ intrapriża huwa verament neċessarju minħabba l-avvanz teknoloġiku jew raġunijiet oħra, l-għadd ta’ snin għad-deprezzament jista’ jitnaqqas jew il-metodu ta’ deprezzament aċċellerat jista’ jiġi adottat”. |
(a) Bażi ġuridika
|
(501) |
Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 32 tal-Liġi EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, kif ukoll l-avviżi li ġejjin:
|
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(502) |
Skont l-Avviż dwar il-Politiki tat-Tnaqqis ta’ Tagħmir u Apparati għal Finijiet ta’ Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (Cai Shui [2018] Nru. 54), “meta l-valur tal-unità ta’ biċċa tagħmir jew apparat mixtri ġdid minn intrapriża matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2020 ma jaqbiżx l-RMB 5 miljuni, l-intrapriża titħalla tinkludi tali valur fil-kost u l-ispejjeż tal-perjodu kurrenti fuq bażi ta’ somma f’daqqa għal tnaqqis meta jsir il-kalkolu tal-introjtu taxxabbli tagħha, u ma tkunx aktar meħtieġa tikkalkula d-deprezzament fuq bażi annwali” . Din il-leġiżlazzjoni ma hijiex speċifika għall-industrija. |
|
(503) |
Fir-rigward tal-assi b’valur tal-unità ogħla minn RMB 5 miljun, l-Avviż dwar l-Irfinar tal-Politiki tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi Applikabbli għad-Deprezzament Aċċellerat tal-Assi Fissi (Cai Shui [2014] Nru. 75) u l-Avviż dwar l-Irfinar Ulterjuri tal-Politiki tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi Applikabbli għad-Deprezzament Aċċellerat tal-Assi Fissi (Cai Shui [2015] Nru. 106) jibqgħu japplikaw. Skont dawn l-avviżi, l-assi fissi mixtrija minn kumpaniji f’10 industriji ewlenin jistgħu jagħżlu l-metodu ta’ deprezzament aċċellerat. |
|
(504) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma applikawx deprezzament aċċellerat għal assi b’valur tal-unità li jaqbeż il-RMB 5 miljun. Għalhekk, billi dawk l-assi ma kinux jaqgħu taħt l-Avviż Cai Shui [2014] Nru. 75 u l-Avviż Cai Shui [2015] Nru. 106, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi ma bbenefikawx minn sussidji kumpensabbli. |
|
(505) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur sostna li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun setgħu bbenefikaw minn deprezzament aċċellerat ta’ djar u bini, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-limitu ta’ RMB 5 miljun skont l-Artikolu 2 tal-Avviż dwar il-Politiki tat-Tnaqqis ta’ Tagħmir u Apparati għal Finijiet ta’ Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (Cai Shui [2018] Nru. 54). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonfermat li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma bbenefikawx minn deprezzament aċċellerat ta’ djar u bini matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(c) Konklużjoni
|
(506) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-produtturi esportaturi ma bbenefikawx minn sussidji kumpensabbli taħt dan il-programm matul il-PI. |
3.7.1.5. Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-użu tal-art
|
(507) |
Organizzazzjoni jew individwu li jużaw art fi bliet, bliet ta’ kontea u bliet amministrattivi u f’distretti industrijali u tal-minjieri normalment għandhom iħallsu taxxa fuq l-użu ta’ art urbana. It-taxxa fuq l-użu tal-art tinġabar mill-awtoritajiet tat-taxxa lokali fejn tintuża l-art. Madankollu, ċerti kategoriji ta’ art, bħal art riklamata mill-baħar, art maħsuba biex tintuża minn istituzzjonijiet tal-gvern, organizzazzjonijiet tan-nies u unitajiet militari għall-użu tagħhom stess, art maħsuba biex tintuża mill-istituzzjonijiet iffinanzjati minn allokazzjonijiet tal-gvern mill-Ministeru tal-Finanzi, art użata minn tempji reliġjużi, parks pubbliċi u siti storiċi u xeniċi pubbliċi, toroq, pjazez pubbliċi, meded ta’ ħaxix u art pubblika urbana oħra, huma eżentati mit-taxxa fuq l-użu tal-art. |
(a) Bażi ġuridika
|
(508) |
Il-bażi ġuridika għal dan il-programm hija:
|
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(509) |
Kumpanija waħda f’wieħed mill-gruppi inklużi fil-kampjun ibbenefikat minn tnaqqis fl-ammont ta’ taxxa fuq l-użu tal-art ta’ 60 % abbażi ta’ politika speċjali applikabbli għall-kumpaniji ta’ teknoloġija avvanzata fl-2019 u fl-2020 skont l-Artikolu 2(1) ta’ “Diversi Opinjonijiet dwar Appoġġ Vigoruż għall-Iżvilupp Sostenibbli u b’Saħħtu tal-Ekonomija Privata” (EFa [2018] Nru. 33)”. |
|
(510) |
Il-kumpanija inkwistjoni ma kienet taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji eżentati stabbiliti mill-Artikolu 6 tar-Regolamenti Interim tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq l-Użu ta’ Art Urbana (Riveduti fl-2019). |
|
(511) |
Barra minn hekk, l-istess kumpanija kienet totalment eżentata mill-ħlas tat-taxxa fuq l-użu tal-art fl-ewwel trimestru tal-2020 abbażi tal-“Avviż tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Gvern tal-Poplu Provinċjali ta’ Hubei dwar l-Istampar u d-Distribuzzjoni tal-Politiki u l-Miżuri Rilevanti sabiex Ilaħħqu mas-Sitwazzjoni tal-COVID-19 u l-Appoġġ għall-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju sabiex Jiffaċċjaw id-Diffikultajiet” (EZhengBanFa (2020) Nru. 5) u l-“Avviż tal-Gvern tal-Poplu Provinċjali ta’ Hubei dwar l-Istampar u d-Distribuzzjoni tal-Politiki u l-Miżuri Rilevanti għat-Tħaffif tal-Iżvilupp tal-Ekonomija u tas-Soċjetà fil-Provinċja ta’ Hubei” (EZhengBanFa (2020) Nru. 6). |
(c) Konklużjoni
|
(512) |
Il-Kummissjoni qieset li t-tnaqqis tat-taxxa fuq l-użu tal-art għall-kumpaniji ta’ teknoloġija avvanzata deskritt hawn fuq huwa sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) jew tal-Artikolu 3(1)(a)(ii), u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi (rifużjoni tat-taxxa mħallsa) jew dħul mitluf mill-GTĊ (it-taxxa mhux imħallsa) li tagħti benefiċċju lill-kumpanija kkonċernata. Is-sussidju huwa speċifiku, minħabba li huwa mmirat biss lejn kumpaniji ta’ teknoloġija avvanzata. |
|
(513) |
Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-ammont rimborżat jew għall-iffrankar tat-taxxa. Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi l-kumpanija rċeviet tnaqqis tat-taxxa, għalkemm ma kienet tidħol fl-ebda wieħed mill-kriterji oġġettivi msemmija fil-premessa (507). |
|
(514) |
Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-użu tal-art fl-ewwel trimestru tal-2020, il-Kummissjoni qieset li l-miżura ma hijiex speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li, fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, din l-eżenzjoni mit-taxxa ma kinitx limitata għal intrapriża jew industrija speċifika, jew għal grupp ta’ intrapriżi jew industriji, iżda ġiet applikata għall-industriji kollha. |
(d) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(515) |
L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju tqies li huwa l-ammont rimborżat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-ammont ta’ sussidju stabbilit għal din l-iskema speċifika kien negliġibbli għall-FTT Group. |
3.7.1.6. Total għall-iskemi kollha ta’ eżenzjoni mit-taxxa u għall-programmi kollha ta’ tnaqqis tat-taxxa
|
(516) |
Ir-rata tas-sussidju totali stabbilita fir-rigward tal-iskemi tat-taxxa kollha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienet kif ġej: Eżenzjonijiet mit-taxxa u tnaqqis ta’ taxxa
|
3.7.2. Il-forniment tal-elettriku b’rata mnaqqsa
(a) Bażi ġuridika
|
— |
Iċ-Ċirkolari tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Enerġija dwar il-Promozzjoni Attiva tat-Tranżazzjonijiet tal-Enerġija orjentati lejn is-Suq u t-Titjib Ulterjuri tal-Mekkaniżmu tan-Negozjar, Fa Gua Yun Xing [2018] Nru. 1027, maħruġa fis-16 ta’ Lulju 2018; |
|
— |
Diversi Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Approfondiment Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija (Zhong Fa [2015] Nru. 9); |
|
— |
L-Avviż dwar il-Liberalizzazzjoni Sħiħa tal-Pjan tal-Ġenerazzjoni u l-Konsum tal-Elettriku għall-Utenti Kummerċjalment Operattivi (il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma [2019] Nru. 1105); |
|
— |
Ir-Regoli għan-Negozjar tal-Elettriku għal Regoli ta’ Implimentazzjoni tat-Tranżazzjonijiet fuq Terminu Medju u Twil (Interim) fil-Provinċja ta’ Hubei tad-29 ta’ Novembru 2019; |
|
— |
Ir-Regoli għan-Negozjar tal-Elettriku għal Tranżazzjonijiet fuq Terminu Medju u Twil fil-Provinċja ta’ Jiangsu; |
|
— |
L-Avviż tal-Uffiċċju tal-Prezzijiet tal-Provinċja ta’ Jiangsu dwar Aġġustament Raġonevoli tal-Istruttura tal-Prezzijiet tal-Elettriku, Su Jia Gong [2017] Nru. 124; u |
|
— |
Iċ-Ċirkolari tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma dwar it-Tnaqqis tal-Kost tal-Elettriku tal-Intrapriżi għall-Appoġġ għar-Restawr tax-Xogħol u l-Iżvilupp tal-Produzzjoni u l-Prezz tar-Riforma [2020] Nru. 258. |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(517) |
Il-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun xtraw l-elettriku tagħhom. |
|
(518) |
Fir-rigward ta’ xi kumpaniji fi ħdan il-gruppi inklużi fil-kampjun, il-prezzijiet tax-xiri tal-elettriku segwew il-prezzijiet uffiċjali għall-utenti industrijali kbar stabbiliti fil-livell provinċjali. Kif instab f’investigazzjonijiet preċedenti (117), il-forniment tal-elettriku bi prezzijiet stabbiliti uffiċjalment ma jagħtix vantaġġ speċifiku. |
|
(519) |
Madankollu, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-kumpaniji investigati fi ħdan iż-żewġ gruppi inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn tnaqqis jew rifużjonijiet/aġġustamenti ta’ parti mill-kost tal-elettriku tagħhom. |
|
(520) |
Il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji fi ħdan wieħed mill-gruppi inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn rifużjonijiet/aġġustamenti speċifiċi tal-kost tal-elettriku tagħhom, minħabba li dawn il-kumpaniji tħallew jipparteċipaw fi programm pilota għal “tranżazzjonijiet tal-elettriku orjentati lejn is-suq”. Dawn il-kumpaniji ma kellhomx kuntratt ma’ ġeneratur tal-enerġija għall-provvista diretta tal-elettriku. Ir-rifużjonijiet jew l-aġġustamenti ġew riċevuti minħabba li l-kumpaniji kkonċernati kkomunikaw minn qabel id-domanda tagħhom għall-enerġija lill-impjanti tal-enerġija. |
|
(521) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li, bħal f’investigazzjonijiet preċedenti, (118) ċerti kumpaniji investigati jitħallew jixtru l-elettriku direttament mingħand il-ġeneraturi tal-enerġija billi jiffirmaw ftehimiet ta’ xiri dirett. Tali kuntratti jipprevedu ċerta kwantità ta’ elettriku bi prezz partikolari, li huwa inqas mill-prezzijiet uffiċjali stabbiliti fil-livell provinċjali għall-utenti industrijali kbar. |
|
(522) |
Il-possibbiltà li wieħed jidħol f’kuntratti diretti ta’ provvista tal-elettriku jew li jibbenefika minn rifużjonijiet/aġġustamenti tal-kost tal-elettriku billi jipparteċipa fi “tranżazzjonijiet tal-elettriku orjentati lejn is-suq” bħalissa ma hijiex miftuħa għall-utenti industrijali kbar kollha. Fil-livell nazzjonali, l-Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Approfondiment Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija jispeċifikaw, pereżempju, li “intrapriżi li ma jikkonformawx mal-politika industrijali nazzjonali u li l-prodotti u l-proċessi tagħhom huma eliminati ma għandhomx jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet diretti” (119). L-istess Opinjonijiet jistipulaw ukoll li “wara li jiġu ddeterminati l-istandards tal-aċċess, jenħtieġ li aħna naġġornaw ukoll il-katalogi tal-intrapriżi lokali tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-bejjiegħa bl-imnut tal-elettriku li jissodisfaw l-istandards li jiġu ppubbliċizzati kull sena mill-gvernijiet u jimplimentaw regolamentazzjoni dinamika tal-katalogu tal-utenti. L-intrapriżi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-bejjiegħa bl-imnut tal-elettriku u l-utenti inklużi fil-katalogu jistgħu jirreġistraw b’mod volontarju mal-istituzzjonijiet kummerċjali biex isiru atturi fis-suq”. Għalhekk, sabiex tipparteċipa fis-sistema ta’ kummerċ dirett, kumpanija jenħtieġ li tissodisfa ċerti standards u tkun inkluża fil- “katalogu tal-utenti” . |
|
(523) |
Fil-prattika, in-negozjar dirett tal-elettriku jiġi eżegwit mill-provinċji. Il-kumpaniji jridu japplikaw għand l-awtoritajiet provinċjali għall-approvazzjoni biex jipparteċipaw fl-iskema pilota diretta tal-elettriku, u jridu jissodisfaw ċerti kriterji. Għal ċerti kumpaniji, ma hemm l-ebda proċess attwali ta’ negozjar jew ta’ offerti bbażat fuq is-suq, billi l-kwantitajiet mixtrija taħt kuntratti diretti ma humiex ibbażati fuq il-provvista u d-domanda reali. Tabilħaqq, il-ġeneraturi tal-elettriku u l-utenti tal-elettriku ma humiex liberi li jbigħu jew jixtru l-elettriku kollu tagħhom direttament. Huma ristretti minn kwoti kwantitattivi, li jiġu allokati lilhom mill-gvern lokali. Barra minn hekk, għalkemm il-prezzijiet suppost jiġu nnegozjati direttament bejn il-ġeneraturi tal-enerġija u l-utent tal-enerġija jew permezz ta’ kumpaniji ta’ servizzi intermedjarji, il-fatturi lill-kumpaniji fil-fatt jinħarġu mill-Kumpanija tal-Grilja tal-Istat. Fl-aħħar nett, il-kuntratti kollha ta’ xiri dirett iffirmati jridu jiġu ppreżentati lill-gvern lokali għar-reġistrazzjoni. |
|
(524) |
Fl-2018, il-GTĊ ħareġ iċ-Ċirkolari tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Enerġija dwar il-Promozzjoni Attiva tat-Tranżazzjonijiet tal-Enerġija orjentati lejn is-Suq u t-Titjib Ulterjuri tal-Mekkaniżmu tan-Negozjar (Fa Gai Yun Xing [2018] Nru. 1027). Għalkemm iċ-Ċirkolari għandha l-għan li żżid l-għadd ta’ tranżazzjonijiet diretti fis-suq tal-elettriku, hija ssemmi speċifikament ċerti industriji, inklużi l-industriji tat-teknoloġija avvanzata bħall-industrija tal-OFC, kif appoġġati u li jibbenefikaw mil-liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku. B’mod partikolari, il-punt (2) tat-Taqsima III. “Il-ftuħ li jippermetti d-dħul ta’ rekwiżiti li jissodisfaw lill-utenti” jistabbilixxi li “l-appoġġ ta’ industriji emerġenti b’valur miżjud għoli, bħalma huma l-industriji tat-teknoloġija avvanzata, l-Internet, il-big data u l-manifattura ta’ kwalità għolja, kif ukoll intrapriżi b’vantaġġi u karatteristiċi distinti u kontenut għoli ta’ teknoloġija, biex jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet, ħielsa minn livelli ta’ vultaġġ u minn restrizzjonijiet fuq il-konsum tal-enerġija” . |
|
(525) |
Barra minn hekk, skont l-Avviż dwar il-Liberalizzazzjoni Totali tal-Pjan tal-Ġenerazzjoni u l-Konsum tal-Elettriku għall-Utenti Operattivi b’mod Kummerċjali [2019] Nru 1105, li għandu l-għan li jilliberalizza aktar is-suq tal-elettriku, jipprevedi li “fost l-utenti kummerċjali tal-elettriku, dawk li ma jikkonformawx mal-politiki nazzjonali tal-industrija proviżorjament ma għandhomx jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet orjentati lejn is-suq, u l-utenti tal-elettriku li l-prodotti u l-proċessi tagħhom jappartjenu għall-kategoriji eliminati u ristretti tal-‘Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija’ għandhom jimplimentaw b’mod strett il-politika kurrenti dwar il-prezzijiet differenzjali għall-elettriku.” |
|
(526) |
Għalhekk, il-leġiżlazzjoni tipprevedi applikazzjoni selettiva ta’ “tranżazzjonijiet tal-elettriku orjentati lejn is-suq” fis-suq tal-elettriku limitata għal ċerti industriji, bħall-industriji li jikkonformaw mal-politiki tal-industrija nazzjonali, b’enfasi partikolari fuq l-industriji ta’ teknoloġija avvanzata. B’riżultat ta’ dan, dawn l-industriji jħallsu prezzijiet orħos għall-elettriku. |
|
(527) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li ċerti kumpaniji investigati bbenefikaw minn rifużjonijiet/aġġustamenti tal-kost tal-elettriku tagħhom matul il-perjodu bejn Marzu u Ġunju 2020 abbażi ta’ politika nazzjonali (120) li għandha l-għan li tnaqqas il-piż fuq il-kumpaniji minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Kummissjoni qieset li din il-miżura ma hijiex speċifika. |
(c) Konklużjoni
|
(528) |
Il-Kummissjoni qieset li r-rata mnaqqsa tal-elettriku u r-rifużjonijiet jew l-aġġustamenti li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fi “tranżazzjonijiet tal-elettriku orjentati lejn is-suq” , permezz ta’ kuntratt dirett ta’ provvista tal-elettriku jew le, riċevuti mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun inkwistjoni jikkostitwixxu sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ (jiġifieri l-operatur tal-grilja) li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tal-kostijiet tal-elettriku, jew permezz ta’ prezzijiet tal-elettriku mnaqqsa nnegozjati fil-qafas ta’ kuntratti diretti ta’ provvista tal-elettriku jew inkella permezz ta’ rifużjonijiet/aġġustamenti minħabba l-parteċipazzjoni fi programm pilota għal “tranżazzjonijiet tal-elettriku orjentati lejn is-suq” , billi l-elettriku ġie pprovdut bi prezz aktar baxx mill-prezz normali tal-grilja mħallas minn utenti industrijali kbar oħrajn li ma humiex permessi mill-Istat li jipparteċipaw fi “tranżazzjonijiet orjentati lejn is-suq” għall-provvista tal-elettriku. |
|
(529) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-iskema biss għal intrapriżi li jikkonformaw ma’ ċerti objettivi ta’ politika industrijali ddeterminati mill-Istat u li l-prodotti jew il-proċess tagħhom ma ġewx eliminati bħala mhux eliġibbli. |
|
(530) |
B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskema ta’ sussidju kienet fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u li hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku. |
(d) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(531) |
L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn il-prezz totali tal-elettriku pagabbli skont il-prezz tal-elettriku uffiċjali u l-prezz totali tal-elettriku mħallas mill-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun taħt ir-rata mnaqqsa u/jew billi jitnaqqsu diversi forom ta’ rifużjonijiet/aġġustamenti. |
|
(532) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun tammonta għal: Il-forniment tal-elettriku b’rata mnaqqsa
|
3.8. Il-forniment tal-prodotti għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata
3.8.1. Il-forniment tal-art għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata
|
(533) |
L-art kollha fir-RPĊ hija jew proprjetà tal-Istat jew inkella proprjetà kollettiva, magħmula minn villaġġi jew bliet żgħar, qabel ma t-titolu legali jew ekwu tal-art ikun jista’ jingħata privattiva jew jingħata lil sidien korporattivi jew individwali. L-irqajja’ tal-art kollha f’żoni urbanizzati huma proprjetà tal-Istat u l-irqajja’ tal-art kollha f’żoni rurali huma proprjetà tal-villaġġi jew tal-bliet żgħar fihom. |
|
(534) |
Madankollu, skont il-liġi kostituzzjonali tar-RPĊ u l-Liġi dwar l-Artijiet, il-kumpaniji u l-individwi jistgħu jixtru “drittijiet għall-użu tal-art”. Għal art industrijali, il-fond lokatizju normalment ikun għal 50 sena, li jista’ jiġġedded għal 50 sena oħra. |
|
(535) |
Skont il-GTĊ, l-Artikolu 137 tal-Liġi dwar il-Proprjetà tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jistipula li “l-art li tintuża għal skopijiet ta’ industrija, negozju, divertiment jew djar kummerċjali, eċċ. jew l-art li għaliha hemm żewġ utenti jew aktar maħsuba għandha tiġi ttrasferita permezz ta’ rkant, sejħa għall-offerti jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ offerti mill-pubbliku.” Barra minn hekk, il-GTĊ jirreferi għall-Artikolu 3 tar-Regolamenti Interim tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Rigward l-Għoti u t-Trasferiment tad-Dritt għall-Użu tal-Art tal-Istat f’Żoni Urbani. Dan l-Artikolu jistabbilixxi li “kwalunkwe kumpanija, intrapriża, organizzazzjoni oħra u individwu ieħor fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew barra minnha, jistgħu, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, jiksbu d-dritt għall-użu tal-art u jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp, l-utilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-art f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti.” |
(a) Bażi ġuridika
|
(536) |
Fiċ-Ċina, l-għoti tad-dritt għall-użu tal-art jaqa’ taħt il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin huma wkoll parti mill-bażi ġuridika:
|
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(537) |
Skont l-Artikolu 10 tad-“Dispożizzjoni dwar l-Għoti tad-Dritt għall-Użu ta’ Art għall-Kostruzzjoni tal-Istat permezz ta’ Sejħa għall-Offerti, Irkant u Kwotazzjoni”, l-awtoritajiet lokali jistabbilixxu l-prezzijiet tal-art skont is-sistema tal-evalwazzjoni tal-art urbana, li tiġi aġġornata kull tliet snin biss, u l-politika industrijali tal-gvern. |
|
(538) |
F’investigazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet imħallsa għad-drittijiet tal-użu tal-art (“LUR”) fir-RPĊ ma kinux rappreżentattivi ta’ prezz tas-suq iddeterminat mill-provvista u d-domanda tas-suq ħieles, billi s-sistema ta’ rkantar instabet li ma kinitx ċara, mhux trasparenti u ma kinitx qed tiffunzjona fil-prattika, u l-prezzijiet instabu li kienu stabbiliti b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet. (121) Kif imsemmi fil-premessa preċedenti, l-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-Sistema ta’ Evalwazzjoni tal-Art Urbana, li tagħtihom struzzjonijiet, fost kriterji oħrajn, biex jikkunsidraw ukoll il-politika industrijali meta jistabbilixxu l-prezz tal-art industrijali. |
|
(539) |
L-investigazzjoni attwali ma wriet l-ebda tibdil notevoli f’dan ir-rigward. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet li l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun kisbu l-LUR tagħhom permezz ta’ allokazzjoni mill-awtoritajiet lokali u mhux permezz ta’ proċedura ta’ offerti. |
|
(540) |
L-evidenza ta’ hawn fuq tikkontradixxi l-affermazzjonijiet tal-GTĊ li l-prezzijiet imħallsa għal-LUR fir-RPĊ huma rappreżentattivi ta’ prezz tas-suq, li huwa ddeterminat mill-provvista u d-domanda tas-suq ħieles. |
(c) Konklużjoni
|
(541) |
Is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni juru li s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-akkwiżizzjoni ta’ LUR fir-RPĊ ma hijiex trasparenti u l-prezzijiet ġew stabbiliti b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet. |
|
(542) |
Għalhekk, il-provvediment tad-drittijiet tal-użu tal-art mill-GTĊ jenħtieġ li jitqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) (iii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma tal-forniment ta’ prodotti, li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji. Kif ġie spjegat fil-premessi minn (537) sa (540) hawn fuq, ma hemm l-ebda suq li jiffunzjona għall-art fir-RPĊ u l-użu ta’ punt ta’ riferiment estern (ara l-premessi minn (549) sa (551) hawn taħt) juri li l-ammont imħallas għad-drittijiet tal-użu tal-art mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun huwa ferm taħt ir-rata normali tas-suq. |
|
(543) |
Fil-kuntest tal-aċċess preferenzjali għall-art industrijali għal kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, il-Kummissjoni nnotat li l-prezz stabbilit mill-awtoritajiet lokali għandu jqis il-politika industrijali tal-gvern, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (538). Fi ħdan din il-politika industrijali, l-industrija tal-OFC hija elenkata bħala industrija mħeġġa (122). Barra minn hekk, skont id-Deċiżjoni Nru. 40 tal-Kunsill tal-Istat, l-awtoritajiet pubbliċi jqisu “Il-Katalogu ta’ Gwida tar-Ristrutturar Industrijali” u l-politiki industrijali meta jipprovdu l-art. L-Artikolu XVIII tad-Deċiżjoni Nru. 40 jagħmilha ċara li l-industriji li huma “ristretti” mhux se jkollhom aċċess għad-drittijiet tal-użu tal-art. Minn dan isegwi li s-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-forniment preferenzjali tal-art huwa limitat għal kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, f’dan il-każ l-industrija tal-OFC, u l-prattiki tal-gvern f’dan il-qasam la huma ċari u lanqas trasparenti. |
|
(544) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ afferma li ma ngħata l-ebda benefiċċju lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun permezz tal-provvediment tad-drittijiet tal-użu tal-art minħabba li hemm suq ħieles għall-art fir-RPĊ. F’dan ir-rigward, il-GTĊ irrefera għall-Artikolu 347 tal-Kodiċi Ċivili tar-RPĊ, li jistabbilixxi li “fejn l-art tintuża għal skopijiet industrijali, kummerċjali, turistiċi jew ta’ divertiment, bħala residenza tal-komoditajiet, jew għal skopijiet oħrajn ta’ profitt, jew ikun hemm żewġ persuni jew aktar li jkunu lesti li jużaw l-istess biċċa art, id-dritt għall-użu tal-art għall-kostruzzjoni għandu jiġi assenjat permezz ta’ stedina għall-offerti, irkant jew offerti miftuħa oħrajn. Il-prezz tal-art jiġi stabbilit permezz tal-kompetizzjoni fis-suq”. |
|
(545) |
Il-Kummissjoni sabet li, għalkemm hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bil-prezzijiet tas-suq, pereżempju, bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati regolarment, b’ċerti xerrejja jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew taħt ir-rati tas-suq (123). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (124). |
|
(546) |
Barra minn hekk, il-GTĊ ma qabilx mal-Kummissjoni li l-miżuri huma speċifiċi minħabba li r-RPĊ ma għandhiex politika speċjali dwar l-art għall-ebda industrija. Huwa ddikjara wkoll li d-Deċiżjoni Nru. 40 ma tirrikjedix li l-awtoritajiet pubbliċi jiżguraw li l-art tiġi pprovduta lill-industriji mħeġġa. |
|
(547) |
F’dan ir-rigward, id-Deċiżjoni Nru. 40 tal-Kunsill tal-Istat issemmi fl-Artikolu XII li “Il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija” huwa referenza importanti għall-gwida tal-investiment, il-ġestjoni mill-gvern ta’ proġetti ta’ investiment u l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ taxxa, krediti, art (enfasi miżjuda) u importazzjoni u esportazzjoni. Barra minn hekk, l-introduzzjoni tad-Deċiżjoni Nru. 40 tiddikjara li “Id-dipartimenti kollha kkonċernati għandhom jaċċelleraw il-passi fil-formulazzjoni u fl-emendar tal-politiki rilevanti tat-taxxa, il-kreditu, l-art (enfasi miżjuda) u l-importazzjoni u l-esportazzjoni, eċċ., u jsaħħu l-koordinazzjoni mal-politiki industrijali sabiex tiġi pperfezzjonata aktar is-sistema ta’ politika tal-promozzjoni tar-ristrutturar industrijali”. Għalhekk, huwa ċar li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jikkunsidraw “Il-Katalogu ta’ Gwida tar-Ristrutturar Industrijali” u l-politiki industrijali meta jipprovdu l-art lill-kumpaniji. L-Artikolu XVIII tad-Deċiżjoni Nru. 40 jiddikjara li għall-industriji li huma ristretti, “Id-dipartimenti li jirregolaw l-investiment ma għandhomx jeżaminaw, japprovaw jew jirreġistraw, l-ebda istituzzjoni finanzjarja ma tista’ tagħti self, l-ebda dipartiment ieħor li jirregola l-immaniġġjar tal-art, l-ippjanar u l-kostruzzjoni tal-bliet, il-ħarsien ambjentali, l-ispezzjoni tal-kwalità, it-tifi tan-nar, id-dwana, l-industrija u l-kummerċ, eċċ., ma jistgħu jgħaddu minn proċeduri rilevanti” (enfasi miżjuda). Għalhekk, id-dipartimenti li jirregolaw l-immaniġġjar tal-art huma pprojbiti milli jipprovdu art lill-industriji ristretti. Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq tad-Deċiżjoni Nru. 40 moqrija fid-dawl tal-ispirtu ta’ “Il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija” jindikaw rabta ċara bejn il-politiki industrijali għall-industriji mħeġġa u l-politika għall-forniment tal-art. Għalhekk, l-affermazzjoni tas-GTĊ ġiet miċħuda. |
|
(548) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset dan is-sussidju bħala kumpensabbli. |
(d) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(549) |
Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti (125) u f’konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-art mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, ta’ Penghu, Kinmen u Matsu (“it-Tajpej Ċiniż”) intużaw bħala punt ta’ riferiment estern (126). Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jiġi kkalkolat billi titqies id-differenza bejn l-ammont attwalment imħallas minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun (jiġifieri l-prezz attwali mħallas kif iddikjarat fil-kuntratt u, meta applikabbli, il-prezz iddikjarat fil-kuntratt imnaqqas bl-ammont ta’ rifużjonijiet/għotjiet mill-gvern lokali) għad-drittijiet għall-użu tal-art u l-ammont li normalment kellu jitħallas abbażi tal-punt ta’ riferiment tat-Tajpej Ċiniż. |
|
(550) |
Il-Kummissjoni tqis it-Tajpej Ċiniż bħala punt ta’ riferiment estern xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(551) |
Wara l-metodoloġija applikata f’investigazzjonijiet preċedenti (127), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni aktar xierqa f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fis-sitt distretti fit-Tajpej Ċiniż fejn jinsabu l-biċċa l-kbira tal-parks industrijali tat-Tajwan (jiġifieri t-Tajpej, Taichung, Tainan, Kaohsiung, Taoyuan, Hsinchu) ikkoreġut għall-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG mid-dati tal-kuntratti rispettivi tad-drittijiet tal-użu tal-art. Billi l-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun jinsabu f’żoni industrijali fir-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi punt ta’ riferiment fuq it-tranżazzjonijiet li seħħew ukoll f’żona industrijali. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-art industrijali mill-2013 inkisbet mis-sit web tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan (128). Għas-snin preċedenti, il-prezzijiet ġew ikkoreġuti bl-użu tar-rati tal-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG per capita bil-prezzijiet kurrenti f’USD għat-Tajwan kif ippubblikati mill-FMI. |
|
(552) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ ma qabilx mal-użu ta’ punt ta’ riferiment barra miċ-Ċina kontinentali, li rriżulta f’kalkolu tal-benefiċċju li huwa inkonsistenti mal-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku u mal-Artikolu 14(d) tal-Ftehim SCM. Il-GTĊ afferma li jeżistu punti ta’ riferiment mhux distorti fiċ-Ċina kontinentali, minħabba li d-drittijiet tal-użu tal-art jiġu ttrasferiti permezz ta’ kwotazzjoni jew irkant ta’ offerti pubbliċi skont il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Art u, billi l-kumpaniji privati li għandhom drittijiet tal-użu tal-art jistgħu jikruhom jew ibigħuhom lil xerrejja mhux relatati, il-Kummissjoni messha użat il-prezzijiet fiċ-Ċina kontinentali bħala punt ta’ riferiment. Il-GTĊ afferma wkoll li l-fatt li l-prezzijiet jiġu ddeterminati permezz ta’ negozjati u offerti kompetittivi jiżgura li dawn ma jkunux distorti, iżda jkunu jirriflettu prezz tas-suq adegwat. |
|
(553) |
Madankollu, il-GTĊ naqas milli jipprovdi xi statistika jew data li tippermetti lill-Kummissjoni teżamina l-proposta li tuża l-prezzijiet li bihom il-kumpaniji privati jikru jew ibigħu mill-ġdid id-drittijiet tal-użu tal-art. Il-Kummissjoni lanqas ma setgħet issib xi data disponibbli għall-pubbliku dwar is-suġġett. Barra minn hekk, anki kieku tali informazzjoni kellha tiġi riċevuta, din tkun tikkonċerna biss suq sekondarju ta’ trasferimenti, billi hemm biss attur wieħed fis-suq primarju (jiġifieri l-allokazzjoni oriġinali tad-drittijiet tal-użu tal-art dejjem issir mill-GTĊ). Tabilħaqq, is-suq primarju tal-allokazzjoni oriġinali għal 50 sena huwa differenti mill-kera fis-suq sekondarju, li normalment jenħtieġ li jkun għal perjodu ħafna iqsar, jew għall-inqas bi klawżoli differenti għal rivalutazzjoni, terminazzjoni, eċċ. Għalhekk, il-Kummissjoni kompliet tistrieħ fuq l-informazzjoni disponibbli għas-suq primarju, li huwa s-suq li qed jiġi investigat f’dan il-każ. |
|
(554) |
Barra minn hekk, il-GTĊ afferma li kieku kellu jintuża punt ta’ riferiment barra miċ-Ċina kontinentali, il-metodu ta’ tqabbil użat mill-Kummissjoni kif ukoll l-għażla tat-Tajpej Ċiniż kienu jkunu skorretti. L-ewwel nett, il-Kummissjoni qabblet b’mod żbaljat ċerti attributi tat-Tajpej Ċiniż, bħall-iżvilupp ekonomiku, l-istat tal-infrastruttura industrijali, eċċ., mal-attributi tal-provinċji u l-bliet taċ-Ċina kontinentali minħabba li ż-żewġ swieq ma humiex simili. It-tieni, il-GTĊ sostna li l-prezzijiet tal-art fit-Tajpej Ċiniż la huma relatati u lanqas konnessi mal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiċ-Ċina kontinentali, kif meħtieġ mill-Artikolu 14(d) tal-Ftehim SCM, billi fit-Tajpej Ċiniż l-art għandha tinxtara, filwaqt li fiċ-Ċina kontinentali l-art tinkera għal perjodu ta’ 50 sena. Barra minn hekk, id-densità tal-popolazzjoni, id-daqs u l-PDG taċ-Ċina kontinentali u tat-Tajpej Ċiniż huma differenti ħafna u, b’hekk, iż-żewġ swieq ma humiex komparabbli. Pereżempju, fl-2020, id-densità tal-popolazzjoni taċ-Ċina kienet ta’ 149 persuna għal kull kilometru kwadru ta’ art, filwaqt li d-densità għat-Tajpej Ċiniż kienet ta’ 650 persuna għal kull kilometru kwadru ta’ art. Barra minn hekk, id-daqs tat-Tajpej Ċiniż huwa ta’ madwar 36 197 km2, li huwa ħafna iżgħar mill-provinċji inkwistjoni bħal Hubei (185 900 km2) u Jiangsu (102 600 km2). Għalhekk, il-GTĊ afferma li jeħtieġ li jsir aġġustament biex jiġu riflessi dawn il-fatturi. Il-GTĊ afferma wkoll li ma sar l-ebda aġġustament għall-inflazzjoni u talab li ssir divulgazzjoni dettaljata tad-data sottostanti għall-kalkolu tal-punt ta’ riferiment, b’mod partikolari fir-rigward tal-punt ta’ riferiment tal-prezzijiet tat-Tajpej Ċiniż użati u d-data użata għall-aġġustament tas-snin preċedenti. |
|
(555) |
ZTT Group afferma wkoll li l-punt ta’ riferiment użat mill-Kummissjoni huwa manifestament mhux xieraq. L-ewwel nett, l-istat tal-iżvilupp tal-provinċji Ċiniżi fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni tad-dritt tal-użu tal-art jenħtieġ li jiġi kkunsidrat u mqabbel ma’ dak tat-Tajpej Ċiniż u mhux matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tieni, il-PDG tat-Tajpej Ċiniż kien aktar minn tliet darbiet ogħla minn dak taċ-Ċina kontinentali f’dawn l-aħħar tliet snin u aktar minn 50 % ogħla minn dak fil-Provinċja ta’ Jiangsu fl-2020. It-tielet, l-indiċijiet ta’ korrezzjoni li għandhom jiġu applikati jenħtieġ li jkunu dawk tal-provinċji Ċiniżi fejn huma bbażati l-produtturi inklużi fil-kampjun u mhux tat-Tajpej Ċiniż. Fl-aħħar nett, din il-parti talbet lill-Kummissjoni tipprovdi statistika sinifikanti u d-dettalji għall-kalkolu tal-punt ta’ riferiment jew is-sett sħiħ ta’ data użata għal tali kalkolu. |
|
(556) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-għażla tat-Tajpej Ċiniż bħala punt ta’ riferiment kienet ibbażata fuq l-eżami ta’ diversi fatturi elenkati fil-premessa (550). Għalkemm hemm ċerti differenzi fil-kundizzjonijiet tas-suq bejn id-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina kontinentali u l-bejgħ tal-art fit-Tajpej Ċiniż, dawn ma humiex ta’ tali natura li jinvalidaw l-għażla tat-Tajpej Ċiniż bħala punt ta’ riferiment validu. Barra minn hekk, il-GTĊ qabbel iċ-ċifri tad-densità tal-popolazzjoni fil-livell tal-pajjiż kollu. Meta wieħed iħares aktar mill-qrib lejn id-densità tal-popolazzjoni tal-postijiet reali fejn jinsabu l-produtturi esportaturi, jidher li bħala medja ċ-ċifri tad-densità tal-popolazzjoni huma simili. Pereżempju, id-densità tal-popolazzjoni ta’ Hubei fl-2020 kienet ta’ 308 persuna għal kull km2; madankollu, id-densità tal-belt ta’ Wuhan fejn jinsabu l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji kienet ta’ 1 145 persuna għal kull km2 (129). Id-densità tal-popolazzjoni ta’ Jiangsu kienet ta’ 830 persuna għal kull km2 (130). Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-ebda aġġustament ma kien iġġustifikat. |
|
(557) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun tammonta għal: Il-forniment tal-art għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata
|
3.8.2. Il-forniment ta’ materja prima għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata
|
(558) |
Fl-ilment tiegħu, l-ilmentatur ipprovda evidenza li l-produtturi Ċiniżi tal-OFC joperaw f’industrija mħeġġa u li huwa raġonevoli li jiġi konkluż li s-sussidji pprovduti lill-produtturi tal-materja prima użata fil-produzzjoni tal-OFC fl-aħħar mill-aħħar huma ta’ benefiċċju għall-produtturi tal-OFC. Dan il-benefiċċju jiġi akkumulat mill-manifatturi tal-OFC direttament, sal-punt li dawn ikunu integrati vertikalment, u indirettament, sal-punt li dawk is-sussidji jirriżultaw fi prezzijiet aktar baxxi għall-inputs fis-suq domestiku Ċiniż milli kieku kien ikun il-każ. |
|
(559) |
Filwaqt li matul l-RCC, kif stabbilit fil-premessi (168) u (169) hawn fuq, il-GTĊ ipprovda dokumenti li jirrigwardjaw il-politiki statali provinċjali rilevanti f’Yunnan, huwa ma kienx ta’ appoġġ biex jassisti lill-Kummissjoni biex tikseb informazzjoni mingħand intrapriżi privati jew tal-Istat u, għalhekk, tqies li qed jikkoopera parzjalment biss mat-talbiet tal-Kummissjoni biex jirċievi informazzjoni dwar il-forniment ta’ materja prima u s-suq rispettiv. |
|
(560) |
Din is-sejba ma nbidlitx bl-argument tal-GTĊ li l-Kummissjoni kienet talbet informazzjoni dwar suq irrilevanti, billi mhux il-ġermanju, iżda t-tetraklorur tal-ġermanju, kien il-materja prima użata fil-produzzjoni tal-OFC. Minħabba li l-ġermanju huwa l-materjal tas-sors għat-tetraklorur tal-ġermanju, ir-regolamenti dwar il-ġermanju u s-suq rispettiv għandhom impatt fuq it-tetraklorur tal-ġermanju derivat speċifiku. |
|
(561) |
Billi l-gruppi ta’ kumpaniji investigati kienu integrati vertikalment, il-materja prima pprovduta minn fornituri relatati tal-entitajiet li jipproduċu l-OFC fil-prinċipju ġiet inkluża fl-investigazzjoni. Għalhekk, sal-punt li ċerti sussidji kumpensabbli investigati ġew riċevuti fil-livell ta’ dawn il-fornituri relatati, dawn ġew integrati fil-kalkoli għal kull skema ta’ sussidju analizzata hawn fuq. |
|
(562) |
Il-Kummissjoni investigat ukoll jekk fornituri mhux relatati ta’ materja prima bażika pprovdewx inputs għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni ffokat b’mod partikolari fuq il-materja prima bażika għall-produzzjoni tal-OFC li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun xtraw fil-biċċa l-kbira mingħand fornituri mhux relatati, jiġifieri t-tetraklorur tal-ġermanju u l-klorur tas-silikon. |
|
(563) |
Il-materjal ta’ input oriġinali tat-tetraklorur tal-ġermanju huwa l-ġermanju, li huwa indispensabbli għal ħafna prodotti ta’ teknoloġija avvanzata. Huwa materjal ta’ input importanti użat fil-produzzjoni tal-OFC sabiex jiżdied l-indiċi rifrattiv tiegħu u jgħin biex jitnaqqas it-telf tas-sinjal fuq distanzi twal (131). Minħabba l-kundizzjonijiet ġeoloġiċi, ir-reġjun ta’ Yunnan għandu provvista rikka ta’ ġermanju. |
|
(564) |
Fid-dawl tal-kooperazzjoni parzjali mill-GTĊ, il-Kummissjoni analizzat is-sett limitat ta’ dokumenti sottomessi mill-GTĊ u ssupplimentathom billi għamlet riċerka dwar il-pjanijiet u l-politiki tal-gvern li jikkonċernaw dawn l-inputs abbażi tal-informazzjoni disponibbli, kif ukoll l-atturi fis-suq ta’ dawn l-inputs. Il-Kummissjoni sabet li l-GTĊ implimenta pjanijiet u strateġiji biex jappoġġa l-industrija tal-ġermanju f’Yunnan. Il-pjanijiet li jindirizzaw il-produzzjoni ta’ din il-materja prima jinkludu t-“13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tal-Provinċja ta’ Yunnan” (132), l-“Avviż tal-Gvern tal-Provinċja ta’ Yunnan dwar l-Iżvilupp tal-Industrija ta’ Yunnan 2016-2020” (133) u l-“Avviż tal-Gvern tal-Provinċja ta’ Yunnan dwar Bosta Miżuri maħsuba biex Jappoġġaw l-Iżvilupp tal-Ekonomija Reali” (134). |
|
(565) |
It-“13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tal-Provinċja ta’ Yunnan” jirreferi espliċitament għall-ġermanju meta jifformula l-għan li “jiżviluppa b’mod attiv materjali ġodda ta’ ċelloli solari bħal ġermanju u film irqiq” u li “jappoġġa l-iżvilupp tal-industrija tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida, jaċċellera l-iżvilupp ta’ informazzjoni elettronika ġdida u materjali funzjonali semikondutturi bbażati fuq il-grupp tal-platinu, il-ġermanju, l-indju u metalli rari u prezzjużi oħrajn” . |
|
(566) |
L-objettivi tal-Pjan ta’ Ħames Snin huma riflessi u żviluppati f’aktar avviżi tal-gvern u miżuri ta’ implimentazzjoni. Kif stabbilit fil-premessa (79), is-sistema ta’ ppjanar fir-RPĊ tirriżulta fl-allokazzjoni ta’ riżorsi lil setturi indikati bħala strateġiċi jew politikament importanti b’mod ieħor mill-GTĊ. |
|
(567) |
Fl-“Avviż tal-Gvern tal-Provinċja ta’ Yunnan dwar l-Iżvilupp tal-Industrija ta’ Yunnan 2016–2020”, il-gvern tal-provinċja jistabbilixxi espliċitament bħala kompiti strateġiċi li “jippromwovi b’mod vigoruż il-park industrijali ta’ materjal ġdid ta’ metalli prezzjużi ta’ Yunnan, […] il-bini ta’ bażi industrijali tal-ġermanju nazzjonali ta’ materjali u apparat ottoelettroniċi ġodda” u li “jkisser l-ostakoli tekniċi barranin u jaċċellera l-kultivazzjoni ta’ materjali metalliċi rari ġodda bħal […] ġermanju u materjali ġodda bbażati fuq il-ġermanju” u “jiskjera b’mod proattiv ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ materjali ġodda avvanzati bħal […] ġermanju”. |
|
(568) |
Fit-tielet dokument li jistabbilixxi l-mekkaniżmu għall-promozzjoni tal-industrija tal-ġermanju fil-provinċja ta’ Yunnan qed jiġi deskritt appoġġ finanzjarju dirett: “F’konformità mal-prinċipju ta’ “xiri u ħżin tal-intrapriżi, self mill-banek, sussidji finanzjarji, operazzjoni tas-suq, awtofinanzjament”, aħna wettaqna xiri u ħżin kummerċjali ta’ [...] ġermanju, [...] u prodotti ewlenin oħrajn ta’ metall mhux ferruż fil-provinċja kollha. L-ammont totali ta’ xiri u ħżin huwa ta’ madwar 800 000 tunnellata, u ż-żmien tal-ġbir u l-ħżin huwa ta’ sena. Il-fondi meħtieġa għall-ġbir u l-ħżin għandhom jiġu mislufa mill-intrapriża lill-bank fil-forma ta’ rahan fuq il-prodott. Ġie allokat fond speċjali ta’ 1 biljun yuan mill-gvern provinċjali bl-għan li jissussidja s-self mill-banek lill-intrapriżi. Fosthom, se jingħata sussidju ta’ skont ta’ 80 % lil intrapriżi li jixtru u jaħżnu landa, ġermanju u indju.” |
|
(569) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji li joperaw fl-industrija tal-ġermanju, inklużi l-produtturi tat-tetraklorur tal-ġermanju, li jinsabu fil-Provinċja ta’ Yunnan, irċevew sussidji mill-Istat. Pereżempju, il-kumpanija parzjalment proprjetà tal-Istat YUNNAN Lincang Xinyuan Germanium, kif ukoll is-sussidjarji tagħha, irċevew pagamenti multipli mill-GTĊ. Fir-rapport annwali tagħha mill-2020, il-kumpanija tirrapporta ammont ta’ RMB 21 847 627 miljun bħala introjtu minn ħlasijiet ta’ sussidju għas-sena 2019. Fl-2020 l-għotjiet riċevuti mill-GTĊ laħqu l-ammont ta’ RMB 55 361 284 (135). L-għotjiet ipprovduti mill-GTĊ lill-industrija tal-ġermanju ma humiex limitati għal kumpanija waħda. Fir-rapport annwali tagħha għall-2019, il-kumpanija tal-Istat Yunnan Chihong Zinc and Germanium iddikjarat ukoll li hija rċeviet sussidji li jammontaw għal RMB 43 771 439 f’dik is-sena (136). |
|
(570) |
Għalhekk, huwa evidenti li l-GTĊ huwa involut fil-katina tal-valur kollha tal-OFC, li x’aktarx ikollu effett fuq il-prezzijiet sabiex ma jkunux jirriflettu l-forzi tas-suq. Permezz tal-mezzi deskritti hawn fuq, is-setturi li jipproduċu materja prima użata għall-manifattura tal-OFC, b’mod partikolari l-ġermanju u t-tetraklorur tal-ġermanju, huma soġġetti għal intervent mill-gvern. |
|
(571) |
Madankollu, fid-dawl tal-fatt li d-dazju anti-dumping jista’ jiġi stabbilit fil-livell tal-marġini tad-dumping, kif spjegat fil-premessa (769), u r-rilevanza potenzjali taċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-premessa (765), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tkomplix l-investigazzjoni dwar dan l-allegat sussidju u rriżervat id-dritt tagħha li terġa’ lura għal din il-kwistjoni jekk ikun meħtieġ. |
3.9. Konklużjoni dwar is-sussidjar
|
(572) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku billi eżaminat kull sussidju jew programm ta’ sussidju, u żiedet dawn iċ-ċifri flimkien biex tikkalkula ammont totali ta’ sussidjar għal kull produttur esportatur għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Sabiex tikkalkula s-sussidjar globali ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkolat is-sussidjar perċentwali, li huwa l-ammont ta’ sussidju bħala persentaġġ tal-fatturat totali tal-kumpanija. Dan il-persentaġġ imbagħad intuża għall-kalkolu tas-sussidju allokat għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Imbagħad ġie kkalkolat l-ammont ta’ sussidju għal kull tunnellata ta’ prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u l-marġnijiet ta’ hawn taħt ikkalkolati bħala persentaġġ tal-valur ta’ Kost, Assigurazzjoni u Nol (“CIF”) tal-istess esportazzjonijiet għal kull tunnellata. |
|
(573) |
F’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju totali għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ġie kkalkolat abbażi tal-ammont medju ponderat totali ta’ sussidji kompensatorji stabbilit għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun bl-esklużjoni ta’ ammonti negliġibbli, kif ukoll l-ammont ta’ sussidji stabbiliti għal oġġetti li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-Kummissjoni ma injoratx is-sejbiet parzjalment abbażi tal-fatti disponibbli biex tiddetermina dawk l-ammonti. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tqis li l-fatti disponibbli użati f’dawk il-każijiet ma affettwawx sostanzjalment l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ sussidjar b’mod ġust, sabiex b’hekk l-esportaturi li ma ntalbux jikkooperaw fl-investigazzjoni ma jiġux ippreġudikati bl-użu ta’ dan l-approċċ (137). |
|
(574) |
Minħabba r-rata għolja ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u r-rappreżentattività tal-kampjun anki f’termini ta’ eliġibbiltà għas-sussidju, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li jiġi stabbilit l-ammont għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” fil-livell tal-ogħla ammont stabbilit għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun. L-ammont għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” kien applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni.
|
4. DANNU
4.1. Unità ta’ kejl
|
(575) |
Għalkemm l-istatistika uffiċjali tal-importazzjoni tiġi rrapportata f’kilogrammi, il-Kummissjoni qieset, f’konformità mal-kummenti mill-produtturi esportaturi u mill-industrija tal-Unjoni, li din l-unità ta’ kejl ma hijiex adattata għal kejl xieraq tal-volumi kkonċernati. L-investigazzjoni turi li l-industrija ġeneralment ma tużax il-piż iżda t-tul bħala indikatur ewlieni tal-volum. Dan jista’ jew ikejjel it-tul tal-kejbil (km ta’ kejbils), jew it-tul totali tal-fibri li jinsabu fih (km ta’ fibri). Minħabba li l-investigazzjoni attwali tikkonċerna l-kejbils, l-unità km ta’ kejbils titqies bħala l-aktar unità ta’ kejl xierqa, li se tintuża fid-determinazzjoni tad-dannu hawn taħt. |
|
(576) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat li l-volumi tal-importazzjoni kellhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ kilometri ta’ fibri, minflok kilometri ta’ kejbils, hekk kif l-unita kilometri ta’ fibri kienet l-istandard tal-industrija aċċettat u l-unika unità ta’ kejl li kienet tirrifletti d-differenzi immensi fin-numri ta’ fibri għal kull kejbil. |
|
(577) |
Il-Kummissjoni sostniet li l-unità kilometri ta’ kejbils hija l-unità ta’ kejl xierqa, hekk kif il-prodotti soġġetti għall-investigazzjoni huma kejbils u n-numru ta’ fibri f’kejbil huwa karatteristika speċifika tal-kejbil li hija riflessa fil-PCN. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
4.2. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(578) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn 29 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Bl-eċċezzjoni taż-żewġ kumpaniji msemmija fit-taqsima li jmiss, dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, id-determinazzjoni tad-dannu hija bbażata fuq id-data ta’ 27 Stat Membru (EU27) għall-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(579) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal 1,2 miljun kilometru ta’ kejbils. Il-Kummissjoni stabbilixxiet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħal informazzjoni diretta mid-9 partijiet - 6 ilmentaturi, 3 kumpaniji li jappoġġaw l-ilment - u informazzjoni dwar is-suq għall-bqija tal-produtturi. Kif indikat fil-premessa (41), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 52 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.3. L-esklużjoni ta’ żewġ produtturi mill-industrija tal-Unjoni
|
(580) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-produtturi li huma relatati ma’ esportaturi jew importaturi Ċiniżi u/jew huma stess importaturi tal-prodott allegatament issussidjat jistgħu jiġu esklużi mill-industrija tal-Unjoni. L-Artikolu 9(2) jiddefinixxi meta l-produtturi għandhom jitqiesu li huma relatati mal-esportaturi jew mal-importaturi. |
|
(581) |
Il-Kummissjoni investigat ir-relazzjonijiet eżistenti tal-industrija tal-Unjoni mal-esportaturi jew mal-importaturi tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni wriet li produttur wieħed tal-Unjoni inkluż fil-kampjun importa volum marġinali ta’ kejbils fibrottiċi miċ-Ċina, u ieħor għandu sehem minoritarju fi produttur esportatur mhux inkluż fil-kampjun. Fid-dawl tal-volumi negliġibbli importati mill-ewwel produttur u tal-fatt li t-tieni wieħed wera li la jikkontrolla u lanqas huwa kkontrollat minn dan il-produttur esportatur u li l-effett ta’ din ir-relazzjoni ma wassalx biex huwa jġib ruħu b’mod differenti mill-produtturi mhux relatati, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex tiġi eskluża xi waħda minn dawn il-kumpaniji mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(582) |
Fir-rigward tat-tielet produttur mhux inkluż fil-kampjun, il-Kummissjoni qieset, fid-dawl tar-relazzjoni tiegħu ma’ produttur esportatur Ċiniż (li huwa kkontrollat mill-istess entità) u l-kwantitajiet sinifikanti ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina, li kien xieraq li produttur bħal dan jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, minkejja l-produzzjoni sinifikanti ta’ din il-kumpanija fl-Unjoni. |
|
(583) |
Bl-istess mod, fir-rigward ta’ produttur li ma jikkooperax fl-Unjoni, li ddikjara ammont sinifikanti ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina, il-Kummissjoni ddeċidiet li, filwaqt li qieset ir-relazzjoni ma’ produttur esportatur Ċiniż u l-ammonti sinifikanti ta’ importazzjonijiet, jenħtieġ li dan ikun ugwalment eskluż mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(584) |
Minħabba li l-investigazzjoni ma wrietx li xi produttur ieħor kien jew relatat ma’ esportaturi Ċiniżi jew inkella importat miċ-Ċina, ma kinux meħtieġa aktar esklużjonijiet mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(585) |
Is-CCCME sostniet li għadd ta’ produtturi tal-Unjoni kellhom rabtiet ma’ produtturi Ċiniżi tal-OFC u talbet lill-Kummissjoni twettaq analiżi tad-dannu segmentata billi tanalizza separatament dan il-fluss ta’ importazzjonijiet. |
|
(586) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME tenniet din l-affermazzjoni li l-importazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu ssegregati u vvalutati separatament mill-importazzjonijiet ta’ partijiet oħrajn. Is-CCCME qieset ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddivulga l-volum u l-persentaġġ tal-importazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni minn produtturi Ċiniżi relatati u mhux relatati matul il-PI. |
|
(587) |
Kif stabbilit hawn fuq, fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni qieset kif xieraq ir-rabtiet tal-produtturi tal-Unjoni ma’ kumpaniji Ċiniżi billi eskludiet produtturi b’importazzjonijiet sinifikanti miċ-Ċina u qieset ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-esportaturi Ċiniżi. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun importaw kwantitajiet marġinali (inqas minn 1 % tal-produzzjoni tagħhom) tal-prodott ikkonċernat mingħand kumpaniji relatati fiċ-Ċina. Kumpaniji oħrajn li jipproduċu fl-Unjoni u li jimportaw kwantitajiet sinifikanti ma tqisux bħala industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku kif stabbilit fil-premessi minn (582) sa (584). Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(588) |
Connect Com issottomettiet lista ta’ produtturi oħrajn tal-Unjoni ta’ kejbils fibrottiċi li ma ġewx ikkunsidrati fl-ilment. Il-Kummissjoni nnotat li dawn il-kumpaniji ma kkooperawx fl-investigazzjoni u li l-istimi għall-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx ġew ipprovduti fuq il-bażi ta’ intelliġenza affidabbli tas-suq (138). |
4.4. Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni
|
(589) |
Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kellux jitqies fl-analiżi u, jekk iva, sa liema punt. |
4.5. Użu kaptiv
|
(590) |
Il-Kummissjoni sabet li bejn 5,8 % u 4,4 % tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kienet maħsuba għal użu kaptiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. F’dak il-każ, il-kejbils ġew ikkonsenjati fi ħdan l-istess kumpanija jew gruppi ta’ kumpaniji għal aktar ipproċessar downstream, b’mod partikolari għall-produzzjoni ta’ kejbils mgħammra b’konnetturi. |
|
(591) |
Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv ma humiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(592) |
Sabiex tipprovdi stampa tal-industrija tal-Unjoni li kienet sħiħa kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-fibrottiċi u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles. |
|
(593) |
Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum ta’ bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem mis-suq; it-tkabbir; il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni; il-profittabbiltà; ir-redditu fuq l-investiment; u l-fluss tal-flus. Fejn kien possibbli u ġustifikat, is-sejbiet tal-eżami tqabblu mad-data għas-suq kaptiv sabiex tiġi pprovduta stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(594) |
Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn jistgħu jiġu eżaminati b’mod sinifikanti biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (139). Dawn huma: il-produzzjoni; il-kapaċità, l-użu tal-kapacità; l-investimenti; l-ishma; l-impjiegi; il-produttività; il-pagi; u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
|
(595) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat li jenħtieġ li s-suq ristrett ma jiġix injorat meta tiġi analizzata l-pożizzjoni ġenerali tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(596) |
F’dan ir-rigward, kif deskritt hawn taħt, il-Kummissjoni ma injoratx is-suq kaptiv, iżda pjuttost identifikatu u vvalutat l-evoluzzjoni tiegħu maż-żmien. Dan ipprovda stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Id-daqs żgħir u li qed jonqos ta’ suq bħal dan jenfasizza li dan ma għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-kejbils b’konnetturi ma humiex il-prodott ikkonċernat. |
4.6. Konsum tal-Unjoni
|
(597) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’ data dwar il-bejgħ kif iddeterminat mill-ilmentatur flimkien ma’ data dwar l-importazzjoni stabbilita f’konformità mal-metodoloġija deskritta fil-premessi minn (600) sa (607). |
|
(598) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni (km ta’ kejbils)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(599) |
Il-konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni żdied bi 38 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabilħaqq, marbut mal-espansjoni diġitali wiesgħa fl-UE, dan huwa suq li t-tkabbir tiegħu huwa b’saħħtu u huwa mistenni li jkompli b’pass mgħaġġel (140). Il-konsum baqa’ jikber sal-PI, minkejja l-fatt li t-tieni parti tal-perjodu (jiġifieri l-ewwel nofs tal-2020) ikkoinċidiet mal-ewwel xhur tat-tfixkil marbut mal-pandemija tal-COVID-19. Is-sejbiet tal-investigazzjoni juru li l-pandemija li bdiet fl-aħħar xhur tal-PI u l-miżuri ta’ prevenzjoni relatati naqqsu r-ritmu tat-tkabbir, iżda ma waqqfux il-konsum tal-prodott ikkonċernat milli jiżdied fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kollu kemm hu. Is-suq kaptiv huwa magħmul mill-użu ta’ kejbils fibrottiċi f’soluzzjonijiet ta’ konnettività offruti mill-kumpaniji, inklużi kejbils mgħammra b’konnetturi; il-volumi tiegħu, limitati ħafna fi proporzjon mas-suq ġenerali, urew tnaqqis ta’ 12 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.7. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.7.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(600) |
L-istatistika uffiċjali tal-importazzjoni għall-kodiċi NM 8544 70 00 tiġi rrapportata f’kilogrammi, u l-istess kodiċi fih prodotti minbarra l-prodott ikkonċernat. Sabiex tikseb stampa aktar preċiża tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni skrutinizzat informazzjoni dettaljata mill-awtoritajiet doganali nazzjonali dwar is-sett sħiħ ta’ tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni uniċi matul il-perjodu 2017-PI, kif irrapportati mill-importaturi fid-dikjarazzjonijiet doganali tagħhom u pproċessati mill-awtoritajiet imsemmija qabel. L-informazzjoni kienet tirrigwardja l-importazzjonijiet f’9 Stati Membri (il-Bulgarija, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija u Spanja) u tqieset bħala rappreżentattiva, minħabba li kienet tkopri 79 % tal-importazzjonijiet fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-analiżi granulari fuq din il-bażi wasslet għall-konklużjonijiet ippreżentati hawn taħt. |
|
(601) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Connect Com sostniet li l-importazzjonijiet ġew eżaminati biss f’disa’ Stati Membri u li dan ma kienx rappreżentattiv, minħabba li Stati Membri kbar bħall-Italja, il-Polonja, l-Awstrija, eċċ., ma ġewx inklużi f’din l-analiżi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-informazzjoni li waslet mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali kienet analiżi addizzjonali biex jiġi identifikat b’mod aktar preċiż il-prodott ikkonċernat fi ħdan il-kodiċi NM 8544 70 00 sħiħ. Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kollha li wieġbu fil-ħin għat-talba tagħha għall-informazzjoni u qieset li 79 % tal-importazzjonijiet totali jagħtu stampa rappreżentattiva tas-sehem tal-prodott ikkonċernat fost l-importazzjonijiet kollha taħt il-kodiċi NM. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset dan l-argument bħala bla bażi. |
|
(602) |
Fir-rigward tal-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, ġie stabbilit fuq l-istess bażi bħal dik għall-investigazzjoni anti-dumping separata, jiġifieri, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-eżerċizzju ta’ kampjunar. |
|
(603) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ġew stabbiliti abbażi tal-eżerċizzju dettaljat imsemmi fil-premessa (600), li identifika l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f’kg, u ġew ikkonvertiti f’km ta’ kejbils bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni preċiżi ddikjarati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fit-tweġibiet tagħhom għat-talba addizzjonali għall-informazzjoni msemmija fil-premessa (60). |
|
(604) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volum ta’ importazzjoni meta mqabbel mal-volum ta’ konsum fis-suq ħieles muri fit-Tabella 1. |
|
(605) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(606) |
Fl-isfond ta’ kapaċità żejda Ċiniża sinifikanti (stmata li tammonta għal aktar mid-doppju tas-suq kollu tal-UE, abbażi tal-analiżi tas-suq ipprovduta mill-ilmentaturi (141)), l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu minn madwar 190 000 km ta’ kejbils għal madwar 500 000 km ta’ kejbils matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, żieda rapida ħafna ta’ aktar minn darbtejn u nofs. Din iż-żieda ta’ 163 % hija aktar minn erba’ darbiet ogħla miż-żieda fil-konsum, li tenfasizza l-profondità u l-ispinta tal-penetrazzjoni Ċiniża ta’ dan is-suq. |
|
(607) |
B’riżultat ta’ dan, is-sehem mis-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet żdied minn 14,8 % għal 28,3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, żieda massiva ta’ 91 %. Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi wrew żieda f’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, element li jenfasizza r-rapidità u l-kobor tal-penetrazzjoni tas-suq. |
|
(608) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME sostniet li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien sottovalutat u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien minfuħ. F’dan ir-rigward, is-CCCME affermat ukoll li d-data tas-suq jenħtieġ li tkun ibbażata fuq kilometri ta’ fibri, minflok kilometri ta’ kejbils, li jirriżultaw f’sehem mis-suq aktar baxx tal-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(609) |
L-investigazzjoni żvelat li l-unità kilometri ta’ kejbils kienet l-aktar unità ta’ kejl xierqa għall-prodott ikkonċernat kif spjegat fil-premessa (575). Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
4.7.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, it-twaqqigħ tal-prezz u t-tnaqqis fil-prezzijiet
|
(610) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tat-tweġibiet ipprovduti mill-esportaturi li kkooperaw b’reazzjoni għal talba għall-informazzjoni. |
|
(611) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/km ta’ kejbils)
|
||||||||||||||||||||||
|
(612) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina naqsu minn 452 għal 349 EUR/km ta’ kejbils matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, tnaqqis ta’ 23 %. Dan l-iżvilupp jenħtieġ li jitqies fid-dawl taż-żieda fl-aggressività tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, li hija marbuta mal-kapaċità żejda f’dak il-pajjiż (ara l-premessa (606)). Dan l-indikatur jenħtieġ li jitqies aktar fl-isfond ta’ varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezz għal tul partikolari bejn tipi differenti ta’ prodotti, kif ukoll differenzi kbar fit-taħlita ta’ prodotti minn sena għal sena. Il-varjazzjoni fil-prodott irriżultat kemm mill-varjabbiltà u, għalhekk, mill-prezz fit-tipi ta’ kejbils mibjugħa, kif ukoll mill-fatt li mhux it-tipi kollha ta’ prodotti ġew offruti jew mibjugħa kull sena. |
|
(613) |
Sabiex jiġu evitati l-varjazzjonijiet fit-taħlita ta’ prodotti inerenti għas-serje tal-prezzijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u sabiex tinkiseb data aktar akkurata u rappreżentattiva, il-Kummissjoni analizzat ukoll l-informazzjoni komprensiva mill-esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni bbażata fuq gruppi aktar aggregati ta’ prodotti direttament komparabbli. Dan wassal għall-identifikazzjoni ta’ 35 grupp identiku (li jaqblu) li jinbiegħu kemm mill-esportaturi Ċiniżi kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni, u li għalihom kien hemm bejgħ f’kull waħda mis-snin eżaminati. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni kisbet serje kronoloġika sħiħa bi prezz għal kull tip ta’ prodott għal kull sena fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn il-prezzijiet jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-esportazzjonijiet Ċiniżi ġenerali matul il-perjodu, li jkopru 62 % tal-esportazzjonijiet tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun matul il-PI. Is-serje kronoloġika rappreżentattiva li tirriżulta żviluppat kif ġej, fuq bażi aggregata ponderata: Tabella 3-bis Importazzjonijiet Ċiniżi (EUR/km ta’ kejbils)
|
|
(614) |
Dan juri tnaqqis sinifikanti u kontinwu fil-prezzijiet mill-esportazzjonijiet Ċiniżi. Fi kliem ieħor, meta l-bejgħ tal-istess tipi ta’ prodotti jitqabbel fuq bażi ta’ sena b’sena, hemm tnaqqis ċar u dixxernibbli fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi f’kull sena, li kienu ferm taħt il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu 2018-PI (it-Tabella 7-bis). |
|
(615) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(616) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar abbażi tat-tip ta’ prodott għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ negozjar, aġġustati kif xieraq fejn meħtieġ. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz għaż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ta’ 30,0 % u 33,2 %, li jagħti marġni ġenerali ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 31,5 %. Kif deskritt fil-premessa (673), l-analiżi tal-offerti tikkonferma l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz fil-livell tal-offerti. |
|
(617) |
Dan huwa konformi mal-prezzijiet identifikati fil-premessi (613) u (614). |
|
(618) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, ZTT Group sostna wkoll li l-Kummissjoni ma tat l-ebda spjegazzjoni dwar il-gruppi aggregati tal-PCN li, għalhekk, kienu arbitrarji. Is-CCCME affermat li l-użu ta’ dawn il-gruppi implika li kien hemm problema ta’ tqabbil u komparabbiltà tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u dawk Ċiniżi. Is-CCCME rreferiet għar-rapport tal-Bord fiċ-Ċina – Tagħmir tar-Raġġi X, (142) li sostna li awtorità ta’ investigazzjoni kellha obbligu li tiżgura li l-prodotti li kienet qed tqabbel fl-analiżi tagħha tat-twaqqigħ u t-trażżin tal-prezzijiet kienu fil-fatt komparabbli u li sostna li l-Kummissjoni naqset milli tiżgura tali komparabbiltà tal-prezzijiet. |
|
(619) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, dawn il-gruppi ma ntużawx għall-fini tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. It-tieni, dawn intużaw biex isir tqabbil tal-prezzijiet fuq bażi ta’ tip b’tip kif stabbilit fil-premessa (613) preċiżament biex jiġi żgurat li x-xejriet tal-prezzijiet matul iż-żmien ma kinux ikkontaminati minn bidliet sinifikanti fit-taħlita ta’ prodotti matul il-perjodu, biex b’hekk tittejjeb il-preċiżjoni tal-komparabbiltà matul iż-żmien, abbażi ta’ gruppi li, kif ġie spjegat hawn fuq, kienu rappreżentattivi tal-prodott ikkonċernat. |
|
(620) |
Il-Kummissjoni nnotat li meta jiġu vvalutati l-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz, il-mudelli esportati lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat kienu jikkostitwixxu r-referenza għat-tqabbil. Huwa fin-natura tat-tqabbil tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li mhux il-mudelli kollha esportati ġew mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. Fil-każ attwali, ir-rata ta’ tqabbil kienet ta’ madwar 70 % għall-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, li l-Kummissjoni qieset bħala suffiċjenti biżżejjed biex tiżgura tqabbil wiesa’ u ġust tal-mudelli esportati u dawk mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. |
4.8. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.8.1. Rimarki ġenerali
|
(621) |
F’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(622) |
Il-Kummissjoni rċeviet diversi kummenti mingħand il-partijiet dwar id-dannu. Il-GTĊ afferma li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma kkawżawx dannu jew theddida ta’ dannu, minħabba li l-indikaturi wrew li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet tajba u li l-industrija tal-Unjoni xorta kellha pożizzjoni dominanti bis-sehem mis-suq tagħha. Connect Com innotat li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien limitat ħafna u seħħ fil-kuntest ta’ suq possibbilment oligopolistiku. |
|
(623) |
Connect Com sostniet li d-dannu, anki jekk kien jeżisti, kien insinifikanti jekk ikunu saru profitti sa marġini ta’ profitt minimu ta’ 5 % u fakkret f’dan ir-rigward fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 1988 li ttemm il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti radjutelefowns ċellulari mobbli li joriġinaw mill-Kanada, minn Hong Kong u mill-Ġappun (143), u s-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 1997, EFMA vs Il-Kunsill (144). Madankollu, jenħtieġ li jiġi mfakkar li d-Deċiżjoni dwar ir-radjutelefowns ikkunsidrat il-marġini ta’ profitt fid-dawl ta’ indikaturi oħrajn ta’ titjib u li l-kawża tal-Qorti msemmija kienet tikkonċerna affermazzjoni li l-Qorti Ġenerali ċaħdet li l-profitt fil-mira stabbilit mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni kellu jkun ogħla. Għalhekk, dawn il-preċedenti ma jappoġġawx il-fehma li d-dannu jkun insinifikanti meta l-marġnijiet tal-profitt ikunu ogħla minn 5 %. Id-dannu jiġi stabbilit fuq valutazzjoni olistika tal-fatturi kollha msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, analizzati fil-kuntest tas-suq u l-industrija speċifiċi kkonċernati. Barra minn hekk, il-profitt miksub mill-industrija kien taħt il-profitt fil-mira stabbilit b’kunsiderazzjoni tal-elementi kollha relatati mal-industrija kkonċernata, kif meħtieġ skont l-Artikolu 12(1a) tar-Regolament bażiku. |
|
(624) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju sottomess mill-ilmentatur li tkopri d-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(625) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġini ta’ sussidju, u l-irkupru minn sussidjar li sar fil-passat. |
|
(626) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.8.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.8.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(627) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
|
(628) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’16 %. Analiżi dettaljata turi li, mill-2017 sal-2019, il-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet bi 18 %, filwaqt li fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-produzzjoni tal-Unjoni naqset bi ftit b’2 punti perċentwali. |
|
(629) |
Iż-żieda ġenerali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet dovuta għat-tkabbir fid-domanda deskritta fit-Tabella 1. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-produzzjoni tagħha b’16 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, f’suq li kiber bi 38 %. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mit-tkabbir tas-suq. |
|
(630) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b’31 %. Dan jirrifletti l-investimenti li saru minn xi produtturi tal-Unjoni biex isegwu t-tkabbir tas-suq. Dan it-tentattiv kien imfixkel miż-żieda fil-penetrazzjoni tal-prodotti Ċiniżi li, billi bbażaw ruħhom fuq strateġiji inġusti tal-ipprezzar, assorbew dejjem aktar ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(631) |
B’riżultat ta’ dan, l-użu tal-kapaċità naqas bi 12 %, u laħaq livell taħt is-60 % fil-PI: il-produtturi tal-Unjoni ma tħallewx iżidu l-produzzjoni f’konformità mat-tkabbir tas-suq. |
4.8.2.2. Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(632) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 5 Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(633) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum totali tal-bejgħ tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 13 %. Madankollu, minħabba ż-żieda fil-konsum, is-sehem mis-suq fis-suq ħieles naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 64,3 % għal 53,5 %, tnaqqis ta’ aktar minn 10 punti perċentwali (-17 %). |
|
(634) |
Il-volum tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied ukoll bi 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-bejgħ tal-Unjoni segwa x-xejra tal-produzzjoni tal-Unjoni mill-qrib ħafna, minħabba li, fil-biċċa l-kbira tagħha, l-industrija topera sistema ta’ produzzjoni skont l-ordnijiet. |
|
(635) |
Is-suq kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (espress bħala persentaġġ fuq il-bejgħ totali fl-Unjoni) kien f’livelli baxxi ħafna matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’xejra ta’ tnaqqis li rat il-persentaġġ jonqos minn 7 % fl-2017 għal 5,4 % fil-PI. Dan kellu impatt marġinali minħabba d-daqs limitat ta’ dan is-suq. |
4.8.2.3. It-tkabbir
|
(636) |
Jirriżulta mit-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.8.2.4. L-impjiegi u l-produttività
|
(637) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(638) |
L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 18 % mill-2017 sal-2019 fuq bażi FTE. Din iż-żieda ġiet segwita minn tnaqqis ta’ 4 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan l-iżvilupp fil-biċċa l-kbira jsegwi x-xejra fil-volum tal-produzzjoni muri fit-Tabella 3. |
|
(639) |
Billi ċ-ċifri għall-produzzjoni u l-impjiegi kienu jirriflettu lil xulxin mill-qrib, il-produttività f’termini ta’ km ta’ kejbils għal kull impjegat baqgħet fil-biċċa l-kbira stabbli. |
4.8.2.5. Il-kobor tal-marġini tas-sussidju u l-irkupru minn sussidjar li sar fil-passat
|
(640) |
Il-marġnijiet kollha tas-sussidju kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet attwali tas-sussidju fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(641) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni antisussidji rigward il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ sussidjar possibbli fil-passat. |
4.8.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.8.3.1. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(642) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(643) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati (is-suq ħieles) żdiedu b’16 % fil-perjodu 2017-2019, u mbagħad naqsu fil-PI, u laħqu livell simili għal dak irreġistrat fl-2017 (+1 %). Madankollu, il-livell tal-prezzijiet jiddependi l-aktar mill-kumplessità tal-prodotti mibjugħa, minħabba li l-prezz jista’ jvarja ħafna abbażi tal-karatteristika tal-kejbil (inkluż in-numru ta’ fibri, in-numru u t-tip ta’ kisjiet, eċċ.). |
|
(644) |
Dan huwa evidenti meta wieħed iqabbel l-evoluzzjoni tal-prezzijiet mal-evoluzzjoni tal-kost tal-produzzjoni, minħabba li kejbils aktar kumplessi, li jistgħu jinbiegħu bi prezzijiet ogħla, jinvolvu wkoll kost ogħla tal-produzzjoni. |
|
(645) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’14 % fil-perjodu 2017-2019, bejn wieħed u ieħor f’konformità mal-prezzijiet medji fis-suq ħieles tal-Unjoni (16 %). Sussegwentement, dan naqas b’14 %, ukoll, f’konformità mat-tnaqqis fil-prezzijiet fl-istess perjodu 2019-PI (15 %). |
|
(646) |
Kif imsemmi fil-premessa (613), sabiex jiġu evitati l-varjazzjonijiet fit-taħlita ta’ prodotti inerenti għas-serje tal-prezzijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni komprensiva mill-esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni abbażi ta’ gruppi aktar aggregati ta’ prodotti direttament komparabbli. Dan wassal għall-identifikazzjoni ta’ 35 grupp identiku (ta’ tqabbil) li jinbiegħu kemm mill-esportaturi Ċiniżi kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni, u li għalihom hemm serje kronoloġika sħiħa matul kull sena fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(647) |
Dawn huma rappreżentattivi tal-bejgħ tal-industrija tal-UE matul il-perjodu, b’aktar minn 34 % tal-bejgħ ta’ tali prodotti li jaqblu fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-serje kronoloġika rappreżentattiva li tirriżulta hija kif ġej: Tabella 7-bis L-industrija tal-Unjoni (EUR/km ta’ kejbils)
|
|
(648) |
Dan juri tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, simili għat-tnaqqis fil-prezzijiet osservat għall-esportazzjonijiet Ċiniżi msemmija fil-premessa (613). |
|
(649) |
Barra minn hekk, minħabba li l-klijenti spiss jitolbu għal tipi ta’ OFC imfassla apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, u minħabba li ċerti Stati Membri jiddefinixxu wkoll rekwiżiti tekniċi speċifiċi, it-tqabbil tal-prezzijiet maż-żmien għall-istess klijent u Stat Membru jiġġenera stampa aktar preċiża tal-iżviluppi fil-prezzijiet. L-industrija tal-Unjoni pprovdiet informazzjoni dettaljata addizzjonali f’dan ir-rigward. Ix-xejriet tal-prezzijiet għall-aktar għoxrin kombinazzjoni importanti ta’ gruppi ta’ prodotti bħal dawn bejn klijenti u Stati Membri żviluppaw kif ġej (146): Tabella 7-ter L-industrija tal-Unjoni (EUR/km ta’ kejbils, indiċi)
|
|
(650) |
Dan juri għal darba oħra tnaqqis ċar fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu, wara t-tnaqqis fil-prezzijiet mill-esportazzjonijiet Ċiniżi msemmija fil-premessi minn (610) sa (614). |
4.8.3.2. Il-kostijiet lavorattivi
|
(651) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(652) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat baqa’ relattivament stabbli fil-perjodu 2017-PI. It-tnaqqis żgħir fis-sena 2018 jikkorrispondi maż-żieda ta’ 13 % fl-għadd ta’ FTE, u jirrifletti l-kost ta’ din il-forza tax-xogħol addizzjonali. |
4.8.3.3. L-inventarji
|
(653) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(654) |
L-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’27 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Filwaqt li ż-żieda fl-istokks tfisser fatturat aktar bil-mod tal-bejgħ ta’ ċerti oġġetti rikorrenti u tista’ tkun marbuta mad-diffikultà dejjem akbar tal-industrija tal-Unjoni biex tbigħ il-prodotti tagħha minħabba kompetizzjoni aggressiva ħafna fil-prezzijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, iż-żieda fil-perjodu 2019-PI tista’ tkun marbuta wkoll ma’ effett staġjonali. Fi kwalunkwe każ, minħabba li l-maġġoranza tal-produzzjoni sseħħ abbażi tal-ordnijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti, l-inventarji ma jikkostitwixxux indikatur ewlieni tad-dannu. |
4.8.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(655) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(656) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(657) |
Il-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun kienet pożittiva iżda baxxa b’mod anormali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u naqset minn 8,1 % fl-2017 għal 7,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(658) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, ZTT Group afferma li, permezz ta’ analiżi tal-inġinerija inversa, l-industrija tal-Unjoni għamlet profitti għoljin ħafna billi pprezzat b’mod eċċessiv fis-suq tal-Unjoni, li tefa’ dubju serju dwar l-istatus dannuż tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll li t-twaqqigħ tal-prezz kien dovut għal prezzijiet mhux raġonevoli tal-industrija tal-Unjoni u mhux għall-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina. |
|
(659) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. L-analiżi tal-inġinerija inversa ppreżentata minn ZTT Group kienet parzjali u mhux ibbażata fuq valutazzjoni sħiħa tal-kostijiet u l-prezzijiet. Il-Kummissjoni vverifikat il-marġnijiet tal-profitt abbażi ta’ informazzjoni komprensiva u din l-analiżi wriet li dawn huma eżatt kif deskritti fil-premessi minn (655) sa (657). Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(660) |
L-ilmentaturi affermaw li l-ħtieġa għal investimenti u riċerka fis-settur tkun teħtieġ marġini ta’ profitt ta’ 15 %. L-investigazzjoni wriet li l-livell ta’ investimenti diġà ppjanati li kienu jseħħu f’ċirkostanzi normali biex ilaħħqu mal-iżviluppi tas-suq ikun jeħtieġ li jiġi sostnut minn profitti ta’ medja ta’ 13,4 % fuq il-bażi tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn l-investimenti koprew il-kwistjonijiet li ġejjin: il-kostijiet tat-tagħmir ġdid u tal-manutenzjoni biex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-kapaċità eżistenti, l-adattament tal-kapaċità għat-taħlita ta’ prodotti li qed tinbidel; l-espansjoni tal-kapaċità; l-ispejjeż tar-riċerka u tal-iżvilupp (innovazzjoni tal-prodotti u tal-proċessi). |
|
(661) |
Il-Kummissjoni sabet li l-ordni ta’ kobor imsemmija hawn fuq hija konformi mal-profitti storiċi fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi, li kif sottolinjat fl-analiżi li saret fit-Tabella 10-bis hija fil-medda ta’ 12 %. |
|
(662) |
Dan jenfasizza li l-livell ta’ profitt fil-medda ta’ 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma huwiex biżżejjed biex isostni l-attività f’suq tat-teknoloġija avvanzata li qed jespandi u, b’hekk, huwa espressjoni ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. It-Tabella 10-bis Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni qabel l-2017
|
|
(663) |
Madankollu, dan ma ġiex osservat f’dan il-każ. Tabilħaqq, il-profittabbiltà naqset meta mqabbla mal-perjodu 2014-2016. Il-livell aktar baxx ta’ profitti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni jirrifletti dannu sinifikanti fil-prezz matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minħabba l-pressjoni ’l isfel ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina (kemm f’termini ta’ volumi akbar kif ukoll ta’ prezzijiet baxxi), l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet, timminimizza l-kostijiet u, b’riżultat ta’ dan, tilħaq il-livelli normali ta’ profitti miksuba qabel il-piż tal-espansjoni, aħseb u ara kwalunkwe żieda. |
|
(664) |
Wara żieda fl-2018, il-fluss tal-flus naqas lejn it-tieni nofs tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(665) |
B’riżultat dirett tal-pressjoni mill-oġġetti importati, l-industrija tal-Unjoni kellha tipposponi l-investimenti, inklużi xi wħud li kienu diġà ppjanati u approvati. Dawn l-investimenti, li kellhom l-għan li jespandu l-kapaċità tal-produzzjoni eżistenti tal-Unjoni, twaqqfu (anki meta l-eżekuzzjoni kienet diġà bdiet) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bħala effett dirett fuq iċ-ċirkostanzi tas-suq mibdula kkawżati mill-ipprezzar aggressiv tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Dan wassal biex l-investimenti naqsu drastikament lejn tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’kuntrast max-xejra tas-snin preċedenti u t-tkabbir ġenerali tas-suq. |
|
(666) |
Ir-redditu fuq l-investimenti li saru żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u fil-fatt naqas bi 42 %. Dan l-iżvilupp negattiv juri li, għalkemm komplew isiru investimenti, sabiex jinżammu u jittejbu l-effiċjenza u l-kompetittività, ir-redditi fuq dawk l-investimenti naqsu b’mod sostanzjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minħabba l-impossibbiltà tal-industrija tal-Unjoni li ttejjeb ir-rata ta’ profittabbiltà. |
|
(667) |
Bir-redditi fuq l-investiment jonqsu daqshekk malajr, huwa ċar li l-kapaċità tal-entitajiet produtturi inklużi fil-kampjun li jiġġeneraw il-kapital fil-futur tkun fil-periklu jekk is-sitwazzjoni ma titjiebx. |
4.9. Analiżi tal-bejgħ ibbażata fuq offerti
|
(668) |
Il-maġġoranza kbira tal-OFC jinbiegħu permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti. Sabiex tikseb l-għarfien meħtieġ dwar dan l-aspett importanti tas-suq u tikkomplementa l-bqija tal-analiżi tad-dannu tagħha, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dettaljata dwar l-offerti mingħand il-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-importaturi u l-utenti. Saru mistoqsijiet dwar in-natura, il-proċess, iż-żmien, u karatteristiċi rilevanti oħrajn, li jkopru kemm l-offerti konklużi kif ukoll dawk li għadhom għaddejjin. Min-naħa tal-entitajiet li jressqu l-offerti, il-Kummissjoni ftit li xejn kellha kooperazzjoni. L-ebda entità pubblika li tressaq l-offerti ma pparteċipat fl-investigazzjoni u, minn fost l-operaturi l-kbar tat-telekomunikazzjoni, kienet biss Deutsche Telekom li pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar l-offerti. |
|
(669) |
Wara n-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali u dettaljata mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun dwar l-offerti kollha li fihom ipparteċipaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, inkluża informazzjoni dwar l-offerti, il-prezzijiet u l-kompetituri, fejn disponibbli. |
|
(670) |
L-informazzjoni sottomessa wriet stampa eteroġenja u frammentata ħafna b’għadd kbir ħafna ta’ offerti organizzati kull sena fi Stati Membri differenti, varjetà wiesgħa ta’ entitajiet li jressqu l-offerti u offerenti u perjodi ta’ żmien u termini differenti. Min-naħa tal-entità li tressaq l-offerti, l-offerti jistgħu jkunu jew pubbliċi, organizzati minn muniċipalitajiet jew entitajiet pubbliċi oħrajn, jew inkella privati, organizzati minn operaturi kbar tat-telekomunikazzjoni jew tan-network. Hemm ukoll ħafna tipi iżgħar oħrajn ta’ offerti, kwotazzjonijiet, irkanti elettroniċi u ammonti iżgħar jistgħu jinkisbu wkoll permezz ta’ kuntatt dirett mal-klijenti. Kull proċess ta’ sejħa għall-offerti huwa speċifiku ħafna għall-entità li tressaq l-offerti, li tista’ tuża varjetà ta’ proċessi skont l-offerta speċifika inkwistjoni u l-iżviluppi tas-suq. Hemm ukoll varjetà wiesgħa ta’ atturi li jagħmlu offerti fis-sejħiet għall-offerti. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi jipparteċipaw direttament (anki permezz tas-sussidjarji tagħhom) u indirettament billi jissieħbu ma’ kumpaniji lokali fl-Istati Membri differenti. L-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri jikkompetu wkoll mal-produtturi tal-Unjoni. Xi drabi jiġu involuti wkoll installaturi u l-bejgħ mill-fornituri rebbieħa lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni jsir permezz ta’ dawn l-installaturi. |
|
(671) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-għadd ta’ offerti organizzati fl-UE huwa għoli ħafna. It-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irrapportaw total ta’ aktar minn 500 offerta li fihom ipparteċipaw direttament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Wieħed mill-importaturi mhux relatati li kkooperaw jipparteċipa f’150-200 offerta fis-sena li jiffokaw fuq is-suq Ġermaniż biss. |
|
(672) |
It-tul ta’ żmien tal-offerti jvarja ħafna, minn kunsinna immedjata għal perjodu ta’ tliet snin. F’offerti itwal, filwaqt li l-prezzijiet huma miftiehma, il-volumi ma humiex fissi u, għalhekk, l-entitajiet li jressqu l-offerti jistgħu joħorġu aktar offerti li jissostitwixxu dawk eżistenti meta l-prezzijiet jonqsu. Għalhekk, filwaqt li l-offerti jipprovdu tip ta’ “limitu massimu” ġenerali għall-kundizzjonijiet tal-prezzijiet, il-prezzijiet jistgħu jinbidlu u fil-fatt jinbidlu b’mod dinamiku matul il-ħajja tal-offerta. B’riżultat ta’ dan, huma għandhom it-tendenza li jaġġustaw u li fil-biċċa l-kbira jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tas-suq. |
|
(673) |
Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni dettaljata dwar l-offerti rrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun b’reazzjoni għat-talba tagħha. Mill-offerti rrapportati li fihom il-produtturi tal-Unjoni ppreżentaw offerta matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni analizzat dawk li għalihom kien hemm evidenza konkreta ta’ parteċipazzjoni Ċiniża. Kien hemm 55 offerta ta’ dan it-tip matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-offerti analizzati jammontaw għal 45 % tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, u għal 14 % tal-konsum totali tal-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għal dawn l-offerti, saret analiżi granulari tad-dannu fil-prezz u l-volum għal kull offerta, li turi telf sinifikanti ta’ bejgħ (bejn 25 % u 100 %), u/jew tnaqqis fil-prezz (bejn 5 % u 55 %), u/jew twaqqigħ tal-prezz (bejn 8 % u 39 %). Din l-analiżi speċifika għall-offerti kompliet tikkonferma t-tnaqqis fil-prezz u t-twaqqigħ tal-prezz diġà stabbiliti hawn fuq matul il-perjodu kollu. |
|
(674) |
Connect Com ressqet kummenti b’rabta mal-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti u rrimarkat li l-produtturi tal-Unjoni rrappreżentati mill-ilmentatur ma tilfux għadd kbir ta’ offerti b’mod ġenerali, iżda offerta privata waħda biss jew ftit offerti kbar. Hija ssottolinjat li l-ilmentatur irrefera għal stedina waħda għal offerta privata u għall-imġiba tal-ipprezzar ta’ produttur Ċiniż uniku bħala evidenza tat-twaqqigħ tal-prezz. Connect Com issottomettiet avviż tal-kuntratti mogħtija f’distrett Ġermaniż, fejn il-prezzijiet tal-offerent rebbieħ ikunu ġew iddikjarati b’mod espliċitu. Hija sostniet li l-ilmentatur ħalla barra s-segment kollu tas-suq tal-offerti pubbliċi mill-preżentazzjoni tiegħu. Skont Connect Com, il-produtturi tal-Unjoni rrappreżentati mill-ilmentatur ma kellhomx suċċess f’dawn l-offerti minħabba li ma ssodisfawx il-kriterji mitluba (pereżempju, imħażen, stokk, firxa wiesgħa ta’ prodotti, kunċett loġistiku). B’mod partikolari, Connect Com issottolinjat il-kapaċità ta’ ħżin baxxa ta’ Prysmian u Corning. Connect Com affermat li r-rifjut tal-eżistenza ta’ segment tas-suq tal-offerti pubbliċi jkun żbaljat, minħabba li l-prezzijiet fis-swieq pubbliċi u privati tas-sejħiet għall-offerti jikkorrespondu fil-biċċa l-kbira jew huma interdipendenti b’mod reċiproku. Skont Connect Com, ma jkunx ġust li jiġu imposti dazji f’suq sħiħ li huwa segmentat f’sejħiet għal offerti pubbliċi u privati. Saret referenza għall-premessa 42 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/230/KE (147). Abbażi ta’ dik id-deċiżjoni, Connect Com sostniet li fil-każ ta’ swieq segmentati, ma hemm l-ebda dannu ġenerali għall-industrija tal-Unjoni, għalkemm hemm ċertu tnaqqis fil-bejgħ f’segment wieħed tas-suq (hawnhekk sejħiet għal offerti privati), jekk l-industrija tal-Unjoni jkollha opportunitajiet ta’ bejgħ f’segment ieħor tas-suq (hawnhekk sejħiet għal offerti pubbliċi) li jikkumpensaw għat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ. |
|
(675) |
L-argumenti u l-analiżi fil-premessa (673) jikkontradixxu dawk l-affermazzjonijiet. Minkejja sforzi sinifikanti mill-industrija tal-Unjoni biex iżżomm il-kompetittività tal-prezzijiet, sehem kbir mis-swieq inkiseb mill-esportaturi Ċiniżi, li l-offerti tagħhom ma setgħux jitqabblu mill-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ prezzijiet. Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1998 dwar l-importazzjonijiet ta’ ossidu tungostiku u aċidu tungostiku, il-Kummissjoni sabet f’dak il-każ li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq miftuħ jenħtieġ li jitqies fid-dawl tat-tendenza tal-industrija tal-Unjoni li tuża proporzjon dejjem akbar tal-produzzjoni tagħha tal-prodott ikkonċernat biex tipproduċi prodotti downstream. Is-sitwazzjoni fattwali sottostanti li tikkonċerna dawn iż-żewġ segmenti differenti tas-suq tal-industrija tal-Unjoni (suq miftuħ u użu kaptiv) hija differenti mis-sitwazzjoni kompetittiva f’dan il-każ, fejn id-daqs tas-suq kaptiv qed jonqos bi ftit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u jirrappreżenta parti żgħira ħafna mill-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, dawk l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(676) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Connect Com sostniet li l-Kummissjoni ma ddivulgatx kemm mill-offerti ntrebħu minn produttur Ċiniż u għal liema raġuni, u tenniet l-argument tagħha li l-prezz qatt ma kien l-uniku kriterju deċiżiv, iżda pjuttost il-kwalità u l-loġistika. Barra minn hekk, Connect Com talbet id-divulgazzjoni tar-riżultati tal-analiżi fil-premessa (673). |
|
(677) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ġabret informazzjoni dettaljata dwar l-offerti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat u analizzat din l-informazzjoni li hija kunfidenzjali ħafna u, għalhekk, ma tistax tiġi divulgata lill-partijiet interessati. |
|
(678) |
L-analiżi dwar is-sejħiet għall-offerti tindika proċess ta’ sostituzzjoni aċċellerata tal-prodotti tal-industrija tal-Unjoni bi prodotti Ċiniżi, li huwa kkonfermat minn sejħiet għall-offerti fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan żvela erożjoni tal-prezzijiet u aktar telf sinifikanti ta’ volumi għall-industrija tal-Unjoni li huma konformi u jikkonfermaw l-istampa ġenerali tad-dannu. |
4.10. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(679) |
Diversi indikaturi wrew xejra pożittiva bħall-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni u l-impjiegi. Madankollu, l-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi ma kienx jikkorrespondi maż-żieda fil-konsum u, fil-fatt, tali indikaturi kellhom jiżdiedu b’mod aktar b’saħħtu, li kieku l-industrija tal-Unjoni kienet f’pożizzjoni li tibbenefika bis-sħiħ mis-suq li qed jikber. Tabilħaqq, minkejja ż-żieda fil-volum tal-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni tilfet 10,8 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (minn 64,3 % għal 53,5 %) f’suq li qed jikber. Dan huwa marbut mal-pressjoni tal-prezzijiet iġġenerata mill-esportazzjonijiet Ċiniżi, bi twaqqigħ tal-prezz sinifikanti u, fi kwalunkwe każ, tnaqqis fil-prezzijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(680) |
Dan ta’ hawn fuq wassal għal dannu finanzjarju fil-forma ta’ profitti aktar baxxi u tnaqqis fl-investimenti u fir-redditu fuqhom. |
|
(681) |
Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (673), l-analiżi tal-bejgħ permezz ta’ offerti tindika li s-sehem mis-suq u l-erożjoni tal-prezzijiet qed jaċċelleraw u se jkomplu jagħmlu dan minħabba l-imġiba estremament aggressiva mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(682) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat li diversi indikaturi ewlenin ma wrewx li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu billi l-produttività tagħha baqgħet stabbli u saħansitra żdiedet matul il-PI, il-volum tal-produzzjoni u l-impjiegi tagħha baqgħu stabbli, il-kapaċità tagħha żdiedet, il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha baqgħu stabbli bi tnaqqis żgħir u l-profittabbiltà u l-investimenti tagħha baqgħu f’livelli għoljin. Barra minn hekk, is-CCCME sostniet li f’Thailand – H-Beams (148) il-Bord iddikjara li “tali movimenti pożittivi f’għadd ta’ fatturi jkunu jeħtieġu spjegazzjoni konvinċenti ta’ għaliex u kif, fid-dawl ta’ tali xejriet pożittivi evidenti, l-industrija domestika kienet, jew baqgħet, iġġarrab dannu skont it-tifsira tal-Ftehim”. Is-CCCME affermat li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovdiet spjegazzjoni konvinċenti bħal din. Is-CCCME affermat ukoll li f’Tartaric Acid (149), il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda dannu lill-industrija kkonċernata, minħabba li l-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u l-impjiegi żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minkejja x-xejriet ta’ tnaqqis tal-industrija fir-rigward tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq. |
|
(683) |
Kif iddikjarat fil-premessa (679), dawn l-indikaturi għandhom jiġu vvalutati kontra ż-żieda fil-konsum f’suq li qed jikber u din l-analiżi wriet li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika b’mod adegwat minn suq li qed jespandi, u dan jissottolinja l-effetti negattivi reali fuq it-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-analiżi dettaljata tas-sejħiet għall-offerti wriet twaqqigħ tal-prezz ċar ħafna u żieda fit-telf mill-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(684) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-ponderazzjoni tal-fatturi tad-dannu tvarja f’kull każ, skont l-industrija u s-sitwazzjoni fattwali. Madankollu, l-ebda waħda mill-kawżi ċċitati mis-CCCME ma hija fattwalment komparabbli ma’ din il-kawża. Pereżempju, f’Tartaric Acid, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni wriet xejra pożittiva kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u saħansitra qabżet il-profitt fil-mira matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li ma huwiex il-każ hawnhekk. Bl-istess mod, is-sitwazzjoni fattwali fl-investigazzjoni soġġetta għall-Bord f’Thailand – H-Beams kienet fundamentalment differenti. L-aktar importanti, il-Bord ikkontesta l-fatt li l-awtorità ta’ investigazzjoni Tajlandiża ma spjegatx kif ix-xejriet pożittivi (b’mod partikolari l-profittabbiltà) jappoġġaw id-determinazzjoni affermattiva tad-dannu tagħhom. Għal darba oħra, il-fatti f’dan il-każ ma humiex simili għal dawk ta’ H-Beams. Minbarra l-fatt li f’dan il-każ diversi indikaturi tad-dannu wrew xejra negattiva, il-Kummissjoni spjegat bis-sħiħ l-analiżi u l-konklużjonijiet tagħha tal-fatturi tad-dannu. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-konklużjoni tal-kawżi ċċitati mis-CCCME hawn fuq ma kinux applikabbli f’din l-investigazzjoni. |
|
(685) |
Is-CCCME sostniet ukoll li l-kriterji tas-sehem mis-suq weħidhom ma setgħux ikunu l-bażi tas-sejbiet ta’ dannu materjali f’konformità mal-Bord f’Il-KE u ċerti Stati Membri – Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar (150) u, hekk kif żdiedet id-domanda, il-parteċipanti kollha fis-suq kisbu bejgħ li kien indikattiv ta’ suq miftuħ u kompetittiv. Barra minn hekk, is-CCCME affermat li d-deterjorament futur tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-kapaċità żejda tal-esportaturi ma setgħux ikunu l-bażi ta’ dannu materjali, minħabba li din l-investigazzjoni ma vvalutatx it-theddida ta’ dannu u ma ssodisfatx l-istandard evidenzjarju meħtieġ għal każ bħal dan f’konformità mal-kawża T-528/09 - Hubei Xinyegang Steel vs Il-Kunsill (151) fejn il-Qorti Ġenerali qieset il-valutazzjoni tal-kapaċità żejda tal-esportaturi bħala parti mit-test ta’ “theddida ta’ dannu”. |
|
(686) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li s-sejba ta’ dannu materjali ma hijiex ibbażata fuq l-ishma tas-suq biss, iżda fuq it-totalità ta’ bosta indikaturi ekonomiċi vvalutati fil-premessi (599), (606), (612) u (661), li kienu jinkludu, inter alia, l-impatti negattivi reali fuq it-tkabbir, it-tnaqqis fil-prezzijiet, it-twaqqigħ tal-prezz, il-bejgħ taħt il-prezz, u l-profitti mnaqqsa, li juru dannu materjali. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(687) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(688) |
F’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet issussidjati. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-bejgħ kaptiv, u l-prezzijiet tal-materja prima. |
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet issussidjati
|
(689) |
Id-deterjorament fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien simultanju u marbut direttament mal-penetrazzjoni sinifikanti tas-suq tal-Unjoni minn volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina, li waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u, fi kwalunkwe każ, eżerċitaw tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fuq il-bejgħ tal-Unjoni. |
|
(690) |
Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied (kif muri fit-Tabella 2) minn madwar 189 000 km ta’ kejbils fl-2017 għal madwar 498 000 km ta’ kejbils fil-perjodu ta’ investigazzjoni, żieda b’darbtejn u nofs (+163 %). F’termini tas-sehem mis-suq, iż-żieda matul l-istess perjodu kienet minn 14,8 % għal 28,3 %, żieda kważi bid-doppju (+91 %). Matul l-istess perjodu (kif muri fit-Tabella 5), il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied b’14 % biss u s-sehem mis-suq tagħha naqas minn 64,3 % għal 53,5 %, tnaqqis ta’ 10,8 punti perċentwali (jew -17 %). Il-bejgħ fis-suq kaptiv iżgħar wera tnaqqis moderat (-12 %). L-importazzjonijiet issussidjati żdiedu kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi. Kif muri mit-Tabella 1, il-konsum fis-suq tal-Unjoni żdied bi 38 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u huwa evidenti li kienu prinċipalment l-importazzjonijiet miċ-Ċina li ħadu vantaġġ minn dan it-tkabbir. |
|
(691) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet issussidjati naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, pereżempju bi 62 % skont it-Tabella 3-bis. Il-prezzijiet tal-bejgħ komparabbli tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati (is-suq ħieles) naqsu b’mod ġenerali bi 12 % matul il-perjodu abbażi tal-analiżi fit-Tabella 7-bis u b’41 % bl-analiżi aktar irfinuta fit-Tabella 7-ter. Il-livell tal-prezzijiet jiddependi ħafna fuq il-kumplessità tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa, u tqabbil tip b’tip tal-prodotti manifatturati domestikament u importati mill-pajjiż ikkonċernat (abbażi tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun) huwa l-aktar għodda akkurata biex jiġu eżaminati x-xejriet tal-prezzijiet. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, dan juri marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz medji ponderati għaż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ’il fuq minn 30 %. |
|
(692) |
Din l-imġiba aggressiva bdiet tnaqqar is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni mill-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u, matul il-PI, kompliet id-disponibbiltà fis-suq tal-prodotti Ċiniżi bi prezzijiet estremament baxxi (ferm taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni). Dan seħħ, inter alia, permezz tal-mekkaniżmi deskritti hawn fuq fit-taqsima dwar l-offerti fil-premessi minn (670) sa (673) u dan iġġenera tnaqqis fil-prezzijiet, telf fil-bejgħ, tnaqqis fis-sehem mis-suq, u dannu finanzjarju kemm f’termini ta’ profittabbiltà mnaqqsa, kif ukoll f’termini ta’ tnaqqis fl-investimenti, li jipperikolaw l-eżistenza tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(693) |
Kif deskritt fil-premessa (665) hawn fuq, kien hemm ukoll evidenza li ċerti investimenti ppjanati u proġetti ta’ espansjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu ġew ikkanċellati jew sospiżi minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet aggressivi u t-telf konsegwenti fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2. L-effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(694) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 11 L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(695) |
L-importazzjonijiet mill-Korea żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn madwar 20 000 km ta’ kejbils fl-2017 għal madwar 45 000 fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 1,6 % fl-2017 għal 2,6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet medji mill-Korea jidhru ferm ogħla kemm minn dawk mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll minn dawk mill-produtturi esportaturi. Għalhekk, minħabba l-prezzijiet għoljin u l-volumi limitati, l-importazzjonijiet mill-Korea ma dehrux li kellhom rwol fid-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(696) |
L-importazzjonijiet mit-Turkija jidhru li nbiegħu bi prezz baxx, għalkemm ogħla mill-importazzjonijiet Ċiniżi fil-perjodu 2018-PI u żdiedu gradwalment. Is-sehem mis-suq tal-esportaturi Torok kien bażikament stabbli fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni għal ftit aktar minn 2 %. Dawn ix-xejriet huma bbażati fuq statistika li tinkludi ħafna tipi ta’ prodotti u, għalhekk, minħabba l-volumi limitati ġenerali, il-Kummissjoni ma tistax tistma b’mod preċiż l-impatt ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet mit-Turkija setgħu kkontribwixxew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, minħabba l-volum relattiv tagħhom b’rabta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u s-sehem mis-suq stabbli matul il-perjodu kollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li, anki jekk dawn l-importazzjonijiet kellhom impatt limitat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija, huma ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(697) |
Fl-aħħar nett, l-importazzjonijiet min-Norveġja żdiedu wkoll fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet Norveġiżi, li kienu diġà baxxi fl-2017, komplew jonqsu fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni (-21 % fil-perjodu 2017-PI), f’livell ta’ prezz ferm inqas kemm minn dak tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll minn dak tal-esportaturi Ċiniżi. Is-sehem mis-suq tal-esportaturi Norveġiżi żdied fl-istess perjodu minn 1 % għal 1,5 %. Dawn ix-xejriet huma bbażati fuq statistika li tinkludi ħafna tipi ta’ prodotti u, għalhekk, minħabba l-volumi limitati ġenerali, il-Kummissjoni ma tistax tistma b’mod preċiż l-impatt ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet Norveġiżi setgħu kkontribwixxew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, minħabba l-volum relattiv tagħhom b’rabta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni kkonkludiet li, anki jekk dawn l-importazzjonijiet kellhom impatt limitat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija, huma ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(698) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn naqsu bi ftit fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni f’termini assoluti, u tilfu sehem sinifikanti mis-suq fil-proċess. Il-prezzijiet medji kienu għoljin u, għalhekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(699) |
Is-CCCME affermat li kien hemm nuqqas totali ta’ korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-iżvilupp tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, is-CCCME sostniet li fost l-akbar żieda fil-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina bejn l-2017 u l-2018, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-profittabbiltà tagħha. Is-CCCME affermat ukoll li matul il-perjodu mill-2018 sal-2019, meta l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu u l-prezzijiet naqsu, il-produtturi tal-Unjoni żiedu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom mingħajr ma tilfu s-sehem mis-suq. |
|
(700) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-maġġoranza kbira tas-suq hija bbażata fuq kuntratti ta’ provvista fit-tul kif spjegat fil-premessi minn (668) sa (678). Barra minn hekk, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet taħt il-profitt fil-mira matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li juri li l-industrija tal-Unjoni diġà ġarrbet dannu fl-2018 u fl-2019 meta, kif osservat mis-CCCME, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina żdiedu b’mod qawwi. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-argumenti ta’ hawn fuq tas-CCCME ma jindikawx in-nuqqas ta’ rabta kawżali bejn id-dumping u d-dannu. Tabilħaqq, hija kkonfermat biss li kien hemm ċertu perjodu ta’ żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina u x-xejra negattiva ta’ xi wħud mill-indikaturi tad-dannu. |
|
(701) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina ma setgħux ikkawżaw id-deterjorament osservat fil-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u, fi kwalunkwe każ, ma jnaqqsux ir-rabta kawżali bejn din tal-aħħar u l-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
5.2.2. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(702) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(703) |
L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’27 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn madwar 85 000 km ta’ kejbils fl-2017 għal madwar 108 000 km ta’ kejbils fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(704) |
Il-prezz medju tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqas b’29 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn EUR 1 329/km ta’ kejbils fl-2017 għal EUR 949/km ta’ kejbils fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-livelli tal-prezzijiet kienu ’l fuq minn dawk fl-Unjoni. |
|
(705) |
Fi sfond ta’ żieda fl-esportazzjonijiet u livelli ta’ prezzijiet relattivament għoljin, huwa ċar li dawn l-esportazzjonijiet ma kinux jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.3. Volumi kaptivi
|
(706) |
Kif muri fit-Tabella 4, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 %. |
|
(707) |
Meta wieħed iżomm f’moħħu d-daqs limitat tas-suq (stmat għal inqas minn 5 % tal-produzzjoni tal-Unjoni fil-PI), il-Kummissjoni sabet li t-tnaqqis żgħir fl-użu kaptiv ma kkawżax dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.4. Il-prezz tal-materja prima
|
(708) |
Il-materja prima ewlenija użata mill-industrija tal-Unjoni hija l-fibrottika, manifatturata fl-Unjoni jew importata. Diversi importaturi sostnew li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jixtru l-fibrottika mingħand il-kumpaniji relatati tagħhom barra mill-Unjoni bi prezzijiet ta’ trasferiment li ma jikkorrespondux mal-prezz tas-suq ta’ din il-materja prima. Fil-fatt, l-importaturi ssuspettaw li dan il-prezz tat-trasferiment kien għoli wisq u, għalhekk, irriżulta f’rata ta’ profitt aktar baxxa għall-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun. |
|
(709) |
B’mod partikolari, Connect Com qajmet tħassib dwar il-prezzijiet ta’ trasferimenti interni għat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-kumpanija li jseħħu fi ħdan il-gruppi Prysmian u Corning. |
|
(710) |
Sabiex tinvestiga din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun dwar ix-xiri minnhom tal-fibrottika użata għall-produzzjoni ta’ kejbils tal-fibrottika fil-PI. Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni dwar il-fibrottika manifatturata minn kumpaniji relatati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u dwar il-bejgħ ta’ dawn il-fibri (volum u kwantità) kemm lil klijenti relatati kif ukoll lil dawk mhux relatati ġewwa l-Unjoni u barra minnha. Billi tqabbel il-bejgħ tal-istess tipi ta’ prodotti tal-fibra lil partijiet relatati u mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi li l-prezzijiet kienu fl-istess ordni ta’ kobor u, għalhekk, il-bejgħ tal-fibra lil kumpaniji relatati sar skont il-prinċipju ta’ distakkament. Id-data dwar din l-attività hija speċifika għall-kumpanija u kunfidenzjali u, b’hekk, ma tistax tiġi divulgata. |
|
(711) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma kienx ikkawżat mill-impatt tal-prezzijiet ta’ trasferiment fuq il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
5.2.5. L-effett tal-pandemija tal-COVID-19
|
(712) |
Fis-sottomissjoni tagħha dwar il-bidu msemmija fil-premessa (5), is-CCCME affermat li hemm korrelazzjoni ċara bejn it-tnaqqis fir-ritmu tal-bejgħ għall-industrija tal-OFC tal-UE (u globali) u l-bidu tal-pandemija u li jenħtieġ li din is-sitwazzjoni ma tiġix sfruttata biex jiġu imposti miżuri ta’ difiża kummerċjali mhux ġustifikati. Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Connect Com affermat li ma kienx ċar liema parti mid-data tal-PI kienet relatata mal-2019 u liema parti minnha kienet relatata mal-2020 u, għalhekk, l-effett mistenni tal-pandemija tal-COVID-19 ma setax jiġi vvalutat u hija talbet diżaggregazzjoni tad-data tal-PI. Fir-rigward ta’ din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li hija talbet id-data kollha tal-PI pprovduta mill-partijiet diżaggregata fi trimestri sabiex tivvaluta kwalunkwe effett potenzjali tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-PI. L-investigazzjoni żvelat li l-pandemija tal-COVID-19 kellha biss impatt limitat ħafna u temporanju fuq l-industrija (kif deskritt fil-premessi (599) u (729)), u ma żammitx iż-żieda sinifikanti tal-konsum fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(713) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati. L-ebda wieħed mill-fatturi l-oħrajn ma spjega l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ telf tas-sehem mis-suq, tnaqqis fil-prezzijiet u profittabbiltà baxxa, tnaqqis fl-investimenti u redditu fuq l-investimenti. |
|
(714) |
L-impatt negattiv fuq il-profittabbiltà kkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati u l-pressjoni kontinwa fuq il-prezzijiet ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni twettaq l-investimenti meħtieġa għas-sopravivenza fit-tul tal-industrija. Dan huwa appoġġat mix-xejra ta’ tnaqqis kif deskritta fil-premessa (657) u l-kanċellazzjoni tal-investimenti ppjanati diskussi fil-premessa (665). |
|
(715) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-fatturi l-oħrajn magħrufa, individwalment jew kollettivament, ma kinux kapaċi jnaqqsu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
|
(716) |
F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ sussidji dannużi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u ta’ operaturi ekonomiċi rilevanti oħrajn. |
|
(717) |
Ġew sottomessi diversi kummenti dwar l-interess tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-GTĊ afferma li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jippromwovu b’mod effettiv l-iżvilupp tat-teknoloġija fl-industrija u jrawmu l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Skont il-GTĊ, jekk tkun protetta żżejjed, l-industrija tal-kejbils tal-fibrottika fl-Unjoni se tispiċċa taqa’ lura meta mqabbla ma’ dik f’pajjiżi terzi, għalhekk, ma hemm l-ebda interess tal-Unjoni li twettaq investigazzjoni fis-settur, li tista’ tikkawża dannu lill-kooperazzjoni bilaterali bejn iċ-Ċina u l-Unjoni fil-qasam diġitali. |
|
(718) |
Barra minn hekk, Connect Com affermat li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun ta’ detriment għall-industrija, minħabba li l-importaturi miċ-Ċina ma setgħux jibqgħu jissottomettu offerti attraenti għas-sejħiet għall-offerti. B’konsegwenza ta’ dan, il-livell tal-prezzijiet fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti jiżdied b’eżitu negattiv għall-baġits pubbliċi. |
|
(719) |
Is-CCCME nnotat li l-aġenda tad-diġitalizzazzjoni tal-UE u t-tranżizzjoni għal 5G ikunu moqdija l-aħjar billi ma jiġux ristretti aktar il-provvisti ta’ kejbils tal-fibrottika ta’ kwalità għolja miċ-Ċina. |
|
(720) |
Minflok, Cable 77 issottolinjat li l-impożizzjoni ta’ dazji fuq kejbils tal-fibrottika tinfluwenza wkoll industriji oħrajn u li, kieku kellhom jiġu imposti dazji fuq il-kejbils, jenħtieġ li dawn jiġu imposti wkoll fuq il-fibri, minħabba li l-produtturi tal-Unjoni jużaw ukoll fibri manifatturati barra mill-Unjoni. |
|
(721) |
Madankollu, kif spjegat fil-premessi li ġejjin, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni konvinċenti biex tikkonkludi li ma huwiex fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils tal-fibrottika li joriġinaw miċ-Ċina. |
6.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(722) |
Hemm 29 kumpanija li jimmanifatturaw l-OFC fl-Unjoni, li għandhom madwar 4 700 impjegat (FTE). Il-produtturi huma mifruxa ħafna madwar l-Unjoni. |
|
(723) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm pożizzjoni kompetittiva fis-suq u tirkupra sehem mis-suq mitluf, filwaqt li ttejjeb il-profittabbiltà tagħhom lejn livelli sostenibbli. |
|
(724) |
In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ aktar tnaqqis fil-prezzijiet u inqas bejgħ u produzzjoni, b’aktar deterjorament finanzjarju f’termini ta’ profittabbiltà u investimenti, li jipperikola l-futur tagħha. |
6.2. L-interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(725) |
Is-settur tal-importazzjoni offra kooperazzjoni relattivament baxxa. Ħames importaturi mhux relatati ppreżentaw formola ta’ kampjunar sal-iskadenza. Minn dawn il-ħames importaturi, erbgħa ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju. Importatur ġdid ippreżenta ruħu wara l-bidu tal-investigazzjoni antisussidji dwar kejbils tal-fibrottika miċ-Ċina u talab li jikkoopera wkoll f’din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tat status ta’ parti interessata lil dan l-importatur għal din l-investigazzjoni mill-jum li fih huwa ppreżenta ruħu, u biex tqis l-informazzjoni sottomessa għal din l-investigazzjoni mingħajr preġudizzju għall-passi proċedurali li diġà skadew. |
|
(726) |
Il-ħames importaturi li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 12 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Żewġ importaturi pprovdew informazzjoni kompluta fit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju, filwaqt li tlieta oħra ma kinux f’pożizzjoni li jipprovdu data akkurata dwar il-profitt għall-prodott ikkonċernat għall-PI. L-importaturi kollha li kkooperaw opponew il-miżuri. |
|
(727) |
L-importaturi li kkooperaw jinsabu f’erba’ Stati Membri differenti u jiffokaw prinċipalment l-attività tagħhom hemmhekk. Huma jimportaw bejn 70 % u 90 % tax-xiri tagħhom tal-OFC miċ-Ċina u jiksbu l-parti li jifdal mill-produtturi tal-Unjoni u mill-produtturi ta’ pajjiżi terzi oħrajn. Huma jissottolinjaw l-importanza li jkun hemm sorsi differenti ta’ provvista. L-importazzjonijiet tal-OFC minn pajjiżi terzi ma humiex soġġetti għad-dazju doganali fl-Unjoni. |
|
(728) |
Parti importanti mill-attività tal-importaturi li kkooperaw hija li jagħmlu offerti għal proġetti iżgħar. Lil hinn minn dawn l-offerti, huma joffru wkoll prodotti addizzjonali (eż. kanali, konnetturi u kabinetti) u servizzi kumplessi lill-klijenti (eż. id-disinn u l-installazzjoni tan-network). Bħala medja, il-prodott ikkonċernat jammonta għal madwar terz tal-fatturat totali tiegħu. |
|
(729) |
L-ebda wieħed mill-importaturi ma ddikjara li l-pandemija tal-COVID-19 kien ikollha impatt kbir fuq l-attività kummerċjali tiegħu. Importatur wieħed sostna li kien hemm ċertu tnaqqis f’Marzu 2020 minħabba l-lockdown iżda saħaq li l-importanza tal-proġetti tal-fibra lejn id-djar (“FTTH”) ġiet amplifikata minn din il-kriżi. |
|
(730) |
L-importaturi jqisu li l-vantaġġ kompetittiv tagħhom fuq il-produtturi tal-Unjoni jinsab fl-istruttura tal-bejgħ u fil-loġistika effiċjenti tagħhom. Huma jqassru ż-żmien tal-konsenja tagħhom billi jżommu ammont kbir ta’ stokk fil-maħżen tagħhom u għandhom l-għan li jwieġbu b’mod rapidu u flessibbli għall-ħtiġijiet tal-klijenti tagħhom. |
|
(731) |
L-importaturi ddikjaraw li ma jistgħux jiksbu l-OFC kollha tagħhom mill-industrija tal-Unjoni minħabba li l-industrija ma tistax tforni l-kwantitajiet meħtieġa fl-iskadenzi meħtieġa. Huma allegaw li fl-2017-2018 kien hemm nuqqas ta’ OFC u tal-materja prima ewlenija tagħha, il-fibra ottika fis-suq meta l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkopri d-domanda tagħha u għalhekk kellhom isibu fornituri oħra. Xi importaturi saħqu li bit-tnedija tan-networks tal-fibrottika u tal-5G, id-domanda għall-OFC kienet qed tiżdied u hija mistennija li tiżdied aktar. Huma sostnew li din iż-żieda fid-domanda, flimkien ma’ miżuri potenzjali għad-difiża tal-kummerċ, tista’ twassal għal nuqqas ġdid fis-suq u għal dewmien fl-espansjoni tan-network tal-fibra ottika u tal-5G. |
|
(732) |
L-industrija tal-Unjoni kkonfutat l-affermazzjoni ta’ kwistjonijiet marbuta mal-provvista billi ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità ta’ riżerva abbundanti. Tabilħaqq, l-investigazzjoni sabet li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ 59 % matul il-PI u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-kejbils tal-fibrottika hija ta’ aktar minn 2 miljun km ta’ kejbils, ferm ogħla mill-konsum stmat tal-Unjoni tal-OFC għas-snin li ġejjin. L-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li l-produtturi tal-Unjoni għandhom il-kapaċità li jimmanifatturaw aktar OFC jekk ikun meħtieġ. Barra minn hekk, f’pajjiżi terzi jeżistu sorsi alternattivi ta’ provvista. |
|
(733) |
L-importaturi affermaw ukoll li għandhom kuntratti ta’ provvista fit-tul mal-klijenti tagħhom li fihom jiġu miftiehma prezzijiet fissi għat-terminu totali ta’ bejn sentejn u erba’ snin u ma hemm l-ebda klawżola ta’ aġġustament tal-prezzijiet għal żidiet mhux previsti fil-prezzijiet tax-xiri tagħhom. Għalhekk ma jkunx possibbli li jgħaddu l-kostijiet miżjuda lill-klijenti tagħhom. Barra minn hekk, l-importaturi sostnew li ma humiex kapaċi jagħmlu offerti f’sejħiet għal offerti li huma mħabbra matul din l-investigazzjoni, minħabba li ma jafux liema prezz se jħallsu għall-OFC f’każ li jiġu imposti miżuri. |
|
(734) |
L-importaturi sostnew ukoll li ma jkunx possibbli li s-sors tal-provvista jinbidel għal pajjiżi terzi oħrajn fil-każ tal-kuntratti attwali, minħabba li l-kejbils ikunu għaddew minn proċessi kumplessi ta’ approvazzjoni u, għalhekk, ikun hemm ir-riskju ta’ dewmien serju fiż-żmien u diffikultajiet konsiderevoli fil-proċess tal-infiħ, li jrid jiġi adattat għar-riġidità tal-kejbil, li tvarja minn fornitur għal ieħor, anki għal prodotti tal-istess speċifikazzjoni teknika. |
|
(735) |
Barra minn hekk, xi importaturi ddikjaraw ukoll li l-kejbils Ċiniżi huma ta’ kwalità ogħla mill-kejbils prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Għalkemm l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma l-istess, huma jiddikjaraw li l-OFC Ċiniż huwa prodott fuq linji ta’ produzzjoni aktar ġodda u l-finitura, l-irrumblar u l-karatteristiċi tekniċi huma ta’ standard ogħla. Dawn l-importaturi sostnew ukoll li d-differenza fil-kwalità ma tikkonċernax biss il-prodott, iżda l-produtturi Ċiniżi jaqdu l-ħtiġijiet individwali tal-klijenti tagħhom b’mod aktar flessibbli u f’waqtu u jipprovdu servizzi aħjar wara l-bejgħ. Barra minn hekk, importatur wieħed iddikjara li d-differenza fil-prezz bejn il-kejbils fibrottiċi tal-Unjoni u dawk Ċiniżi hija aktar baxxa minn dik iddikjarata fl-ilment. Dan l-importatur jafferma wkoll li l-produtturi tal-Unjoni jfornu prodotti oħrajn (kanali, toqob għall-idejn, għeluq) u jqis li l-miżuri jippermettu lill-produtturi tal-Unjoni jorbtu dawn il-prodotti l-oħrajn mal-OFC u jbigħuhom bħala parti minn proġett. Huwa jqis ukoll li l-miżuri joħolqu diżinċentiv għall-produtturi tal-Unjoni biex jinnovaw minħabba li jipproteġuhom mill-kompetizzjoni. Fil-fehma tiegħu, dan iwassal għal tnaqqis fir-ritmu tal-iskjerament tan-networks. |
|
(736) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Connect Com affermat li l-livell propost ta’ dazji qabeż b’mod sinifikanti l-marġnijiet ta’ profitt tagħhom. Din is-sitwazzjoni tikkawża telf sostanzjali, minħabba li huma ma jkunux jistgħu jgħaddu d-dazji lill-klijenti tagħhom, li magħhom għandhom kuntratti eżistenti fit-tul bi prezzijiet fissi. Barra minn hekk, Connect Com sostniet li l-marġini ta’ profitt tagħha għall-kuntratti pubbliċi ġeneralment kien ferm inqas minn 20 % u li l-miżuri antisussidji, flimkien mad-dazji anti-dumping, ma jippermettux it-twettiq tal-kuntratti attwali tagħhom. Għalhekk, id-dazji jistgħu eventwalment iwasslu għall-falliment tagħhom. Huma sostnew ukoll li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jew ma kinux lesti jfornu l-OFC li jikkorrespondi għar-rekwiżiti tagħhom fil-ħin u li se jkun hemm nuqqas ta’ OFC u dewmien konsiderevoli fiż-żminijiet ta’ tħejjija u fit-tnedija tan-networks jekk jiġu introdotti miżuri. Barra minn hekk, Connect Com sostniet li ma kienx korrett li l-produtturi tal-UE jingħataw żieda fil-marġini ta’ profitt tagħhom minn 8 % għal 12 %, filwaqt li l-marġini ta’ profitt tal-importaturi jitnaqqas għal żero jew saħansitra jwassal għal telf. |
|
(737) |
Il-Kummissjoni sabet li filwaqt li l-importaturi li kkooperaw għandhom rabtiet kummerċjali stabbli mal-fornituri tagħhom tal-OFC fiċ-Ċina, dawn ma għandhomx kuntratti fit-tul ma’ dawn il-fornituri li jistabbilixxu l-volumi jew il-prezzijiet tax-xiri. Fil-fatt, l-importaturi jagħmlu ordnijiet regolari għal volumi akbar ta’ OFC u jirċievu offerta ta’ prezz għal kull ordni mingħand il-produtturi Ċiniżi. Għalkemm l-importaturi jaffermaw li l-proċess sabiex jinbidlu l-fornituri jkun jiswa ħafna flus u jieħu ħafna ħin, huma kollha jixtru minn sorsi oħrajn ukoll (jiġifieri fl-Unjoni, fl-Istati Uniti, fl-Indja, fil-Każakistan, fil-Belarussja u fl-Ukrajna) u kienu sabu b’suċċess fornituri ġodda matul l-allegat nuqqas tal-2017-2018. Dan jindika li, filwaqt li l-importaturi fil-fatt ikollhom iħallsu prezz ogħla għall-ordnijiet li diġà saru iżda li għadhom ma ġewx irċevuti qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, ma jkunx eċċessivament diffiċli għalihom li jaqilbu għal fornituri ġodda fi żmien relattivament qasir. |
|
(738) |
Filwaqt li l-miżuri kompensatorji x’aktarx li jkollhom ċertu impatt negattiv fuq l-importaturi u jistgħu jnaqqsu l-profittabbiltà tagħhom, l-importaturi se jkunu jistgħu jassorbu u/jew jgħaddu parti miż-żieda fil-kost ikkawżata mid-dazju lill-klijenti tagħhom minħabba l-marġnijiet ta’ profitt sinifikanti tagħhom ta’ aktar minn 20 %. Huma għandhom ukoll il-possibbiltà li jsibu sorsi alternattivi ta’ provvista, inkluż minn pajjiżi terzi oħrajn u mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-kombinament ta’ sorsi oħrajn ta’ provvista għall-prodott ikkonċernat u l-kapaċità li jassorbu u/jew jgħaddu mill-inqas parzjalment l-effett tad-dazji lill-klijenti tagħhom ikun ifisser li l-importaturi mhux relatati ma humiex affettwati b’mod sproporzjonat mill-impożizzjoni tal-miżuri. |
|
(739) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME sostniet li l-impożizzjoni ta’ miżuri kompensatorji tkun ta’ detriment għall-aġenda tad-diġitalizzazzjoni u l-miri tal-konnettività tal-UE, minħabba li dawn jirriżultaw f’nuqqasijiet kritiċi ta’ dan il-prodott kruċjali għan-networks tal-5G u jwasslu għal żieda fil-prezzijiet, mingħajr ma jipprovdu evidenza f’dan ir-rigward. |
|
(740) |
L-allegazzjonijiet rigward id-differenzi fil-kwalità, in-nuqqas ta’ provvista, in-nuqqas ta’ kapaċità jew in-nuqqas ta’ rieda tal-industrija tal-Unjoni li tforni s-suq, id-differenzi fil-prezzijiet, il-profittabilità tal-importaturi, ir-riskji ta’ monopolju jew oligopolju, l-inċentivi għall-innovazzjoni u ż-żminijiet tal-iskjerament għan-networks tat-telekomunikazzjoni ma kinux issostanzjati u, b’hekk, ma setgħux jiġu aċċettati. |
|
(741) |
Fi kwalunkwe każ, l-investigazzjoni wriet li wieħed mill-aspetti importanti tad-dannu f’dan il-każ huwa preċiżament il-fatt li, minħabba l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikseb il-livell ta’ profitti sabiex tkun tista’ tkompli tinvesti, inter alia, f’kapaċità ulterjuri biex tissodisfa d-domanda dejjem tikber fis-suq tal-Unjoni li qed jespandi. L-impatt mistenni tal-miżuri huwa preċiżament li jinġiebu lura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u li jippermettu li jsiru tali profitti, investiment u espansjoni tal-kapaċità. |
|
(742) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Connect Com sostniet li l-kostijiet tal-materja prima kienu qed jiżdiedu b’mod sinifikanti fis-setturi kollha u li l-produzzjoni tal-kejbils tal-broadband kienet affettwata wkoll. F’dan ir-rigward, Connect Com tat eżempji ta’ żieda fil-prezz ta’ fornitur Ċiniż mhux żvelat mit-tieni trimestru tal-2020 għat-tieni trimestru tal-2021. F’dan ir-rigward, Connect Com sostniet li kien hemm ħtieġa urġenti li jiġu estiżi n-networks tal-kejbils tal-broadband fl-Ewropa, iżda d-domanda ma setgħetx tiġi ssodisfata mill-produtturi tal-Unjoni fi żmien qasir bi prezzijiet kompetittivi u aċċettabbli u, għalhekk, ma jenħtieġx li jiġu imposti dazji jew jenħtieġ li mill-inqas jiġu sospiżi. |
|
(743) |
La r-rappreżentattività u lanqas l-effett ta’ din iż-żieda fil-prezzijiet fuq l-utenti u l-importaturi ma ġew issostanzjati. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
6.3. L-interess tal-utenti u tad-distributuri
|
(744) |
Il-prodott ikkonċernat jinkiseb minn diversi industriji, prinċipalment operaturi kbar tat-telekomunikazzjoni, korpi pubbliċi (bħal muniċipalitajiet) responsabbli għall-espansjoni tan-network tal-broadband, installaturi u operaturi, u distributuri. |
|
(745) |
Għadd żgħir ta’ utenti kkooperaw fl-investigazzjoni: żewġ operaturi kbar tat-telekomunikazzjoni (Deutsche Telekom fil-Ġermanja u Proximus fil-Belġju), ħames installaturi u operaturi tan-network, distributur wieħed u utent żgħir. Flimkien, l-utenti li kkooperaw jammontaw għal inqas minn 12 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet tal-OFC miċ-Ċina u għal inqas minn 9 % tal-volum totali tal-konsum tal-OFC fl-UE matul il-PI. |
|
(746) |
Ħafna mit-tweġibiet tal-utenti għall-kwestjonarju kienu defiċjenti ħafna u ma kien fihom l-ebda argument jew informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni. L-ebda wieħed mill-korpi pubbliċi li jakkwistaw l-OFC ma kkoopera fl-investigazzjoni. |
|
(747) |
BYCN Axione u utent ieħor li jixtru l-OFC prinċipalment mingħand produtturi tal-Unjoni ma esprimewx oppożizzjoni għall-miżuri. Deutsche Telekom u d-distributur Spanjol Comercial Electro Industrial S.A. (“Comel”) huma kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri. |
|
(748) |
Deutsche Telekom tistenna żieda fid-domanda għall-OFC minħabba t-tnedija kbira ħafna tal-5G u ssostni li l-OFC huwa suq dinji b’teknoloġija standardizzata, użu globali u fornituri. Hija ssostni li d-dazji fuq l-OFC miċ-Ċina jistgħu jwasslu għal kwistjonijiet sinifikanti biex jiġu żgurati d-domandi għall-kejbils tal-Unjoni u jirriskjaw li jfixklu jew idewmu t-tnedija tan-networks u jwasslu għal żieda sinifikanti fil-kostijiet għall-klijenti tal-UE. Hija tafferma wkoll li l-prezzijiet naqsu minħabba l-kapaċitajiet żejda eżistenti u l-atturi kollha investew f’żieda fil-kapaċità matul l-allegat nuqqas ta’ provvista ftit snin ilu. |
|
(749) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li kien inevitabbli li d-dazji kompensatorji jkollhom implikazzjonijiet fuq il-kostijiet għall-utenti li jixtru l-OFC tagħhom miċ-Ċina, iżda li dan kien dovut għall-imġiba inġusta fl-esportazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-OFC jirrappreżenta biss sehem żgħir mill-kost totali tat-tnedija tal-proġetti tan-networks diġitali - fil-każ li l-5G ikun ħafna inqas minn 5 %. Ix-xiri tal-prodott ikkonċernat mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni li kkooperaw jirrappreżenta persentaġġ marġinali tal-fatturat tal-kumpanija, u d-ditta tixtri parti sinifikanti mill-OFC tagħha minn sorsi oħrajn. Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-utent l-ieħor li huwa diffiċli li wieħed ibiddel il-fornituri, kif spjegat fil-premessa (737), importaturi oħrajn instabu wkoll li jixtru minn sorsi differenti f’pajjiżi terzi. Bl-istess mod, l-utenti għandhom ukoll il-possibbiltà li jsibu sorsi alternattivi ta’ provvista, inklużi fornituri minn pajjiżi terzi oħrajn. Billi fis-snin li ġejjin id-domanda għall-OFC hija mistennija li tikber, l-utenti u d-distributuri se jikkompetu f’suq akbar minn qabel. Din hija opportunità għalihom biex iżommu u jiżviluppaw in-negozju tagħhom, anki jekk il-prezzijiet tagħhom jiżdiedu minħabba d-dazji kompensatorji. |
|
(750) |
Huwa ssottolinjat ukoll li l-eżistenza ta’ kapaċità żejda xprunata miċ-Ċina ma tiġġustifikax prattiki kummerċjali inġusti li d-dannu tagħhom lill-industrija tal-Unjoni jipperikola l-futur tagħha, kif ukoll id-diversità tal-provvista u, b’hekk, il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(751) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-utenti u d-distributuri ma humiex affettwati b’mod sproporzjonat mill-impożizzjoni tal-miżuri. |
6.4. Fatturi oħrajn
|
(752) |
Il-kejbils fibrottiċi huma meħtieġa biex jinbnew networks tal-broadband veloċi u, għalhekk, huma ta’ importanza kbira għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-entitajiet pubbliċi madwar l-UE li jiddependu minn dawn in-networks għax-xogħol mid-dar, għat-tagħlim mid-dar, għat-tmexxija ta’ negozju jew għall-forniment ta’ servizzi. L-investiment permezz tal-programm Next Generation EU (152) huwa wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea li għandha wkoll l-għan li tuża infrastruttura tal-banda wiesgħa b’teknoloġija avvanzata biex tilħaq kull rokna tal-UE. Għalhekk, il-kejbils fibrottiċi huma kruċjali għad-Deċennju Diġitali tal-UE (153) u anki għas-sovranità diġitali tagħha. |
|
(753) |
Minħabba l-importanza tal-prodott ikkonċernat fid-dawl tal-objettivi pubbliċi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa l-impatt ta’ miżuri potenzjali fuq it-tnedija ta’ proġetti tan-network tal-broadband. |
|
(754) |
Diversi partijiet sostnew li l-konsumaturi u l-baġits pubbliċi fl-Unjoni jġarrbu dannu f’każ li jiġu imposti miżuri, minħabba li l-prezz tal-OFC u, b’hekk, il-prezz totali tal-proġetti tan-network jiżdied. |
|
(755) |
Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat il-kost tal-OFC fil-kost totali tal-proġetti tan-network. L-investigazzjoni wriet li l-OFC jirrappreżenta biss sehem żgħir mill-kost totali tat-tnedija tan-networks diġitali. Fil-fatt, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni (jiġifieri t-tħaffir tal-art sabiex jitqiegħdu l-kejbils) huma l-aktar element ta’ kost sinifikanti f’dawn il-proġetti, li jammonta għal madwar 80 % tal-kostijiet. L-20 % li jifdal huwa magħmul minn kostijiet tal-materjal, li jinkludu wkoll prodotti oħrajn bħal kanali, kabinetti u konnetturi. Il-Kummissjoni sabet li l-OFC jirrappreżenta proporzjon żgħir tal-kostijiet totali tal-proġett tan-network fil-każ li l-5G ikun inqas minn 5 % skont wieħed mill-utenti l-kbar. Il-produtturi tal-UE u l-importaturi li kkooperaw iddikjaraw ukoll li l-OFC jirrappreżenta madwar 5-10 % tal-kostijiet totali tal-proġetti tan-network. |
|
(756) |
Il-livell modest ta’ kooperazzjoni tal-operaturi ewlenin tan-network tal-UE u tal-korpi pubbliċi responsabbli għall-proġetti kbar tan-network jissuġġerixxi wkoll li miżuri possibbli fuq l-OFC ma jkollhomx impatt sostanzjali fuq l-ispiża u ż-żmien ta’ dawn il-proġetti. |
6.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(757) |
L-investigazzjoni sabet li hemm kapaċità suffiċjenti fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi oħrajn biex jissostitwixxu l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina. Barra minn hekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri kompensatorji tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tinvesti fis-siti ta’ produzzjoni tagħha fl-Unjoni u f’teknoloġiji ġodda għall-benefiċċju tal-industrija tal-utenti. Fl-istess ħin, il-miżuri ma jwaqqfux lill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (inkluża ċ-Ċina) milli jikkompetu b’mod ġust fis-suq tal-Unjoni. Anki jekk id-domanda għall-OFC tiżdied fis-snin li ġejjin kif mistenni mill-atturi tas-suq, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat ma jkollhom l-ebda riskju notevoli ta’ nuqqas ta’ provvista u, b’hekk, l-introduzzjoni tan-network tal-broadband tal-fibrottika fid-djar u n-negozji ma tittardjax. |
|
(758) |
B’mod ġenerali, filwaqt li fin-nuqqas ta’ miżuri, l-utenti, l-importaturi, il-klijenti finali u l-baġits pubbliċi jistgħu jibbenefikaw minn prodotti orħos fuq terminu qasir, l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina inevitabbilment igerrxu lill-produtturi tal-Unjoni mis-suq tal-Unjoni, u dan jirriżulta fit-telf għall-industrija tal-utenti ta’ sorsi ta’ provvista siewja u potenzjalment f’żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni mill-produtturi tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, is-sopravivenza tal-produtturi tal-Unjoni hija kruċjali għas-sovranità diġitali tal-UE. |
|
(759) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li f’dan l-istadju tal-investigazzjoni ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li juru li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ OFC li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
7. MIŻURI kompensatorji DEFINITTIVI
|
(760) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tas-sussidjar, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv. |
7.1. Il-livell tal-miżuri kompensatorji definittivi
|
(761) |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li l-ammont tad-dazju kumpensatorju definittiv ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli stabbiliti. |
|
(762) |
Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(1) jiddikjara li “fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni kollha sottomessa, tista’ tikkonkludi b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ miżuri f’konformità mat-tielet subparagrafu, l-ammont tad-dazju kumpensatorju għandu jkun inqas jekk tali dazju inferjuri jkun adegwat biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni”. |
|
(763) |
Ma ġiet sottomessa l-ebda informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni u, għalhekk, il-livell tal-miżuri kompensatorji se jiġi stabbilit b’referenza għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1). |
|
(764) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazji kompensatorji definittivi, espressi fuq il-prezz CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(765) |
L-investigazzjoni antisussidji twettqet b’mod parallel ma’ investigazzjoni anti-dumping separata li tikkonċerna l-istess prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ, li fiha l-Kummissjoni imponiet miżuri anti-dumping fil-livell tal-marġini tad-dumping. Il-Kummissjoni żgurat li l-impożizzjoni ta’ dazju akkumulat li jirrifletti l-livell ta’ sussidjar u l-livell sħiħ ta’ dumping ma tirriżultax fit-tpaċija tal-effetti tas-sussidjar darbtejn (“għadd doppju”) f’konformità mal-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(766) |
Il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (154) b’referenza għal kostijiet u profitti mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Konsegwentement, skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament bażiku u sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, il-Kummissjoni l-ewwel imponiet id-dazju kumpensatorju definittiv fil-livell tal-ammont definittiv stabbilit ta’ sussidjar u mbagħad imponiet id-dazju anti-dumping definittiv li kien fadal, li jikkorrispondi għall-marġni ta’ dumping rilevanti mnaqqas bl-ammont tad-dazju kompensatorju u sal-livell rilevanti ta’ eliminazzjoni tad-dannu stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping separata. Billi l-Kummissjoni naqqset il-marġni tad-dumping li nstab bl-ammont sħiħ ta’ sussidjar stabbilit fir-RPĊ, ma kien hemm l-ebda kwistjoni ta’ għadd doppju skont it-tifsira tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(767) |
Minħabba r-rata għolja ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni sabet li l-livell tal-ogħla dazju impost fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun ikun rappreżentattiv bħala l-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Id-dazju tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha” se jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji, li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni. |
|
(768) |
F’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont totali ta’ sussidju għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-ammont medju ponderat totali ta’ sussidji kompensatorji stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, bl-esklużjoni ta’ ammonti negliġibbli, kif ukoll l-ammont ta’ sussidji stabbiliti għal oġġetti, li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-Kummissjoni ma injoratx is-sejbiet ibbażati parzjalment fuq il-fatti disponibbli biex tiddetermina dawk l-ammonti. Tabilħaqq, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-fatti disponibbli u użati f’dawk il-każijiet ma affettwawx sostanzjalment l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ sussidjar b’mod ġust, sabiex l-esportaturi li ma ntalbux jikkooperaw fl-investigazzjoni ma jiġux ippreġudikati bl-użu ta’ dan l-approċċ. |
|
(769) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti tali dazji huma stabbiliti kif ġej:
|
|
(770) |
Ir-rata tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikata f’dan ir-Regolament ġiet stabbilita abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, hija tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward tal-kumpanija kkonċernata. B’hekk, din ir-rata tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) hija applikabbli b’mod esklussiv għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u manifatturati mill-kumpanija msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(771) |
Kumpanija tista’ titlob li jiġu applikati dawn ir-rati tad-dazju individwali jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament li jinforma dwar il-bidla fl-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
7.2. Klawżola speċjali ta’ monitoraġġ
|
(772) |
Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji kompensatorji individwali. Il-kumpaniji b’dazji kompensatorji individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju kumpensatorju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(773) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju kumpensatorju għall-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jenħtieġ li, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-tbaħħir, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(774) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(775) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju kumpensatorju, il-livell tad-dazju għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li ma japplikax biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhom l-ebda esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
8. DIVULGAZZJONI
|
(776) |
Il-partijiet interessati ġew informati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils tal-fibrottika li joriġinaw mir-RPĊ. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli speċifikament divulgati lilhom. |
9. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(777) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (155), meta jkollu jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(778) |
Kif spjegat fil-premessi (765) u (769) hawn fuq, il-Kummissjoni naqqset mill-marġini tad-dumping parti mill-ammont ta’ sussidju sabiex tevita l-għadd doppju. B’hekk, jekk isseħħ xi modifika jew tneħħija tad-dazji kompensatorji definittivi, il-livell tad-dazji anti-dumping jenħtieġ li jiżdied awtomatikament bl-istess proporzjon sabiex ikun jirrifletti l-firxa attwali tal-għadd doppju bħala riżultat ta’ din il-modifika jew it-tneħħija. Din il-bidla fid-dazji anti-dumping jenħtieġ li sseħħ mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament. |
|
(779) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (156), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi b’modalità waħda, magħmula minn fibra waħda jew aktar miksija individwalment, b’kisi protettiv, kemm jekk fihom kondutturi elettriċi li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8544 70 00 (il-kodiċi TARIC 8544700010) kif ukoll jekk le u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:
|
(i) |
kejbils li fihom il-fibri ottiċi kollha huma mwaħħla individwalment b’konnetturi operazzjonali f’estremità waħda jew fiż-żewġ estremitajiet; u |
|
(ii) |
kejbils għall-użu taħt il-baħar. Il-kejbils għall-użu taħt il-baħar huma kejbils fibrottiċi insulati bil-plastik, b’konduttur tar-ram jew tal-aluminju, li fihom il-fibri huma f’modulu/moduli tal-metall. |
2. Id-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandu jkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju kumpensatorju definittiv |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
||||||
|
FTT Group:
|
10,3 % |
C696 |
||||||
|
ZTT Group:
|
5,1 % |
C697 |
||||||
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkati fl-Anness I |
7,8 % |
|
||||||
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji elenkati fl-Anness II |
10,3 % |
|
||||||
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
10,3 % |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju kumpensatorju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt(a), niċċertifika li (l-volum) ta’ (il-prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
5. Id-dikjarazzjoni doganali għandha tindika t-tul f’kilometri tal-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1), diment li din l-indikazzjoni tkun kompatibbli mal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (157).
6. F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, it-talbiet għal rifużjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom iwasslu wkoll għall-valutazzjoni tal-marġini ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur li jipprevali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummssjoni (UE) 2021/2011 (158) huwa emendat kif ġej:
|
(1). |
L-Artikolu 1(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(2) |
Jiddaħħal Artikolu 1(7) ġdid: “7. Jekk id-dazji kompensatorji definittivi imposti mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 (*1) jiġu mmodifikati jew imneħħija, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 jew fl-Annessi I jew II għandhom jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġini ta’ dumping attwali misjub jew għall-marġini ta’ dannu misjub kif xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. (*1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34).” " |
|
(3) |
Jiddaħħal Artikolu 1(8) ġdid: “8. F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, it-talbiet għal rifużjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom iwasslu wkoll għall-valutazzjoni tal-marġini ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur li jipprevali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni.” |
|
(4) |
L-Anness I huwa sostitwit bl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) ĠU C 442, 21.12.2020, p. 18.
(3) It-terminu “GTĊ” jintuża f’dan ir-Regolament f’sens wiesa’, inkluż il-Kunsill tal-Istat, kif ukoll il-Ministeri, id-Dipartimenti, l-Aġenziji u l-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali.
(4) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 316, 24.9.2020, p. 10).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17) (“il-każ HRF”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1) (“il-każ tat-Tajers”) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5) (“il-każ tal-e-bikes”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 33) (“il-każ GFF”).
(6) Ara r-Rapport tal-Bord, L-Istati Uniti – Miżuri ta’ Dazju Kumpensatorju fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina, WT/DS437/R, adottat fis-16 ta’ Jannar 2015, para. 7.152.
(7) Ara l-kawżi ċċitati fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(8) Disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2508.
(9) Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (2020/C 86/06) ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6.
(10) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 (ir-‘Rapport’) – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.
(11) Ara l-Katalogu ta’ Gwida ta’ prodotti u servizzi ewlenin f’industriji emerġenti strateġiċi. http://www.gov.cn/xinwen/2018-09/22/5324533/files/dcf470fe4eac413cabb686a51d080eec.pdf u l-Katalogu Made in China 2025 tal-“Erba’ Elementi Essenzjali”. http://www.cm2025.org/show-14-126-1.html u http://www.cm2025.org/uploadfile/2016/1122/20161122053929266.pdf, kollha aċċessati l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(12) Ir-Rapport – Il-Kapitolu 2, p. 17.
(13) Avviż tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Ħruġ ta’ Made in China 2025 (Guofa (2015) Nru. 28) - Kolonna ta’ Divulgazzjoni tal-Informazzjoni tal-Gvern (www.gov.cn), aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Ġunju 2021.
(14) Ara l-Kummissjoni għar-Reviżjoni Ekonomika u tas-Sigurtà bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina: It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin, paġna 12.
(15) http://www.gov.cn/xinwen/2014-10/14/content_2764849.htm, aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Awwissu 2021.
(16) http://www.forestry.gov.cn/lczb/5/20210429/101204144404645.html, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(17) https://www.ndrc.gov.cn/fzggw/jgsj/gjss/sjdt/201806/t20180612_1154987.html?code=&state=123, aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Awwissu 2021.
(18) https://www.cae.cn/cae/html/files/2015-10/29/20151029105822561730637.pdf, aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Ġunju 2021.
(19) Ara “Made in China 2025”, il-Kapitolu 4: Appoġġ Strateġiku u Provvista.
(20) http://www.cm2025.org/show-14-126-1.html, aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Awwissu 2021.
(21) http://www.gov.cn/zhengce/content/2015-06/24/content_9972.htm, aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Awwissu 2021.
(22) http://www.gov.cn/xinwen/2016-12/08/content_5145162.htm, aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Awwissu 2021.
(23) http://www.miit.gov.cn/n1146295/n1652858/n1652930/n4509627/c5862297/part/5862506.doc, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(24) https://www.miit.gov.cn/ztzl/rdzt/znzzxggz/wjfb/art/2020/art_4430cca546bd4f4c9dd7c96b31bc7c11. html, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(25) https://www.directindustry.com/soc/yangtze-optical-fibre-cable-joint-stock-limited-company-212621.html, aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Awwissu 2021.
(26) http://www.gov.cn/zwgk/2009-04/15/content_1282430.htm, aċċessat l-aħħar fit-2 ta’ Awwissu 2021.
(27) http://www.gov.cn/zwgk/2013-08/17/content_2468348.htm, aċċessat l-aħħar fit-2 ta’ Awwissu 2021.
(28) http://www.gov.cn/zwgk/2010-04/08/content_1576039.htm, aċċessat l-aħħar fit-2 ta’ Awwissu 2021.
(29) http://www.gov.cn/zhengce/content/2015-07/04/content_10002.htm, aċċessat l-aħħar fit-2 ta’ Awwissu 2021.
(30) http://www.gov.cn/zhengce/content/2015-05/20/content_9789.htm, aċċessat l-aħħar fil-5 ta’ Awwissu 2021.
(31) https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/gg/201702/t20170204_961174.html?code=&state=123, aċċessat l-aħħar fit-3 ta’ Awwissu 2021.
(32) http://www.gov.cn/zwgk/2006-12/21/content_474651.htm, aċċessat l-aħħar fis-7 ta’ Awwissu 2021.
(33) http://www.most.gov.cn/xwzx/xwfb/200312/t20031214_10451.html, aċċessat l-aħħar fis-7 ta’ Awwissu 2021.
(34) Rapport tal-Korp tal-Appell, “Il-Komunitajiet Ewropej u Ċerti Stati Membri — Miżuri li Jaffettwaw il-Kummerċ f’Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar”
(35) https://itlaw.wikia.org/wiki/Broadband_infrastructure, aċċessat l-aħħar fis-26 ta’ Ottubru 2021.
https://www.investopedia.com/terms/b/broadband.asp, aċċessat l-aħħar fis-26 ta’ Ottubru 2021.
(36) Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) (Maħruġ bl-Ordni Nru. 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru. 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi fis-16 ta’ Frar 2013).
(37) http://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(38) It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar iż-Żoni Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Industrija tat-Teknoloġija Avvanzata (2017), p. 9, http://www.most.gov.cn/xxgk/xinxifenlei/fdzdgknr/fgzc/gfxwj/gfxwj2017/201705/t20170510_132712.html, aċċessat l-aħħar fl-10 ta’ Awwissu 2021.
(39) Politiki preferenzjali taż-Żoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Industrijali tat-Teknoloġija Avvanzata, paġna 1.
(40) Politiki preferenzjali taż-Żoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Industrijali tat-Teknoloġija Avvanzata, paġna 1.
(41) Ara t-Taqsima 3.3.1 tal-Katalogu.
http://www.gov.cn/xinwen/2018-09/22/5324533/files/dcf470fe4eac413cabb686a51d080eec.pdf, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(42) Ara l-Avviż tal-Gvern tal-Poplu tal-Provinċja ta’ Zhejiang dwar il-Ħruġ tal-“Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang għat-Trasformazzjoni Komprensiva u t-Titjib tal-Industriji tal-Manifattura Tradizzjonali (2017-2020)”. http://jxt.zj.gov.cn/art/2017/6/4/art_1657971_35695741.html, aċċessat l-aħħar fil-11 ta’ Awwissu 2021.
(43) https://asiatimes.com/tag/donghu-high-tech-zone/, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(44) Ara l-artiklu Wuhan East Lake: a National High Tech Zone mixing investment and tax benefit policies, is-sit web ta’ Pedata, is-27 ta’ Frar 2013, https://free.pedata.cn/755314.html, aċċessat l-aħħar fl-10 ta’ Awwissu 2021. Ara s-silta: “ Għaxar kumpaniji ġew elenkati fit-“Tielet Bord il-Ġdid” u rċevew is-sussidji tal-gvern korrispondenti; […] Fir-rigward tal-attirar ta’ istituzzjonijiet ta’ investiment fl-ekwità biex jistabbilixxu ruħhom fil-park jew jinvestu f’intrapriżi li jinsabu fil-park, id-dipartimenti rilevanti tal-Provinċja ta’ Hubei, il-Muniċipalità ta’ Wuhan, u ż-Żona ta’ Teknoloġija Avvanzata ta’ East Lake stabbilew rispettivament fondi ta’ gwida fuq il-kapital ta’ riskju. Meta mqabbla maż-żoni ta’ teknoloġija avvanzata fiż-żoni kostali, għalkemm l-industrija tal-investiment fl-ekwità fiż-Żona ta’ Teknoloġija Avvanzata interna ta’ East Lake bdiet aktar tard, l-attraenza tagħha għall-istituzzjonijiet tal-VC/PE hija relattivament sinifikanti minħabba l-ostaklu limitat tagħha għar-reġistrazzjoni tan-negozju, l-appoġġ qawwi tal-politika ta’ inċentiv, u għadd kbir ta’ fondi ta’ gwida tal-gvern.”
(45) https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202004291379049397_1.pdf, p. 133, 138-139, aċċessat l-aħħar fil-11 ta’ Awwissu 2021.
(46) https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202004291379029468_1.pdf, p. 205, 215, aċċessat l-aħħar fil-11 ta’ Awwissu 2021.
(47) ĠU C 394, p. 6, 17.12.1998.
(48) Bħal, pereżempju, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 452/2011, ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18 (Karta fina miksija), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 215/2013, 11.3.2013, ĠU L 73, p. 16 (Azzar miksi b’materjal organiku), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366, ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1 (Pannelli solari), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1379/2014, ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22. (Fibra tal-ħġieġ bil-filament), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/918, ĠU L 360, 17.12.2014 p. 65 (Fibri Diskontinwi tal-Poliester).
(49) Rapport tal-Bord, il-KE — Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar, il-paragrafi 7.1230 – 7.1231; Rapport tal-Bord, l-Istati Uniti – AD/CVD (iċ-Ċina), il-paragrafi 9.138 – 9.139.
(50) Rapport tal-Bord, l-Istati Uniti — Dazji Anti-Dumping u kompensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina, WT/DS379/R, il-paragrafi 9.140 – 9.144, 9.157.
(51) WT/DS379/AB/R (L-Istati Uniti – Dazji kompensatorji u Anti-dumping fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-paragrafu 318. Ara wkoll WT/DS436/AB/R (L-Istati Uniti – L-Azzar tal-Karbonju (l-Indja)), Rapport tal-Korp tal-Appell tat-8 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.9 - 4.10, 4.17 - 4.20 u WT/DS437/AB/R (L-Istati Uniti – Miżuri ta’ Dazju Kumpensatorju fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina) Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafu 4.92.
(52) Digriet tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Nru. 283).
(53) https://www.reuters.com/article/us-china-banks-party-idUSKBN1JN0XN, aċċessat l-aħħar fit-13 ta’ Awwissu 2021.
(54) Skont il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għal Kwistjonijiet ta’ Liċenzji Amministrattivi għal Banek Kummerċjali ffinanzjati miċ-Ċina (l-Ordni tas-CBIRC [2017] Nru. 1), il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għal Kwistjonijiet ta’ Liċenzji Amministrattivi relatati ma’ Banek b’Finanzjament Barrani (Ordni tas-CBIRC [2015] Nru. 4) u l-Miżuri Amministrattivi għall-Kwalifiki tad-Diretturi u tal-Uffiċjali Anzjani tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji fis-Settur Bankarju (CBIRC [2013] Nru. 3)
(55) http://www.pbc.gov.cn/zhengcehuobisi/125207/125213/125440/3876551/de24575c/index2.html, aċċessat l-aħħar fit-3 ta’ Awwissu 2021.
(56) Ara, pereżempju, il-każijiet HRF, Tyres u E-bikes iċċitati fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, rispettivament, fit-Taqsima 3.4.1.1.b, fit-Taqsima 3.4.1.1.b u fit-Taqsima 3.5.1.1.
(57) Ara http://english.eximbank.gov.cn/Profile/AboutTB/Introduction/ aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Ottubru 2021.
(58) Ara l-każijiet GFF u Tyres imsemmija fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(59) Ara l-każijiet GFF u Tyres imsemmija fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(60) WT/DS/296 (DS296 l-Istati Uniti – Investigazzjoni dwar id-dazju kompensatorju fuq Memorja Dinamika b’Aċċess Każwali (DRAMS) mill-Korea), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-21 ta’ Frar 2005, il-para. 116.
(61) Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, il-para. 116.
(62) Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, il-para. 115.
(63) Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, il-para. 114, li jaqbel mar-Rapport tal-Bord, DS 194, il-para. 8.31. fuq dawk il-merti.
(64) Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, il-para. 115.
(65) Ara l-każijiet GFF u Tyres imsemmija fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(66) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, minn Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.
(67) Livingston, M. Poon, W.P.H. u Zhou, L. (2017). Are Chinese Credit Ratings Relevant? Studju tas-Suq tal-Bonds Ċiniżi u l-Industrija tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu, fi: Il-Ġurnal tas-Servizzi Bankarji u l-Finanzi, p. 24.
(68) Għarfien tas-suq tal-bonds taċ-Ċina tal-2021, https://assets.bbhub.io/professional/sites/10/China-bond-market-booklet.pdf, aċċessat l-aħħar fit-8 ta’ Awwissu 2021.
(69) Għarfien tas-suq tal-bonds taċ-Ċina tal-2021, in-nota 59 f’qiegħ il-paġna, p. 31.
(70) Price, A.H., Brightbill T.C., DeFrancesco R.E., Claeys, S.J., Teslik, A. u Neelakantan, U. (2017). China’s broken promises: why it is not a market-economy, Wiley Rein LLP, p. 68.
(71) Ara l-Miżuri Addizzjonali għall-Amministrazzjoni tan-Negozju tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu Rigward is-Suq tat-Titoli Promulgata mill-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina, Ordni tal-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina [2007] Nru. 50, l-24 ta’ Awwissu 2007; Avviż tal-People’s Bank of China dwar il-Kwalifiki ta’ China Cheng Xin Securities Rating Co., Ltd. u ta’ Istituzzjonijiet Oħrajn Involuti fin-Negozju ta’ Klassifikazzjoni tal-Krediti tal-Bonds Korporattivi, Yinfa [1997] Nru. 547, is-16 ta’ Diċembru 1997, u l-Avviż Nru. 14 [2018] tal-People’s Bank of China u tal-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina dwar Kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Forniment ta’ Servizzi ta’ Klassifikazzjoni tal-Bonds mill-Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu fis-Suq tal-Bonds Interbankarji u fis-Suq tal-Bonds fil-Borża.
(72) Dokument ta’ Ħidma tal-PBOC Nru. 2017/5, il-25 ta’ Mejju 2017, p. 28.
(73) Ara s-sit web tal-Fond taċ-China Development Bank: http://www.cdb.com.cn/English/ywgl/zhjryw/gkfzjj/, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(74) Ara l-każ HRF (il-premessi minn 152 sa 244), il-każ Tyres (il-premessa 236) u l-każ GFF (il-premessa 300) iċċitati fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(75) Ara l-premessa (189) hawn fuq.
(76) Fil-każ ta’ self b’imgħax fiss. Għal self b’rata tal-imgħax varjabbli, ittieħdet ir-rata normattiva tal-PBOC jew, wara l-20 ta’ Awwissu 2019, ir-Rata Prima tas-Self.
(77) Il-proporzjon ta’ dejn-ekwità huwa proporzjon użat biex jiġi evalwat l-ingranaġġ finanzjarju ta’ kumpanija. Il-proporzjon ta’ dejn-ekwità huwa espress bħala t-tqabbil tal-obbligazzjonijiet totali ta’ kumpanija mal-ekwità tal-azzjonisti tagħha.
(78) Ir-redditu fuq l-ekwità jkejjel il-profittabbiltà ta’ korporazzjoni b’rabta mal-ekwità tal-azzjonisti. Ir-redditu fuq l-ekwità jiġi kkalkolat billi l-profitt qabel it-taxxa jiġi diviż bl-ekwità tal-azzjonisti.
(79) Source Capital IQ, 2018, li jinsab fil-Prospett tal-Bonds ta’ Jiangsu Zhongtian Technology.
(80) Taħt ftehim bħal dan, il-kumpanija tista’ tikkonverti parti mid-dejn tagħha f’ishma u, b’hekk, tnaqqas l-obbligazzjonijiet fuq il-karta bilanċjali tagħha.
(81) Il-każijiet HRF u Tyres iċċitati fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, il-premessi minn (175) sa (187) fil-każ HRF, u mill-premessa (256) fil-każ Tyres
(82) Ara https://www.barclays.co.uk/current-accounts/bank-account/overdrafts/overdraft-charges/, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021, tariffi għal overdrafts eżekuttivi - “overdrafts ta’ ’l fuq minn £15,000 għandhom tariffa ta’ twaqqif ta’ 1,5 % tal-limitu ta’ overdraft irranġat, u tariffa ta’ tiġdid ta’ 1,5 %”.
(83) Ara l-każ GFF iċċitat fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna (il-premessi 354 u 355)
(84) Ara n-nota 79 f’qiegħ il-paġna
(85) https://corporatefinanceinstitute.com/resources/knowledge/finance/commitment-fee/
(86) https://www.barclays.co.uk/business-banking/borrow/overdrafts/
(87) Ara s-sit web tal-People’s Bank of China:
https://www.boc.cn/en/cbservice/cncb6/cb61/200811/t20081112_1324239.html, aċċessat l-aħħar fil-18 ta’ Awwissu 2021.
(88) Ibid.
(89) Ara s-sit web ta’ DBS Bank: https://www.dbs.com.cn/corporate/financing/working-capital/bank-acceptance-draft-bad-issuance, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(90) Ara l-każ GFF imsemmi fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, il-premessa 385.
(91) Ara l-każ GFF imsemmi fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, il-premessa 399.
(92) “Quarterly Review, Summer 1981”
(93) Ara Id-Dokument ta’ Diskussjoni tal-Bank of Canada: A Primer on the Canadian Bankers’ Acceptance Market uhttps://fast.bnm.gov.my/fastweb/public/files/BA_Apr2004_Updated.pdf
(94) Ara l-premessa (189) hawn fuq.
(95) Il-leġiżlazzjoni applikabbli fiż-żmien tal-ħruġ tal-bonds konvertibbli.
(96) Emendata l-aħħar fit-28 ta’ Diċembru 2019 bid-Digriet Presidenzjali Nru. 37 b’effett mill-1 ta’ Marzu 2020.
(97) Emendati l-aħħar fl-14 ta’ Frar 2020 skont id-Deċiżjoni dwar ir-Reviżjoni tal-“Miżuri Amministrattivi dwar il-Ħruġ ta’ Titoli minn Kumpaniji Elenkati” tal-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina b’effett mill-14 ta’ Frar 2020.
(98) Sostitwiti mill-Miżuri Amministrattivi dwar is-Servizz tal-Isponsor għall-Ħruġ u l-Elenkar ta’ Titoli, id-Digriet Nru. 170 tal-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina tat-12 ta’ Ġunju 2020 b’effett mit-12 ta’ Ġunju 2020.
(99) Ara l-għarfien dwar is-suq tal-bonds taċ-Ċina tal-2021, in-Nota 59 f’qiegħ il-paġna, p. 33.
(100) Minħabba li ma kien hemm l-ebda data speċifika għall-bonds korporattivi konvertibbli disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni użat id-data disponibbli għall-bonds korporattivi, li jenħtieġ li jinkludu wkoll bonds korporattivi konvertibbli.
(101) Ara l-premessa (189) hawn fuq.
(102) Emendata l-aħħar fit-28 ta’ Diċembru 2019 bid-Digriet Presidenzjali Nru. 37 b’effett mill-1 ta’ Marzu 2020.
(103) Ara l-għarfien dwar is-suq tal-bonds taċ-Ċina tal-2021, in-Nota 59 f’qiegħ il-paġna, p. 33.
(104) Studju tal-OECD dwar il-politiki u l-programmi Ċiniżi tal-kreditu għall-esportazzjoni, paġna 7, il-paragrafu 32, disponibbli fuq https://www.oecd.org/officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=TAD/ECG(2015)3&doclanguage=en, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(105) Ara s-sit web ta’ Sinosure, Profil tal-kumpanija, Supporting ‘Made in China’, https://www.sinosure.com.cn/en/Resbonsiblity/smic/index.shtml, aċċessat l-aħħar fis-17 ta’ Awwissu 2021.
(106) Ara l-każ Tyres iċċitat fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, il-premessa 429.
(107) https://www.sinosure.com.cn/en/Sinosure/Profile/index.shtml, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(108) Il-Katalogu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina, pereżempju, Nru. 775, 780, 781, 1035, 1098, 1100, 1104, 1107 u 1109.
(109) http://www.mofcom.gov.cn/aarticle/b/g/200411/20041100300040.html, aċċessat l-aħħar fit-12 ta’ Awwissu 2021.
(110) Rapport Annwali ta’ Sinosure tal-2019, p. 11, https://www.sinosure.com.cn/images/xwzx/ndbd/2020/08/27/38BBA5826A689D7D5B1DAE8BB66FACF8.pdf , aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2019.
(111) Ibid, p. 28 u 29.
(112) Ordni Nru. 23 tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(113) Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Riveduta fl-2019) - Ordni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru. 714.
(114) http://kj.quanzhou.gov.cn/wsbs/xgxz/201703/t20170322_431820.htm, aċċessat l-aħħar fis-17 ta’ Awwissu 2021.
(115) Tħabbira [2021] Nru. 13 tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar Titjib Ulterjuri fil-Politika ta’ Tnaqqis Qabel it-Taxxa Ponderat għall-Ispejjeż tar-Riċerka u l-Iżvilupp.
(116) Ara l-każijiet HRF, Tyres u GFF iċċitati fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, il-premessi 330, 521 u 560, rispettivament.
(117) Il-premessa 182 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 1).
(118) Ara l-każ GFF, il-premessa (531).
(119) Diversi Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Approfondiment Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija (Zhong Fa [2015] Nru. 9), it-Taqsima III (4).
(120) Iċ-Ċirkolari tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma dwar it-Tnaqqis tal-Kost tal-Elettriku tal-Intrapriżi għall-Appoġġ għar-Restawr tax-Xogħol u l-Iżvilupp tal-Produzzjoni u l-Prezz tar-Riforma [2020] Nru. 258.
(121) Ara l-każijiet GFF, OCS, u Solar panels.
(122) Ara t-Taqsima 3.1 hawn fuq.
(123) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet tad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 – il-Kapitolu 9, p. 213-215.
(124) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet tad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 – il-Kapitolu 9, p. 209-211.
(125) Ara n-nota 105 f’qiegħ il-paġna.
(126) Ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-444/11 Gold East Paper u Gold Huacheng Paper vs Il-Kunsill, Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 ECLI:EU:T:2014:773.
(127) Ara l-każijiet GFF, OCS u Solar panels.
(128) https://idbpark.moeaidb.gov.tw/, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(129) Hubei - Wikipedia
(130) Jiangsu - Wikipedia
(131) https://www.earthmagazine.org/article/mineral-resource-month-germanium/, aċċessat l-aħħar fis-17 ta’ Awwissu 2021.
(132) https://www.ndrc.gov.cn/fggz/fzzlgh/gjfzgh/201603/P020191104614882474091.pdf, aċċessat l-aħħar fl-4 ta’ Awwissu 2021.
(133) http://www.yn.gov.cn/zwgk/zcwj/zxwj/201701/t20170106_143075.html, aċċessat l-aħħar fl-4 ta’ Awwissu 2021.
(134) http://www.yn.gov.cn/zwgk/zcwj/zxwj/202004/t20200426_203069.html, aċċessat l-aħħar fl-4 ta’ Awwissu 2021.
(135) https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202104221487092732_1.pdf?1619123432000.pdf, p. 171, aċċessat l-aħħar fil-5 ta’ Awwissu 2021.
(136) https://chxz.chinalco.com.cn/tzzgx/dqbg/202103/P020210325553668267186.pdf, p. 221, aċċessat l-aħħar fis-6 ta’ Awwissu 2021.
(137) Ara wkoll, mutatis mutandis, WT/DS294/AB/RW, l-Istati Uniti — Zeroing (l-Artikolu 21.5 DSU), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-14 ta’ Mejju 2009, il-paragrafu 453.
(138) CRU Cable Market Outlook (Awwissu 2020), ikkomplementat mill-intelliġenza tas-suq tal-ilmentaturi.
(139) Dawn l-indikaturi kienu bbażati fuq id-data diretta miġbura mill-ilmentatur dwar it-8 produtturi tal-Unjoni ilmentaturi jew sostenituri (minbarra kumpanija waħda għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (574)), li jirrappreżentaw kważi 80 % tal-produzzjoni tal-Unjoni fil-PI, flimkien ma’ stima għall-bqija tal-produtturi tal-Unjoni abbażi tar-riċerka u l-informazzjoni dwar is-suq.
(140) CRU Cable Market Outlook (Awwissu 2020), p. 29, u CRU Worldwide Cable Market Summary by Application and Region, Frar 2021.
(141) Stimi bbażati fuq sorsi pubbliċi (Artiklu tas-CRU tal-10 ta’ Jannar 2020 “Further instability on the horizon as tumultuous year ends” u slajds mill-Konferenza dwar il-Wire Cable tas-CRU, Ġunju 2019), ipprovduti bħala l-Anness 6.1 u 6.5 għall-ilment u elaborati aktar fl-ilment.
(142) Rapport tal-Bord, iċ-Ċina – Dazji Anti-Dumping Definittivi fuq Tagħmir għall-Ispezzjoni tas-Sigurtà tar-Raġġi X mill-Unjoni Ewropea, WT/DS425/R, il-paragrafu 7.67.
(143) ĠU 1988, Nru. L 362/59, il-premessa 7.
(144) Sentenza tas-17 ta’ Diċembru 1997, EFMA vs Il-Kunsill, T-121/95, EU:T:1997:198, il-paragrafi 105 et seq.
(145) Ekwivalenti għal full-time
(146) Dawn huma rappreżentattivi, u jkopru 36 % tal-bejgħ tal-industrija tal-UE fil-PI.
(147) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/230/KE tal-20 ta’ Marzu 1998 li ttemm il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ossidu tungostiku u aċidu tungostiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 87, 21.3.1998, p. 24).
(148) Rapport tal-Bord, It-Tajlandja – Dazji Anti-Dumping fuq l-Angoli, il-Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat u t-Tagħmir H mill-Polonja, WT/DS122/R, il-paragrafi 7.245-7.256
(149) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/176 tad-9 ta’ Frar 2016 li ttemm il-proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li huwa prodott minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co. Ltd, ĠU L 33, 10.2.2016, p. 14–37, il-premessa (140)
(150) Rapport tal-Bord, Il-Komunitajiet Ewropej u Ċerti Stati Membri – Miżuri li Jaffettwaw il-Kummerċ f’Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar, WT/DS316, il-paragrafu 7.2083.
(151) Sentenza tal-Qorti Ġenerali, id-29 ta’ Jannar 2014, Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-528/09, EU:T:2014:35, il-paragrafi 79-80.
(152) Fid-diskors tagħha tal-2020 dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen iddikjarat: “L-imbuttatura għall-investiment permezz ta’ NextGenerationEU hija opportunità unika biex immexxu l-espansjoni lejn kull raħal. Huwa għalhekk li rridu niffokaw l-investimenti tagħna fuq konnettività sigura u fuq l-espansjoni tal-5G, tas-6G u tal-fibra. NextGenerationEU hija wkoll opportunità unika sabiex jiġi żviluppat approċċ Ewropew aktar koerenti lejn il-konnettività u l-iskjerament tal-infrastruttura diġitali.”
https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/SPEECH_20_1655.
(153) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Kumpass Diġitali 2030: It-triq Ewropea għad-Deċennju Diġitali, Brussell, 9.3.2021 COM(2021)118 final.
(154) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).
(155) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(156) Kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).
(157) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1). L-Anness I “Nomenklatura Magħquda”.
(158) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummssjoni (UE) 2021/2011 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 410, 18.11.2021, p. 51).
ANNESS I
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping
|
Isem il-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
||||||||||
|
Dongjie Optical Technology (Suzhou) Co., Ltd. |
C700 |
||||||||||
|
Fasten Group:
|
C701 |
||||||||||
|
Hangzhou Futong Communication Technology Co., Ltd. |
C702 |
||||||||||
|
Hangzhou Tuolima Network Technologies Co., Ltd. |
C703 |
||||||||||
|
Jiangsu Etern Co., Ltd. |
C704 |
||||||||||
|
Jiangsu Hengtong Group:
|
C705 |
||||||||||
|
Jiangsu Tongguang Optical Fiber Cable Co., Ltd. |
C706 |
||||||||||
|
LEONI Cable (China) Co., Ltd |
C707 |
||||||||||
|
Nanjing Huamai Technology Co., Ltd |
C708 |
||||||||||
|
Ningbo Geyida Cable Technology Co., Ltd. |
C709 |
||||||||||
|
SDG group:
|
C725 |
||||||||||
|
Shanghai Qishen International Trade Co., Ltd. |
C712 |
||||||||||
|
Shenzhen Wanbao Optical Fiber Communication Co., Ltd. |
C713 |
||||||||||
|
Sichuan Huiyuan Optical Communications Co., Ltd. |
C714 |
||||||||||
|
Suzhou Furukawa Power Optic Cable Co., Ltd. |
C715 |
||||||||||
|
Suzhou Torres Optic-electric Technology Co., Ltd. |
C716 |
||||||||||
|
Twentsche (Nanjing) Fibre Optics Ltd. |
C717 |
||||||||||
|
XDK Communication Equipment (Huizhou) Ltd. |
C718 |
||||||||||
|
Yangtze Optical Fibre and Cable group:
|
C719 |
ANNESS II
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji
|
Isem il-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Anhui Tianji Information Technology Co., Ltd. |
C698 |
|
Prysmian Wuxi Cable Co., Ltd. |
C710 |