|
17.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/55
tad-9 ta’ Novembru 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward taż-żieda ta’ mudell ġdid ta’ ċertifikat għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti ungulati li joriġinaw mill-Unjoni, jiġu mċaqilqa lejn pajjiż terz jew territorju għall-parteċipazzjoni tagħhom f’avvenimenti, f’eżibizzjonijiet, f’wirjiet u f’shows u mbagħad jiġu mċaqilqa lura lejn l-Unjoni, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ungulati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u partikolarment l-Artikoli 230(1), 238(3) u 239(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (e), u l-Artikolu 126(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli dwar mard tal-annimali li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali tas-saħħa tal-annimali għal diversi movimenti ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali u rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali. Dawk ir-rekwiżiti relatati mad-dħul fl-Unjoni huma speċifikati aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (3). |
|
(2) |
L-Artikolu 239(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi l-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta regoli speċjali rigward derogi mir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali li joriġinaw fl-Unjoni u li jiġu mċaqilqa lejn pajjiż jew territorju terz u mbagħad jiġu mċaqilqa lura lejn l-Unjoni minn dak il-pajjiż jew territorju terz. Abbażi ta’ dak l-Artikolu, l-Artikolu 177 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/54 (4) biex jistabbilixxi regoli speċjali għad-dħul ta’ ungulati li joriġinaw fl-Unjoni, jiġu mċaqilqa lejn pajjiż terz jew territorju biex jipparteċipaw f’avvenimenti, f’eżibizzjonijiet, f’wirjiet u f’shows (avvenimenti) organizzati barra mill-Unjoni u mbagħad jiġu mċaqilqa lura immedjatament lejn l-Unjoni. |
|
(3) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (5) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u d-dikjarazzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni u għat-tranżitu mill-Unjoni ta’ annimali terrestri. Madankollu, dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma jinkludi l-ebda mudell ta’ ċertifikat li jakkumpanja l-konsenji ta’ ungulati li joriġinaw fl-Unjoni, jiġu mċaqilqa lejn pajjiż terz biex jipparteċipaw f’avvenimenti organizzati barra mill-Unjoni u mbagħad jiġu mċaqilqa lura immedjatament lejn l-Unjoni. F’dak iċ-ċertifikat l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju fejn iseħħ l-avveniment jenħtieġ li tipprovdi l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal dawn id-dħul speċifiku tal-annimali, previsti fl-Artikolu 177 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 kif emendat. Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 biex jipprevedi dan il-mudell taċ-ċertifikat biex jakkumpanja dawk il-kunsinni. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (6) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet u kategoriji ta’ annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. B’mod partikolari, il-Parti 1 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tipprevedi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-ungulati. Il-parti 4 ta’ dak l-Anness tipprevedi ċerti garanziji tas-saħħa tal-annimali li jistgħu jiġu assenjati lil ċerti pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom f’konformità mal-Artikolu 237 tar-Regolament (UE) 2016/429. Minħabba r-riskji għas-saħħa tal-annimali li jistgħu jinħolqu mill-movimenti ta’ ungulati li joriġinaw fl-Unjoni, trasferiti lejn pajjiż jew territorju terz u mbagħad imċaqalqa lura immedjatament lejn l-Unjoni, il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 177 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 għad-dħul ta’ tali ungulati lura fl-Unjoni wara l-parteċipazzjoni f’avvenimenti organizzati barra mill-Unjoni jenħtieġ li tkun limitata għal ċerti pajjiżi u territorji terzi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa. Din il-possibbiltà għalhekk jenħtieġ li tiġi deskritta bħala garanzija tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 4 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u tkun limitata għal ċerti pajjiżi terzi jew territorji awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ungulati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 u (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 14 jiżdied punt ġdid (l) qabel il-punt (k):
|
|
2. |
L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f’kull Stat Membru.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/54 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 fir-rigward ta’ rekwiżiti addizzjonali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti ungulati li joriġinaw fl-Unjoni, jiġu mċaqilqa lejn pajjiż terz jew territorju biex jipparteċipaw f’avvenimenti, f’eżibizzjonijiet, f’wirjiet u f’shows u mbagħad jiġu mċaqilqa lura lejn l-Unjoni (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-entrata li ġejja tiżdied fit-taqsima għall-ungulati fit-tabella li telenka l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u tad-dikjarazzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni u għat-tranżitu mill-Unjoni, wara l-entrata “CAM-CER”:
|
||||
|
2. |
il-Kapitolu 12a li ġej jiddaħħal wara l-Kapitolu 12 u qabel il-Kapitolu 13: “KAPITOLU 12a MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ĊERTI UNGULATI LI JORIĠINAW MILL-UNJONI, LI JIĠU MĊAQILQA LEJN PAJJIŻ JEW TERRITORJU TERZ GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TAGĦHOM F’AVVENIMENTI, F’EŻIBIZZJONIJIET, F’WIRJIET U F’SHOWS U MBAGĦAD JIĠU MĊAQILQA LURA LEJN L-UNJONI (MUDELL ‘ENTRY-EVENTS’)
|
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġejja:
|
|
2. |
fil-Parti 4, l-entrata li ġejja tiżdied wara l-entrata għall-garanzija tas-saħħa tal-annimali “ADV”:
|