14.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/42

tat-8 ta’ Novembru 2021

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi nazzjonali u tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti għal ċerti Stati Membri għas-sena kalendarja 2022

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), b’mod partikolari l-Artikoli 6(3) u 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont ta’ pagamenti diretti li jingħataw lill-bdiewa għal sena kalendarja partikolari, skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dak ir-Regolament, għall-inqas b’5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż EUR 150 000. F’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament, il-prodott stmat ta’ dak it-tnaqqis għandu jsir disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri li jaqgħu taħt l-iżvilupp rurali.

(2)

F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2021 dwar id-deċiżjoni tagħhom dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti u tal-prodott stmat riżultanti tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2022. In-notifiki tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Polonja, tal-Portugall, tas-Slovakkja u tal-Finlandja indikaw stima akbar minn żero.

(3)

F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, il-Latvja u n-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2021 dwar id-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu disponibbli, bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fis-sena finanzjarja 2023, ċertu perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2022.

(4)

F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, u l-Portugall innotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2021 dwar id-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu disponibbli, bħala pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2022, ċertu ammont mill-allokazzjoni tal-FAEŻR tagħhom għall-2023.

(5)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu adattati biex il-limiti massimi nazzjonali annwali u l-limiti massimi netti annwali għall-pagamenti diretti jirriflettu d-deċiżjonijiet meħuda mill-Belġju, mill-Bulgarija, miċ-Ċekja, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Kroazja, mill-Italja, mil-Latvja, mil-Lussemburgu, mill-Ungerija, minn Malta, min-Netherlands, mill-Polonja, mill-Portugal, mis-Slovakkja u mill-Finlandja.

(6)

Għalhekk, l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(7)

L-emendi li qed isiru b’dan ir-Regolament jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena 2022, għaldaqstant dan ir-Regolament jenħtieġ japplika mill-1 ta’ Jannar 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II, il-kolonna għas-sena kalendarja 2022 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Sena Kalendarja

2022

Il-Belġju

471 996

Il-Bulgarija

797 255

Iċ-Ċekja

848 107

Id-Danimarka

783 029

Il-Ġermanja

4 522 439

L-Estonja

193 576

L-Irlanda

1 186 282

Il-Greċja

1 796 193

Spanja

4 797 439

Franza

6 726 426

Il-Kroazja

403 228

L-Italja

3 628 529

Ċipru

47 648

Il-Latvja

319 140

Il-Litwanja

578 515

Il-Lussemburgu

33 432

L-Ungerija

1 305 715

Malta

5 244

In-Netherlands

609 775

L-Awstrija

677 582

Il-Polonja

3 391 233

Il-Portugall

685 528

Ir-Rumanija

1 919 363

Is-Slovenja

131 530

Is-Slovakkja

396 034

Il-Finlandja

517 532

L-Iżvezja

685 904 ”

(2)

fl-Anness III, il-kolonna għas-sena kalendarja 2022 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Sena Kalendarja

2022

Il-Belġju

472,0

Il-Bulgarija

799,0

Iċ-Ċekja

847,1

Id-Danimarka

782,3

Il-Ġermanja

4 522,4

L-Estonja

193,6

L-Irlanda

1 186,3

Il-Greċja

1 980,2

Spanja

4 856,0

Franza

6 726,4

Il-Kroazja

403,2

L-Italja

3 623,1

Ċipru

47,6

Il-Latvja

318,9

Il-Litwanja

578,5

Il-Lussemburgu

33,4

L-Ungerija

1 275,5

Malta

5,2

In-Netherlands

609,7

L-Awstrija

677,6

Il-Polonja

3 376,7

Il-Portugall

685,6

Ir-Rumanija

1 919,4

Is-Slovenja

131,5

Is-Slovakkja

394,5

Il-Finlandja

517,5

L-Iżvezja

685,9”