13.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/34

tat-22 ta’ Diċembru 2021

li jemenda l-Annessi III, VIII, IX u XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti għasafar tal-kaċċa salvaġġi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ta’ kunsinni ta’ ċerti molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar, ta ċerti prodotti tas-sajd, u tal-koxox taż-żrinġijiet u tal-bebbux u li jħassar id-Deċiżjoni 2007/82/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) u (4),

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, sabiex jiżgura li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti li huma rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti. B’mod partikolari, id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-oġġetti u l-annimali huwa soġġett għar-rekwiżit li dawn ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li jkun inkluż f’lista f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (4) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

(3)

Sabiex jiġi elenkat, pajjiż terz jew reġjun tiegħu jrid jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/625 u ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.

(4)

L-Artikolu 4(f) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 jistabbilixxi li l-eżistenza, l-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ programm ta’ kontroll tar-residwi approvat mill-Kummissjoni, meta applikabbli, ikunu prerekwiżit għall-inklużjoni ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (5) approvat il-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar annimali u prodotti tal-annimali speċifiċi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 (6) neħħiet l-approvazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi tat-Tuneżija għall-kaċċa salvaġġa. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-Tuneżija titneħħa mil-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti għasafar tal-kaċċa salvaġġa maħsuba għall-konsum mill-bniedem, stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. It-Tuneżija ġiet infurmata b’dan.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2315 approvat il-pjan ta’ monitoraġġ għall-Ukrajna għall-gasteropodi tal-baħar fis-subkategorija “molluski”. Minħabba l-fatt li l-Ukrajna pprovdiet evidenza u garanziji xierqa li juru li tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ gasteropodi tal-baħar mill-akkwakultura, jenħtieġ li dak il-pajjiż terz jiżdied fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar, stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. L-Ukrajna ġiet infurmata b’dan.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2315 qasmet il-kategorija “prodotti tal-akkwakultura” fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE f’erba’ subkategoriji “ħut bil-pinen”, “prodotti tal-ħut bil-pinen”, eż. kavjar, “krustaċji” u “molluski”. Għal raġunijiet ta’ konsistenza u ċarezza, huwa xieraq li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat sabiex jiġu speċifikati s-subkategoriji tal-prodotti tal-akkwakultura li għalihom huma awtorizzati l-pajjiżi terzi, fejn rilevanti.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2315 approvat il-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-prodotti tal-akkwakultura tal-Albanija, l-Arġentina, il-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina, iċ-Ċilì, il-Gżejjer Falkland, il-Gżejjer Faeroe, Isle of Man, Iżrael, il-Ġappun, il-Kenja, Mauritius, il-Moldova, Montenegro, New Zealand, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja, Singapore, l-Iżvizzera, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Uganda, l-Ukrajna, ir-Renju Unit u l-Urugwaj, fejn applikabbli, fost l-oħrajn, fir-rigward tas-subkategorija “ħut bil-pinen”. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat sabiex jirrifletti dik l-approvazzjoni. Dawk il-pajjiżi terzi ġew infurmati b’dan.

(9)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2315 approvat il-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-prodotti tal-akkwakultura tal-Bangladesh, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, il-Kolombja, il-Costa Rica, l-Ekwador, il-Honduras, l-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, il-Messiku, il-Marokk, il-Myanmar/Burma, il-Panama, il-Perù, il-Filippini, is-Sawdija Arabja, il-Korea t’Isfel, is-Sri Lanka, it-Tajwan, it-Tajlandja, l-Istati Uniti u l-Vjetnam, fejn applikabbli fost l-oħrajn, fir-rigward tas-subkategoriji “ħut bil-pinen” u “krustaċji”. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat sabiex jirrifletti dik l-approvazzjoni. Dawk il-pajjiżi terzi ġew infurmati b’dan.

(10)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2315 approvat il-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-prodotti tal-akkwakultura tal-Belize, il-Brunei, Kuba, il-Gwatemala, il-Mozambique, New Caledonia, in-Nikaragwa, in-Niġerja, it-Tanzanija u l-Venezwela, fir-rigward tas-subkategorija “krustaċji”. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat sabiex jirrifletti dik l-approvazzjoni. Dawk il-pajjiżi terzi ġew infurmati b’dan.

(11)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2315 approvat il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi tal-Iran fir-rigward tas-subkategoriji “prodotti tal-ħut bil-pinen (il-kavjar)” u “krustaċji”. Minħabba l-fatt li l-Iran issa pprovda evidenza u garanziji xierqa li juru li jissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-ħut bil-pinen (kavjar) u ta’ krustaċji mill-akkwakultura, jenħtieġ li tiġi emendata l-entrata tiegħu fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. L-Iran ġie infurmat b’dan.

(12)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2315 irtirat l-approvazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi tal-Oman għall-ħut bil-pinen. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Oman jitneħħa mil-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. L-Oman ġie infurmat b’dan.

(13)

L-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ koxox taż-żrinġijiet u tal-bebbux. Jenħtieġ li l-Georgia u r-Russja jiżdiedu f’dik il-lista għall-bebbux peress li pprovdew evidenza u garanziji xierqa li juru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ dawk l-oġġetti.

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/82/KE (7) tirrikjedi lill-Istati Membri jipprojbixxu l-importazzjoni mill-Guinea tal-prodotti tas-sajd kollha maħsuba għal konsum mill-bniedem. Fl-2019, il-Kummissjoni wettqet awditu fil-Guinea, sabiex tevalwa s-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ li jirregolaw il-prodotti tas-sajd maħsuba għal konsum mill-bniedem u għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fis-7 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni infurmat lill-Guinea li l-informazzjoni pprovduta kienet sodisfaċenti u li l-awditu tal-2019 kien ingħalaq b’suċċess. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/82/KE titħassar. Fid-dawl tal-eżitu tal-awditu, huwa xieraq li l-Guinea tibqa’ tiġi elenkata fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 bħala pajjiż terz li minnu huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħut salvaġġ maqbud li ma jkun għadda mill-ebda operazzjoni ta’ preparat jew ta’ proċessar għajr il-qtugħ ta’ ras, l-evixxerazzjoni, it-tkessiħ jew l-iffriżar.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi III, VIII, IX u XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġu emendati skont dan.

(16)

Għal raġunijiet ta’ konsistenza mad-Deċiżjoni 2011/163/UE u fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza,

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III, VIII, IX u XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġu sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2007/82/KE titħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 464, 28.12.2021, p. 17).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/82/KE tat-2 ta’ Frar 2007 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Guinea tal-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 28, 3.2.2007, p. 25).


ANNESS

“ANNESS III

Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom għasafar tal-kaċċa salvaġġi mhux imnittfa u mhux evixxerati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati biss għad-dħul fl-Unjoni jekk jiġu ttrasportati bl-ajruplan, kif imsemmi fl-Artikolu 6

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ TERZ

KUMMENTI

AR

L-Arġentina

 

BR

Il-Brażil

 

CA

Il-Kanada

 

CL

Iċ-Ċilì

 

IL

Iżrael  (1)

 

NZ

New Zealand

 

TH

It-Tajlandja

 

US

L-Istati Uniti

 

ANNESS VIII

Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati, kif imsemmi fl-Artikolu 12

ISO TAL-PAJJIŻ KODIĊI

PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU

KUMMENTI

AU

L-Awstralja

 

CA

Il-Kanada

 

CH

L-Iżvizzera  (2)

 

CL

Iċ-Ċilì

 

GB

Ir-Renju Unit  (3)

 

GG

Guernsey

Qabda salvaġġa biss

GL

Greenland

Qabda salvaġġa biss

IM

Isle of Man

 

JE

Jersey

Qabda salvaġġa biss

JM

Il-Ġamajka

Gasteropodi tal-baħar minn qabda salvaġġa biss

JP

Il-Ġappun

Molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar iffriżati jew ipproċessati biss

KR

Il-Korea t’Isfel

Molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar iffriżati jew ipproċessati biss

MA

Il-Marokk

Il-molluski bivalvi pproċessati li jappartjenu għall-ispeċi Acanthenocardia tubertatum għandhom ikunu akkumpanjati minn:

(a)

attestazzjoni tas-saħħa addizzjonali f’konformità mal-mudell MOL-AT stabbilit fil-Kapitolu 32 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4); u

(b)

ir-riżultati analitiċi tat-test li juru li l-molluski ma fihomx livell ta’ velenu paralitiku tal-frott tal-baħar bil-qoxra (PSP) li jista’ jiġi nnutat bil-metodu ta’ bijoassaġġ

NZ

New Zealand

 

PE

Il-Perù

Pectinidae (arzelli) evixxerati ta’ oriġini mill-akkwakultura biss

TH

It-Tajlandja

Molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar iffriżati jew ipproċessati biss

TN

It-Tuneżija

 

TR

It-Turkija

Fir-rigward tal-molluski bivalvi, il-molluski bivalvi iffriżati jew ipproċessati biss

UA

L-Ukrajna

Gasteropodi tal-baħar biss

US

L-Istati Uniti

Prodotti li joriġinaw mill-Istat ta’ Washington u minn Massachusetts biss

UY

L-Urugwaj

 

VN

Il-Vjetnam

Molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar iffriżati jew ipproċessati biss

ANNESS IX

Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 13, l-Artikoli 18(3), 19(4), u 20(3), u fl-Artikoli 22(b) u 25(d)

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU

KUMMENTI

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

Akkwakultura: Materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra biss approvata għall-importazzjonijiet ta’ tali materja prima fl-Unjoni

AG

Antigua u Barbuda

Awwisti ħajjin minn qabda salvaġġa biss

AL

L-Albanija

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

AM

L-Armenja

Ċkali ħajjin, ipproċessati bis-sħana u iffriżati minn qabda salvaġġa biss

AO

L-Angola

Qabda salvaġġa biss

AR

L-Arġentina

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

AU

L-Awstralja (5)

 

AZ

L-Ażerbajġan

Kavjar minn qabda salvaġġa biss

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

BD

Il-Bangladesh

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

BJ

Il-Benin

Qabda salvaġġa biss

BN

Il-Brunei

Akkwakultura: Krustaċji biss

BQ

Bonaire, Sint Eustatius, Saba

Qabda salvaġġa biss

BR

Il-Brażil

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

BS

Il-Bahamas

Qabda salvaġġa biss

BY

Il-Belarussja

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

BZ

Il-Belize

Akkwakultura: Krustaċji biss

CA

Il-Kanada

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

CG

Il-Kongo

Qabda salvaġġa biss.

Prodotti tas-sajd maqbuda, iffriżati u ppakkjati fl-imballaġġ finali tagħhom fuq il-baħar biss

CH

L-Iżvizzera (6)

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

CI

Il-Kosta tal-Avorju

Qabda salvaġġa biss

CL

Iċ-Ċilì

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

CN

Iċ-Ċina

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

CO

Il-Kolombja

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

CR

Il-Costa Rica

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

CU

Kuba

Akkwakultura: Krustaċji biss

CV

Cabo Verde

Qabda salvaġġa biss

CW

Curaçao

Qabda salvaġġa biss

DZ

L-Alġerija

Qabda salvaġġa biss

EC

L-Ekwador

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

EG

L-Eġittu

Qabda salvaġġa biss

ER

L-Eritrea

Qabda salvaġġa biss

FJ

Fiġi

Qabda salvaġġa biss

FK

Il-Gżejjer Falkland

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

FO

Il-Gżejjer Faeroe

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

GA

Il-Gabon

Qabda salvaġġa biss

GB

Ir-Renju Unit (7)

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

GD

Il-Grenada

Qabda salvaġġa biss

GE

Il-Georgia

Qabda salvaġġa biss

GG

Guernsey

Qabda salvaġġa biss

GH

Il-Ghana

Qabda salvaġġa biss

GL

Greenland

Qabda salvaġġa biss

GM

Il-Gambja

Qabda salvaġġa biss

GN

Il-Guinea

Qabda salvaġġa biss

Ħut li ma għadda minn ebda operazzjoni ta’ preparat jew ipproċessar għajr il-qtugħ tar-ras, l-evixxerazzjoni, it-tkessiħ jew l-iffriżar biss

GT

Il-Gwatemala

Akkwakultura: Krustaċji biss

GY

Il-Guyana

Qabda salvaġġa biss

HK

Hong Kong

Qabda salvaġġa biss

HN

Il-Honduras

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

ID

L-Indoneżja

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

IL

Iżrael (8)

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

IM

Isle of Man

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

IN

L-Indja

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

IR

L-Iran

Akkwakultura: prodotti tal-ħut bil-pinen (kavjar) u krustaċji biss

JE

Jersey

Qabda salvaġġa biss

JM

Il-Ġamajka

Qabda salvaġġa biss

JP

Il-Ġappun

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

KE

Il-Kenja

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

KI

Il-Kiribati

Qabda salvaġġa biss

KR

Il-Korea t’Isfel

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

KZ

Il-Każakistan

Qabda salvaġġa biss

LK

Is-Sri Lanka

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

MA

Il-Marokk

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

MD

Il-Moldova

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

ME

Il-Montenegro

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

MG

Madagascar (5)

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

MM

Il-Myanmar/Burma

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

MR

Il-Mauritania

Qabda salvaġġa biss

MU

Mauritius

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

MV

Il-Maldivi

Qabda salvaġġa biss

MX

Il-Messiku

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

MY

Il-Malasja

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

MZ

Il-Mozambique

Akkwakultura: Krustaċji biss

NA

In-Namibja

Qabda salvaġġa biss

NC

New Caledonia

Akkwakultura: Krustaċji biss

NG

In-Niġerja

Akkwakultura: Krustaċji biss

NI

In-Nikaragwa

Akkwakultura: Krustaċji biss

NZ

New Zealand

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

PA

Il-Panama

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

PE

Il-Perù

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

PF

Il-Polineżja Franċiża

Qabda salvaġġa biss

PG

Papua New Guinea

Qabda salvaġġa biss

PH

Il-Filippini

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

PM

Saint Pierre u Miquelon

Qabda salvaġġa biss

PK

Il-Pakistan

Qabda salvaġġa biss

RS

Is-Serbja

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

RU

Ir-Russja

Qabda salvaġġa biss

SA

L-Arabja Sawdija

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

SB

Il-Gżejjer Solomon

Qabda salvaġġa biss

SC

Is-Seychelles

Qabda salvaġġa biss

SG

Singapore

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

SH

Saint Helena

(Ma tinkludix il-gżejjer ta’ Tristan da Cunha u ta’ Ascension)

Qabda salvaġġa biss

Tristan da Cunha

(Ma tinkludix il-gżejjer ta’ Saint Helena u Ascension)

Awwisti (friski jew iffriżati) minn qabda salvaġġa biss

SN

Is-Senegal

Qabda salvaġġa biss

SR

Is-Suriname

Qabda salvaġġa biss

SV

El Salvador

Qabda salvaġġa biss

SX

Sint Maarten

Qabda salvaġġa biss

TH

It-Tajlandja

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

TN

It-Tuneżija

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

TR

It-Turkija

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

TW

It-Tajwan

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

TZ

It-Tanzanija

Akkwakultura: Krustaċji biss

UA

L-Ukrajna

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

UG

L-Uganda

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

US

L-Istati Uniti

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

UY

L-Urugwaj

Akkwakultura: Ħut bil-pinen biss

VE

Il-Venezwela

Akkwakultura: Krustaċji biss

VN

Il-Vjetnam

Akkwakultura: Ħut bil-pinen u krustaċji biss

YE

Il-Jemen

Qabda salvaġġa biss

ZA

L-Afrika t’Isfel

Qabda salvaġġa biss

ZW

Iż-Żimbabwe

Qabda salvaġġa biss

ANNESS XI

Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ koxox taż-żrinġijiet u ta’ bebbux, kif imsemmi fl-Artikolu 17

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU

KUMMENTI

AL

L-Albanija

 

AM

L-Armenja

Bebbux biss

AU

L-Awstralja

 

AZ

L-Ażerbajġan

 

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

Bebbux biss

BR

Il-Brażil

Koxox taż-żrinġijiet biss

BY

Il-Belarussja

Bebbux biss

CA

Il-Kanada

Bebbux biss

CH

L-Iżvizzera  (9)

 

CI

Il-Kosta tal-Avorju

Bebbux biss

CL

Iċ-Ċilì

Bebbux biss

CN

Iċ-Ċina

 

DZ

L-Alġerija

Bebbux biss

EG

L-Eġittu

Koxox taż-żrinġijiet biss

GB

Ir-Renju Unit  (10)

 

GE

Il-Georgia

Bebbux biss

GG

Guernsey

 

GH

Il-Ghana

Bebbux biss

ID

L-Indoneżja

 

IM

Isle of Man

 

IN

L-Indja

Koxox taż-żrinġijiet biss

JE

Jersey

 

MA

Il-Marokk

Bebbux biss

MD

Il-Moldova

Bebbux biss

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

Bebbux biss

NG

In-Niġerja

Bebbux biss

NZ

New Zealand

Bebbux biss

PE

Il-Perù

Bebbux biss

RS

Is-Serbja

Bebbux biss

RU

Ir-Russja

Bebbux biss

TH

It-Tajlandja

Bebbux biss

TN

It-Tuneżija

Bebbux biss

TR

It-Turkija

 

UA

L-Ukrajna

Bebbux biss

US

L-Istati Uniti

Bebbux biss

VN

Il-Vjetnam

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

Bebbux biss


(1)  (1)Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-Amministrazzjoni Iżraeljana minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(2)  F’konformità mal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(3)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).

(5)  Dawn il-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom jistgħu jesportaw il-prodotti tas-sajd kollha (il-ħut bil-pinen, il-prodotti tal-ħut bil-pinen u l-krustaċji).

(6)  Skont il-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(7)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(8)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-Amministrazzjoni Iżraeljana minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(9)  Skont il-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(10)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.