12.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/29

tat-28 ta’ Ottubru 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika n-numru u t-titolu tal-varjabbli fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fis-Suq tax-xogħol u l-abitazzjoni, it-Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi, id-Diffikultajiet ta’ abitazzjoni, u s-suġġett ad hoc tal-2023 dwar l-Effiċjenza enerġetika tal-unitajiet domestiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkopri l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika n-numru u t-titolu tal-varjabbli għas-settijiet ta’ data li jkopru diversi suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1700, jiġifieri: il-karatteristiċi tal-post tax-xogħol, l-istatus fl-impjieg, id-dettalji dwar l-objettivi edukattivi, inkluż l-edukazzjoni interrotta jew abbandunata, id-dettalji tal-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni, inkluż id-deprivazzjoni u l-kera imputata, l-ambjent tal-għajxien, it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi, id-diffikultajiet ta’ abitazzjoni (inkluż id-diffikultajiet tal-kiri) u r-raġunijiet.

(2)

Id-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa mis-Semestru Ewropew u mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, partikolarment dwar id-distribuzzjoni tal-introjtu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Jipprovdi wkoll informazzjoni għal diversi politiki oħra tal-UE relatati mal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-faqar.

(3)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi n-numru u t-titolu tal-varjabbli dwar is-suġġett ad hoc l-“Effiċjenza enerġetika tal-unitajiet domestiċi”.

(4)

In-numru ta’ varjabbli li jridu jinġabru ma jkunx jaqbeż b’aktar minn 5 % lin-numru ta’ varjabbli miġbura għad-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, fil-mument meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1700.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

In-numru u t-titolu tal-varjabbli fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fir-rigward tas-settijiet ta’ varjabbli dwar is-Suq tax-xogħol u l-abitazzjoni u t-Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi, id-Diffikultajiet ta’ abitazzjoni kif ukoll is-suġġett ad hoc tal-2023, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.


ANNESS

In-numru u t-titolu tal-varjabbli fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fir-rigward tas-sett ta’ varjabbli dwar is-Suq tax-xogħol u l-abitazzjoni, u t-Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi, Diffikultajiet ta’ abitazzjoni kif ukoll is-suġġett ad hoc tal-2023, huma stabbiliti fl-Anness.

Modulu

Suġġett dettaljat

Identifikatur tal-varjabbli

Isem tal-varjabbli

Suq tax-xogħol u abitazzjoni

Karatteristiċi tal-post tax-xogħol

(4 varjabbli miġbura)

PL230

Settur tal-impjiegi pubbliċi/privati

PW100

Sodisfazzjon tal-impjieg

PL260

Sigħat maħduma normalment fil-ġimgħa

PL130

Daqs tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni

Status fl-impjieg

(5 varjabbli miġbura)

PL035

Ħidma tal-inqas siegħa matul il-ġimgħa ta’ qabel

PL025

Disponibbli għax-xogħol

PL020

Attivament tfittxija ta’ impjieg

PL120

Raġuni biex taħdem inqas minn 30 siegħa

PL280

Tul tar-reġistrazzjoni tal-qgħad

Livell edukattiv milħuq - dettalji, inkluż edukazzjoni interrotta jew abbandunata

(2 varjabbli miġbura)

PE030

Sena meta nkiseb l-ogħla livell fl-edukazzjoni

PE050

Edukazzjoni interrotta jew abbandunata

Dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni, inkluż deprivazzjoni u kera imputata

(11-il varjabbli miġbur: 9 varjabbli obbligatorji, 2 varjabbli fakultattivi)

HS160

Problemi ta’ abitazzjoni: mudlama wisq, ma hemmx biżżejjed dawl

HS170

Storbju mill-ġirien jew mit-triq

HC020

Daqs tal-abitazzjoni f’metri kwadri

HC080

Sodisfazzjon ġenerali bl-abitazzjoni

HY030

Kera imputata

HH040

Saqaf joqtor, il-ħitan/l-art/il-pedamenti umdi, jew oqfsa tat-twieqi jew pavimenti jitmermru

HS140

Piż finanzjarju tal-kost totali tal-abitazzjoni

HS180

Tniġġis, ħmieġ jew problemi ambjentali oħra

HS190

Kriminalità, vjolenza jew vandaliżmu fiż-żona

HH081

Banju jew doċċa fl-abitazzjoni (FAKULTATTIV)

HH091

Tojlit tal-flaxing ta’ ġewwa għall-użu esklużiv tal-unità domestika (FAKULTATTIV)

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi, diffikultajiet ta’ abitazzjoni, u s-suġġett ad hoc tal-2023 dwar l-Effiċjenza enerġetika tal-unitajiet domestiċi

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi (16-il varjabbli miġbura: 12-il varjabbli obbligatorju, 4 varjabbli fakultattivi)

PT220

Tip ta’ unità domestika meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

PT230

Preżenza tal-omm meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

PT240

Preżenza tal-missier meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

PT070

Ċittadinanza tal-missier (FAKULTATTIV)

PT100

Ċittadinanza tal-omm (FAKULTATTIV)

PT110

L-ogħla livell ta’ edukazzjoni miksub mill-missier

PT120

L-ogħla livell ta’ edukazzjoni miksub mill-omm

PT130

Status tal-attività tal-missier meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

PT160

Status tal-attività tal-omm meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

PT150

Impjieg ewlieni tal-missier meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena (FAKULTATTIV)

PT180

Impjieg ewlieni tal-omm meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena (FAKULTATTIV)

PT210

Status tal-kirja meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

PT190

Sitwazzjoni finanzjarja tal-unità domestika meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

PT260

Bżonnijiet bażiċi tal-iskola (kotba u tagħmir għall-iskola) miksuba meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

PT270

Meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena, ta’ kuljum kellu ikla bil-laħam, bit-tiġieġ, bil-ħut (jew l-ekwivalenti veġetarjana)

PT280

Ġimgħa ta’ vaganzi kull sena ’l bogħod mid-dar meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

Diffikultajiet ta’ abitazzjoni (inkluż diffikultajiet fil-kera) u raġunijiet

(6 varjabbli miġbura: 4 varjabbli obbligatorji, 2 varjabbli fakultattivi)

PHD01

Esperjenza passata ta’ diffikultajiet ta’ abitazzjoni

PHD07

Meta kien hemm diffikultajiet ta’ abitazzjoni (FAKULTATTIV)

PHD02

Tul ta’ żmien tal-aktar esperjenza reċenti ta’ diffikultajiet marbuta mal-abitazzjoni (FAKULTATTIV)

PHD03

Raġuni ewlenija għad-diffikultajiet passati ta’ abitazzjoni

PHD05

Ħruġ minn diffikultajiet ta’ abitazzjoni

PHD06

Diffikultajiet ta’ kiri

Suġġett ad hoc- Effiċjenza enerġetika tal-unitajiet domestiċi

(7 varjabbli miġbura: 4 varjabbli obbligatorji, 3 varjabbli fakultattivi)

HC001

Sistema tat-tisħin użata

HC002

Sors tal-enerġija

HC003

Rinnovazzjoni (iżolament termali, twieqi jew sistema tat-tisħin)

HC060

Inabbiltà li l-abitazzjoni tinżamm sħuna b’mod komdu matul ix-xitwa

HC070

Inabbiltà li l-abitazzjoni tinżamm friska b’mod komdu matul is-sajf (FAKULTATTIV)

HC004

Tip ta’ twieqi (FAKULTATTIV)

HC005

Sena tal-kostruzzjoni (FAKULTATTIV)