5.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 1/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/5

tal-4 ta’ Jannar 2022

li jemenda għat-325 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fid-29 ta’ Diċembru 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ entrati fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

(1)

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiżdied l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“Ashraf Al-Qizani (kitba oriġinali: أشرف القيزاني) (psewdonimu affidabbli: (a) Ashraf al-Gizani; (b) Abu ‘Ubaydah al-Kafi; (c) Achref Ben Fethi Ben Mabrouk Guizani; (d) Achraf Ben Fathi Ben Mabrouk Guizani). Data tat-twelid: 5.10.1991. Post tat-twelid: EL Gouazine, Dahmani, Governorat ta’ Le Kef, it-Tuneżija. Nazzjonalità: It-Tuneżija. Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 13601334, it-Tuneżija. Informazzjoni oħra: Membru mlaħħaq tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL), elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Irrekluta għall-ISIL u ta struzzjonijiet lil individwi biex iwettqu atti terroristiċi permezz ta’ vidjo online. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.12.2021.”

(2)

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

“Jund Al-Khilafah fit-Tuneżija (JAK-T) (kitba oriġinali: جند الخلافة في تونس) (psewdonimi: (a) ISIL-Tuneżija; (b) ISIL-Provinżja tat-Tuneżija; (c) Suldati tal-Kalifat; (d) Jund al-Khilafa; (e) Jund al Khilafah; (f) Jund al-Khilafah fi Tunis; (g) Suldati tal-Kalifat fit-Tuneżija; (h) Tala I Jund al-Khilafah; (i) Vangwardji tas-Suldati tal-Kalifat; (j) Da’ esh Tuneżija; (k) Ajnad). Informazzjoni oħra: Inħolqot f’Novembru 2014. Assoċjat mal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante, elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.12.2021.”