16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/177


LINJA GWIDA (UE) 2022/747 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Mejju 2022

li temenda l-Linja Gwida 2012/120/UE dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2011/23) (BĊE/2022/23)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikli 3.1, 3.3, 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

F’sistema finanzjarja globali kumplessa b’konnessjonijiet transfruntiera dejjem jiżdiedu, l-entitajiet magħrufa bħala entitajiet bi skop speċjali (SPEs) għandhom rwol importanti. L-intrapriżi multinazzjonali (MNEs) jistabbilixxu SPEs biex jidderieġu l-investimenti finanzjarji tagħhom, iżidu l-aċċess għal diversi swieq finanzjarji, u jorganizzaw l-assi tanġibbli u intanġibbli tagħhom globalment. L-SPEs saru dejjem aktar rilevanti fl-istatistika esterna peress li jistgħu jieħdu l-forma ta’ entitajiet finanzjarji speċjalizzati, jew, aktar reċentement, anki entitajiet speċjalizzati mhux finanzjarji li l-MNEs jistabbilixxu biex jiġġertixxu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-kummerċ u attivitajiet oħra bħala parti minn strateġija ta’ massimizzazzjoni finanzjarja u tal-profitt għall-grupp kollu.

(2)

L-informazzjoni statistika relatata mal-SPEs tippermetti lill-Eurosistema li tikseb fehim aħjar tar-rwol ta’ dawn l-entitajiet fis-sistema ekonomika u finanzjarja taż-żona tal-euro. B’mod partikolari, l-informazzjoni statistika dwar l-attività tal-SPEs fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro b’konċentrazzjoni għolja ta’ SPEs tippermetti lill-Eurosistema tanalizza u tinterpreta l-interkonnettività transfruntiera mill-flussi u l-pożizzjonijiet tal-SPEs u tivvaluta r-riskji finanzjarji u ekonomiċi assoċjati għall-fini tal-analiżi tal-istabbiltà finanzjarja. Madankollu, filwaqt li l-informazzjoni statistika dwar l-SPEs, bħala unitajiet istituzzjonali, diġà tinġabar fil-livell nazzjonali, din mhijiex irrappurtata separatament lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). It-tagħrif statistiku dwar l-SPEs għandu għalhekk jiġi rrapportat mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) lill-BĊE fuq bażi trimestrali.

(3)

It-tagħrif statistiku relatat mal-SPEs jista’ jinġabar u/jew jiġi kkompilat minn awtoritajiet tal-istatistika kompetenti minbarra l-BĊN. Għalhekk, ir-rapportar ta’ dik l-informazzjoni lill-BĊE jista’ jeħtieġ kooperazzjoni bejn il-BĊN u dawn l-awtoritajiet kompetenti.

(4)

Il-BĊE kien membru tat-Task Force dwar l-SPEs, imwaqqfa fl-2016 mill-Kumitat dwar l-Istatistika tal-Bilanċ tal-Pagamenti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). Waħda mill-kwistjonijiet indirizzati mit-Task Force kienet in-nuqqas ta’ definizzjoni miftiehma internazzjonalment tal-SPEs, u ġiet stabbilita proposta għal tali definizzjoni fir-rapport finali tagħha (2). Ir-rekwiżiti imposti fuq il-BĊNi fir-rigward tar-rapportar ta’ tagħrif statistiku dwar l-SPEs għandhom għalhekk iqisu din id-definizzjoni.

(5)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida 2012/120/UE (BĊE/2011/23) (3) għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida 2012/120/UE (BĊE/2011/23) hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1, huwa miżjud il-punt (18) li ġej:

“(18)

‘entità bi skop speċjali’ jew ‘SPE’ tfisser entità ġuridika formalment irreġistrata u/jew inkorporata li:

(a)

hija rikonoxxuta bħala unità istituzzjonali;

(b)

ma timpjegax, jew ma jimpjegax aktar minn ħames impjegati;

(c)

ma jkollha l-ebda preżenza fiżika jew ikollha preżenza fiżika minima;

(d)

ma għandha l-ebda produzzjoni fiżika jew għandha produzzjoni fiżika minima fl-ekonomija fejn hija residenti (“ġurisdizzjoni ospitanti”);

(e)

tkun ikkontrollata direttament jew indirettament minn persuni mhux residenti tal-ġurisdizzjoni ospitanti;

(f)

tkun ġiet stabbilita biex tikseb vantaġġi speċifiċi pprovduti mill-ġurisdizzjoni ospitanti b’wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin: (i) tagħti lis-sid(ien) tagħha aċċess għas-swieq kapitali jew servizzi finanzjarji sofistikati; (ii) li tiżola s-sid(ien) minn riskji finanzjarji; (iii) biex jitnaqqas il-piż regolatorju u tat-taxxa; (iv) biex tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tat-tranżazzjonijiet u s-sid(ien) tagħhom;

(g)

tinnegozja kważi għalkollox ma’ persuni mhux residenti tal-ġurisdizzjoni ospitanti;

(h)

għandha karta tal-bilanċ finanzjarja li parti kbira minnha tikkonsisti fi pretensjonijiet u obbligazzjonijiet transkonfinali, ħlief fil-każ ta’ entitajiet li joħorġu titoli ta’ dejn negozjabbli fejn din l-informazzjoni tista’ ma tkunx disponibbli.”;

2.

fl-Artikolu 2 għandu jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:

“1b.   Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE data trimestrali dwar it-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet internazzjonali tal-SPEs residenti kif definit fit-Tabella 10 tal-Anness II u skont l-iskadenzi definiti fl-Artikolu 3(2).”;

3.

fl-Artikolu 6(3), il-kliem introduttorju hu ssostitwit b’dan li ġej:

“Meta d-dejta għal partita fit-Tabelli 1 sa 5 u 10 tal-Anness II tkun ta’ daqs negliġibbli jew insinifikanti għaż-żona tal-euro u l-istatistika nazzjonali, jew id-dejta għal dak l-oġġett ma tistax tinġabar bi spiża raġonevoli, il-BĊN għandhom jirrappurtaw dejta dwar l-aħjar bażi ta’ stima bbażata fuq metodoloġiji statistiċi sodi; sakemm il-valur analitiku tal-istatistika ma jiġix kompromess. Barra minn hekk, il-BĊN għandhom jirrapportaw data fuq bażi tal-aħjar stima għar-rendikonti li ġejjin fit-Tabelli 1, 2, 4, 6 u 10 tal-Anness II:”;

4.

jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

“Artikolu 8a

L-ewwel trażmissjoni ta’ data relatata ma’ tranżazzjonijiet transfruntiera u stokks ta’ SPEs residenti wara d-dħul fis-seħħ tal-Linja Gwida (UE) 2022/747 (BĊE/2022/23)

Wara d-dħul fis-seħħ tal-Linja Gwida (UE) 2022/747 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/23) (*1), l-ewwel trażmissjoni ta’ data relatata ma’ tranżazzjonijiet transfruntiera u stokks ta’ SPEs residenti stabbiliti fit-Tabella 10 tal-Anness II, għandha ssir f’Marzu 2023 fir-rigward ta’ data għar-raba’ trimestru tal-2022.

Id-data trimestrali fir-rigward tal-perjodu mill-ewwel trimestru tal-2020 għandha tiġi trażmessa mhux aktar tard minn Settembru 2023.

(*1)  Linja Gwida (UE) 2022/747 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2022 li temenda l-Linja Gwida 2012/120/UE dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2011/23) (BĊE/2022/23) (ĠU L 137, 16.5.2022, p. 177).”;"

5.

L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Il-Kumitat tal-FMI dwar l-Istatistika tal-Bilanċ tal-Pagamenti (BOPCOM), “Final Report of the Task Force on Special Purpose Entities” (Rapport Finali tat-Task Force dwar l-Entitajiet bi Skop Speċjali), Dokument BOPCOM 18/03, 2018. Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-IMF fuq www.imf.org

(3)   Linja Gwida 2012/120/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2011/23) (ĠU L 65, 3.3.2012, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida 2012/120/UE (BĊE/2011/23) huma emendati kif gej:

1.

fl-Anness I, tiżdied it-Taqsima 6 li ġejja:

“6.   Tranżazzjonijiet transkonfinali trimestrali u stokks ta’ SPEs residenti

Objettiv

L-objettiv tat-tranżazzjonijiet u stokkijiet transkonfinali trimestrali tal-SPEs residenti huwa li jinftiehem aħjar ir-rwol ta’ dawn it-tipi ta’ unitajiet fil-komponenti differenti tal-kontijiet tas-settur estern. Informazzjoni relatata ma’ dan it-tip ta’ unità tista’ tiġi rrapportata bħala partita separata li tippermetti fehim aħjar tar-rwol tagħhom fis-sistema ekonomika u finanzjarja taż-żona tal-euro.

Rekwiżiti

Il-BĊNi għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet transkonfinali trimestrali u l-istokks ta’ SPEs residenti kif speċifikat fl-Anness II, Tabella 10.”;

2.

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(a)

It-Tabella 8 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 8

Rendikonti skont is-settur

Settur 1

Settur 2

Settur 2d

Settur 2r

Settur x

Ekonomija totali

 

Bank ċentrali

 

IFMi oħrajn

 

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għall-bank ċentrali

 

MMFs

 

Gvern ġenerali

 

Setturi oħra

Ekonomija totali

 

Bank ċentrali

 

IFMi oħrajn

 

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għall-bank ċentrali

 

MMFs

 

Gvern ġenerali

 

Setturi oħra

 

Fondi ta’ investiment li mhumiex MMFs

 

Kumpanniji tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet

 

Istituzzjonijiet finanzjarji oħra

 

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

 

Unitajiet domestiċi u NPISHs

Ekonomija totali

 

Bank ċentrali

 

IFMi oħrajn

 

Gvern ġenerali

 

Setturi oħra

 

li minnhom:

 

Fondi ta’ investiment li mhumiex MMFs

 

Kumpanniji tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet

 

Istituzzjonijiet finanzjarji oħra

 

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

Ekonomija totali

 

Bank ċentrali

 

IFMi oħrajn

 

Gvern ġenerali

 

Setturi oħra

Ekonomija totali

 

Korporazzjonijiet finanzjarji

 

Setturi oħra li mhumiex korporazzjonijiet finanzjarji”

(b)

Tiżdied it-Tabella 10 li ġejja:

“Tabella 10

Tranżazzjonijiet transkonfinali trimestrali u stokks ta’ SPEs residenti

 

 

Subsett pubblikabbli

QBOP

QIIP

QBOP

QIIP

C/A

D/L

B/N

C/A

D/L

B/N

C/A

D/L

B/N

C/A

D/L

B/N

Kont kurrenti

G2_I8

G1_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

Prodotti

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

ow. Esportazzjonijiet netti ta’ prodotti permezz ta’ merchanting

G1_I8

 

 

 

 

 

G1_I8

 

 

 

 

 

Servizzi

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

ow. Trasport

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

ow. Servizzi finanzjarji

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

ow. Ħlasijiet għall-użu ta’ proprjetà intellettwali n.i.e.

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

ow. Servizzi oħra tan-negozju

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

Dħul primarju

G2_I8

G1_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

ow. Introjtu mill-investiment (sec x)

G2_I8

G1_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

Investiment dirett (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

Dividendi u ġbid ta’ flus (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

F’intrapriżi ta’ investiment dirett (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F’investitur dirett (investiment bil-maqlub) (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bejn intrapriżi sħab (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qligħ investit mill-ġdid (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

Strumenti ta’ dejn (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

F’intrapriżi ta’ investiment dirett (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F’investitur dirett (investiment bil-maqlub) (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bejn intrapriżi sħab (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Investiment tal-portafoll (sec x)

G2_I8

G1_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

Dividendi (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qligħ investit mill-ġdid (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Imgħax fuq titoli ta’ dejn (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

Investiment ieħor (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

o.w. Imgħax (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

Dħul sekondarju

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

Kont tal-kapital

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

ow. Akkwisti/ċessjonijiet grossi ta’ assi finanzjarji mhux prodotti

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

Kont finanzjarju (sec x)

G2_I8

G1_I8

 

G2_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

Investiment dirett (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

G2_I8

G2_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

Ishma/unitajiet ta’ Fondi ta’ Ekwità u ta’ Investiment (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

G2_I8

G2_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

F’intrapriżi ta’ investiment dirett (sec x)

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

F’investitur dirett (investiment bil-maqlub) (sec x)

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

Bejn intrapriżi sħab (sec x)

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

jekk l-entità omm kontrollanti aħħarija hija residenti (sec x)

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

jekk il-ġenitur finali li jikkontrolla huwa residenti (sec x)

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

jekk l-entità omm kontrollanti aħħarija mhix magħrufa (sec x)

 

 

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

Ekwità minbarra investiment mill-ġdid ta’ dħul (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F’intrapriżi ta’ investiment dirett (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F’investitur dirett (investiment bil-maqlub) (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bejn intrapriżi sħab (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

jekk l-entità omm kontrollanti aħħarija hija residenti (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

jekk il-ġenitur finali li jikkontrolla huwa residenti (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

jekk l-entità omm kontrollanti aħħarija mhix magħrufa (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qligħ investit mill-ġdid (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Strumenti ta’ dejn (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

G2_I8

G2_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

F’intrapriżi ta’ investiment dirett (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

 

 

 

F’investitur dirett (investiment bil-maqlub) (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

 

 

 

Bejn intrapriżi sħab (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

G2_I8

G2_I8

 

 

 

 

 

 

 

jekk l-entità omm kontrollanti aħħarija hija residenti (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

jekk il-ġenitur finali li jikkontrolla huwa residenti (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

jekk l-entità omm kontrollanti aħħarija mhix magħrufa (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

Investiment tal-portafoll (sec x)

G2_I8

G1_I8

 

G2_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

Ekwità u ishma ta’ fondi ta’ investiment (sec x)

G2_I8

G1_I8

 

G2_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

Titoli ta’ dejn (sec x)

G2_I8

G1_I8

 

G2_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

Terminu qasir (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

Fit-tul (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

Derivattivi finanzjarji (għajr riżervi) u opzjonijiet fuq l-ishma għall-impjegati (sec x)

 

 

G1_I8

G2_I8

G2_I8

G2_I8

 

 

G1_I8

 

 

G2_I8”

Investiment ieħor (sec x)

G2_I8

G2_I8

 

G2_I8

G2_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

o.w. Terminu qasir (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8

 

 

 

 

 

 

 

o.w. Fit-tul (sec x)

G1_I8

G1_I8

 

G1_I8

G1_I8