|
24.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/1 |
DIRETTIVA (UE) 2022/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Ottubru 2022
dwar proċeduri uniformi għal kontrolli fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (kodifikazzjoni)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE (3) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (4). Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
Kontrolli fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq jenħtieġ li jsiru f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1100/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3912/92 (6). |
|
(3) |
Il-proċeduri tal-Istati Membri għall-verifika ta’, u d-definizzjonijiet tagħhom li jirrigwardaw, dak ittrasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq jenħtieġ li jkunu tali li jiżguraw li l-konformità mal-gradi ta’ kwalità ta’ sigurtà stabbiliti fid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistgħu ikunu verifikati b’mod aktar effettiv. |
|
(4) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell suffiċjenti ta’ kontrolli fuq il-vetturi kkonċernati fit-territorju kollu tagħhom waqt, fejn possibbli, li tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ dawn il- kontrolli. |
|
(5) |
Jenħtieġ li jsiru kontrolli billi tintuża lista ta’ oġġetti komuni li japplikaw għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża fl-Unjoni kollha. |
|
(6) |
Huwa neċessarju li tkun stabbilita lista ta’ ksur ta’ regolamenti meqjusa bħala serji biżżejjed mill-Istati Membri kollha, li jwasslu biex jiġu applikati miżuri xierqa għall-vetturi kkonċernati, skont iċ-ċirkustanzi jew il-kriterji ta’ sigurtà, li jinkludu, fejn meħtieġ, iċ-ċaħda tad-dħul tal-vetturi kkonċernati fl-Unjoni. |
|
(7) |
Biex tkun żgurata l-konformità mal-gradi ta’ kwalità ta’ sigurtà għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, huwa meħtieġ li jiġu previsti kontrolli li għandhom isiru f’impriżi bħala miżura ta’ prevenzjoni jew meta fit-triq jkun ġie reġistrat ksur serju ta’ liġijiet li jikkonċernaw it-trasport ta’ merkanzija perikoluża. |
|
(8) |
Dawn il-kontrolli għandhom japplikaw għall-konsenji kollha ta’ merkanzija perikoluża li jinġarru kompletament jew parzjalment fit-triq fit-territorju tal-Istati Membri, irrispettivament mill-punt tat-tluq jew id-destinazzjoni tal-merkanzija jew il-pajjiż li fih il-vettura hija reġistrata. |
|
(9) |
Fl-eventwalità ta’ ksur serju jew ripetut ta’ liġijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata jew li fih l-impriża tkun stabbilita, jistgħu jintalbu biex jieħdu l-miżuri meħtieġa u dawn jenħtieġ li jinfurmaw lill-Istat Membru li qed jagħmlu t-talba dwar x’miżuri jkunu ttieħdu bħala riżultat. |
|
(10) |
L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi segwita fuq il-bażi ta’ rapport li jingħata mill-Kummissjoni. |
|
(11) |
Sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex temenda l-Annessi I, II u III għal din id-Direttiva, b’mod partikolari biex jittieħed kont tal-emendi għad-Direttiva 2008/68/KE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (8). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(12) |
Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, prinċipalment li tipprovdi livell ogħli ta’ sigurtà fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti ta’ tali azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(13) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fil-Parti B tal-Anness IV, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva tapplika għal kontrolli li jsiru mill-Istati Membri fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq f’vetturi li jivvjaġġaw fit-territorju tagħhom jew li jidħlu fih minn pajjiż terz.
Din ma tapplikax għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża b’vetturi li jappartjenu jew li jkunu taħt ir-respsonsabbilità tal-forzi armati.
2. Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri, fejn għandha x’taqsam il-liġi tal- Unjoni, li jagħmlu kontrolli fuq it-trasport nazzjonali u internazzjonali ta’ merkanzija perikoluża fit-territorju tagħhom li jsir permezz ta’ vetturi mhux koperti b’din id-Direttiva.
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, kemm kompluta jew le, li jkollha minn ta’ lanqas erba’ roti u maħsuba għal veloċità massima li teċċedi aktar minn 25 km/s flimkien bit-trailers tagħha, u bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jinstaqu fuq il-linji tal-ferrovija, ta’ tractors li jintużaw fir-raba’ u l-foresti u l-makkinarju mobbli kollu; |
|
(b) |
“merkanzija perikoluża”: tfisser il-merkanzija perikoluża kif indikata fl-Artikolu 1, il-punt (b), tal-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR), konkluż f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957, u fl-Annessi A u B għal dak il-Ftehim, kif imsemmi fit-Taqsima I.1 tal-Anness I għad-Direttiva 2008/68/KE; |
|
(c) |
“trasport” tfisser kull operazzjoni ta’ trasport fit-triq li ssir, kompletament jew parzjalment, permezz ta’ vettura fuq toroq pubbliċi fit-territorju ta’ Stat Membru, u li tkun tinkludi t-tagħbija jew il-ħatt ta’ merkanzija koperta mid-Direttiva 2008/68/KE, mingħajr preġudizzju għall-arranġementi stabbiliti bil-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw responsabbiltà ta’ operazzjonijiet bħal dawn; |
|
(d) |
“impriża” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, kemm jekk qed tfittex qligħ jew le, kull għaqda jew grupp ta’ persuni mingħajr personalità ġuridika, kemm jekk qed tfittex qligħ jew le, u kull min jiġi taħt awtorità pubblika, kemm jekk dan ikollu personalità ġuridika jew ikun jiddependi fuq awtorità li jkollha din il-personalità, li ġġorr, tgħabbi jew tħott merkanzija perikoluża, jew iġġiegħlhom jiġu trasportati, u dawk li jaħżnu temporanjament, jiġbru, jippakkjaw, jew iwasslu din il-merkanzija bħala parti minn operazzjoni ta’ trasport u li jkunu jinsabu fit-territorju tal- Unjoni; |
|
(e) |
“kontroll” tfisser kull verifika, kontroll, spezzjoni, verifikazzjoni jew formalità li ssir mill-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet ta’ sigurtà marbutin mal-trasport ta’ merkanzija perikoluża. |
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proporzjon rappreżentattiv ta’ konsenji ta’ merkanzija perikoluża li jinġarru fit-triq ikunu suġġetti għall-kontrolli stabbiliti b’din id-Direttiva, biex tiġi verifikata l-konformità tagħhom mal-liġijiet dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq.
2. Dawn il- kontrolli għandhom isiru fit-territorju ta’ Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1100/2008 u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3912/92.
Artikolu 4
1. Biex isiru l-kontrolli stabbiliti b’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mil-lista ta’ kontroll stabbilita fl-Anness I. Kopja ta’ din il-lista ta’ kontroll jew attestat li juri r-riżultat tal- kontroll li tkun twettqet mill-awtorità għandha tingħata lis-sewwieq tal-vettura u tkun ippreżentata meta meħtieġ biex b’hekk tissimplifika jew ikunu evitati, fejn possibbli, kontrolli oħra.
L-ewwel subparagrafu m’għandux jippreġudika d-dritt tal-Istati Membri biex jagħmlu miżuri speċifiċi għal kontrolli dettaljati.
2. Il-kontrolli għandhom isiru għal għarrieda u kemm jista’ jkun possibbli għandhom ikopru porzjon estensiv tax-xibka tat-toroq.
3. Il-postijiet magħżula għall-kontrolli għandhom ikunu tali li vetturi li jkunu qed jiksru l-liġijiet iġibuhom f’konformità magħhom jew, jekk l-awtorità li qed tagħmel il-verifika taħseb li jkun propizju, li dawn jitwaqqfu fuq il-post jew f’post maħsub għal dan l-għan mill-istess awtorità mingħajr ma jikkawżaw periklu tas-sigurtà.
4. Fejn ikun meħtieġ, u jekk dan ma jkunx joħloq periklu għas-sigurtà, kampjuni tal-merkanzija li qed tinġarr jistgħu jittieħdu biex jiġu eżaminati f’laboratorji li huma rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.
5. Il- kontrolli m’għandhomx jeċċedu tul ta’ żmien raġonevoli.
Artikolu 5
Mingħajr preġudizzju għal penali oħra li jistgħu jiġu imposti, vetturi involuti fil-ksur ta’ waħda jew aktar tar-regolamenti tal-trasport ta’ merkanzija perikoluża, b’mod speċjali dawk imniżżla fl-Anness II, jistgħu jitwaqqfu jew fuq il-post jew f’post maħsub għal dak il-għan mill-awtorità li qed tagħmel il- kontrolli, u jkunu obbligati jinġiebu f’konformità qabel ma jkomplu l-vjaġġ tagħhom jew inkella jkunu suġġetti għal miżuri oħra xierqa, skont iċ-ċirkustanzi jew il-kriterji ta’ sigurtà li jinkludu, fejn meħtieġ, ukoll ir-rifjut illi vetturi bħal dawn jidħlu fl- Unjoni.
Artikolu 6
1. Kontrolli jistgħu jsiru wkoll fil-bini stess tal-impriżi, bħala miżura ta’ prevenzjoni jew fejn ksur li jpoġġu f’riskju kbir it-trasport ta’ merkanzija perikoluża jkun reġistrat fit-triq.
L-għan ta’ dawn il- kontrolli għandu jkun li jiżgura li l-kondizzjonijiet ta’ sigurtà għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq ikunu konformi mal-liġijiet relevanti.
2. Fejn ikun ġie stabbilit il-ksur ta’ waħda jew aktar mir-regolamenti tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, b’mod speċjali dawk imniżżla fl-Anness II, it-trasport konċernat għandu jinġieb f’konformità qabel mal-merkanzija tħalli l-impriża jew inkella dan ikun suġġett għal miżuri oħra li jkunu xierqa.
Artikolu 7
1. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin biex jagħtu l-effett xieraq għal din id-Direttiva.
2. Ksur serju jew ripetut tar-regolamenti li jpoġġu f’riskju s-sigurtà tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża kkawżat minn vettura jew impriża li mhumiex residenti għandhom jiġu rappurtati lill-awtoritajiet kompetenti tal- Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata jew li fih l-impriża tkun stabbilita.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun ġie reġistrat il-ksur serju jew ripetut tar-regolamenti jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vettura hija reġistrata jew li fih l-impriża hija stabbilita biex dawn jieħdu l-miżuri xierqa kontra min qed jikser il-liġi.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata jew li fih l-impriża tkun stabbilita għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun ġie reġistrat il-ksur tar-regolamenti dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu kontra min qed iġorr jew l-impriża kkonċernati.
Artikolu 8
Jekk it-tiftix li jkun sar fuq vettura reġistrata fi Stat Membru ieħor jagħtu wieħed x’jifhem li sar ksur serju jew ripetut tar-regolamenti, iżda li ma jistgħux ikunu magħrufa matul dak il-kontroll minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni neċessarja, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati għandhom jgħinu lil xulxin biex is-sitwazzjoni tiġi ċċarata.
Fejn, għal dak il-għan, l-Istat Membru kompetenti jagħmel kontrolli fl-impriża, l-Istati Membri l-oħra konċernati għandhom ikunu avżati dwar ir-riżultati.
Artikolu 9
1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja u mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara t-tmiem ta’ dik is-sena, rapport magħmul f’konformità mal-mudell ta’ formola standard stabbilit fl-Anness III għal din id-Direttiva, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 95/50/KE u ta’ din id-Direttiva, li jkun jinkludi fih id-dettalji li ġejjin:
|
(a) |
jekk possibbli, il-volum stabbilit jew stmat ta’ merkanzija perikoluża li se jinġarru fit-triq, f’termini ta’ tunnellati li se jinġarru jew ta’ tunnellati/kilometri; |
|
(b) |
in-numru ta’ kontrolli li jkunu saru; |
|
(c) |
in-numru ta’ vetturi verifikati skont il-post tar-reġistrazzjoni (vetturi reġistrati lokalment, fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi); |
|
(d) |
in-numru ta’ ksur ta’ regolamenti li jkunu ġew reġistrati skont il-kategorija tar-riskju kif imsemmi fl-Anness II; |
|
(e) |
it-tip u n-numru ta’ penalitajiet li jkunu ġew imposti. |
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, għall-ewwel darba fl-1999 u wara għal ta’ lanqas kull tliet snin, rapport dwar l-applikazzjoni ta d-Direttiva 95/50/KE u ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri, fejn jiddikjaraw id-dettalji f’konformità mal-paragrafu 1.
Artikolu 10
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11 li dwar l-emendi tal-Annessi I, II u III ta’ din id-Direttiva, sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, b’mod partikolari biex jittieħed kont tal-emendi tad-Direttiva 2008/68/KE.
Artikolu 11
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 12
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam ikkontrollat b’din id-Direttiva.
Artikolu 13
Id-Direttiva 95/50/KE, kif emendata mill-atti elenkati fil-Parti A tal-Anness IV, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fil-Parti B tal-Anness IV.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 14
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) ĠU C 105, 4.3.2022, p. 148.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2022.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35).
(4) Ara l-Parti A tal-Anness IV.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 22 ta’ Ottubru 2008 li jittratta dwar it-tneħħija ta’ kontrolli li jsiru fil-fruntieri ta’ l Istati Membri fil-qasam tat-trasport fit-triq u l-baħar (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 63).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3912/92 tas-17 ta’ Diċembru 1992 dwar kontrolli li jsiru fil-limiti tal-Komunità fil-qasam tat-trasport fit-triq u l-baħar fejn huma kkonċernati mezzi ta’ trasport reġistrati jew li jkunu tpoġġew fiċ-ċirkulazzjoni f’pajjiż terz (ĠU L 395, 31.12.1992, p. 6).
(7) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
ANNESS I
Lista ta’ Kontroll
(msemmi fl-Artikolu 4)
ANNESS II
Ksur
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-lista mhux eżawrjenti li ġejja, klassifikata fi tliet kategoriji ta’ riskju (il-Kategorija I hija l-aktar serja) tipprovdi gwida dwar dak li għandu jitqies bħala ksur.
Għad-determinazzjoni tal-kategorija tar-riskju xierqa għandha tingħata kunsiderazzjoni liċ-ċirkustanzi partkolari u titħalla għad-diskrezzjoni tal-korp/uffiċjal tal-infurzar fit-triq.
Nuqqasijiet li mhumiex elenkati taħt il-kategoriji tar-riskju għandhom jiġu klassifikati skont id-deskrizzjoni tal-kategoriji.
Fil-każ li jkun hemm diversi ksur għal kull unità tat-trasport, il-kategorija tar-riskju l-aktar serja biss (kif indikat taħt entrata 32 fl-Anness I) għandha tiġi applikata għall-finijiet tar-rappurtaġġ (b’konformità mal-mudell formola standard li jinstab fl-Anness III).
1. Kategorija tar-riskju I
Fejn in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ADR rilevanti joħloq riskju ta’ livell għoli ta’ mewt, korriment personali serju jew danni sinifikanti lill-ambjent; tali nuqqasijiet normalment iwasslu għat-teħid ta’ miżuri korrettivi immedjati u xierqa bħall-immobilizzazzjoni tal-vettura.
Il-nuqqasijiet huma:
|
1. |
hemm projbizzjoni fuq it-trasport tal-merkanzija perikoluża li qed tinġarr; |
|
2. |
likiġ ta’ sustanzi perikolużi; |
|
3. |
ġarr permezz ta’ mod projbit jew mezz mhux xieraq ta’ trasport; |
|
4. |
ġarr ta’ volumi f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz; |
|
5. |
ġarr f’vettura mingħajr ċertifikat xieraq ta’ approvazzjoni; |
|
6. |
il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni u tippreżenta perikolu immedjat (inkella taqa’ taħt il-kategorija tar-riskju II); |
|
7. |
qed jintuża ppakkjar mhux approvat; |
|
8. |
l-ippakkjar ma jikkonformax mal-istruzzjoni applikabbli tal-ippakkjar; |
|
9. |
nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-ippakkjar imħallat; |
|
10. |
nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbija; |
|
11. |
nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta’ pakketti; |
|
12. |
nuqqas ta’ konformità mal-livelli permissibbli tal-mili tat-tankijiet jew tal-pakketti; |
|
13. |
nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet li jinġarru f’unità waħda tat-trasport; |
|
14. |
il-ġarr ta’ merkanzija perikoluża mingħajr indikazzjoni tal-preżenza tagħhom (pereżempju dokumenti, immarkar u ttikkettar tal-pakketti, plakards u marki fuq il-vettura); |
|
15. |
ġarr mingħajr plakards u marki fuq il-vettura; |
|
16. |
nuqqas tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza li qed tinġarr, li tippermetti d-determinazzjoni tal-kategorija tar-riskju I (pereżempju n-numru NU, id-denominazzjoni korretta tal-ivvjaġġar bil-baħar, il-grupp tal-ippakkjar); |
|
17. |
is-sewwieq ma għandux ċertifikat validu ta’ taħriġ vokazzjonali; |
|
18. |
qed jintuża nar jew dawl mhux protett; |
|
19. |
il-projbizzjoni fuq it-tipjip mhix qed tiġi osservata. |
2. Kategorija tar-riskju II
Meta n-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ADR rilevanti joħloq riskju ta’ korriment personali jew dannu lill-ambjent; tali nuqqasjiet normalment iwasslu għat-teħid ta’ miżuri korrettivi xierqa bħal talba ta’ rettifika fuq il-post tal-kontroll jekk possibbli u xieraq, iżda mhux aktar tard minn x’ħin jitlesta l-moviment tat-trasport kurrenti.
In-nuqqasijiet huma:
|
1. |
l-unità tat-trasport fiha aktar minn trejler/semi-trejler wieħed; |
|
2. |
il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat; |
|
3. |
il-vettura mhux qed iġġor tagħmir għat-tifi tan-nar operattiv kif meħtieġ; it-tagħmir għat-tifi tan-nar jista’ jibqa jitqies bħala operattiv biss jekk is-siġill preskritt u/jew id-data tal-għeluq huma nieqsa; madankollu, dan ma japplikax jekk jidher biċ-ċar li t-tagħmir għat-tifi tan-nar ma għadux operattiv, pereżempju il-kejl tal-pressjoni jindika żero; |
|
4. |
il-vettura ma fihiex it-tagħmir meħtieġ mill-ADR jew mill-istruzzjonjiet bil-miktub; |
|
5. |
hemm nuqqas ta’ konformità mad-dati tat-testijiet u tal-ispezzjoni u l-perjodi ta’ użu tal-ippakkjar, il-kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar (IBCs) jew ippakkjar kbir; |
|
6. |
qed jinġarru pakketti b’ippakkjar difettuż, IBCs jew ippakkjar kbir jew vojt, difettuż, u mhux imnaddaf; |
|
7. |
merkanzija ppakkjata qed tinġarr f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz; |
|
8. |
it-tankijiet/kontejners tat-tankijiet (inklużi dawk li huma vojta u mhux imnaddfa) ma ngħalqux sew; |
|
9. |
ġarr ta’ ippakkjar kombinat li għandu ippakkjar ta’ barra li mhuwiex magħluq sew; |
|
10. |
it-tikkettar, l-immarkar jew il-plakards mhumiex korretti; |
|
11. |
m’hemmx struzzjonijiet bil-miktub li jikkonformaw mal-ADR, jew l-istruzzjonijiet bil-miktub mhumiex rilevanti għall-merkanzija li qed tinġarr; |
|
12. |
il-vettura mhijiex superviżjonata jew ipparkjata sew. |
3. Kategorija tar-riskju III
Fejn in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti jirriżulta f’riskju ta’ livell baxx ta’ korriment personali jew ta’ dannu lill-ambjent u fejn il-miżuri korrettivi xierqa m’għandhomx bżonn jittieħdu fit-triq iżda jistgħu jiġu indirizzati aktar tard fil-post tal-intrapriża.
In-nuqqasijiet huma:
|
1. |
id-daqs tal-plakards jew tat-tikketti jew id-daqs tal-ittri, il-figuri jew is-simboli fuq il-plakards jew it-tikketti ma jikkonformawx mar-regolamenti; |
|
2. |
l-informazzjoni fid-dokumentazzjoni tat-trasport minbarra dik fil-kategorija tar-riskju I/16 mhijiex disponibbli; |
|
3. |
iċ-ċertifikat tat-taħriġ mhuwiex abbord il-vettura iżda hemm evidenza li s-sewwieq għandu wieħed. |
ANNESS III
Mudell tal-formula standard għar-rapport li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni dwar ksur u penalitajiet
ANNESS IV
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 13)
|
Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35) |
|
|
Direttiva 2001/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 168, 23.6.2001, p. 23) |
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 23) |
|
|
Direttiva 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11) |
|
|
Ir-Regolament (UE) 2019/1243 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 241) |
il-punt IX(1) tal-Anness biss |
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 13)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
|
95/50/KE |
fl-1 ta’ Jannar 1997. |
|
2001/26/KE |
fit-23 ta’ Diċembru 2001. |
|
2004/112/KE |
fl-14 ta’ Diċembru 2005. |
|
2008/54/KE |
_ |
ANNESS V
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Direttiva 95/50/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
|
Artikolu 2, l-ewwel inċiż |
Artikolu 2, il-punt (a) |
|
Artikolu 2, it-tieni inċiż |
Artikolu 2, il-punt (b) |
|
Artikolu 2, it-tielet inċiż |
Artikolu 2, il-punt (c) |
|
Artikolu 2, ir-raba’ inċiż |
Artikolu 2, il-punt (d) |
|
Artikolu 2, il-ħames inċiż |
Artikolu 2, il-punt (e) |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 4(1), l-ewwel sentenza |
Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 4(1), it-tieni sentenza |
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 4(2) sa (5) |
Artikolu 4(2) sa (5) |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6(2) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8, l-ewwel sentenza |
Artikolu 8, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 8, it-tieni sentenza |
Artikolu 8, it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 9(1), kliem introduttorju |
Artikolu 9(1), kliem introduttorju |
|
Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 9(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 9(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 9(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 9(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 9(1), il-punt (c) |
|
Artikolu 9(1), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 9(1), il-punt (d) |
|
Artikolu 9(1), il-ħames inċiż |
Artikolu 9(1), il-punt (e) |
|
Artikolu 9(2) |
Artikolu 9(2) |
|
Artikolu 9a |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 9aa |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 10(1) |
– |
|
Artikolu 10(2) |
Artikolu 12 |
|
– |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 15 |
|
Annessi I, II u III |
Annessi I, II u III |
|
– |
Anness IV |
|
– |
Anness V |