|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/136 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/2546 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta’ Diċembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-euro (BĊE/2022/46)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 (1), b’mod konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lill-Kroazja msemmija fl-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2012 (2) ser tiġi abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(2) |
L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) jiddefinixxi l-‘[i]skema ta’ distribuzzjoni ta’ karti tal-flus’ u jirreferi għall-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika sa mill-1 ta’ Frar 2020. Peress li l-Kroazja se tadotta l-euro fl-1 ta’ Jannar 2023 se japplikaw ponderazzjonijiet ġodda tal-iskema kaptali minn dik id-data, id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 jeħtieġ li tiġi emendata sabiex tiddetermina l-iskema għad-distibuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija emendata kif ġej:
|
1. |
l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) hija ssostitwita b’ li ġej: ‘L-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023.’; |
|
2. |
L-Anness I huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta’ Jannar 2023.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 187, 14.7.2022, p. 31).
(2) Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21).
(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).
ANNESS
‘ANNESS I
SKEMA TA’ DISTRIBUZZJONI TA’ KARTI TAL-FLUS MILL-1 ta’ Jannar 2023
|
% |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
8,0000 % |
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
3,3250 % |
|
Deutsche Bundesbank |
24,0575 % |
|
Eesti Pank |
0,2570 % |
|
Central Bank of Ireland |
1,5455 % |
|
Bank of Greece |
2,2575 % |
|
Banco de España |
10,8825 % |
|
Banque de France |
18,6390 % |
|
Hrvatska narodna banka |
0,7400 % |
|
Banca d’Italia |
15,5035 % |
|
Central Bank of Cyprus |
0,1965 % |
|
Latvijas Banka |
0,3555 % |
|
Lietuvos bankas |
0,5280 % |
|
Banque centrale du Lussemburgu |
0,3005 % |
|
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,0960 % |
|
De Nederlandsche Bank |
5,3480 % |
|
Oesterreichische Nationalbank |
2,6710 % |
|
Banco de Portugal |
2,1360 % |
|
Banka Slovenije |
0,4395 % |
|
Národná banka Slovenska |
1,0450 % |
|
Suomen Pankki |
1,6765 % |
|
TOTAL |
100,0000 %. |