22.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/107


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2543

tal-21 ta’ Diċembru 2022

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-627/20 (2), jenħtieġ li titħassar l-entrata għal entità elenkata.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2022, Libyan African Investment Company (Laico) v. Council, T-627/20.


ANNESS

Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)), Parti B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja:

“1.

Libyan Arab African Investment Company — LAAICO (magħrufa wkoll bħala LAICO)”.