22.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/99


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/2539

tat-13 ta’ Diċembru 2022

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 (BiH/34/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (l-Operazzjoni Althea) (il-"Kmandant tal-Forza tal-UE").

(2)

Fl-10 ta' Jannar 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 (2), li taħtar lill-Ġeneral Maġġur Anton WESSELY bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Fit-13 ta' Ottubru 2022, l-awtoritajiet militari Awstrijaċi rrakkomandaw il-ħatra tal-Ġeneral Maġġur Helmut HABERMAYER biex jieħu post il-Ġeneral Maġġur Anton WESSELY bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE mill-20 ta' Jannar 2023.

(4)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni għall-Operazzjoni ALTHEA appoġġa r-rakkomandazzjoni mill-awtoritajiet militari Awstrijaċi.

(5)

Fl-24 ta' Novembru 2022, il-Kumitat Militari tal-UE qabel mar-rakkomandazzjoni mill-awtoritajiet militari Awstrijaċi.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 titħassar.

(7)

Fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen adotta dikjarazzjoni li ssostni li l-arranġamenti "Berlin plus" u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tan-NATO jew li jinsabu fil-programm "Sħubija għall-Paċi", u li konsegwentement ikkonkludew ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Maġġur Ġeneral Helmut HABERMAYER huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA) mill-20 ta' Jannar 2023.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Jannar 2023.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/59 tal-10 ta’ Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/5 (BiH/32/2022) (ĠU L 10, 17.1.2022, p. 77).