|
20.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/112 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2508
tad-9 ta’ Diċembru 2022
li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aħjar tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-industrija tat-tessuti
(notifikata bid-dokument C(2022) 8984)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara l-kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-konklużjonijiet dwar l-aħjar tekniki disponibbli (BAT - Best Available Techniques) huma r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE u jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet operattivi normali, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar tekniki disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet dwar il-BAT. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali, li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 (2), ipprovda lill-Kummissjoni, fl-10 ta’ Mejju 2022, bl-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT għall-industrija tat-tessuti. Dik l-opinjoni hija disponibbli pubblikament (3). |
|
(3) |
Il-konklużjonijiet tal-BAT stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jqisu l-opinjoni tal-forum dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT. Fihom l-elementi ewlenin tad-dokument ta’ referenza tal-BAT. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-konklużjonijiet dwar l-aħjar tekniki disponibbli (BAT) għall-industrija tat-tessuti, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3).
(3) https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/fdb14511-4fc5-4b90-b495-79033a1787af?p=1&n=10&sort=modified_DESC
ANNESS
1. KONKLUŻJONIJIET DWAR L-AQWA TEKNIKI DISPONIBBLI (BAT) GĦALL-INDUSTRIJA TAT-TESSUTI
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet li ġejjin speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE:
|
6.2. |
Trattament minn qabel (operazzjonijiet bħal ħasil, ibbliċjar, illustrar) jew l-għoti ta’ kuluranti lil fibri tat-tessuti jew lil tessuti fejn il-kapaċità tat-trattament taqbeż l-għaxar tunnellati kuljum. |
|
6.11. |
Trattament tal-ilma mormi mħaddem indipendentement mhux kopert mid-Direttiva 91/271/KEE, dment li t-tagħbija prinċipali ta’ sustanzi niġġiesa toriġina mill-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT. |
Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT ikopru wkoll dawn li ġejjin:
|
— |
L-attivitajiet li ġejjin meta jkunu assoċjati direttament mal-attivitajiet speċifikati fil-punt 6.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE:
|
|
— |
It-trattament ikkombinat tal-ilma mormi minn oriġini differenti, dment li t-tagħbija ewlenija ta’ sustanzi niġġiesa toriġina minn attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT u li t-trattament tal-ilma mormi ma jkunx kopert mid-Direttiva 91/271/KEE. |
|
— |
Impjanti tal-kombustjoni fuq il-post li huma assoċjati direttament mal-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, dment li l-prodotti gassużi tal-kombustjoni jitqiegħdu f’kuntatt dirett mal-fibri tat-tessuti jew mat-tessuti (bħat-tisħin dirett, it-tnixxif, l-iffissar bis-sħana) jew meta s-sħana radjanti u/jew konduttiva tiġi ttrasferita minn ħajt solidu (tisħin indirett) mingħajr ma jintuża fluwidu intermedjarju għat-trasferiment tas-sħana. |
Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT ma jkoprux dawn li ġejjin:
|
— |
Il-kisi u l-laminazzjoni b’kapaċità ta’ konsum ta’ solvent organiku ta’ aktar minn 150 kg fis-siegħa jew aktar minn 200 tunnellata fis-sena. Dawn huma koperti mill-konklużjonijiet dwar il-BAT dwar it-trattament tal-wiċċ bl-użu ta’ solventi organiċi inkluża l-preżervazzjoni tal-injam u tal-prodotti tal-injam b’sustanzi kimiċi (STS). |
|
— |
Il-produzzjoni ta’ fibri u ta’ raden magħmula mill-bniedem. Din tista’ tkun koperta mill-konklużjonijiet dwar il-BAT li jkopru s-settur tal-produzzjoni tal-polimeri. |
|
— |
It-tneħħija tal-pil minn ġlud ħoxnin u minn ġlud. Din tista’ tkun koperta mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-konzar ta’ ġlud ħoxnin u ta’ ġlud (TAN). |
Konklużjonijiet oħrajn dwar il-BAT u dokumenti ta’ referenza oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jinkludu dawn li ġejjin:
|
— |
It-Trattament tal-Wiċċ bl-Użu ta’ Solventi Organiċi inkluża l-Preżervazzjoni tal-Injam u tal-Prodotti tal-Injam b’Sustanzi Kimiċi (STS); |
|
— |
L-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI); |
|
— |
It-Trattament tal-Iskart (WT); |
|
— |
L-Emissjonijiet minn Ħżin (EFS); |
|
— |
L-Effiċjenza Enerġetika (ENE); |
|
— |
Is-Sistemi Industrijali tat-Tkessiħ (ICS); |
|
— |
Il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma minn Installazzjonijiet IED (ROM); |
|
— |
L-Ekonomija u l-Effetti Transmedjali (ECM). |
Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT japplikaw mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra, eż. dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH), dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (CLP), dwar il-prodotti bijoċidali (BPR) jew dwar l-effiċjenza enerġetika (il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”).
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
Termini ġenerali |
|
|
Terminu użat |
Definizzjoni |
|
Proporzjon bejn l-arja u t-tessut |
Il-proporzjon tal-fluss totali tal-volum tal-gass tal-egżost (espress f’Nm3/h) mill-punt tal-emissjoni ta’ unità tat-trattament tat-tessuti (eż. stenter) sat-throughput korrispondenti tat-tessut li għandu jiġi ttrattat (tessut xott, espress f’kg/h). |
|
Materjali ċellulożiċi |
Il-materjali ċellulożiċi jinkludu l-qoton u l-viskuż. |
|
Emissjonijiet inkanalati |
L-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja permezz ta’ kwalunkwe tip ta’ kanal, pajp, ċumnija, eċċ. |
|
Kejl kontinwu |
Kejl bl-użu ta’ sistema ta’ kejl awtomatizzata installata b’mod permanenti fuq il-post. |
|
Tneħħija tal-apprestaturi |
Trattament minn qabel tal-materjali tat-tessut biex jitneħħew is-sustanzi kimiċi apprestaturi mid-drapp minsuġ. |
|
Emissjonijiet diffużi |
L-emissjonijiet mhux inkanalati fl-arja. |
|
Skariku dirett |
Skariku lejn korp tal-ilma riċeventi mingħajr trattament ulterjuri tal-ilma mormi downstream. |
|
Dry cleaning |
Tindif ta’ materjali tat-tessut b’solvent organiku. |
|
Impjant eżistenti |
Impjant li ma huwiex impjant ġdid. |
|
Produzzjoni tad-drapp |
Il-produzzjoni tad-drapp, eż. bl-insiġ jew bil-ħdim bil-labar. |
|
Finitura |
Trattament fiżiku u/jew kimiku li għandu l-għan li jagħti lill-materjali tat-tessut karatteristiċi tal-użu aħħari bħall-effetti viżwali, il-karatteristiċi tal-immaniġġar, il-kapaċità ta’ reżistenza għall-ilma jew in-nuqqas ta’ fjammabbiltà. |
|
Laminazzjoni bi fjamma |
It-twaħħil ta’ tessuti bl-użu ta’ folja ta’ fowm termoplastiku, esposta għal fjamma li tinsab qabel ir-rombli tal-laminazzjoni. |
|
Sustanza perikoluża |
Sustanza perikoluża kif iddefinita fil-punt 18 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/75/UE. |
|
Skart perikoluż |
Skart perikoluż kif iddefinit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
Skariku indirett |
Skariku li ma jkunx skariku dirett. |
|
Proporzjon tal-likur |
Għal proċess f’lott, il-proporzjon tal-piż bejn il-materjali tat-tessut xotti u l-likur tal-proċess użat. |
|
Koeffiċjent ta’ partizzjoni ottanol/ilma |
Il-proporzjon tal-konċentrazzjonijiet ta’ ekwilibriju ta’ sustanza maħlula f’sistema b’żewġ fażijiet li tikkonsisti f’solventi li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma immixxibbli, ottanol u ilma. |
|
Aġġornament kbir tal-impjant |
Bidla kbira fid-disinn jew fit-teknoloġija ta’ impjant b’aġġustamenti jew sostituzzjonijiet kbar tat-teknika/tekniki tal-proċess u/jew tat-tnaqqis u t-tagħmir assoċjat. |
|
Fluss tal-massa |
Il-massa ta’ sustanza jew parametru partikolari li tiġi emessa fuq perjodu ta’ żmien definit. |
|
Impjant ġdid |
Impjant li jiġi permess għall-ewwel darba fuq is-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jew is-sostituzzjoni kompleta ta’ impjant wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT. |
|
Solvent organiku |
Solvent organiku kif iddefinit fl-Artikolu 3(46) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
|
Kejl perjodiku |
Kejl f’intervalli ta’ żmien speċifikati bl-użu ta’ metodi manwali jew awtomatizzati. |
|
Assorbiment |
Għal proċess kontinwu, proporzjon tal-piż bejn il-likwidu meħud mill-materjali tat-tessut u l-materjali tat-tessuti xotti. |
|
Sustanzi kimiċi tal-proċess |
Sustanzi u/jew taħlitiet kif iddefiniti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2) li jintużaw fil-proċess(i), inklużi s-sustanzi kimiċi apprestaturi, is-sustanzi kimiċi tal-ibbliċjar, l-għoti tal-kuluranti, il-pejsts tal-istampar u s-sustanzi kimiċi tal-finitura. Is-sustanzi kimiċi tal-proċess jista’ jkun fihom sustanzi perikolużi u/jew sustanzi ta’ tħassib serju ħafna. |
|
Likur tal-proċess |
Soluzzjoni u/jew sospensjoni li jkun fiha sustanzi kimiċi tal-proċess. |
|
Assorbiment residwu |
Il-kapaċità li jifdal ta’ materjali tat-tessut niedja biex jassorbu likwidu addizzjonali (wara l-assorbiment inizjali). |
|
Ħasil preliminari |
Trattament minn qabel ta’ materjali tat-tessut li jikkonsisti fil-ħasil tal-materjal tat-tessut li jkun dieħel. |
|
Tixwit |
It-tneħħija tal-fibri fil-wiċċ tad-drapp billi d-drapp jingħadda minn fjamma jew minn pjanċi msaħħna. |
|
Għoti ta’ apprestaturi |
L-imprenjazzjoni tar-raden b’sustanzi kimiċi tal-proċess li għandhom l-għan li jipproteġu r-raden u jipprovdu l-lubrikazzjoni matul l-insiġ. |
|
Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna |
Sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 u inklużi fil-Lista ta’ Kandidati ta’ Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna, skont ir-Regolament REACH ((KE) Nru 1907/2006). |
|
Materjali sintetiċi |
Il-materjali sintetiċi jinkludu l-poliester, il-poliammid u l-akriliku. |
|
Materjali tat-tessut |
Fibri tat-tessut u/jew tessuti. |
|
Trattament termiku |
It-trattament termiku tal-materjali tat-tessut jinkludi t-termofissazzjoni, l-iffissar bis-sħana jew stadju tal-proċess (eż. tnixxif, twebbis) tal-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT (eż. kisi, għoti ta’ kuluranti, trattament minn qabel, finitura, stampar, laminazzjoni). |
|
Sustanzi niġġiesa u parametri |
|
|
Terminu użat |
Definizzjoni |
|
Antimonju |
L-antimonju, espress bħala Sb, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-antimonju, maħlula jew marbuta ma’ partikoli. |
|
AOX |
L-aloġeni adsorbibbli marbuta organikament, espressi bħala Cl, li jinkludu l-kloru, il-bromu u l-jodju adsorbibbli marbuta organikament. |
|
BOD n |
Domanda bijokimika ta’ ossiġenu. L-ammont ta’ ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni bijokimika tal-materja organika f’diossidu tal-karbonju f’n jiem (n tipikament tkun 5 jew 7). Il-BODn hija indikatur għall-konċentrazzjoni tal-massa tal-komposti organiċi bijodegradabbli. |
|
Kromu |
Il-kromu, espress bħala Cr, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-kromu, maħlula jew marbuta ma’ partikoli. |
|
CO |
Monossidu tal-karbonju. |
|
COD |
Domanda kimika ta’ ossiġenu. L-ammont ta’ ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni kimika totali tal-materja organika f’diossidu tal-karbonju bl-użu tad-dikromat. Is-COD hija indikatur għall-konċentrazzjoni tal-massa ta’ komposti organiċi. |
|
Ram |
Ir-ram, espress bħala Cu, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tar-ram, maħlula jew marbuta ma’ partikoli. |
|
CMR |
Karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni. Dan jinkludi s-sustanzi CMR tal-kategoriji 1 A, 1B u 2, kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u emendati, jiġifieri b’kodiċijiet tad-dikjarazzjoni ta’ periklu: H340, H341, H350, H351, H360 u H361. |
|
Trab |
Materja partikolata totali (fl-arja). |
|
HOI |
Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi. Is-somma ta’ komposti li jistgħu jiġu estratti b’solvent ta’ idrokarburi (inklużi idrokarburi alifatiċi, aliċikliċi, aromatiċi jew aromatiċi b’sostituzzjoni tal-alkil b’katina twila jew f’fergħat). |
|
NH3 |
Ammonijaka. |
|
Nikil |
In-nikil, espress bħala Ni, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tan-nikil, maħlula jew marbuta ma’ partikoli. |
|
NOX |
Is-somma ta’ monossidu tan-nitroġenu (NO) u diossidu tan-nitroġenu (NO2.), espressa bħala NO2. |
|
SOX |
Is-somma tad-diossidu tal-kubrit (SO2), triossidu tal-kubrit (SO3) u aerosols tal-aċidu sulfuriku, espressa bħala SO2. |
|
Sulfur, rilaxxat faċilment |
Is-somma ta’ sulfuri maħlula u ta’ dawk is-sulfuri mhux maħlula li jiġu rilaxxati faċilment mal-aċidifikazzjoni, espressa bħala S2–. |
|
TOC |
Il-kontenut totali ta’ karbonju organiku, espress bħala C (fl-ilma), jinkludi l-komposti organiċi kollha. |
|
N |
In-nitroġenu totali, espress bħala N, jinkludi ammonijaka ħielsa u nitroġenu tal-ammonju (NH4-N), nitroġenu tan-nitrit (NO2-N), nitroġenu tan-nitrat (NO3-N) u nitroġenu marbut organikament. |
|
TP |
Il-fosforu totali, espress bħala P, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-fosforu, maħlula jew marbuta ma’ partikoli. |
|
TSS |
Solidi sospiżi totali. Il-konċentrazzjoni tal-massa tas-solidi sospiżi kollha (fl-ilma), imkejla permezz tal-filtrazzjoni minn ġo filtri tal-fibra tal-ħġieġ u permezz tal-metodu gravimetriku. |
|
TVOC |
Karbonju organiku volatili totali, espress bħala C (fl-arja). |
|
KOV |
Kompost organiku volatili kif iddefinit fl-Artikolu 3(45) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
|
Żingu |
Iż-żingu, espress bħala Zn, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha taż-żingu, maħlula jew marbuta ma’ partikoli. |
AKRONIMI
Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, japplikaw l-akronimi li ġejjin:
|
Akronimu |
Definizzjoni |
|
CMS |
Sistema ta’ ġestjoni tas-sustanzi kimiċi |
|
DTPA |
Aċidu dietilentriamminapentaaċetiku |
|
EDTA |
Aċidu etilendiamminatetraaċetiku |
|
EMS |
Sistema ta’ ġestjoni ambjentali |
|
ESP |
Preċipitatur elettrostatiku |
|
IED |
Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2010/75/UE) |
|
OTNOC |
Kundizzjonijiet operattivi għajr dawk normali |
|
PFAS |
Sustanzi per- u polifluworoalkilati |
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
L-Aqwa Tekniki Disponibbli
It-tekniki elenkati u deskritti f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-anqas livell ekwivalenti ta’ ħarsien tal-ambjent.
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet dwar il-BAT huma applikabbli b’mod ġenerali.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja
Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (massa ta’ sustanzi emessi għal kull volum ta’ gass ta’ skart) fil-kundizzjonijiet standard li ġejjin: gass niexef, f’temperatura ta’ 273,15 K u bi pressjoni ta’ 101,3 kPa, mingħajr korrezzjoni għall-kontenut ta’ ossiġenu, u espress f’mg/Nm3.
Għall-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja tal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja, tapplika d-definizzjoni li ġejja.
|
Tip ta’ kejl |
Il-perjodu li fuqu tinħadem il-medja |
Definizzjoni |
|
Perjodiku |
Medja fuq il-perjodu tal-kampjunar |
Valur medju ta’ tliet kampjuni/kejlijiet konsekuttivi ta’ mill-anqas 30 minuta kull wieħed. (4) |
Għall-fini tal-kalkolu tal-flussi tal-massa fir-rigward tal-BAT 9, il-BAT 26, il-BAT 27 u t-Tabella 1.5 u t-Tabella 1.6, fejn il-gassijiet ta’ skart minn tip wieħed ta’ sors (eż. stenter) skarikati minn żewġ punti ta’ emissjoni separati jew aktar jistgħu, fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti, jiġu skarikati minn punt ta’ emissjoni komuni, dawn il-punti ta’ emissjoni għandhom jitqiesu bħala punt ta’ emissjoni wieħed (ara wkoll il-BAT 23). Il-flussi tal-massa fil-livell tal-impjant/tal-installazzjoni jistgħu jintużaw bħala alternattiva.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma
Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (massa ta’ sustanzi emessi għal kull volum ta’ ilma), espressi f’mg/l.
Il-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja assoċjati mal-BAT-AELs jirreferu għal kwalunkwe wieħed miż-żewġ każijiet li ġejjin:
|
— |
Fil-każ ta’ skariku kontinwu, il-valuri medji ta’ kuljum, jiġifieri kampjuni komposti proporzjonali għall-fluss fuq 24 siegħa. |
|
— |
Fil-każ ta’ skariki f’lottijiet, il-valuri medji matul id-durata tar-rilaxx meħuda bħala kampjuni komposti proporzjonati għall-fluss jew, dment li l-effluwent ikun imħallat sew u omoġenju, jittieħed kampjun fuq il-post qabel l-iskariku. |
Jistgħu jintużaw kampjuni komposti proporzjonali għall-ħin, dment li jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed. Inkella, jistgħu jittieħdu kampjuni fuq il-post, dment li l-effluwent ikun imħallat u omoġenju kif xieraq.
Fil-każ tal-kontenut totali ta’ karbonju organiku (TOC) u d-domanda kimika ta’ ossiġenu (COD), il-kalkolu tal-effiċjenza medja tat-tnaqqis imsemmi f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT (ara t-Tabella 1.3) huwa bbażat fuq it-tagħbija influwenti u effluwenti tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi.
Il-BAT-AELs japplikaw fil-punt minn fejn l-emissjoni tħalli l-impjant.
Livelli oħrajn ta’ prestazzjoni ambjentali
Livelli indikattivi għall-konsum speċifiku tal-enerġija
Il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali indikattivi relatati mal-konsum speċifiku tal-enerġija jirreferu għall-medji annwali kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
|
rata tal-konsum tal-enerġija |
: |
l-ammont annwali totali ta’ sħana u elettriku kkunsmat mit-trattament termiku, bit-tnaqqis tas-sħana rkuprata mit-trattament termiku, espress f’MWh/sena; |
|
rata ta’ attività |
: |
l-ammont annwali totali ta’ materjali tat-tessut trattati fit-trattament termiku, espress f’t/sena. |
Livelli indikattivi għall-konsum speċifiku tal-ilma
Il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali indikattivi relatati mal-konsum speċifiku tal-ilma jirreferu għall-medji annwali kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
|
rata tal-konsum tal-ilma |
: |
l-ammont annwali totali ta’ ilma kkunsmat minn proċess partikolari (eż. l-ibbliċjar) inkluż l-ilma użat għall-ħasil u t-tlaħliħ tal-materjali tat-tessut u għat-tindif tat-tagħmir, bit-tnaqqis tal-ilma użat mill-ġdid u/jew riċiklat għall-proċess, espress f’m3/sena; |
|
rata ta’ attività |
: |
l-ammont annwali totali ta’ materjali tat-tessut trattati fi proċess partikolari (eż. l-ibbliċjar), espress f’t/sena. |
Livell speċifiku ta’ rkupru tal-grass tas-suf assoċjat mal-aqwa tekniki disponibbli
Il-livell tal-prestazzjoni ambjentali relatat mal-irkupru tal-grass tas-suf speċifiku jirreferi għal medja annwali kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
|
rata ta’ grass tas-suf irkuprat |
: |
l-ammont annwali totali ta’ grass tas-suf irkuprat mit-trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum permezz tal-ħasil preliminari, espress f’kg/sena; |
|
rata ta’ attività |
: |
l-ammont annwali totali ta’ fibri tas-suf mhux maħdum ttrattati minn qabel b’ħasil preliminari, espress f’t/sena. |
Livell ta’ rkupru tas-soda kawstika assoċjat mal-aqwa tekniki disponibbli
Il-livell tal-prestazzjoni ambjentali relatat mal-irkupru tas-soda kawstika jirreferi għal medja annwali kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
|
rata ta’ soda kawstika rkuprata |
: |
l-ammont annwali totali ta’ soda kawstika rkuprata minn ilma tat-tlaħliħ użat għall-illustrar, espress f’kg/sena; |
|
rata ta’ soda kawstika qabel l-irkupru |
: |
l-ammont annwali totali ta’ soda kawstika fl-ilma tat-tlaħliħ użat għall-illustrar, espress f’kg/sena. |
1.1. Konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT
1.1.1. Il-prestazzjoni ambjentali ġenerali
|
BAT 1. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Speċifikament għall-industrija tat-tessuti, il-BAT hija wkoll li jiġu inkorporati l-karatteristiċi li ġejjin fl-EMS:
|
Nota
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi l-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) tal-Unjoni Ewropea, li hija eżempju ta’ EMS konsistenti ma’ din il-BAT.
Applikabbiltà
Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-EMS ġeneralment se jkunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-medda ta’ impatti ambjentali li din jista’ jkollha.
|
BAT 2. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jiġi stabbilit, miżmum u rieżaminat regolarment (inkluż meta sseħħ bidla sinifikanti) inventarju tal-inputs u tal-outputs, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1), li jinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
Applikabbiltà
Ġeneralment, l-ambitu (eż. il-livell ta’ dettall) u n-natura tal-inventarju se jkunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-medda tal-impatti ambjentali li jista’ jkollu.
|
BAT 3. |
Sabiex titnaqqas il-frekwenza tal-okkorrenza tal-OTNOC u jitnaqqsu l-emissjonijiet matul l-OTNOC, il-BAT hija li jiġi stabbilit u implimentat pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC ibbażat fuq ir-riskju bħala parti mill-EMS (ara l-BAT 1) li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
|
Applikabbiltà
Ġeneralment, il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC se jkunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-medda tal-impatti ambjentali li jista’ jkollu.
|
BAT 4. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jintużaw sistemi avvanzati ta’ monitoraġġ u kontroll tal-proċess. |
Deskrizzjoni
Il-monitoraġġ u l-kontroll tal-proċessi jsiru b’sistemi awtomatizzati online mgħammra b’sensuri u b’kontrolluri li jużaw konnessjonijiet ta’ feedback biex janalizzaw u jadattaw malajr il-parametri ewlenin tal-proċess biex jilħqu l-kundizzjonijiet ottimali tal-proċess (eż. l-aħjar użu tas-sustanzi kimiċi tal-proċess).
Il-parametri ewlenin tal-proċess jinkludu:
|
— |
il-volum, il-pH u t-temperatura tal-likur tal-proċess; |
|
— |
l-ammont ta’ materjali tat-tessut trattati; |
|
— |
id-dożaġġ tas-sustanzi kimiċi tal-proċess; |
|
— |
il-parametri tat-tnixxif (ara wkoll il-BAT 13 (d)). |
|
BAT 5. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
1.1.2. Monitoraġġ
|
BAT 6. |
Il-BAT hija mill-anqas darba fis-sena jiġi mmonitorjat:
|
Deskrizzjoni
Il-monitoraġġ preferibbilment jinkludi kejl dirett. Jistgħu jintużaw ukoll kalkoli jew reġistrazzjoni, eż. bl-użu ta’ metri jew fatturi xierqa. Kemm jista’ jkun il-monitoraġġ ikun imqassam skont il-livell tal-proċess u jqis kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċessi.
|
BAT 7. |
Għall-flussi tal-ilma mormi identifikati mill-inventarju tal-inputs u l-outputs (ara l-BAT 2), il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-parametri ewlenin (eż. il-monitoraġġ kontinwu tal-fluss, il-pH u t-temperatura tal-ilma mormi) f’postijiet ewlenin (eż. fil-bokka u/jew fl-iżbokk tat-trattament minn qabel tal-ilma mormi, fil-bokka tat-trattament finali tal-ilma mormi, fil-punt fejn l-emissjoni toħroġ mill-installazzjoni). |
Deskrizzjoni
Meta l-bijoeliminabbiltà/il-bijodegradabbiltà u l-effetti inibitorji jkunu parametri ewlenin (eż. ara l-BAT 19), il-monitoraġġ isir qabel it-trattament bijoloġiku għal:
|
— |
il-bijoeliminabbiltà/il-bijodegradabbiltà bl-użu tal-istandards EN ISO 9888 jew EN ISO 7827, u |
|
— |
l-effetti inibitorji fuq it-trattament bijoloġiku bl-użu tal-istandards EN ISO 9509 jew EN ISO 8192, bi frekwenza minima tal-monitoraġġ li għandha tiġi deċiża wara l-karatterizzazzjoni tal-effluwent. |
Il-karatterizzazzjoni tal-effluwent issir qabel ma jibda t-tħaddim tal-impjant jew qabel ma jiġi aġġornat għall-ewwel darba permess għall-impjant wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, u wara kull bidla (eż. bidla fir-“riċetta”) fl-impjant li tista’ żżid it-tagħbija tas-sustanza niġġiesa.
|
BAT 8. |
Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet fl-ilma b’mill-anqas il-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BAT 9. |
Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet inkanalati fl-arja mill-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
|
1.1.3. Il-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi
|
BAT 10. |
Sabiex jitnaqqsu l-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki (a), (b) u (c), u kombinament xieraq tat-tekniki (d) sa (j) mogħtija hawn taħt.
Tabella 1.1 Livelli tal-prestazzjoni ambjentali indikattivi għal konsum speċifiku tal-ilma
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 6. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1.1.4. Effiċjenza enerġetika
|
BAT 11. |
Sabiex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki (a), (b), (c) u (d) u kombinament xieraq tat-tekniki (e) sa (k) mogħtija hawn taħt.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BAT 12. |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika meta tintuża l-arja kkompressata, il-BAT hija li jintuża kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
|||||||||||||||||||
|
BAT 13. |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tat-trattament termiku, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
Tabella 1.2 Livelli tal-prestazzjoni ambjentali indikattivi għal konsum speċifiku tal-enerġija
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 6. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1.1.5. Ġestjoni, konsum u sostituzzjoni tas-sustanzi kimiċi
|
BAT 14. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata sistema ta’ ġestjoni tas-sustanzi kimiċi (CMS) bħala parti mill-EMS (ara l-BAT 1) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
Applikabbiltà
Il-livell ta’ dettall tas-CMS ġeneralment se jkun relatat man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-impjant.
|
BAT 15. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jiġi elaborat u implimentat inventarju tas-sustanzi kimiċi bħala parti mis-CMS (ara l-BAT 14). |
Deskrizzjoni
L-inventarju tas-sustanzi kimiċi huwa bbażat fuq il-kompjuter u fih informazzjoni dwar:
|
— |
l-identità tas-sustanzi kimiċi tal-proċess; |
|
— |
il-kwantitajiet, il-post u l-kapaċità ta’ taħsir tas-sustanzi kimiċi tal-proċess akkwistati, irkuprati (ara l-BAT 16 (g)), maħżuna, użati u rritornati lill-fornituri; |
|
— |
il-kompożizzjoni u l-proprjetajiet fiżikokimiċi tas-sustanzi kimiċi tal-proċess (eż. is-solubbiltà, il-pressjoni tal-fwar, il-koeffiċjent ta’ partizzjoni ottanol/ilma), inklużi l-proprjetajiet b’effetti negattivi fuq l-ambjent u/jew is-saħħa tal-bniedem (eż. l-ekotossiċità, il-bijoeliminabbiltà/il-bijodegradabbiltà). |
Tali informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Iskedi tad-Data dwar is-Sikurezza, mill-Iskedi tad-Data Teknika jew minn sorsi oħrajn.
|
BAT 16. |
Sabiex jitnaqqas il-konsum tas-sustanzi kimiċi, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BAT 17. |
Sabiex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma ta’ sustanzi b’livell baxx ta’ bijodegradabbiltà, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
|||||||||||||||||||||||||||
1.1.6. Emissjonijiet fl-ilma
|
BAT 18. |
Sabiex jitnaqqas il-volum tal-ilma mormi, biex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu t-tagħbijiet ta’ sustanzi niġġiesa mormija fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi u l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li tintuża strateġija integrata għall-ġestjoni u t-trattament tal-ilma mormi li tinkludi kombinament xieraq tat-tekniki mogħtija hawn taħt fl-ordni ta’ prijorità li ġejja:
|
Deskrizzjoni
L-istrateġija integrata għall-ġestjoni u t-trattament tal-ilma mormi hija bbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-inventarju tal-inputs u tal-outputs (ara l-BAT 2).
|
BAT 19. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li jiġu ttrattati minn qabel (miġbura separatament) il-flussi u l-pejst tal-ilma mormi (eż. l-istampar u l-kisi) li fihom tagħbijiet għoljin ta’ sustanzi niġġiesa li ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod adegwat bi trattament bijoloġiku. |
Deskrizzjoni
Tali flussi u pejsts tal-ilma mormi jinkludu:
|
— |
l-għoti ta’ kuluranti, il-kisi jew il-finitura ta’ likuri tal-padding użati minn trattamenti kontinwi u/jew semikontinwi; |
|
— |
il-likuri għat-tneħħija tal-apprestaturi; |
|
— |
il-pejsts tal-istampar u tal-kisi użati. |
It-trattament minn qabel isir bħala parti minn strateġija integrata għall-ġestjoni u għat-trattament tal-ilma mormi (ara l-BAT 18) u ġeneralment huwa meħtieġ sabiex:
|
— |
jipproteġi t-trattament tal-ilma mormi bijoloġiku (downstream) minn komposti inibitorji jew tossiċi; |
|
— |
ineħħi l-komposti li ma jitnaqqsux biżżejjed matul it-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi (eż. il-komposti tossiċi, il-komposti organiċi b’livell baxx ta’ bijodegradabbiltà, il-komposti organiċi li huma preżenti f’tagħbijiet kbar jew fil-metalli); |
|
— |
ineħħi l-komposti li nkella jistgħu jitneħħew bl-arja mis-sistema ta’ ġbir jew matul it-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi (eż. is-sulfur); |
|
— |
ineħħi l-komposti li jkollhom effetti negattivi oħrajn (eż. il-korrużjoni tat-tagħmir; reazzjoni mhux mixtieqa ma’ sustanzi oħrajn; il-kontaminazzjoni tal-ħama tal-ilma mormi). |
Il-komposti msemmija hawn fuq li għandhom jitneħħew jinkludu l-organofosforu u r-ritardanti tal-fjammi bromurati, il-PFAS, il-ftalati u l-komposti li fihom il-kromu-(VI).
It-trattament minn qabel ta’ dawn il-flussi tal-ilma mormi ġeneralment isir kemm jista’ jkun qrib is-sors sabiex tiġi evitata d-dilwizzjoni. It-tekniki ta’ trattament minn qabel użati jiddependu mis-sustanzi niġġiesa fil-mira u jistgħu jinkludu l-adsorbiment, il-filtrazzjoni, il-preċipitazzjoni, l-ossidazzjoni kimika jew it-tnaqqis kimiku (ara l-BAT 20).
Il-bijoeliminabbiltà/il-bijodegradabbiltà tal-flussi u tal-pejsts tal-ilma mormi qabel ma jintbagħtu għat-trattament bijoloġiku downstream tkun mill-anqas:
|
— |
ta’ 80 % wara sebat ijiem (għal ħama adattata), meta jiġi ddeterminat skont l-istandard EN ISO 9888, jew |
|
— |
ta’ 70 % wara 28 jum meta jiġi ddeterminat skont l-istandard EN ISO 7827. |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 7.
|
BAT 20. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li jintuża kombinament xieraq tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Tabella 1.3 Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal skariku dirett
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8. Tabella 1.4 Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal skariku indirett
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1.1.7. Emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art
|
BAT 21. |
Sabiex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art u sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ġenerali tal-immaniġġjar u tal-ħżin tas-sustanzi kimiċi tal-proċess, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1.1.8. Emissjonijiet fl-arja
|
BAT 22. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja (eż. KOV mill-użu ta’ solventi organiċi), il-BAT hija li jinġabru l-emissjonijiet diffużi u li l-gassijiet ta’ skart jintbagħtu għat-trattament. |
Applikabbiltà
Fil-każ ta’ impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet operazzjonali jew mill-volum għoli ta’ arja li għandha tiġi estratta.
|
BAT 23. |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-irkupru tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet inkanalati fl-arja, il-BAT hija li jiġi limitat l-għadd ta’ punti ta’ emissjoni. |
Deskrizzjoni
It-trattament kombinat ta’ gassijiet ta’ skart b’karatteristiċi simili jiżgura trattament aktar effettiv u effiċjenti meta mqabbel mat-trattament separat ta’ flussi individwali ta’ gassijiet ta’ skart. Il-punt sa fejn in-numru ta’ punti ta’ emissjoni jista’ jkun limitat jiddependi minn fatturi tekniċi (eż. il-kompatibbiltà tal-flussi individwali tal-gass ta’ skart) u ekonomiċi (eż. id-distanza bejn punti differenti ta’ emissjoni). Tingħata attenzjoni biex il-limitazzjoni tal-għadd ta’ punti ta’ emissjoni ma twassalx għad-dilwizzjoni tal-emissjonijiet.
|
BAT 24. |
Sabiex jiġu pprevenuti l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi fl-arja mid-dry cleaning u mill-ħasil preliminari b’solvent organiku, il-BAT hija li tiġi estratta l-arja minn dawn il-proċessi, biex tiġi ttrattata bl-użu ta’ adsorbiment b’karbonju attivat (ara t-Taqsima 1.9.2) u biex din terġa’ tiċċirkola bis-sħiħ. |
|
BAT 25. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi fl-arja mit-trattament minn qabel ta’ materjali magħmula minn tessuti sintetiċi maħduma bil-labar, il-BAT hija li dawn jiġu maħsula qabel it-termofissazzjoni jew l-iffissar bis-sħana. |
Applikabbiltà
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata mill-kostruzzjoni tad-drapp.
|
BAT 26. |
Sabiex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tal-komposti organiċi fl-arja mit-tixwit, mit-trattament termiku, mill-kisi u l-laminazzjoni, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Tabella 1.5 Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati ta’ komposti organiċi u ta’ formaldeid fl-arja
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 9. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BAT 27. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mit-tixwit u t-trattamenti termiċi, għajr it-termofissazzjoni u l-iffissar bis-sħana, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Tabella 1.6 Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ trab inkanalati fl-arja mit-tixwit u t-trattamenti termiċi, għajr it-termofissazzjoni u l-iffissar bis-sħana
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 9. |
||||||||||||||||
|
BAT 28. |
Sabiex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ ammonijaka inkanalati fl-arja mill-kisi, mill-istampar u mill-finitura, inklużi t-trattamenti termiċi assoċjati ma’ dawn il-proċessi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Tabella 1.7 Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ ammonijaka inkanalati fl-arja mill-kisi, mill-istampar u mill-finitura, inklużi t-trattamenti termiċi assoċjati ma’ dawn il-proċessi
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 9. |
||||||||||||||||||||
1.1.9. Skart
|
BAT 29. |
Sabiex tiġi pprevenuta jew titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart u sabiex titnaqqas il-kwantità ta’ skart mibgħut għar-rimi, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
||||||||||||||||||||||||||
|
BAT 30. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-immaniġġjar tal-iskart, speċjalment biex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ambjent, il-BAT hija li tintuża t-teknika mogħtija hawn taħt qabel ma l-iskart jintbagħat għar-rimi.
|
1.2. Konklużjonijiet dwar il-BAT għat-trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum b’ħasil preliminari
Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw għat-trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum b’ħasil preliminari u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.
|
BAT 31. |
Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti kif ukoll biex jitnaqqsu l-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi, il-BAT hija li l-grass tas-suf jiġi rkuprat, u li l-ilma mormi jiġi riċiklat. |
Deskrizzjoni
L-ilma mormi mill-ħasil preliminari tas-suf jiġi ttrattat (eż. b’kombinament ta’ ċentrifugazzjoni u sedimentazzjoni) għas-separazzjoni tal-grass, tal-ħmieġ u tal-ilma. Il-grass jiġi rkuprat, l-ilma jiġi rriċiklat parzjalment għall-ħasil preliminari u l-ħmieġ jintbagħat trattament ulterjuri.
Tabella 1.8
Il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-irkupru tal-grass tas-suf mit-trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum b’ħasil preliminari
|
Tip ta’ suf |
Unità |
BAT-AEPL (Medja annwali) |
|
Suf aħrax (jiġifieri dijametru tal-fibra tas-suf tipikament ikbar minn 35 μm) |
kg ta’ grass irkuprat għal kull tunnellata ta’ fibri tas-suf mhux maħduma ttrattati minn qabel b’ħasil preliminari |
10 –15 |
|
Suf ekstra fin u fin ħafna (jiġifieri dijametru tal-fibra tas-suf tipikament iżgħar minn 20 μm) |
50 –60 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 6.
|
BAT 32. |
Sabiex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
|||||||||||||||||
|
BAT 33. |
Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti u biex jitnaqqas l-ammont ta’ skart mibgħut għar-rimi, il-BAT hija li r-residwi organiċi mit-trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum b’ħasil preliminari (eż. ħmieġ, ħama mit-trattament tal-ilma mormi) jiġu ttrattati b’mod bijoloġiku. |
Deskrizzjoni
Ir-residwi organiċi jiġu ttrattati, pereżempju permezz tal-kompostjar.
1.3. Il-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-għażil tal-fibri (għajr il-fibri magħmula mill-bniedem) u l-produzzjoni tad-drapp
Il-konklużjonijiet dwar il-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-għażil tal-fibri (għajr il-fibri magħmula mill-bniedem) u għall-produzzjoni tad-drapp u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.
|
BAT 34. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-użu ta’ sustanzi kimiċi apprestaturi, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.
|
|||||||||||||||||
|
BAT 35. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-għażil u l-ħdim bil-labar, il-BAT hija li jiġi evitat l-użu ta’ żjut minerali. |
Deskrizzjoni
Iż-żjut minerali huma sostitwiti minn żjut sintetiċi u/jew żjut tal-ester, bi prestazzjoni ambjentali mtejba f’termini ta’ kapaċità tal-ħasil u ta’ bijoeliminabbiltà/bijodegradabbiltà.
|
BAT 36. |
Sabiex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija li tintuża t-teknika (a) u waħda mit-tekniki (b) u (c) mogħtija hawn taħt jew it-tnejn li huma.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1.4. Konklużjonijiet dwar il-BAT għat-trattament minn qabel ta’ materjali tat-tessut għajr fibri tas-suf mhux maħdum
Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw għat-trattament minn qabel ta’ materjali tat-tessut għajr fibri tas-suf mhux maħdum u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.
|
BAT 37. |
Sabiex ir-riżorsi u l-enerġija jintużaw b’mod effiċjenti kif ukoll biex jitnaqqsu l-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki (a) u (b), flimkien mat-teknika (c) jew flimkien mat-teknika (d) mogħtija hawn taħt.
|
|||||||||||||||||||||
|
BAT 38. |
Sabiex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma ta’ komposti li fihom il-kloru u aġenti kumplessanti, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew it-tnejn li huma.
|
|||||||||||||||||||
|
BAT 39. |
Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti u biex jitnaqqas l-ammont ta’ alkali skarikat għat-trattament tal-ilma mormi, il-BAT hija li tiġi rkuprata s-soda kawstika użata għall-illustrar. |
Deskrizzjoni
Is-soda kawstika tiġi rkuprata mill-ilma tat-tlaħliħ permezz tal-evaporazzjoni u tiġi ppurifikata aktar, jekk ikun meħtieġ. Qabel l-evaporazzjoni, l-impuritajiet fl-ilma tat-tlaħliħ jitneħħew billi jintużaw, pereżempju, skrins u/jew mikrofiltrazzjoni.
Applikabbiltà
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn nuqqas ta’ sħana rkuprata xierqa u/jew minn ammont baxx ta’ soda kawstika.
Tabella 1.9
Il-livell ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjat mal-BAT (BAT-AEPL) għall-irkupru tas-soda kawstika użata għall-illustrar
|
Unità |
BAT-AEPL (Medja annwali) |
|
% tas-soda kawstika rkuprata |
75 –95 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 6.
1.5. Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-għoti ta’ kuluranti
Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw għall-għoti ta’ kuluranti u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.
|
BAT 40. |
Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-għoti ta’ kuluranti, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BAT 41. |
Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-għoti ta’ kuluranti lil materjali ċellulożiċi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BAT 42. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-għoti ta’ kuluranti lis-suf, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt fl-ordni ta’ prijorità li ġejja.
|
|||||||||||||||||
|
BAT 43. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-għoti ta’ kuluranti ta’ poliester b’kuluranti ta’ dispersjoni, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
||||||||||||||||||||||
1.6. Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-istampar
Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw għall-istampar u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.
|
BAT 44. |
Sabiex jitnaqqsu l-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi, il-BAT hija li jiġi ottimizzat it-tindif tat-tagħmir tal-istampar. |
Deskrizzjoni
Dan jinkludi:
|
— |
it-tneħħija tal-pejst tal-istampar b’mezzi mekkaniċi; |
|
— |
il-bidu u l-waqfien awtomatiku tal-provvista tal-ilma tat-tindif; |
|
— |
l-użu mill-ġdid u/jew ir-riċiklaġġ tal-ilma tat-tindif (ara l-BAT 10 (i)). |
|
BAT 45. |
Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti, il-BAT hija li jintuża kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BAT 46. |
Sabiex jiġu pprevenuti l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja u sabiex tiġi pprevenuta l-ġenerazzjoni ta’ ilma mormi li fih urea mill-istampar b’kuluranti reattivi fuq materjali ċellulożiċi, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
||||||||||
|
BAT 47. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi (eż. il-formaldeid) u ta’ ammonijaka fl-arja mill-istampar bil-pigmenti, il-BAT hija li jintużaw sustanzi kimiċi tal-istampar bi prestazzjoni ambjentali mtejba. |
Deskrizzjoni
Dan jinkludi:
|
— |
aġenti tat-tħaxxin mingħajr, jew b’kontenut baxx ta’, komposti organiċi volatili; |
|
— |
aġenti ta’ fissazzjoni b’potenzjal baxx ta’ rilaxxi tal-formaldeid; |
|
— |
aġenti li jgħaqqdu b’kontenut baxx ta’ ammonijaka u b’potenzjal baxx ta’ rilaxxi tal-formaldeid. |
1.7. Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-finitura
Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw għall-finitura u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.
1.7.1. Finitura għall-kura faċli
|
BAT 48. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-formaldeid fl-arja minn finitura għall-kura faċli ta’ materjali tat-tessut magħmula minn fibri taċ-ċelluloża u/jew taħlitiet ta’ fibri taċ-ċelluloża u sintetiċi, il-BAT hija li jintużaw aġenti li jipprovokaw retikolazzjoni mingħajr ebda potenzjal jew b’potenzjal baxx ta’ rilaxx tal-formaldeid. |
1.7.2. Trattib
|
BAT 49. |
Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tat-trattib, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
||||||||||
1.7.3. Finitura b’reżistenza għall-fjammi
|
BAT 50. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, speċjalment biex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ambjent u fl-iskart, tal-finitura b’reżistenza għall-fjammi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt, filwaqt li tingħata prijorità lit-teknika (a).
|
|||||||||||||||||||
1.7.4. Finitura b’repellenza taż-żejt, tal-ilma u tal-ħamrija
|
BAT 51. |
Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, speċjalment biex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ambjent u fl-iskart, ta’ finitura b’repellenza taż-żejt, tal-ilma u tal-ħamrija, il-BAT hija li jintużaw repellenti taż-żejt, tal-ilma u tal-ħamrija bi prestazzjoni ambjentali mtejba. |
Deskrizzjoni
Jintgħażlu r-repellenti taż-żejt, tal-ilma u tal-ħamrija filwaqt li jitqiesu:
|
— |
ir-riskji assoċjati magħhom, b’mod partikolari f’termini ta’ persistenza u tossiċità, inkluż il-potenzjal għal sostituzzjoni (eż. il-PFAS, ara l-BAT 14, il-punt I.(d)); |
|
— |
il-kompożizzjoni u l-forma tal-materjali tat-tessut li għandhom jiġu ttrattati; |
|
— |
l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (eż. ir-repellenza taż-żejt, tal-ilma, tal-ħamrija u r-reżistenza għall-fjammi kkombinati). |
1.7.5. Finitura tas-suf biex ikun reżistenti għat-tiċkin
|
BAT 52. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-finitura tas-suf reżistenti għat-tiċkin, il-BAT hija li jintużaw sustanzi kimiċi antifeltranti mingħajr kloru. |
Deskrizzjoni
L-imlieħi inorganiċi tal-aċidu peroksimonosulfuriku jintużaw għall-finitura tas-suf biex ikun reżistenti għat-tiċkin.
Applikabbiltà
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (eż. li l-oġġett jiċkien).
1.7.6. Reżistenza għall-kamla
|
BAT 53. |
Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-aġenti reżistenti għall-kamla, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
|||||||||||||
1.8. Konklużjonijiet dwar il-BAT għal-laminazzjoni
Il-konklużjoni dwar il-BAT f’din it-taqsima tapplika għal-laminazzjoni u tapplika flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.
|
BAT 54. |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi fl-arja mil-laminazzjoni, il-BAT hija li tintuża laminazzjoni li tinħall bis-sħana minflok laminazzjoni bi fjamma. |
Deskrizzjoni
Il-polimeri mdewba jiġu applikati fuq it-tessuti mingħajr l-użu ta’ fjamma.
Applikabbiltà
Jista’ ma jkunx applikabbli għal tessuti irqaq u jista’ jkun ristrett mis-saħħa tal-aderenza bejn il-laminat u l-materjali tat-tessut.
1.9. Deskrizzjoni tat-tekniki
1.9.1. Teknika għall-għażla ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess, għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
Fatturi ta’ emissjoni |
Il-fatturi ta’ emissjoni huma valuri rappreżentattivi li jippruvaw jorbtu l-kwantità ta’ sustanza emessa ma’ proċess assoċjat mal-emissjoni ta’ dik is-sustanza. Il-fatturi ta’ emissjoni huma dderivati mill-kejl tal-emissjonijiet skont protokoll definit minn qabel li jqis il-materjali tat-tessut u l-kundizzjonijiet tal-ipproċessar ta’ referenza (eż. il-ħin u t-temperatura tat-twebbis). Dawn huma espressi bħala l-massa ta’ sustanza emessa diviża bil-massa ta’ materjali tat-tessut trattati fil-kundizzjonijiet tal-ipproċessar ta’ referenza (eż. grammi ta’ karbonju organiku emessi għal kull kg ta’ materjali tat-tessut trattati bi fluss ta’ gass ta’ skart ta’ 20 m3/h). Jitqiesu l-kwantità, il-proprjetajiet perikolużi u l-kompożizzjoni tat-taħlita tas-sustanzi kimiċi tal-proċess u l-assorbiment tagħhom mill-materjal tat-tessut. |
1.9.2. Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
Adsorbiment |
It-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa minn fluss ta’ gass ta’ skart permezz ta’ żamma fuq wiċċ solidu (il-karbonju attivat tipikament jintuża bħala adsorbent). L-adsorbiment jista’ jkun riġenerattiv jew mhux riġenerattiv. Fl-adsorbiment mhux riġenerattiv, l-adsorbent użat ma jiġix irriġenerat, iżda jintrema. Fl-adsorbiment riġenerattiv, l-adsorbat jiġi sussegwentement desorbit, pereżempju bil-fwar (ta’ spiss fuq il-post), sabiex jerġa’ jintuża jew jintrema, filwaqt li l-adsorbent jintuża mill-ġdid. Għal operat kontinwu, normalment jitħaddmu, b’mod parallel, aktar minn żewġ adsorbenti, wieħed minnhom f’modalità ta’ desorbiment. |
|
Kondensazzjoni |
Il-kondensazzjoni hija teknika li telimina l-fwar tal-komposti organiċi u inorganiċi minn fluss tal-gass ta’ skart billi tnaqqaslu t-temperatura għal inqas mill-punt tan-nida tiegħu. |
|
Ċiklun |
Tagħmir għat-tneħħija tat-trab minn fluss ta’ gass ta’ skart ibbażat fuq l-użu ta’ forzi ċentrifugali, normalment f’kompartiment koniku. |
|
Preċipitatur elettrostatiku (ESP) |
Il-preċipitaturi elettrostatiċi (ESPs) joperaw b’tali mod li l-partikoli jiġu ċċarġjati u sseparati taħt l-influwenza ta’ kamp elettriku. Il-preċipitaturi elettrostatiċi jistgħu joperaw taħt medda wiesgħa ta’ kundizzjonijiet. L-effiċjenza tat-tnaqqis tista’ tiddependi min-numru ta’ kampijiet, mill-ħin ta’ residenza (daqs), u mill-apparati għat-tneħħija tal-partikoli upstream. Ġeneralment dawn jinkludu bejn żewġ u ħames kampijiet. Il-preċipitaturi elettrostatiċi jistgħu jkunu tat-tip xott jew niedi skont it-teknika użata għall-ġbir tat-trab mill-elettrodi. |
|
Ossidazzjoni termika |
L-ossidazzjoni ta’ gassijiet kombustibbli u ta’ odoranti fi fluss ta’ gass ta’ skart permezz tat-tisħin tat-taħlita ta’ kontaminanti bl-arja jew bl-ossiġenu sa punt ogħla mit-temperatura tal-awtofjammabbiltà tagħha f’kompartiment tal-kombustjoni filwaqt li tinżamm f’temperatura għolja għal ħin twil biżżejjed biex titlesta l-kombustjoni tagħha f’diossidu tal-karbonju u ilma. |
|
Purifikazzjoni niedja |
It-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa gassużi jew partikolati minn fluss ta’ gass ta’ skart permezz tat-trasferiment tal-massa lejn l-ilma jew lejn soluzzjoni milwiema. Din tista’ tinvolvi reazzjoni kimika (eż. f’purifikatur tal-aċidu jew tal-alkali). |
1.9.3. Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ilma
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
||||||||
|
Proċess tal-ħama attivat |
L-ossidazzjoni bijoloġika ta’ sustanzi niġġiesa organiċi maħlula bl-ossiġenu bl-użu tal-metaboliżmu tal-mikroorganiżmi. Fil-preżenza tal-ossiġenu maħlul (injettat bħala arja jew bħala ossiġenu pur), il-komponenti organiċi jiġu ttrasformati f’diossidu tal-karbonju, ilma jew f’metaboliti oħrajn u f’bijomassa (jiġifieri l-ħama attivat). Il-mikroorganiżmi jinżammu sospiżi fl-ilma mormi u t-taħlita kollha tiġi arjata b’mezzi mekkaniċi. It-taħlita tal-ħama attivat tintbagħat lil faċilità ta’ separazzjoni fejn il-ħama jiġi rriċiklat fit-tank tal-arjazzjoni. |
||||||||
|
Adsorbiment |
Metodu ta’ separazzjoni li bih il-komposti fi fluwidu (eż. ilma mormi) jinżammu fuq wiċċ solidu (is-soltu, karbonju attivat). |
||||||||
|
Trattament anaerobiku |
It-trasformazzjoni bijoloġika ta’ sustanzi niġġiesa organiċi u inorganiċi maħlula fin-nuqqas ta’ ossiġenu bl-użu tal-metaboliżmu tal-mikroorganiżmi. Il-prodotti ta’ trasformazzjoni jinkludu l-metan, id-diossidu tal-karbonju, u s-sulfur. Il-proċess isir f’reattur issiġillat li jħawwad. L-aktar tipi ta’ reattur użati b’mod komuni huma:
|
||||||||
|
Ossidazzjoni kimika |
Il-komposti organiċi jiġu ossidizzati f’komposti li jagħmlu inqas ħsara u li jiġu bijodegradati aktar faċilment. It-tekniki jinkludu l-ossidazzjoni umda jew l-ossidazzjoni bl-ożonu jew bil-perossidu tal-idroġenu, li jistgħu jkunu appoġġati b’katalizzaturi jew bir-radjazzjoni UV. L-ossidazzjoni kimika tintuża wkoll biex jiġu degradati l-komposti organiċi li jikkawżaw problemi fir-riħa, fit-togħma u fil-kulur u għal skopijiet ta’ diżinfettar. |
||||||||
|
Riduzzjoni kimika |
Ir-riduzzjoni kimika hija l-konverżjoni tas-sustanzi niġġiesa permezz ta’ aġenti kimiċi ta’ tnaqqis f’komposti li jagħmlu inqas ħsara. |
||||||||
|
Koagulazzjoni u flokkulazzjoni |
Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw għas-separazzjoni tas-solidi sospiżi mill-ilma mormi u ħafna drabi jsiru fi stadji suċċessivi. Il-koagulazzjoni ssir permezz taż-żieda ta’ koagulanti b’ċarġ oppost għal dak tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni ssir permezz taż-żieda ta’ polimeri, sabiex il-kolliżjonijiet tal-partikoli ta’ mikroflokkuli jġegħluhom jintrabtu flimkien biex jipproduċu flokkuli akbar. Il-flokkuli li jifformaw imbagħad jiġu sseparati permezz tas-sedimentazzjoni, tal-flotazzjoni bl-arja jew tal-filtrazzjoni. |
||||||||
|
Ekwalizzazzjoni |
L-ibbilanċjar tal-flussi u tat-tagħbijiet tas-sustanzi niġġiesa bl-użu ta’ tankijiet jew tekniki oħrajn ta’ ġestjoni. |
||||||||
|
Evaporazzjoni |
L-użu tad-distillazzjoni biex jiġu kkonċentrati soluzzjonijiet milwiema ta’ sustanzi li jagħlu f’temperatura għolja għall-użu ulterjuri, l-ipproċessar jew ir-rimi (pereżempju bl-inċinerazzjoni tal-ilma mormi) permezz tat-trasferiment tal-ilma lejn il-fażi ta’ tifwir. Is-soltu ssir f’unitajiet b’ħafna stadji b’vakwu li jiżdied biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija. Il-fwar tal-ilma jiġi kkondensat għall-użu mill-ġdid jew jiġi skarikat bħala ilma mormi. |
||||||||
|
Filtrazzjoni |
Is-separazzjoni ta’ solidi mill-ilma mormi billi jingħaddew minn ġo mezz poruż, eż. filtrazzjoni bir-ramel jew b’membrana (ara Filtrazzjoni b’membrana hawn taħt). |
||||||||
|
Flotazzjoni |
Is-separazzjoni ta’ partikoli solidi jew likwidi mill-ilma mormi billi jintrabtu ma’ bżieżaq tal-gass fini, ġeneralment arja. Il-partikoli li jżommu fil-wiċċ jakkumulaw f’wiċċ l-ilma u jinġabru bi xkumaturi. |
||||||||
|
Bijoreattur b’membrana |
Kombinament ta’ trattament ta’ ħama attivat u filtrazzjoni b’membrana. Jintużaw żewġ varjanti: a) ċirkwit estern ta’ riċirkolazzjoni bejn it-tank tal-ħama attivat u l-modulu tal-membrana; u b) l-immersjoni tal-modulu tal-membrana fit-tank tal-ħama attivat bl-arja, fejn l-effluwent jiġi ffiltrat minn membrana b’fibri vojta minn ġewwa, il-bijomassa tibqa’ fit-tank. |
||||||||
|
Filtrazzjoni b’membrana |
Il-mikrofiltrazzjoni, l-ultrafiltrazzjoni, in-nanofiltrazzjoni u l-osmosi inversa huma proċessi tal-filtrazzjoni b’membrana li jżommu u jikkonċentraw, minn naħa waħda tal-membrana, is-sustanzi niġġiesa bħall-partikoli sospiżi u l-partikoli kollojdali li jinsabu fl-ilmijiet mormija. Dawn ivarjaw f’termini ta’ daqsijiet tal-pori tal-membrana u l-pressjoni idrostatika. |
||||||||
|
Newtralizzazzjoni |
L-aġġustament tal-pH tal-ilma mormi għal livell newtrali (madwar 7) biż-żieda ta’ sustanzi kimiċi. L-idrossidu tas-sodju (NaOH) jew l-idrossidu tal-kalċju (Ca(OH)2) jistgħu jintużaw sabiex iżidu l-pH, filwaqt li l-aċidu sulfuriku (H2SO4), l-aċidu idrokloriku (HCl) jew id-diossidu tal-karbonju (CO2) jistgħu jintużaw sabiex inaqqsu l-pH. Xi sustanzi niġġiesa jistgħu jippreċipitaw bħala komposti insolubbli waqt in-newtralizzazzjoni. |
||||||||
|
Nitrifikazzjoni/denitrifikazzjoni |
Proċess f’żewġ stadji li normalment ikun inkorporat f’impjanti tat-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi. L-ewwel stadju huwa n-nitrifikazzjoni aerobika fejn il-mikroorganiżmi jossidizzaw l-ammonju NH4 +) f’nitrit intermedju (NO2 -), li mbagħad ikompli jiġi ossidizzat f’nitrat (NO3 -). Fl-istadju sussegwenti tad-denitrifikazzjoni anossika, il-mikroorganiżmi inaqqsu n-nitrat f’gass tan-nitroġenu kimikament. |
||||||||
|
Separazzjoni żejt/ilma |
Is-separazzjoni taż-żejt u l-ilma inkluż it-tneħħija sussegwenti taż-żejt bis-separazzjoni bil-gravità taż-żejt liberu, bl-użu ta’ tagħmir għas-separazzjoni jew bit-tkissir tal-emulsjonijiet (bl-użu ta’ sustanzi kimiċi li jkissru l-emulsjonijiet bħall-imlieħi tal-metall, l-aċidi minerali, l-adsorbenti u l-polimeri organiċi). |
||||||||
|
Skrinjar u separazzjoni tal-frak |
Is-separazzjoni tal-ilma u tal-kontaminanti insolubbli bħar-ramel, il-fibri, it-tentux jew materjali mhux maħduma oħrajn mill-effluwent tat-tessut billi jiġu ffiltrati permezz ta’ skrins jew ta’ sedimentazzjoni bil-gravità f’kompartimenti tal-frak. |
||||||||
|
Preċipitazzjoni |
Il-konverżjoni ta’ sustanzi niġġiesa maħlula f’komposti insolubbli biż-żieda ta’ preċipitanti. Sussegwentement, il-preċipitati solidi li jiffurmaw jiġu sseparati permezz tas-sedimentazzjoni, il-flotazzjoni bl-arja jew bil-filtrazzjoni. |
||||||||
|
Sedimentazzjoni |
Is-separazzjoni tal-partil-issettjarkoli sospiżi permezz tas-sedimentazzjoni bil-gravità. |
1.9.4. Tekniki biex jitnaqqas il-konsum tal-ilma, tal-enerġija u tas-sustanzi kimiċi
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
Trattament cold pad batch |
Fit-trattament cold pad batch, il-likur tal-proċess jiġi applikat b’padding (eż. b’foulard) u d-drapp imxappap jiddawwar bil-mod fit-temperatura tal-kamra għal perjodu twil. Din it-teknika tippermetti konsum imnaqqas’ta’ sustanzi kimiċi u ma tirrikjedix stadji sussegwenti bħall-fissazzjoni termika u b’hekk tnaqqas il-konsum tal-enerġija. |
|
Sistemi bi proporzjon baxx ta’ likur (għall-proċessi tal-lott) |
Jista’ jinkiseb proporzjon baxx ta’ likur billi jittejjeb il-kuntatt bejn il-materjali tat-tessut u l-likur tal-proċess (eż. billi tinħoloq turbolenza fil-likur tal-proċess), permezz ta’ monitoraġġ avvanzat tal-proċess, permezz ta’ dożaġġ u applikazzjoni mtejba tal-likur tal-proċess (eż. permezz ta’ ġettijiet jew sprejjar) u billi jiġi evitat it-taħlit tal-likur tal-proċess mal-ilma tal-ħasil jew tat-tlaħliħ. |
|
Sistemi ta’ applikazzjoni b’volum baxx (għal proċessi kontinwi) |
Id-drapp jimtela b’likur tal-proċess permezz ta’ sprejjar, ġbid bil-vakwu mid-drapp, ragħwa, padding, u immersjoni f’nips (likur tal-proċess li jinsab fil-vojt bejn żewġ rombli) jew f’tankijiet b’volum imnaqqas, eċċ. |
(1) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(4) Għal kwalunkwe parametru fejn, minħabba limitazzjonijiet ta’ kampjunar jew limitazzjonijiet analitiċi u/jew minħabba kundizzjonijiet operattivi, huwa xieraq kampjun/kejl ta’ 30 minuta u/jew bħala medja ta’ tliet kampjuni/kejliet konsekuttivi, tista’ tintuża proċedura aktar rappreżentattiva tal-kampjunar/kejl.
(5) Il-monitoraġġ japplika biss meta s-sustanza/sustanzi jew parametru/parametri (inklużi gruppi ta’ sustanzi jew sustanzi individwali fi grupp ta’ sustanzi) ikkonċernati jiġu identifikati bħala rilevanti fil-fluss tal-ilma mormi abbażi tal-inventarju tal-inputs u tal-outputs imsemmija fil-BAT 2.
(6) Fil-każ ta’ skariku indirett, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull tliet xhur jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar kif xieraq sabiex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati.
(7) Il-monitoraġġ japplika biss fil-każ ta’ skariku dirett.
(8) Il-monitoraġġ tat-TOC u l-monitoraġġ tas-COD huma alternattivi. Il-monitoraġġ tat-TOC huwa l-għażla ppreferuta minħabba li ma jiddependix mill-użu ta’ komposti tossiċi ħafna.
(9) Fil-każ ta’ skariku indirett, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar kif xieraq sabiex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati.
(10) Jekk il-livelli ta’ emissjonijiet jintwerew li huma stabbli biżżejjed, tista’ tiġi adottata frekwenza ta’ monitoraġġ aktar baxxa ta’ darba fix-xahar.
(11) Fil-każ ta’ skariku indirett, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull sitt xhur jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar kif xieraq sabiex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati.
(12) Il-karatterizzazzjoni tal-effluwent titwettaq qabel ma jibda t-tħaddim tal-impjant jew qabel ma jiġi aġġornat permess għall-impjant għall-ewwel darba wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, u wara kull bidla (eż. bidla ta’ “riċetta”) fl-impjant li tista’ żżid it-tagħbija ta’ sustanzi niġġiesa.
(13) Jista’ jintuża jew il-parametru tat-tossiċità l-aktar sensittiv jew kombinament xieraq tal-parametri tat-tossiċità.
(14) Sa fejn ikun possibbli, il-kejl isir fl-ogħla stat tal-emissjonijiet mistenni f’kundizzjonijiet operattivi normali.
(15) Fil-każ ta’ fluss tal-massa tat-trab ta’ inqas minn 50 g/h, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull tliet snin.
(16) Ir-riżultati tal-monitoraġġ jiġu rrapportati flimkien mal-proporzjon korrispondenti bejn l-arja u t-tessut.
(17) Il-monitoraġġ japplika biss meta s-sustanza kkonċernata tiġi identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.
(18) Il-monitoraġġ ma japplikax jekk il-gass naturali biss, jew il-gass likwifikat miż-żejt biss, jintuża bħala fjuwil.
(19) Fil-każ ta’ fluss tal-massa tat-TVOC ta’ anqas minn 200 g/h, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull tliet snin.
(20) It-tarf t’isfel tal-medda jista’ jinkiseb b’livell għoli ta’ riċiklaġġ tal-ilma (eż. siti b’ġestjoni integrata tal-ilma għal diversi impjanti).
(21) Il-medda tapplika wkoll għall-għoti ta’ kuluranti lil lottijiet ta’ raden u fibri maħlula ikkombinati.
(22) It-tarf ogħla tal-medda jista’ jkun ogħla u sa 100 m3/t għal impjanti li jużaw kombinament ta’ proċessi kontinwi u tal-lott.
(23) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.9.3.
(24) Skariku minimu tal-ilma mormi (eż. “skariku likwidu żero”) jista’ jinkiseb bl-użu ta’ kombinament ta’ tekniki inklużi tekniki avvanzati ta’ trattament għar-riċiklaġġ tal-ilma mormi.
(25) Il-perjodi li fuqhom jinħadmu l-medji huma definiti fil-kunsiderazzjonijiet ġenerali.
(26) Il-BAT-AELs japplikaw biss meta s-sustanza/il-parametru kkonċernat(a) jiġi/tiġi identifikat(a) bħala rilevanti fil-fluss tal-ilma mormi abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.
(27) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,8 mg/l meta jingħataw il-kuluranti l-poliester u/jew il-fibri modakriliċi.
(28) Japplika jew il-BAT-AEL għas-COD jew il-BAT-AEL għat-TOC. Il-BAT-AEL għat-TOC huwa l-għażla ppreferuta billi l-monitoraġġ tat-TOC ma jiddependix mill-użu ta’ komposti tossiċi ħafna.
(29) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun sa 150 mg/l:
|
— |
meta l-ammont speċifiku ta’ ilma mormi skarikat ikun anqas minn 25 m3/t ta’ materjali tat-tessut trattati bħala medja annwali rikorrenti; jew |
|
— |
meta l-effiċjenza tat-tnaqqis tkun ta’ ≥ 95 % bħala medja annwali rikorrenti. |
(30) L-ebda BAT-AEL ma japplika għad-domanda bijokimika ta’ ossiġenu (BOD). Bħala indikazzjoni, il-livell BOD5 medju annwali fl-effluwent minn impjant tat-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi ġeneralment ikun ta’ ≤ 10 mg/l.
(31) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 1,2 mg/l meta jingħataw il-kuluranti l-poliester u/jew il-fibri modakriliċi.
(32) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,3 mg/l meta l-fibri tal-poliammid, tas-suf jew tal-ħarir jingħataw il-kuluranti bl-użu ta’ kuluranti b’kumplessi metalliċi.
(33) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,2 mg/l meta jingħata l-kuluranti jew isir stampar b’kuluranti jew pigmenti reattivi li fihom in-nikil.
(34) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,8 mg/l meta jiġu ttrattati fibri tal-viskuż jew meta jingħata l-kuluranti bl-użu ta’ kuluranti katjoniċi li fihom iż-żingu.
(35) Il-BAT-AEL jista’ ma japplikax meta t-temperatura tal-ilma mormi tkun baxxa (eż. taħt it-12-il °C) għal perjodi twal.
(36) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun sa 50 mg/l:
|
— |
meta l-ammont speċifiku ta’ ilma mormi skarikat ikun anqas minn 25 m3/t ta’ materjali tat-tessut trattati bħala medja annwali rikorrenti; jew |
|
— |
meta l-effiċjenza tat-tnaqqis tkun ta’ ≥ 95 % bħala medja annwali rikorrenti. |
(37) Il-perjodi li fuqhom jinħadmu l-medji huma definiti fil-kunsiderazzjonijiet ġenerali.
(38) Il-BAT-AELs jistgħu ma japplikawx jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar kif xieraq sabiex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati, sakemm dan ma jwassalx għal livell ogħla ta’ tniġġis fl-ambjent.
(39) Il-BAT-AELs japplikaw biss meta s-sustanza/il-parametru kkonċernat(a) tiġi/jiġi identifikat(a) bħala rilevanti fil-fluss tal-ilma mormi abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.
(40) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,8 mg/l meta jingħataw il-kuluranti l-fibri tal-poliester u/jew il-fibri modakriliċi.
(41) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 1,2 mg/l meta jingħataw il-kuluranti l-fibri tal-poliester u/jew il-fibri modakriliċi.
(42) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,3 mg/l meta l-fibri tal-poliammid, tas-suf jew tal-ħarir jingħataw il-kuluranti bl-użu ta’ kuluranti b’kumplessi metalliċi.
(43) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,2 mg/l meta jingħataw kuluranti jew isir stampar b’kuluranti jew pigmenti reattivi li fihom in-nikil.
(44) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,8 mg/l meta jiġu ttrattati fibri tal-viskuż jew meta jingħataw il-kuluranti bl-użu ta’ kuluranti katjoniċi li fihom iż-żingu.
(45) Il-BAT-AEL japplika biss meta l-formaldeid jiġi identifikat bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.
(46) Għall-attivitajiet elenkati fil-punti 3 u 9, il-Parti 1 tal-Anness VII tal-IED, il-meded tal-BAT-AEL japplikaw biss sakemm iwasslu għal livelli ta’ emissjonijiet aktar baxxi mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet fil-Partijiet 2 u 4 tal-Anness VII tal-IED.
(47) Għall-proċessi tal-finitura b’aġenti għall-kura faċli, b’repellenti tal-ilma/taż-żejt/tal-ħamrija u/jew b’ritardanti tal-fjammi, it-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 10 mg/Nm3.
(48) It-tarf ta’ isfel tal-medda tal-BAT-AEL normalment jinkiseb meta tintuża l-ossidazzjoni termika.
(49) Il-BAT-AEL ma japplikax meta l-fluss tal-massa tat-TVOC ikun taħt il-200 g/h għall-punt(i) ta’ emissjoni meta:
|
— |
ma jintużawx tekniki tat-tnaqqis, u |
|
— |
l-ebda sustanza CMR ma tiġi identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u tal-outputs imsemmi fil-BAT 2. |
(50) Il-BAT-AEL ma japplikax meta l-fluss tal-massa tat-trab ikun taħt il-50 g/h għall-punt(i) ta’ emissjoni meta:
|
— |
ma jintużawx tekniki tat-tnaqqis, u |
|
— |
l-ebda sustanza CMR ma tiġi identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u tal-outputs imsemmi fil-BAT 2. |
(51) Il-BAT-AEL japplika biss meta l-NH3 tiġi identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.
(52) It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 20 mg/Nm3 meta jintuża s-sulfamat tal-ammonju bħala ritardant tal-fjammi jew tintuża l-ammonijaka għat-twebbis (ara l-BAT 50).