13.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/68

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2440

tat-12 ta' Diċembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 (1).

(2)

Fit-13 ta' Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2208 (2), li stabbiliet qafas ġdid li jippermetti miżuri restrittivi addizzjonali kontra individwi u entitajiet responsabbli għat-theddid tal-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali, jew għat-tfixkil jew l-imminar tat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.

(3)

Fuq il-bażi ta' rieżami tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 1a(1) u l-Artikolu 2a, (1) u (2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-14 ta' Diċembru 2023 u li d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni għall-ħames persuni inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 jiġu emendati.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6(2), fl-ewwel sentenza, id-data “14 ta’ Diċembru 2022” hija sostitwita bid-data “14 ta’ Diċembru 2023”;:

(2)

L-Anness II huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta' Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 23).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2208 tat-13 ta' Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 446, 14.12.2021, p. 44).

ANNESS

L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS II

A.   Lista ta' persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 1a(1)

Isem

Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

DIAW, Malick

Post tat-twelid: Ségou

Data tat-twelid: 2.12.1979

Nazzjonalità: Maljana

Numru tal-Passaport: B0722922 validu sat-13.8.2018

Ġeneru: raġel

Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali), Kurunell

Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta' Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné.

Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali.

Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, bħala l-President tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020.

Is-CNT naqas milli jikseb riżultati fil-ħin fuq il-"missjonijiet" imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 (‘Karta tat-Tranżizzjoni’) u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dak id-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta' Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta' Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta' Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f'kontradizzjoni mal-Karta ta' Tranżizzjoni.

Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali.

Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.

4.2.2022

2.

WAGUÉ, Ismaël

Post tat-twelid: Bamako

Data tat-twelid: 2.3.1975

Nazzjonalità: Maljana

Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023

Ġeneru: raġel

Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Kurunell Maġġur

Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u l-Kurunell Malick Diaw.

Fid-19 ta' Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter f'idejha, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (Comité national pour le salut du peuple, CNSP).

Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali.

Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-Gvern ta' Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f'Ottubru 2021 u n-nuqqas ta' qbil perpetwu tiegħu mal-membri tal-Qafas Strateġiku Permanenti (Cadre Stratégique Permanent, CSP), huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l'accord, CSA), li wassal għas-sospensjoni tal-laqgħat tas-CSA minn Ottubru 2021 sa Settembru 2022. Dik is-sitwazzjoni xekklet l-implimentazzjoni ta’ dak il-Ftehim, li huwa wieħed mill-"missjonijiet" tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta' Tranżizzjoni.

L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali.

Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, kif ukoll talli ostakola u dgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali.

4.2.2022

3.

MAÏGA, Choguel

Post tat-twelid: Tabango, Gao, Mali

Data tat-twelid: 31.12.1958

Nazzjonalità: Maljana

Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku Nru DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa

Ġeneru: raġel

Pożizzjoni: Prim Ministru

Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta' Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta' stat tal-24 ta' Mejju 2021.

Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, f'Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la refondation, ANR) bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022.

Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. F'Ġunju 2022, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta lill-ECOWAS skeda riveduta li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Marzu 2024, jiġifieri aktar minn sentejn wara l-iskadenza stabbilita fil-Karta ta' Tranżizzjoni.

L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Choguel Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta' Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

4.2.2022

4.

MAÏGA, Ibrahim Ikassa

Post tat-twelid: Tondibi, Gao region, Mali

Data tat-twelid: 5.2.1971

Nazzjonalità: Maljana

Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali

Ġeneru: raġel

Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni

Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita.

Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga kien fdat bl-ippjanar tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maïga.

Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riformi u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022.

Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. F'Ġunju 2022, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta lill-ECOWAS skeda riveduta li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Marzu 2024, li hija aktar minn sentejn wara l-iskadenza stabbilita fil-Karta ta' Tranżizzjoni.

L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

4.2.2022

5.

DIARRA, Adama Ben

(magħruf ukoll bħala Ben Le Cerveau)

Post tat-twelid: Kati, Mali

Nazzjonalità: Maljana

Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa

Ġeneru: raġel

Pożizzjoni: Membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali)

Adama Ben Diarra, magħruf bħala Camarade Ben Le Cerveau, huwa wieħed mill-mexxejja żgħażagħ tal-M5-RFP (Mouvement du 5 Juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Adama Ben Diarra huwa wkoll il-mexxej ta' Yéréwolo, li hija l-organizzazzjoni prinċipali li tappoġġa lill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni, u membru tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) mit-3 ta' Diċembru 2021.

Ma sar l-ebda progress sinifikanti mis-CNT fuq il-"missjonijiet" imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dakid-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta' Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta' Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta' Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f'kontradizzjoni mal-Karta ta' Tranżizzjoni.

Adama Ben Diarra ppromwova u appoġġa b'mod attiv l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali waqt manifestazzjonijiet politiċi u fuq in-networks soċjali, filwaqt li ddikjara li l-estensjoni ta' ħames snin tal-perijodu ta' tranżizzjoni deċiż mill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni wara l-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR) kienet aspirazzjoni profonda tal-poplu ta' Mali.

Għall-kuntrarju tal-iskeda tar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni, bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022.

L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Adama Ben Diarra) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali.

Għaldaqstant Adama Ben Diarra qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

4.2.2022

B.   Lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fl-Artikolu 2a(1).

4.2.2022.