12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/157


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2427

tas-6 ta’ Diċembru 2022

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għal sistemi komuni ta’ ġestjoni u trattament tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku

(notifikata bid-dokument C(2022) 8788)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-konklużjonijiet tal-aħjar tekniki disponibbli (BAT - Best Available Techniques) huma r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE u jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet operattivi normali, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar tekniki disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet dwar il-BAT.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 (2), ipprovda lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Mejju 2022 bl-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT għal sistemi komuni ta’ ġestjoni u trattament tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku. Dik l-opinjoni hija disponibbli għall-pubbliku (3).

(3)

Il-konklużjonijiet tal-BAT stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jqisu l-opinjoni tal-forum dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT. Fihom l-elementi ewlenin tad-dokument ta’ referenza tal-BAT.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ ġestjoni u trattament tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3).

(3)  https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/acce74d3-4314-43f8-937b-9bbc594a16ef?p=1&n=10&sort=modified_DESC


ANNESS

1.   Konklużjonijiet dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) għal Sistemi Komuni ta’ Ġestjoni u Trattament tal-Gass ta’ Skart fis-Settur Kimiku

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jikkonċernaw l-attività li ġejja speċifikata fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE: 4. L-industrija tas-sustanzi kimiċi (jiġifieri l-proċessi ta’ produzzjoni kollha inklużi fil-kategoriji ta’ attivitajiet elenkati fil-punti 4.1 sa 4.6 tal-Anness I, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor).

B’mod aktar speċifiku, dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jiffukaw fuq l-emissjonijiet fl-arja mill-attività msemmija hawn fuq.

Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT ma jindirizzawx dawn li ġejjin:

1.

L-emissjonijiet fl-arja mill-produzzjoni tal-kloru, l-idroġenu, u l-idrossidu tas-sodju/tal-potassju permezz tal-elettroliżi tas-salmura. Dan huwa kopert mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-Produzzjoni tal-Kloroalkali (CAK).

2.

Emissjonijiet inkanalati fl-arja mill-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi li ġejjin fi proċessi kontinwi li fihom il-kapaċità totali ta’ produzzjoni ta’ dawn is-sustanzi kimiċi taqbeż l-20 kt/sena:

—

olefini inferjuri bl-użu tal-proċess ta’ krekkjar bil-fwar;

—

il-formaldeid;

—

l-ossidu tal-etilen u l-etilenglikoli;

—

il-fenol mill-kumen;

—

id-dinitrotoluwen mit-toluwen, it-toluwen diammina mid-dinitrotoluwen, it-toluwen diisoċjanat mit-toluwen diammina, il-metilen defenil diammina mill-anilina, il-metilendifenildiisoċjanat mill-metilen difenil diammina;

—

id-diklorur tal-etilen (EDC) u l-monomeru tal-klorur tal-vinil (VCM);

—

il-perossidu tal-idroġenu.

Dan huwa kopert mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-Produzzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi Organiċi f’Volumi Kbar (LVOC).

Madankollu, l-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOX) u ta’ monossidu tal-karbonju (CO) mit-trattament termali tal-gassijiet ta’ skart li joriġinaw mill-proċessi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT.

3.

L-emissjonijiet fl-arja mill-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi inorganiċi li ġejjin:

—

l-ammonijaka;

—

in-nitrat tal-ammonju;

—

in-nitrat tal-ammonju tal-kalċju;

—

il-karbur tal-kalċju;

—

il-klorur tal-kalċju;

—

in-nitrat tal-kalċju;

—

l-iswed tal-karbonju;

—

il-klorur ferruż;

—

is-sulfat ferruż (jiġifieri copperas u prodotti relatati, bħal klorosulfati);

—

l-aċidu idrofluworiku;

—

il-fosfati inorganiċi;

—

l-aċidu nitriku;

—

il-fertilizzanti bbażati fuq in-nitroġenu, il-fosforu jew il-potassju (fertilizzanti sempliċi jew komposti);

—

l-aċidu fosforiku;

—

il-karbonat tal-kalċju preċipitat;

—

il-karbonat tas-sodju (jiġifieri soda ash);

—

il-klorat tas-sodju;

—

is-silikat tas-sodju;

—

l-aċidu sulfuriku;

—

is-silika amorfa sintetika;

—

id-diossidu tat-titanju u l-prodotti relatati;

—

l-urea;

—

in-nitrat tal-ammonju tal-urea.

Dan jista’ jkun kopert mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-Produzzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi Inorganiċi f’Volumi Kbar (LVIC).

4.

L-emissjonijiet fl-arja mir-riformar bl-istim kif ukoll mill-purifikazzjoni fiżika u mill-konċentrazzjoni mill-ġdid tal-aċidu sulfuriku eżawrit, dment li dawn il-proċessi jkunu assoċjati direttament ma’ proċess ta’ produzzjoni elenkat fil-punti 2 jew 3 imsemmija hawn fuq.

5.

L-emissjonijiet fl-arja mill-produzzjoni tal-ossidu tal-manjeżju bl-użu tar-rotta tal-proċess fin-niexef. Dan jista’ jiġi kopert mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-Produzzjoni tas-Siment, il-Ġir u l-Ossidu tal-Manjeżju (CLM).

6.

Emissjonijiet fl-arja minn dawn li ġejjin:

—

Unitajiet tal-kombustjoni għajr fran/ħiters tal-proċess. Dan jista’ jkun kopert mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għal Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (LCP), mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għar-Raffinar taż-Żejt Minerali u tal-Gass (REF) u/jew mid-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

—

Fran/ħiters tal-proċess b’input termiku nominali totali ta’ anqas minn 1 MW.

—

Fran/ħiters tal-proċess użati fil-produzzjoni ta’ olefini inferjuri, tad-diklorur tal-etilen u/jew tal-monomeru tal-klorur tal-vinil imsemmija fil-punt 2 hawn fuq. Dan huwa kopert mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-produzzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi Organiċi f’Volumi Kbar (LVOC).

7.

L-emissjonijiet fl-arja mill-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart. Dan jista’ jkun kopert mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI).

8.

L-emissjonijiet fl-arja mill-ħżin, mit-trasferiment u mill-immaniġġar ta’ likwidi, ta’ gassijiet likwifikati u ta’ solidi, fejn dawn ma jkunux assoċjati direttament mal-attività speċifikata fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE: 4. L-industrija tas-sustanzi kimiċi. Din tista’ tkun koperta mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-Emissjonijiet mill-Ħżin (EFS).

Madankollu, l-emissjonijiet fl-arja mill-ħżin, mit-trasferiment u mill-immaniġġar ta’ likwidi, ta’ gassijiet likwifikati u ta’ solidi huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT dment li dawn il-proċessi jkunu assoċjati direttament mal-proċess ta’ produzzjoni kimika speċifikat fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT.

9.

L-emissjonijiet fl-arja minn sistemi ta’ tkessiħ indirett. Dan jista’ jkun kopert mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għas-Sistemi ta’ Tkessiħ Industrijali (ICS).

Konklużjonijiet oħra dwar il-BAT li huma komplementari għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jinkludu Sistemi Komuni ta’ Trattament/Ġestjoni tal-Ilma Mormi u tal-Gass ta’ Skart fis-Settur Kimiku (CWW).

Konklużjonijiet oħra dwar il-BAT u dokumenti ta’ referenza oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jinkludu dawn li ġejjin:

—

Il-Produzzjoni tal-Kloralkali (CAK);

—

Il-Manifattura ta’ Sustanzi Kimiċi Inorganiċi f’Volumi Kbar – l-Ammonijaka, l-Aċidi u l-Fertilizzanti (LVIC-AAF);

—

Il-Manifattura ta’ Sustanzi Kimiċi Inorganiċi f’Volumi Kbar – l-Industrija tal-Materjali Solidi u Materjali Oħra (LVIC-S);

—

Il-Produzzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi Organiċi f’Volumi Kbar (LVOC);

—

Il-Manifattura ta’ Sustanzi Kimiċi Organiċi Fini (OFC);

—

Il-Produzzjoni tal-Polimeri (POL);

—

Il-Produzzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi Inorganiċi Speċjalizzati (SIC);

—

Ir-Raffinar taż-Żejt Minerali u tal-Gass (REF);

—

L-Ekonomija u l-Effetti Transmedjali (ECM);

—

L-Emissjonijiet minn Ħżin (EFS);

—

L-Effiċjenza Enerġetika (ENE);

—

Is-Sistemi Industrijali tat-Tkessiħ (ICS);

—

Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (LCP);

—

Il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma minn installazzjonijiet fissi (ROM);

—

L-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI);

—

It-Trattament tal-Iskart (WT).

Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT japplikaw mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra, eż. dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH), dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet (CLP).

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Termini ġenerali

Terminu użat

Definizzjoni

Emissjonijiet inkanalati fl-arja

L-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja minn punt ta’ emissjoni bħal ċumnija.

Unità tal-kombustjoni

Kwalunkwe apparat tekniku li fih jiġu ossidizzati l-fjuwils sabiex tintuża s-sħana li tiġi ġġenerata b’dan il-mod. L-unitajiet tal-kombustjoni jinkludu l-bojlers, il-magni, it-turbini u l-fran/ħiters tal-proċess, iżda ma jinkludux ossidaturi termali jew katalitiċi.

Pigmenti inorganiċi kumplessi

Lattiċi ta’ kristall stabbli ta’ katjoni differenti tal-metall. L-aktar lattiċi ospitanti importanti huma r-rutil, l-ispinell, iż-żirkon, u l-ematite/il-kurindun, iżda jeżistu strutturi stabbli oħra.

Kejl kontinwu

Kejl bl-użu ta’ sistema ta’ kejl awtomatizzata installata b’mod permanenti fuq il-post.

Proċess kontinwu

Proċess li matulu l-materja prima tiddaħħal kontinwament fir-reattur filwaqt li l-prodotti tar-reazzjoni mbagħad jiddaħħlu f’unitajiet ta’ separazzjoni u/jew ta’ rkupru konnessi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni.

Emissjonijiet diffużi

Emissjonijiet mhux inkanalati fl-arja. Emissjonijiet diffużi jinkludu emissjonijiet li jaħarbu u li ma jaħarbux.

Emissjonijiet fl-arja

Terminu ġeneriku għall-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja li jinkludu kemm l-emissjonijiet inkanalati kif ukoll dawk diffużi.

Etanolammini

Terminu kollettiv għall-monoetanolammina, id-dietanolammina u t-trietanolammina, jew taħlitiet tagħhom.

Etilenglikol

Terminu kollettiv għall-monoetilenglikol, id-dietilenglikol u t-trietilenglikol, jew taħlitiet tagħhom.

Impjant eżistenti

Impjant li ma huwiex impjant ġdid.

Forn/ħiter tal-proċess eżistenti

Forn/ħiter tal-proċess li ma huwiex forn/ħiter tal-proċess ġdid.

Gass mit-tromba ta’ ċumnija

Il-gass tal-egżost li joħroġ minn unità tal-kombustjoni.

Emissjonijiet li jaħarbu

L-emissjonijiet mhux inkanalati fl-arja kkawżati minn telf ta’ ssikkar tat-tagħmir li huwa ddisinjat jew assemblat sabiex ikun issikkat.

L-emissjonijiet li jaħarbu jistgħu jirriżultaw minn:

—

tagħmir li jiċċaqlaq, bħal aġitaturi, kompressuri, pompi, valvi (manwali u awtomatiċi);

—

tagħmir statiku, bħal flanġi u konnessjonijiet oħrajn, linji miftuħa, punti ta’ kampjunar.

Olefini inferjuri

Terminu kollettiv għall-etilen, il-propilen, il-butilen u l-butadien, jew taħlitiet tagħhom.

Aġġornament kbir tal-impjant

Bidla kbira fid-disinn jew fit-teknoloġija ta’ impjant b’aġġustamenti jew b’sostituzzjonijiet kbar tal-unitajiet tal-proċess u/jew tat-tnaqqis u tat-tagħmir assoċjat.

Fluss tal-massa

Il-massa ta’ sustanza jew parametru partikolari li tiġi emessa tul perjodu ta’ żmien definit.

Impjant ġdid

Impjant li jiġi permess għall-ewwel darba fuq is-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jew is-sostituzzjoni sħiħa ta’ impjant wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT.

Forn/ħiter tal-proċess ġdid

Forn/ħiter tal-proċess f’impjant li jiġi permess għall-ewwel darba wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jew sostituzzjoni sħiħa ta’ forn/ħiter tal-proċess wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT.

Emissjonijiet li ma jaħarbux

L-emissjonijiet diffużi għajr l-emissjonijiet li jaħarbu.

L-emissjonijiet li ma jaħarbux jistgħu jirriżultaw minn, pereżempju, ventijiet atmosferiċi, ħżin fi kwantitajiet kbar, sistemi ta’ tagħbija/ħatt, ir-reċipjenti u t-tankijiet (mal-ftuħ tagħhom), gandotti miftuħa, sistemi tal-kampjunar, ivventjar tat-tankijiet, skart, kanali tad-drenaġġ u impjanti tat-trattament tal-ilma.

Prekursuri tal-NOX

Komposti li fihom in-nitroġenu (eż. akrilonitril, ammonijaka, gassijiet nitrużi u komposti organiċi li fihom in-nitroġenu) fl-input għal ossidazzjoni termali jew katalitika li jwasslu għall-emissjonijiet tal-NOX. In-nitroġenu elementali ma huwiex inkluż.

Restrizzjoni operazzjonali

Limitazzjoni jew restrizzjoni konnessa, pereżempju, ma’:

—

is-sustanzi użati (eż. sustanzi li ma jistgħux jiġu sostitwiti, sustanzi korrużivi ħafna);

—

il-kundizzjonijiet operattivi (eż. temperatura jew pressjoni għolja ħafna);

—

il-funzjonament tal-impjant;

—

id-disponibbiltà tar-riżorsi (eż. id-disponibbiltà ta’ spare parts meta tiġi sostitwita biċċa tagħmir, id-disponibbiltà ta’ ħaddiema kwalifikati);

—

il-benefiċċji ambjentali mistennija (eż. l-għoti ta’ prijorità lill-azzjonijiet ta’ manutenzjoni, tiswija jew sostituzzjoni bl-akbar benefiċċju ambjentali).

Kejl perjodiku

Kejl f’intervalli ta’ żmien speċifikati bl-użu ta’ metodi manwali jew awtomatizzati.

Grad ta’ polimeru

Għal kull tip ta’ polimeru, hemm kwalitajiet differenti tal-prodott (jiġifieri gradi) li jvarjaw fl-istruttura u fil-massa molekulari, u huma ottimizzati għal applikazzjonijiet speċifiċi. Fil-każ tal-poljolefini, dawn jistgħu jvarjaw fir-rigward tal-użu ta’ kopolimeri bħall-EVA. Fil-każ tal-PVC, dawn jistgħu jvarjaw fit-tul medju tal-katina tal-polimeru u fil-porożità tal-partikoli.

Forn/ħiter tal-proċess

Fran jew ħiters tal-proċess huma:

—

unitajiet tal-kombustjoni li jintużaw għat-trattament ta’ oġġetti jew materjal tal-alimentazzjoni permezz tal-kuntatt dirett, pereż. fi proċessi tat-tnixxif jew reatturi kimiċi; jew

—

unitajiet tal-kombustjoni li s-sħana radjanti u/jew konduttiva tagħhom tiġi ttrasferita f’oġġetti jew materjal tal-alimentazzjoni minn ġo ħajt solidu mingħajr ma jintuża fluwidu intermedjarju għat-trasferiment tas-sħana, eż. fran jew reatturi li jsaħħnu fluss ta’ proċess użati fl-industrija (petro)kimika.

Bħala konsegwenza tal-applikazzjoni ta’ prattiki tajbin ta’ rkupru tal-enerġija, xi wħud mill-fran/ħiters tal-proċess jista’ jkollhom sistema assoċjata għall-ġenerazzjoni tal-fwar/elettriku. Din titqies bħala karatteristika integrali tad-disinn tal-forn/ħiter tal-proċess li ma tistax tiġi kkunsidrata waħedha.

Effluwent gassuż tal-proċess

Il-gass li joħroġ minn proċess li mbagħad jiġi ttrattat għall-irkupru u/jew għat-tnaqqis.

Solvent

Solvent organiku kif iddefinit fl-Artikolu 3(46) tad-Direttiva 2010/75/UE.

Konsum tas-solvent

Konsum tas-solvent kif iddefinit fl-Artikolu 57(9) tad-Direttiva 2010/75/UE.

Input tas-solvent

Il-kwantità totali ta’ solventi organiċi użati kif iddefinita fil-Parti 7 tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE.

Bilanċ tal-massa tas-solvent

Eżerċizzju ta’ bilanċ tal-massa mwettaq tal-anqas darba fis-sena skont il-Parti 7 tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE.

Trattament termali

It-trattament ta’ gassijiet ta’ skart bl-użu ta’ ossidazzjoni termali jew katalitika.

Emissjonijiet totali

Is-somma tal-emissjonijiet inkanalati u diffużi.

Medja valida ta’ kull siegħa (jew ta’ kull nofs siegħa)

Medja ta’ kull siegħa (jew ta’ kull nofs siegħa) titqies bħala valida meta ma ssir l-ebda manutenzjoni tas-sistema ta’ kejl awtomatizzata jew meta ma jkun hemm l-ebda ħsara fiha.


Sustanzi/Parametri

Terminu użat

Definizzjoni

Cl2

Kloru elementali.

CO

Monossidu tal-karbonju.

CS2

Disulfid tal-karbonju.

Trab

Materja partikolata totali (fl-arja). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it-trab jinkludi PM2,5 u PM10.

EDC

Diklorur tal-etilen (1,2-Dikloroetan).

HCl

Klorur tal-idroġenu.

HCN

Ċjanur tal-idroġenu.

HF

Fluworur tal-idroġenu.

H2S

Sulfur tal-idroġenu.

NH3

Ammonijaka.

Ni

Nikil.

N2O

Ossidu tad-dinitroġenu (magħruf ukoll bħala ossidu nitruż).

NOX

Is-somma ta’ monossidu tan-nitroġenu (NO) u diossidu tan-nitroġenu (NO2), espressa bħala NO2.

Pb

Ċomb.

PCDD/F

Dibenżo-p-diossini u furani poliklorurati.

PM2,5

Materja partikolata li tgħaddi minn bokka selettiva skont id-daqs b’punt ta’ limitu tal-effiċjenza ta’ 50 % f’dijametru ajrudinamiku ta’ 2,5 μm kif iddefinit fid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

PM10

Materja partikolata li tgħaddi minn bokka selettiva skont id-daqs b’punt ta’ limitu tal-effiċjenza ta’ 50 % f’dijametru ajrudinamiku ta’ 10 μm kif iddefinit fid-Direttiva 2008/50/KE.

SO2

Diossidu tal-kubrit.

SOX

Is-somma tad-diossidu tal-kubrit (SO2), triossidu tal-kubrit (SO3) u aerosols tal-aċidu sulfuriku, espressa bħala SO2.

TVOC

Karbonju organiku volatili totali, espress bħala C.

VCM

Monomeru tal-klorur tal-vinil.

KOV

Kompost organiku volatili kif iddefinit fl-Artikolu 3(45) tad-Direttiva 2010/75/UE.

AKRONIMI

Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, japplikaw l-akronimi li ġejjin:

Akronimu

Definizzjoni

CLP

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar, u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet.

CMR

Karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni.

CMR 1 A

Sustanza CMR tal-kategorija 1 A kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat, jiġifieri li jkollha d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H340, H350, H360.

CMR 1B

Sustanza CMR tal-kategorija 1B kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat, jiġifieri li jkollha d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H340, H350, H360.

CMR 2

Sustanza CMR tal-kategorija 2 kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat, jiġifieri li jkollha d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H341, H351, H361.

DIAL

LIDAR b’assorbiment differenzjali.

EMS

Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali.

EPS

Polistiren li jespandi.

E-PVC

PVC prodott permezz ta’ polimerizzazzjoni ta’ emulsjoni.

EVA

Aċetat tal-etilen-vinil.

GPPS

Polistiren għal użu ġenerali.

HDPE

Polietilen ta’ densità għolja.

HEAF

Filtru tal-arja effiċjenti ħafna.

HEPA

Arja partikolata effiċjenti ħafna.

HIPS

Polistiren b’impatt qawwi.

IED

Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali.

I-TEQ

Ekwivalenti tossiku internazzjonali – derivat bl-użu tal-fatturi ta’ ekwivalenza fil-Parti 2 tal-Anness VI tad-Direttiva 2010/75/UE.

LDAR

Detezzjoni u tiswija tat-tixrid.

LDPE

Polietilen ta’ densità baxxa.

LIDAR

Detezzjoni u kejl tad-distanza permezz tad-dawl.

LLDPE

Polietilen lineari ta’ densità baxxa.

OGI

Teknika ta’ immaġnijiet ottiċi tal-gass.

OTNOC

Kundizzjonijiet operattivi għajr dawk normali.

PP

Polipropilen.

PVC

Klorur tal-polivinil.

REACH

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi.

RKS

Riduzzjoni katalitika selettiva.

RMKS

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva.

SOF

Fluss tal-okkultazzjoni solari.

S-PVC

PVC prodott bil-polimerizzazzjoni tas-sospensjoni.

ULPA

Arja b’penetrazzjoni baxxa ħafna.

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

L-Aqwa Tekniki Disponibbli

It-tekniki elenkati u deskritti f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT la huma preskrittivi u lanqas ma huma eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw tal-anqas livell ekwivalenti ta’ ħarsien tal-ambjent.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet dwar il-BAT huma ġeneralment applikabbli.

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) u l-livelli indikattivi ta’ emissjonijiet għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja

Il-BAT-AELs u l-livelli indikattivi ta’ emissjonijiet għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jirreferu għal valuri ta’ konċentrazzjoni, espressi bħala massa ta’ sustanza emessa skont il-volum tal-gass ta’ skart f’kundizzjonijiet standard (gass niexef f’temperatura ta’ 273,15 K u bi pressjoni ta’ 101,3 kPa) u espressi fl-unità mg/Nm3, μg/Nm3 jew ng I-TEQ/Nm3.

Il-livelli ta’ referenza tal-ossiġenu użati sabiex jiġu espressi l-BAT-AELs u l-livelli indikattivi ta’ emissjonijiet f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt.

Sors tal-emissjonijiet

Livell ta’ referenza tal-ossiġenu (OR)

Forn/ħiter tal-proċess li juża tisħin indirett

3 f’% skont il-volum niexef

Is-sorsi l-oħrajn kollha

L-ebda korrezzjoni għal-livell tal-ossiġenu

Għall-każijiet li fihom jingħata livell ta’ referenza tal-ossiġenu, l-ekwazzjoni għall-kalkolu tal-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta’ referenza tal-ossiġenu hija:

Formula

fejn:

ER

:

il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta’ referenza tal-ossiġenu OR;

OR

:

il-livell ta’ referenza tal-ossiġenu f’% skont il-volum;

EM

:

il-konċentrazzjoni mkejla tal-emissjonijiet;

OM

:

il-livell tal-ossiġenu mkejjel f’% skont il-volum.

L-ekwazzjoni ta’ hawn fuq ma tapplikax jekk il-forn/fran/ħiter(s) tal-proċess juża(w) arja arrikkita bl-ossiġenu jew ossiġenu pur jew meta żieda addizzjonali tal-arja għal raġunijiet ta’ sikurezza tgħolli l-livell ta’ ossiġenu fil-gass ta’ skart viċin ħafna għal 21 f’% skont il-volum. F’dan il-każ, il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta’ ossiġenu ta’ referenza ta’ 3 f’% skont il-volum niexef tiġi kkalkolata b’mod differenti.

Għall-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja tal-BAT-AELs u l-livelli indikattivi ta’ emissjonijiet għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.

Tip ta’ kejl

Il-perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Definizzjoni

Kontinwa

Medja ta’ kuljum

Medja fuq perjodu ta’ jum wieħed abbażi ta’ medji validi ta’ kull siegħa jew ta’ kull nofs siegħa.

Perjodiku

Medja matul il-perjodu ta’ kampjunar

Valur medju ta’ tliet kampjuni/kejliet konsekuttivi ta’ mill-anqas 30 minuta kull wieħed  (5).

Għall-fini tal-kalkolu tal-flussi tal-massa fir-rigward tal-BAT 11 (Tabella 1.1), il-BAT 14 (Tabella 1.3), il-BAT 18 (Tabella 1.6), il-BAT 29 (Tabella 1.9) u l-BAT 36 (Tabella 1.15), meta l-gassijiet ta’ skart b’karatteristiċi simili, eż. li jkun fihom l-istess (tip ta’) sustanzi/parametri, u li jiġu skarikati minn żewġ ċmieni separati jew aktar jistgħu, skont il-ġudizzju tal-awtorità kompetenti, jiġu skarikati minn ċumnija komuni, dawn iċ-ċmieni għandhom jitqiesu bħala ċumnija waħda.

BAT-AELs għall-emissjonijiet diffużi ta’ KOV fl-arja

Għall-emissjonijiet diffużi ta’ KOV mill-użu ta’ solventi jew mill-użu mill-ġdid ta’ solventi rkuprati, il-BAT-AELs f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jingħataw bħala perċentwal tal-input tas-solvent, ikkalkolat fuq bażi annwali skont il-Parti 7 tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE.

BAT-AELs għall-emissjonijiet totali fl-arja għall-produzzjoni ta’ polimeri jew ta’ gomom sintetiċi

Il-produzzjoni ta’ poljolefini jew ta’ gomom sintetiċi

Għall-emissjonijiet totali fl-arja tal-KOV mill-produzzjoni tal-poljolefini jew tal-gomom sintetiċi, il-BAT-AELs f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jingħataw bħala tagħbijiet ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkolati fuq bażi annwali billi l-emissjonijiet totali tal-KOV jiġu diviżi b’rata ta’ produzzjoni dipendenti fuq is-settur, espressa fl-unità g C/kg ta’ prodott.

Il-produzzjoni tal-PVC

Għall-emissjonijiet totali fl-arja tal-VCM mill-produzzjoni tal-PVC, il-BAT-AELs f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jingħataw bħala tagħbijiet ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkolati fuq bażi annwali billi l-emissjonijiet totali tal-VCM jiġu diviżi b’rata ta’ produzzjoni dipendenti mis-settur, espressa fl-unità g/kg ta’ prodott.

Għall-fini tal-kalkolu ta’ tagħbijiet ta’ emissjonijiet speċifiċi, l-emissjonijiet totali jinkludu l-konċentrazzjoni tal-VCM fil-PVC.

Il-produzzjoni tal-viskuż

Għall-produzzjoni tal-viskuż, il-BAT-AEL f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jingħata bħala tagħbija ta’ emissjonijiet speċifika kkalkolata fuq bażi annwali billi l-emissjonijiet totali ta’ S jiġu diviżi bir-rata tal-produzzjoni tal-fibri staple jew tal-kisi, espressa fl-unità g S/kg ta’ prodott.

1.1.    Konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT

1.1.1.   Sistemi ta’ ġestjoni ambjentali

BAT 1.   Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

i.

l-impenn, it-tmexxija u r-responsabbiltà tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri, għall-implimentazzjoni ta’ EMS effettiva;

ii.

analiżi li tinkludi d-determinazzjoni tal-kuntest tal-organizzazzjoni, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati, l-identifikazzjoni tal-karatteristiċi tal-installazzjoni li huma assoċjati mar-riskji possibbli għall-ambjent (jew għas-saħħa tal-bniedem) kif ukoll tar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent;

iii.

l-iżvilupp ta’ politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni;

iv.

l-istabbiliment ta’ objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni b’rabta ma’ aspetti ambjentali sinifikanti, inkluża s-salvagwardja tal-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli;

v.

l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proċeduri u tal-azzjonijiet meħtieġa (inklużi azzjonijiet korrettivi u preventivi, fejn ikunu meħtieġa), sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u jiġu evitati r-riskji ambjentali;

vi.

id-determinazzjoni tal-istrutturi, tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet b’rabta mal-aspetti u l-objettivi ambjentali u l-provvista tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa;

vii.

l-iżgurar tal-kompetenza u tas-sensibilizzazzjoni meħtieġa tal-membri tal-persunal li l-ħidma tagħhom tista’ taffettwa l-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni (eż. billi jiġu pprovduti informazzjoni u taħriġ);

viii.

il-komunikazzjoni interna u esterna;

ix.

it-trawwim tal-involviment tal-impjegati fi prattiki tajbin tal-ġestjoni ambjentali;

x.

l-istabbiliment u ż-żamma ta’ manwal tal-ġestjoni u ta’ proċeduri bil-miktub sabiex jiġu kkontrollati l-attivitajiet b’impatt ambjentali sinifikanti, kif ukoll ir-rekords rilevanti;

xi.

l-ippjanar operazzjonali effettiv u l-kontroll tal-proċessi;

xii.

l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ manutenzjoni xierqa;

xiii.

it-tħejjija f’każ ta’ emerġenza u l-protokolli ta’ rispons, inkluża l-prevenzjoni u/jew il-mitigazzjoni tal-impatti (ambjentali) avversi tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

xiv.

meta titfassal (mill-ġdid) installazzjoni (ġdida) jew parti minnha, il-kunsiderazzjoni tal-impatti ambjentali tagħha tul ħajjitha, inklużi l-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-operazzjoni u d-dekummissjonar;

xv.

l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ monitoraġġ u kejl; jekk tkun meħtieġa, l-informazzjoni tista’ tinstab fir-Rapport ta’ Referenza dwar il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma minn Installazzjonijiet Fissi;

xvi.

l-applikazzjoni ta’ parametraġġ referenzjarju settorjali fuq bażi regolari;

xvii.

l-awditjar intern indipendenti perjodiku (sa fejn ikun prattikabbli) u l-awditjar estern indipendenti perjodiku sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ambjentali u sabiex jiġi ddeterminat jekk l-EMS hijiex konformi jew le mal-arranġamenti ppjanati u jekk ġietx implimentata u miżmuma kif suppost;

xviii.

l-evalwazzjoni tal-kawżi tan-nuqqasijiet ta’ konformità, l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi bħala rispons għan-nuqqas ta’ konformità, ir-rieżami tal-effettività tal-azzjonijiet korrettivi, u d-determinazzjoni ta’ jekk jeżistux jew jekk jistgħux iseħħu nuqqasijiet ta’ konformità simili;

xix.

ir-rieżami perjodiku, mill-maniġment superjuri, tal-EMS u l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwi tagħha;

xx.

is-segwitu u l-kunsiderazzjoni tal-iżvilupp ta’ tekniki aktar nodfa.

Speċifikament għas-settur kimiku, il-BAT hija wkoll li jiġu inkorporati l-karatteristiċi li ġejjin fl-EMS:

xxi.

inventarju tal-emissjonijiet inkanalati u diffużi fl-arja (ara l-BAT 2);

xxii.

pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC għall-emissjonijiet fl-arja (ara l-BAT 3);

xxiii.

strateġija integrata għall-ġestjoni u għat-trattament tal-gass ta’ skart għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja (ara l-BAT 4);

xxiv.

sistema ta’ ġestjoni għall-emissjonijiet diffużi ta’ KOV fl-arja (ara l-BAT 19);

xxv.

sistema ta’ ġestjoni tas-sustanzi kimiċi li tinkludi inventarju tas-sustanzi perikolużi u s-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna li jintużaw fil-proċess(i); il-potenzjal għas-sostituzzjoni tas-sustanzi li huma elenkati f’dan l-inventarju, b’enfasi fuq dawk is-sustanzi għajr il-materja prima, jiġi analizzat perjodikament (eż. kull sena) sabiex jiġu identifikati alternattivi ġodda disponibbli u aktar sikuri possibbli, mingħajr impatti ambjentali jew b’anqas impatti ambjentali.

Nota

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistabbilixxi l-iskema tal-Unjoni Ewropea ta’ mmaniġġar u awditjar ekoloġiċi (EMAS), li hija eżempju ta’ EMS konsistenti ma’ din il-BAT.

Applikabbiltà

Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-EMS ġeneralment ikunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa ta’ impatti ambjentali li din jista’ jkollha.

BAT 2.   Sabiex jiġi ffaċilitat it-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja, il-BAT hija li jiġi stabbilit, jinżamm u jiġi rieżaminat regolarment (inkluż meta sseħħ bidla sinifikanti) inventarju tas-sustanzi inkanalati u diffużi fl-arja, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1), li jinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

i.

informazzjoni, komprensiva kemm jista’ jkun raġonevolment possibbli, dwar il-proċess(i) tal-produzzjoni kimika, inklużi:

a.

l-ekwazzjonijiet tar-reazzjoni kimika, li juru wkoll il-prodotti sekondarji;

b.

l-iskedi simplifikati tal-fluss tal-proċessi li juru l-oriġini tal-emissjonijiet;

ii.

informazzjoni, komprensiva kemm jista’ jkun raġonevolment possibbli, dwar l-emissjonijiet inkanalati fl-arja, bħal:

a.

il-punt(i) ta’ emissjoni;

b.

il-valuri medji u l-varjabbiltà tal-fluss u tat-temperatura;

c.

il-konċentrazzjoni medja u l-valuri tal-fluss tal-massa tas-sustanzi/tal-parametri rilevanti u l-varjabbiltà tagħhom (eż. TVOC, CO, NOX, SOX, Cl2, HCl);

d.

il-preżenza ta’ sustanzi oħrajn li jistgħu jaffettwaw is-sistema/sistemi tat-trattament tal-gass ta’ skart jew is-sikurezza tal-impjant (eż. l-ossiġenu, in-nitroġenu, il-fwar tal-ilma, it-trab);

e.

it-tekniki użati għall-prevenzjoni u/jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet inkanalati fl-arja;

f.

il-fjammabbiltà, il-limiti inferjuri u superjuri tal-isplussività, ir-reattività;

g.

il-metodi ta’ monitoraġġ (ara l-BAT 8);

h.

il-preżenza ta’ sustanzi kklassifikati bħala CMR 1 A, CMR 1B jew CMR 2; il-preżenza ta’ sustanzi bħal dawn tista’ pereżempju tiġi vvalutata skont il-kriterji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ (CLP).

iii.

informazzjoni, komprensiva kemm jista’ jkun raġonevolment possibbli, dwar l-emissjonijiet diffużi fl-arja, bħal:

a.

l-identifikazzjoni tal-emittent(i);

b.

il-karatteristiċi ta’ kull emittent (eż. li jaħarbu jew li ma jaħarbux); dawk statiċi jew li jiċċaqilqu; l-aċċessibbiltà tal-emittent; inkluż fi programm LDAR jew le);

c.

il-karatteristiċi tal-gass jew tal-likwidu f’kuntatt mal-emittent(i), inklużi:

1.

l-istat fiżiku;

2.

il-pressjoni tal-fwar tas-sustanza/sustanzi fil-likwidu, il-pressjoni tal-gass;

3.

it-temperatura;

4.

il-kompożizzjoni (skont il-piż għal-likwidi jew skont il-volum għall-gassijiet);

5.

il-proprjetajiet perikolużi tas-sustanza/sustanzi jew tat-taħlitiet, inklużi sustanzi jew taħlitiet ikklassifikati bħala CMR 1 A, CMR 1B jew CMR 2;

d.

it-tekniki użati għall-prevenzjoni u/jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet diffużi fl-arja;

e.

il-monitoraġġ (ara l-BAT 20, il-BAT 21 u l-BAT 22).

Nota għall-emissjonijiet diffużi

L-informazzjoni dwar l-emissjonijiet diffużi fl-arja hija partikolarment rilevanti għal attivitajiet li jużaw ammonti kbar ta’ sustanzi jew taħlitiet organiċi (eż. il-produzzjoni ta’ farmaċewtiċi, il-produzzjoni ta’ volumi kbar ta’ sustanzi kimiċi organiċi jew ta’ polimeri).

L-informazzjoni dwar l-emissjonijiet li jaħarbu tkopri l-emittenti kollha f’kuntatt ma’ sustanzi organiċi bi pressjoni tal-fwar akbar minn 0,3 kPa f’ 293,15 K.

Is-sorsi tal-emissjonijiet li jaħarbu konnessi ma’ pajpijiet li d-dijametru tagħhom huwa żgħir (eż. iżgħar minn 12,7 mm, jiġifieri 0,5 pulzier) jistgħu jiġu esklużi mill-inventarju.

It-tagħmir imħaddem taħt pressjoni subatmosferika jista’ jiġi eskluż mill-inventarju.

Applikabbiltà

Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-inventarju ġeneralment ikunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa ta’ impatti ambjentali li din jista’ jkollha.

1.1.2.   Kundizzjonijiet operattivi għajr dawk normali (OTNOC)

BAT 3.   Sabiex titnaqqas il-frekwenza tal-okkorrenza tal-OTNOC u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja matul l-OTNOC, il-BAT hija li jiġi stabbilit u implimentat pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC ibbażat fuq ir-riskju bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1) li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

i.

l-identifikazzjoni ta’ OTNOC potenzjali (eż. ħsara ta’ tagħmir kritiku għall-kontroll ta’ emissjonijiet inkanalati fl-arja, jew tagħmir kritiku għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti jew inċidenti li jistgħu jwasslu għal emissjonijiet fl-arja (“tagħmir kritiku”)), tal-kawżi ewlenin tagħhom u tal-konsegwenzi potenzjali tagħhom;

ii.

disinn xieraq ta’ tagħmir kritiku (eż. modularità u kompartimentalizzazzjoni tat-tagħmir, sistemi ta’ riżerva, tekniki biex tiġi evitata l-ħtieġa li jiġi evitat it-trattament tal-gass ta’ skart matul l-istartjar u t-tifi, tagħmir ta’ integrità għolja, eċċ.);

iii.

l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ manutenzjoni preventiv għal tagħmir kritiku (ara l-BAT 1 xii.);

iv.

il-monitoraġġ (jiġifieri l-istima jew, fejn dan ikun possibbli, il-kejl) u r-reġistrazzjoni tal-emissjonijiet u taċ-ċirkostanzi assoċjati matul l-OTNOC;

v.

il-valutazzjoni perjodika tal-emissjonijiet li jseħħu waqt l-OTNOC (eż. il-frekwenza tal-avvenimenti, id-durata, l-ammont ta’ sustanzi niġġiesa emessi kif irreġistrat fil-punt iv.) u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi, jekk ikunu meħtieġa;

vi.

ir-rieżami u l-aġġornament regolari tal-lista ta’ OTNOC identifikati skont il-punt i. wara l-valutazzjoni perjodika tal-punt v.;

vii.

l-ittestjar regolari ta’ sistemi ta’ riżerva.

1.1.3.   Emissjonijiet inkanalati fl-arja

1.1.3.1.   Tekniki ġenerali

BAT 4.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja, il-BAT hija li tintuża strateġija integrata għall-ġestjoni u għat-trattament tal-gass ta’ skart li tinkludi, f’ordni ta’ prijorità, tekniki integrati fil-proċess ta’ rkupru u tnaqqis.

Deskrizzjoni

L-istrateġija integrata għall-ġestjoni u għat-trattament tal-gass ta’ skart hija bbażata fuq l-inventarju fil-BAT 2. Din tqis fatturi bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-konsum jew l-użu mill-ġdid tal-enerġija, l-ilma u l-materjali assoċjati mal-użu tat-tekniki differenti.

BAT 5.   Sabiex jiġu ffaċilitati l-irkupru tal-materjali u t-tnaqqis tal-emissjonijiet inkanalati fl-arja, kif ukoll biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li l-flussi tal-gass ta’ skart b’karatteristiċi simili jiġu kkombinati, biex b’hekk jiġi mminimizzat l-għadd ta’ punti ta’ emissjoni.

Deskrizzjoni

It-trattament kombinat ta’ gassijiet ta’ skart b’karatteristiċi simili jiżgura trattament aktar effettiv u effiċjenti meta mqabbel mat-trattament separat ta’ flussi individwali ta’ gassijiet ta’ skart. Il-kombinament ta’ gassijiet ta’ skart isir b’kunsiderazzjoni ta’ fatturi tas-sikurezza (eż. l-evitar ta’ konċentrazzjonijiet qrib il-limitu inferjuri/superjuri tal-isplussività), tekniċi (eż. il-kompatibbiltà tal-flussi individwali tal-gass ta’ skart, il-konċentrazzjoni tas-sustanzi kkonċernati), ambjentali (eż. il-massimizzazzjoni tal-irkupru ta’ materjali jew it-tnaqqis ta’ sustanzi niġġiesa) tal-impjant, kif ukoll ta’ fatturi ekonomiċi (eż. id-distanza bejn unitajiet tal-produzzjoni differenti).

Tingħata attenzjoni li l-kombinament ta’ gassijiet ta’ skart ma jwassalx għad-dilwizzjoni tal-emissjonijiet.

BAT 6.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja, il-BAT hija li jiġi żgurat li s-sistemi tat-trattament tal-gass ta’ skart ikunu ddisinjati b’mod xieraq (eż. billi jitqiesu r-rata massima tal-fluss u l-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa), jitħaddmu fil-meded tad-disinn tagħhom, u jiġu miżmuma (permezz ta’ manutenzjoni preventiva, korrettiva, regolari u mhux ippjanata) sabiex jiġu żgurati l-aħjar disponibbiltà, effettività u effiċjenza tat-tagħmir.

1.1.3.2.   Monitoraġġ

BAT 7.   Il-BAT hija li l-parametri ewlenin tal-proċess (eż. il-fluss u t-temperatura tal-gass ta’ skart) tal-flussi tal-gass ta’ skart li jkunu qed jintbagħtu lejn it-trattament ta’ qabel u/jew finali jiġu mmonitorjati kontinwament.

BAT 8.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet inkanalati fl-arja jiġu mmonitorjati tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/Parametru  (7)

Proċess(i)/Sors(i)

Punti ta’ emissjoni

Standard(s)  (8)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma’

Ammonijaka (NH3)

Użu ta’ RKS/RMKS

Kwalunkwe ċumnija

EN 21877

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

BAT 17

Il-proċessi/is-sorsi l-oħrajn kollha

BAT 18

Benżen

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

1,3-Butadien

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Monossidu tal-karbonju (CO)

Trattament termali

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa tas-CO ta’ ≥ 2 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa

BAT 16

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa tas-CO ta’ < 2 kg/h

EN 15058

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

Fran/ħiters tal-proċess

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa tas-CO ta’ ≥ 2 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa  (12)

BAT 36

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa tas-CO ta’ < 2 kg/h

EN 15058

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

Il-proċessi/is-sorsi l-oħrajn kollha

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa tas-CO ta’ ≥ 2 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa

BAT 18

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa tas-CO ta’ < 2 kg/h

EN 15058

Darba fis-sena (9)  (13)

Klorometan

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Sustanzi CMR għajr sustanzi CMR koperti band’oħra f’din it-tabella (18)

Il-proċessi/is-sorsi l-oħrajn kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Diklorometan

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Trab

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa tat-trab ta’ ≥ 3 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (11),

EN 13284-1 u

EN 13284-2

Kontinwa  (14)

BAT 14

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa tat-trab ta’ < 3 kg/h

EN 13284-1

Darba fis-sena (9)  (13)

Kloru elementali (Cl2)

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba fis-sena (9)  (13)

BAT 18

Diklorur tal-etilen (EDC)

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Ossidu tal-etilen

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Formaldeid

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-istandard EN qiegħed jiġi żviluppat

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Kloruri gassużi

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

EN 1911

Darba fis-sena (9)  (13)

BAT 18

Fluworuri gassużi

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba fis-sena (9)  (13)

BAT 18

Ċjanur tal-idroġenu (HCN)

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba fis-sena (9)  (13)

BAT 18

Iċ-ċomb u l-komposti tiegħu

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

EN 14385

Darba kull sitt xhur (9)  (15)

BAT 14

In-nikil u l-komposti tiegħu

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

EN 14385

Darba kull sitt xhur (9)  (15)

BAT 14

Ossidu nitruż (N2O)

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

EN ISO 21258

Darba fis-sena (9)  (13)

–

Ossidi tan-nitroġenu(NOX)

Trattament termali

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ NOX ta’ ≥ 2,5 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa

BAT 16

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ NOX ta’ < 2,5 kg/h

EN 14792

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

Fran/ħiters tal-proċess

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ NOX ta’ ≥ 2,5 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa (12)

BAT 36

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ NOX ta’ < 2,5 kg/h

EN 14792

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

Il-proċessi/is-sorsi l-oħrajn kollha

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ NOX ta’ ≥ 2,5 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa

BAT 18

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ NOX ta’ < 2,5 kg/h

EN 14792

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

PCDD/F

Trattament termali

Kwalunkwe ċumnija

EN 1948-1, EN 1948-2, EN 1948-3

Darba kull sitt xhur (9)  (15)

BAT 12

PM2,5 u PM10

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

EN ISO 23210

Darba fis-sena (9)  (13)

BAT 14

Ossidu tal-propilen

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Diossidu tal-kubrit (SO2)

Trattament termali

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ SO2 ta’ ≥ 2,5 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa

BAT 16

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ SO2 ta’ < 2,5 kg/h

EN 14791

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

Fran/ħiters tal-proċess

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ SO2 ta’ ≥ 2,5 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa  (12)

BAT 18,

BAT 36

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ SO2 ta’ < 2,5 kg/h

EN 14791

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

Il-proċessi/is-sorsi l-oħrajn kollha

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ SO2 ta’ ≥ 2,5 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa

BAT 18

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ SO2 ta’ < 2,5 kg/h

EN 14791

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

Tetraklorometan

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Toluwen

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Triklorometan

Il-proċessi/is-sorsi kollha

Kwalunkwe ċumnija

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur (9)

BAT 11

Karbonju organiku volatili totali (TVOC)

Produzzjoni tal-poljolefini (16)

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ TVOC ta’ ≥ 2 kg C/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa

BAT 11, BAT 25

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ TVOC ta’ < 2 kg C/h

EN 12619

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

Produzzjoni ta’ gomom sintetiċi  (17)

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ TVOC ta’ ≥ 2 kg C/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa

BAT 11, BAT 32

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ TVOC ta’ < 2 kg C/h

EN 12619

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

Il-proċessi/is-sorsi l-oħrajn kollha

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ TVOC ta’ ≥ 2 kg C/h

Standards EN ġeneriċi  (11)

Kontinwa

BAT 11

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ TVOC ta’ < 2 kg C/h

EN 12619

Darba kull sitt xhur (9)  (10)

1.1.3.3.   Komposti organiċi

BAT 9.   Sabiex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi u sabiex jitnaqqas il-fluss tal-massa tal-komposti organiċi mibgħuta għat-trattament finali tal-gass ta’ skart, il-BAT hija li l-komposti organiċi jiġu rkuprati mill-effluwenti gassużi tal-proċess billi tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt, u li jerġgħu jintużaw.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Assorbiment (riġenerattiv)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

b.

Adsorbiment (riġenerattiv)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

c.

Kondensazzjoni

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Applikabbiltà

L-irkupru jista’ jkun ristrett meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva minħabba l-konċentrazzjoni baxxa tal-kompost(i) ikkonċernat(i) fl-effluwent(i) gassuż(i) tal-proċess. L-użu mill-ġdid jista’ jiġi ristrett minħabba speċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott.

BAT 10.   Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika u sabiex jitnaqqas il-fluss tal-massa tal-komposti organiċi mibgħuta għat-trattament finali tal-gass ta’ skart, il-BAT hija li l-effluwenti gassużi tal-proċess b’valur kalorifiku suffiċjenti jintbagħtu lejn unità tal-kombustjoni, li jekk ikun teknikament possibbli, tkun ikkombinata ma’ rkupru tas-sħana. Il-BAT 9 tingħata prijorità fuq il-bgħit ta’ effluwenti gassużi tal-proċess lejn unità tal-kombustjoni.

Deskrizzjoni

L-effluwenti gassużi tal-proċess b’valur kalorifiku għoli jiġu maħruqa bħala fjuwil f’unità tal-kombustjoni (magna tal-gass, bojler, ħiter jew forn tal-proċess) u s-sħana tiġi rkuprata bħala fwar jew għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, jew biex tiġi pprovduta s-sħana lill-proċess.

Għall-effluwenti gassużi tal-proċess b’konċentrazzjonijiet baxxi tal-KOV (eż. < 1 g/Nm3), l-istadji ta’ qabel il-konċentrazzjoni jistgħu jiġu applikati bl-użu ta’ adsorbiment (rotor jew sodda fissa, b’karbonju attivat jew żeoliti), sabiex jiżdied il-valur kalorifiku tal-effluwenti gassużi tal-proċess.

Il-filtri molekulari (“apparati għall-illixxar”), tipikament magħmula minn żeoliti, jistgħu jintużaw biex jiġu llivellati ’l isfel varjazzjonijiet għoljin (eż l-konċentrazzjonijiet massimi) tal-konċentrazzjonijiet tal-KOV fl-effluwenti gassużi tal-proċess.

Applikabbiltà

Il-bgħit tal-effluwenti gassużi tal-proċess għand unità tal-kombustjoni jista’ jkun ristrett minħabba l-preżenza ta’ kontaminanti jew minħabba kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza.

BAT 11.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ komposti organiċi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.

b.

Assorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.

c.

Ossidazzjoni katalitika

Ara t-Taqsima 1.4.1.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-preżenza ta’ veleni tal-katalista fil-gassijiet ta’ skart.

d.

Kondensazzjoni

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.

e.

Ossidazzjoni termali

Ara t-Taqsima 1.4.1.

L-applikabbiltà ta’ ossidazzjoni termali rekuperattiva u riġenerattiva għal impjanti eżistenti tista’ tiġi ristretta minn restrizzjonijiet ta’ disinn u/jew operazzjonali.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva minħabba l-konċentrazzjoni baxxa tal-kompost(i) ikkonċernat(i) fl-effluwenti gassużi tal-proċess.

f.

Bijoproċessi

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Applikabbli biss għat-trattament ta’ komposti bijodegradabbli.


Tabella 1.1

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ komposti organiċi

Sustanza/Parametru

BAT-AEL (mg/Nm3)

(Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar)  (19)

Karbonju organiku volatili totali (TVOC)

< 1 -20  (20)  (21)  (22)  (23)

Is-somma tal-KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B

< 1 -5  (24)

Is-somma tal-KOV ikklassifikati bħala CMR 2

< 1 -10  (25)

Benżen

< 0,5 -1  (26)

1,3-Butadien

< 0,5 -1  (26)

Diklorur tal-etilen

< 0,5 -1  (26)

Ossidu tal-etilen

< 0,5 -1  (26)

Ossidu tal-propilen

< 0,5 -1  (26)

Formaldeid

1 -5  (26)

Klorometan

< 0,5 -1  (27)  (28)

Diklorometan

< 0,5 -1  (27)  (28)

Tetraklorometan

< 0,5 -1  (27)  (28)

Toluwen

< 0,5 -1  (27)  (29)

Triklorometan

< 0,5 -1  (27)  (28)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8.

BAT 12.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ PCDD/F mit-trattament termali ta’ gassijiet ta’ skart li fihom il-kloru u/jew il-komposti klorurati, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki a. u b., u teknika waħda jew kombinament tat-tekniki c. sa e., mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

Tekniki speċifiċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ PCDD/F

a.

Ossidazzjoni katalitika jew termali ottimizzata

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.

b.

Tkessiħ rapidu tal-gass ta’ skart

Tkessiħ rapidu tal-gassijiet ta’ skart minn temperaturi ogħla minn 400 °C għal anqas minn 250 °C biex tiġi pprevenuta s-sinteżi de novo tal-PCDD/F.

Ġeneralment applikabbli.

c.

Adsorbiment bl-użu ta’ karbonju attivat

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.

d.

Assorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.

Tekniki oħrajn li ma jintużawx primarjament biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ PCDD/F

e.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Meta tintuża RKS għat-tnaqqis tal-NOX, il-wiċċ tal-katalist adegwat tas-sistema tar-RKS jipprevedi wkoll it-tnaqqis parzjali tal-emissjonijiet tal-PCDD/F.

L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tiġi ristretta minħabba raġunijiet ta’ disponibbiltà ta’ spazju u/jew mill-preżenza ta’ veleni tal-katalizzatur fil-gassijiet ta’ skart.


Tabella 1.2

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ PCDD/F mit-trattament termali ta’ gassijiet ta’ skart li fihom il-kloru u/jew il-komposti klorurati

Sustanza/Parametru

BAT-AEL (ng I-TEQ/Nm 3)

(Medja matul il-perjodu ta’ kampjunar)

PCDD/F

< 0,01 -0,05

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8.

1.1.3.4.   Trab (inklużi PM10 u PM2,5) u metalli marbuta mal-partikoli

BAT 13.   Sabiex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi u sabiex jitnaqqas il-fluss tal-massa ta’ trab u metalli marbuta mal-partikoli mibgħuta għat-trattament finali tal-gass ta’ skart, il-BAT hija li jiġu rkuprati materjali minn effluwenti gassużi tal-proċess billi tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt u jerġgħu jintużaw.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Ċiklun

Ara t-Taqsima 1.4.1.

b.

Filtru tad-drapp

Ara t-Taqsima 1.4.1.

c.

Assorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Applikabbiltà

L-irkupru jista’ jkun ristrett meta d-domanda għall-enerġija għall-purifikazzjoni tat-trab jew għad-dekontaminazzjoni tkun eċċessiva. L-użu mill-ġdid jista’ jiġi ristrett minħabba speċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott.

BAT 14.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ trab u metalli marbuta mal-partikoli, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Filtru assolut

Ara t-Taqsima 1.4.1.

L-applikabbiltà tista’ tkun limitata fil-każ ta’ trab li jeħel jew meta t-temperatura tal-gassijiet ta’ skart tkun taħt il-punt tan-nida.

b.

Assorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.

c.

Filtru tad-drapp

Ara t-Taqsima 1.4.1.

L-applikabbiltà tista’ tkun limitata fil-każ ta’ trab li jeħel jew meta t-temperatura tal-gassijiet ta’ skart tkun taħt il-punt tan-nida.

d.

Filtru tal-arja effiċjenti ħafna

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.

e.

Ċiklun

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.

f.

Preċipitatur elettrostatiku

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.


Tabella 1.3

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja tat-trab, taċ-ċomb u tan-nikil

Sustanza/Parametru

BAT-AEL (mg/Nm3)

(Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar)

Trab

< 1 -5  (30)  (31)  (32)  (33)

Ċomb u l-komposti tiegħu, espressi bħala Pb

< 0,01 -0,1  (34)

Nikil u l-komposti tiegħu, espressi bħala Ni

< 0,02 -0,1  (35)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8.

1.1.3.5.   Komposti inorganiċi

BAT 15.   Sabiex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi u sabiex jitnaqqas il-fluss tal-massa ta’ komposti inorganiċi mibgħuta għat-trattament finali tal-gass ta’ skart, il-BAT hija li jiġu rkuprati l-komposti inorganiċi mill-effluwenti gassużi tal-proċess billi jintuża l-assorbiment u jerġgħu jintużaw.

Deskrizzjoni

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Applikabbiltà

L-irkupru jista’ jkun ristrett meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva minħabba l-konċentrazzjoni baxxa tal-kompost(i) ikkonċernat(i) fl-effluwent(i) gassuż(i) tal-proċess. L-użu mill-ġdid jista’ jiġi ristrett minħabba speċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott.

BAT 16.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ CO, NOX u SOX mit-trattament termali, il-BAT hija li tintuża t-teknika c. u teknika waħda jew kombinament tat-tekniki l-oħrajn mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Komposti inorganiċi ewlenin fil-mira

Applikabbiltà

a.

L-għażla tal-fjuwil

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NOX, SOX

Ġeneralment applikabbli.

b.

Berner b’livell baxx ta’ NOX

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NOX

L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tad-disinn u/jew operazzjonali.

c.

Ottimizzazzjoni tal-ossidazzjoni katalitika jew termali

Ara t-Taqsima 1.4.1.

CO, NOX

Ġeneralment applikabbli.

d.

It-tneħħija ta’ livelli għoljin ta’ prekursuri tal-NOX

It-tneħħija (jekk possibbli, għall-użu mill-ġdid) ta’ livelli għoljin ta’ prekursuri tal-NOX qabel l-ossidazzjoni termali jew katalitika, eż. permezz ta’ assorbiment, adsorbiment jew kondensazzjoni.

NOX

Ġeneralment applikabbli.

e.

Assorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

SOX

Ġeneralment applikabbli.

f.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NOX

L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minħabba raġunijiet ta’ disponibbiltà ta’ spazju.

g.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NOX

L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta mill-ħin ta’ residenza meħtieġ għar-reazzjoni.


Tabella 1.4

Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ NOX u l-livell indikattiv ta’ emissjonijiet għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ CO mit-trattament termali

Sustanza/Parametru

BAT-AEL (mg/Nm3)

(Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar)

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-ossidazzjoni katalitika

5 -30  (36)

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) mill-ossidazzjoni termali

5 -130  (37)

Monossidu tal-karbonju (CO)

L-ebda BAT-AEL  (38)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8.

Il-BAT-AEL għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ SO2 huwa mogħti fit-Tabella 1.6.

BAT 17.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ ammonijaka mill-użu tar-riduzzjoni katalitika selettiva (RKS) jew ir-riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS) għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-NOX (slip tal-ammonijaka), il-BAT hija li jiġi ottimizzat id-disinn u/jew l-operazzjoni tar-RKS jew tar-RMKS (eż. reaġent ottimizzat għall-proporzjon tal-NOX, distribuzzjoni omoġenja tar-reaġent u daqs ottimali tat-taqtir tar-reaġent).

Tabella 1.5

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja tal-ammonijaka mill-użu ta’ RKS jew RMKS (slip tal-ammonijaka)

Sustanza/Parametru

BAT-AEL (mg/Nm3)

(Medja matul il-perjodu ta’ kampjunar)

Ammonijaka (NH3) minn RKS/RMKS

< 0,5 -8  (39)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8.

BAT 18.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ komposti inorganiċi għajr l-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ ammonijaka mill-użu ta’ riduzzjoni katalitika selettiva (RKS) jew ta’ riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS) għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-NOX), l-emissjonijiet li jiġu inkanalati fl-arja tas-CO, tal-NOX u tal-SOX mill-użu tat-trattament termali, u mill-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ NOX mill-fran/ħiters tal-proċess, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Komposti inorganiċi ewlenin fil-mira

Applikabbiltà

Tekniki speċifiċi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta’ komposti inorganiċi

a.

Assorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Cl2, HCl, HCN, HF, NH3, NOX, SOX

Ġeneralment applikabbli.

b.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Għat-tneħħija ta’ sustanzi inorganiċi, it-teknika spiss tintuża flimkien ma’ teknika ta’ tnaqqis tat-trab (ara l-BAT 14).

HCl, HF, NH3, SOX

Ġeneralment applikabbli.

c.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NOX

L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minħabba raġunijiet ta’ disponibbiltà ta’ spazju.

d.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NOX

L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta mill-ħin ta’ residenza meħtieġ għar-reazzjoni.

Tekniki oħrajn li ma jintużawx primarjament biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta’ komposti inorganiċi

e.

Ossidazzjoni katalitika

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NH3

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-preżenza ta’ veleni tal-katalista fil-gassijiet ta’ skart.

f.

Ossidazzjoni termali

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NH3, HCN

L-applikabbiltà ta’ ossidazzjoni termali rekuperattiva u riġenerattiva għal impjanti eżistenti tista’ tiġi ristretta minn restrizzjonijiet ta’ disinn u/jew operazzjonali. L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva minħabba l-konċentrazzjoni baxxa tal-kompost(i) ikkonċernat(i) fl-effluwenti gassużi tal-proċess.


Tabella 1.6

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ komposti inorganiċi

Sustanza/Parametru

BAT-AEL (mg/Nm3)

(Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar)

Ammonijaka (NH3)

2 -10  (40)  (41)  (42)

Kloru elementali (Cl2)

< 0,5 -2  (43)  (44)

Fluworuri gassużi, espressi bħala HF

≤ 1  (43)

Ċjanur tal-idroġenu (HCN)

< 0,1 -1  (43)

Kloruri gassużi, espressi bħala HCl

1 -10  (45)

Ossidi tan-nitroġenu (NOX)

10 -150  (46)  (47)  (48)  (49)

Ossidi tal-kubrit (SO2)

< 3 -150  (48)  (50)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8.

1.1.4.   Emissjonijiet diffużi ta’ KOV fl-arja

1.1.4.1.   Sistema ta’ ġestjoni għall-emissjonijiet diffużi ta’ KOV

BAT 19.   Sabiex jiġu pprevenuti jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi ta’ KOV fl-arja, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata sistema ta’ ġestjoni għall-emissjonijiet diffużi ta’ KOV, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1), li tinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

i.

Stima tal-kwantità annwali tal-emissjonijiet diffużi ta’ KOV (ara l-BAT 20).

ii.

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diffużi ta’ KOV mill-użu ta’ solventi billi jiġi kkompilat bilanċ tal-massa tas-solvent, jekk applikabbli (ara l-BAT 21).

iii.

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ detezzjoni u tiswija tat-tixrid (LDAR) għall-emissjonijiet li jaħarbu ta’ KOV. Il-programm LDAR tipikament idum minn sena sa ħames snin skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-impjant (ħames snin jistgħu jikkorrispondu għal impjanti kbar b’għadd kbir ta’ emittenti).

Il-programm LDAR jinkludi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

L-elenkar tat-tagħmir identifikat bħala emittenti ta’ KOV li jaħarbu rilevanti fl-inventarju tal-emissjonijiet diffużi ta’ KOV (ara l-BAT 2).

b.

Id-definizzjoni tal-kriterji assoċjati ma’ dawn li ġejjin:

—

Tagħmir b’tixrid. Il-kriterji tipiċi jistgħu jkunu limitu ta’ tixrid, li jekk jinqabeż, it-tagħmir jitqies bħala affettwat minn tixrid, u/jew il-viżwalizzazzjoni ta’ tixrid b’kameras OGI. Dan jiddependi mill-karatteristiċi tal-emittent (eż. l-aċċessibbiltà) u l-proprjetajiet perikolużi tas-sustanza/sustanzi emessa/emessi.

—

L-azzjonijiet ta’ manutenzjoni u/jew ta’ tiswija li għandhom jitwettqu. Kriterju tipiku jista’ jkun limitu ta’ konċentrazzjoni tal-KOV li jwassal għall-azzjoni ta’ manutenzjoni jew ta’ tiswija (limitu ta’ manutenzjoni/tiswija). Il-limitu ta’ manutenzjoni/tiswija ġeneralment ikun daqs jew ogħla mil-limitu ta’ tixrid. Dan jiddependi mill-karatteristiċi tal-emittent (eż. l-aċċessibbiltà) u l-proprjetajiet perikolużi tas-sustanza/sustanzi emessa/emessi. Għall-ewwel programm LDAR, ġeneralment ma jkunx ogħla minn 5 000 ppmv għall-KOV għajr il-KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B, u 1 000 ppmv għall-KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B. Għall-programmi LDAR sussegwenti, il-limitu ta’ manutenzjoni/tiswija jitnaqqas (ara l-punt vi. a.) u ma jkunx ogħla minn 1 000 ppmv għall-KOV għajr il-KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B, u 500 ppmv għall-KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B, immirati għal 100 ppmv.

c.

Il-kejl tal-emissjonijiet li jaħarbu ta’ KOV mit-tagħmir elenkat fil-punt iii. a. (ara l-BAT 22).

d.

It-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ manutenzjoni u/jew ta’ tiswija (ara l-BAT 23, it-tekniki e. u f.), kemm jista’ jkun malajr u fejn meħtieġ skont il-kriterji ddefiniti fil-punt iii. b. L-azzjonijiet ta’ manutenzjoni u tiswija jingħataw prijorità skont il-proprjetajiet perikolużi tas-sustanza/sustanzi emessa/emessi, is-sinifikanza tal-emissjonijiet u/jew tar-restrizzjonijiet operazzjonali. L-effettività tal-azzjonijiet ta’ manutenzjoni u/jew tiswija tiġi vverifikata skont il-punt iii. c., filwaqt li jitħalla biżżejjed żmien wara l-intervent (eż. xahrejn).

e.

Il-mili tal-bażi tad-data msemmija fil-punt v.

iv.

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ detezzjoni u tnaqqis għall-emissjonijiet li ma jaħarbux ta’ KOV jinkludi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

L-elenkar tat-tagħmir identifikat bħala emittenti ta’ KOV li ma jaħarbux rilevanti fl-inventarju tal-emissjonijiet diffużi ta’ KOV (ara l-BAT 2).

b.

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet li ma jaħarbux ta’ KOV mit-tagħmir elenkat fil-punt iv. a. (ara l-BAT 22).

c.

It-tekniki ta’ ppjanar u ta’ implimentazzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet li ma jaħarbux ta’ KOV (ara l-BAT 23, it-tekniki a., c. u g. sa j.). L-ippjanar u l-implimentazzjoni tat-tekniki jingħataw prijorità skont il-proprjetajiet perikolużi tas-sustanza/sustanzi emessa/emessi, is-sinifikanza tal-emissjonijiet u/jew tar-restrizzjonijiet operazzjonali.

d.

Il-mili tal-bażi tad-data msemmija fil-punt v.

v.

L-istabbiliment u ż-żamma ta’ bażi tad-data, għal emittenti ta’ KOV diffużi li huma identifikati fl-inventarju msemmi fil-BAT 2, għaż-żamma tar-rekord ta’:

a.

speċifikazzjonijiet tad-disinn tat-tagħmir (inklużi d-data u d-deskrizzjoni ta’ kwalunkwe bidla fid-disinn);

b.

il-manutenzjoni, it-tiswija, l-aġġornament, jew l-azzjonijiet ta’ sostituzzjoni tat-tagħmir, imwettqa jew ippjanati, u d-data tal-implimentazzjoni tagħhom;

c.

it-tagħmir li ma setgħetx issirlu manutenzjoni, jew ma setax jiġi msewwi, aġġornat jew sostitwit minħabba restrizzjonijiet operazzjonali;

d.

ir-riżultati tal-kejl jew tal-monitoraġġ, inklużi l-konċentrazzjoni(jiet) tas-sustanza/sustanzi emessa/emessi, ir-rata kkalkolata ta’ tixrid (bħala kg/sena), ir-reġistrazzjoni mill-kameras tal-OGI (eż. mill-aħħar programm LDAR) u d-data tal-kejl jew tal-monitoraġġ;

e.

il-kwantità annwali ta’ emissjonijiet diffużi ta’ KOV (bħala emissjonijiet li jaħarbu u li ma jaħarbux), inkluża informazzjoni dwar sorsi mhux aċċessibbli u sorsi aċċessibbli mhux immonitorjati matul is-sena.

vi.

Ir-rieżami u l-aġġornament tal-programm LDAR fuq bażi perjodika. Dan jista’ jinkludi li ġej:

a.

it-tnaqqis tal-limiti tat-tixrid u/jew tal-manutenzjoni/tat-tiswija (ara l-punt iii. b.);

b.

ir-rieżami tal-prijoritizzazzjoni tat-tagħmir li għandu jiġi mmonitorjat, filwaqt li tingħata prijorità ogħla lit-tagħmir (it-tip tiegħu) identifikat bħala ta’ tixrid matul il-programm LDAR preċedenti;

c.

l-ippjanar tal-manutenzjoni, tat-tiswija, tal-aġġornament jew tas-sostituzzjoni ta’ tagħmir li ma setax jitwettaq matul il-programm preċedenti tal-LDAR minħabba restrizzjonijiet operazzjonali.

vii.

Ir-rieżami u l-aġġornament tal-programm ta’ detezzjoni u tnaqqis għall-emissjonijiet li ma jaħarbux ta’ KOV. Dan jista’ jinkludi li ġej:

a.

il-monitoraġġ ta’ emissjonijiet li ma jaħarbux ta’ KOV minn tagħmir fejn ġew implimentati azzjonijiet ta’ manutenzjoni, tiswija, titjib jew sostituzzjoni, sabiex jiġi ddeterminat jekk dawk l-azzjonijiet kinux ta’ suċċess;

b.

l-ippjanar tal-azzjonijiet ta’ manutenzjoni, tiswija, titjib jew sostituzzjoni li ma setgħux jitwettqu minħabba restrizzjonijiet operazzjonali.

Applikabbiltà

Il-karatteristiċi tal-punti iii., iv., vi., u vii. huma applikabbli biss għal emittenti ta’ KOV diffużi li għalihom huwa applikabbli l-monitoraġġ skont il-BAT 22.

Il-livell ta’ dettall tas-sistema ta’ ġestjoni għal emissjonijiet diffużi ta’ KOV se jkun proporzjonat għan-natura, għall-iskala u għall-kumplessità tal-impjant, u għall-firxa tal-impatti ambjentali li jista’ jkollu.

1.1.4.2.   Monitoraġġ

BAT 20.   Il-BAT hija li jiġu stmati l-emissjonijiet li jaħarbu ta’ KOV u li ma jaħarbux fl-arja separatament tal-anqas darba fis-sena billi tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt, kif ukoll biex tiġi ddeterminata l-inċertezza ta’ din l-istima. L-istima tagħmel distinzjoni bejn il-KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B u l-KOV li ma humiex ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B.

Nota

L-istima tal-emissjonijiet diffużi ta’ KOV fl-arja tqis ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-BAT 21 u/jew il-BAT 22.

Għall-fini tal-istima, l-emissjonijiet inkanalati jistgħu jingħaddu bħala emissjonijiet li ma jaħarbux meta l-karatteristiċi inerenti tal-fluss tal-gass ta’ skart (eż. veloċitajiet baxxi, varjabbiltà tar-rata tal-fluss u tal-konċentrazzjoni) ma jippermettux kejl preċiż skont il-BAT 8.

Jiġu identifikati s-sorsi ewlenin ta’ inċertezza tal-istima, u jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi biex titnaqqas l-inċertezza.

Teknika

Deskrizzjoni

Tip ta’ emissjonijiet

a.

L-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni

Ara t-Taqsima 1.4.2.

Li jaħarbu u/jew ma jaħarbux

b.

L-użu ta’ bilanċ tal-massa

Stima bbażata fuq id-differenza fil-massa tal-inputs tas-sustanza lejn u l-outputs mill-impjant/mill-unità tal-produzzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ġenerazzjoni u l-qerda tas-sustanza fl-impjant/fl-unità tal-produzzjoni.

Bilanċ tal-massa jista’ jikkonsisti wkoll fil-kejl tal-konċentrazzjoni tal-KOV fil-prodott (eż. materja prima jew solvent).

c.

L-użu ta’ mudelli termodinamiċi

Stima bl-użu tal-liġijiet tat-termodinamika applikati għat-tagħmir (eż. it-tankijiet) jew passi partikolari ta’ proċess ta’ produzzjoni.

Id-data li ġejja ġeneralment tintuża bħala input għall-mudell:

—

il-proprjetajiet kimiċi tas-sustanza (eż. il-pressjoni tal-fwar, il-massa molekulari);

—

id-data operattiva tal-proċess (eż. il-ħin tat-tħaddim, il-kwantità tal-prodott, il-ventilazzjoni);

—

il-karatteristiċi tal-emittent (eż. id-dijametru, il-kulur, il-forma tat-tank).

BAT 21.   Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet diffużi ta’ KOV mill-użu ta’ solventi, billi tal-anqas kull sena, jiġi kkumpilat bilanċ tal-massa tas-solvent tal-inputs u l-outputs tas-solventi tal-impjant, kif iddefinit fil-Parti 7 tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE u li tiġi minimizzata l-inċertezza tad-data tal-bilanċ tal-massa tas-solvent bl-użu tat-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Identifikazzjoni u kwantifikazzjoni sħaħ tal-inputs u tal-outputs tas-solventi rilevanti, inkluża l-inċertezza assoċjata

Dan jinkludi:

—

l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-inputs u tal-outputs tas-solventi (eż. l-emissjonijiet inkanalati u diffużi fl-arja, l-emissjonijiet fl-ilma, l-output tas-solvent fl-iskart);

—

il-kwantifikazzjoni sostanzjata ta’ kull input u output ta’ solvent rilevanti u r-reġistrazzjoni tal-metodoloġija użata (eż. il-kejl, l-istima permezz ta’ fatturi ta’ emissjoni, l-istima bbażata fuq parametri operazzjonali);

—

l-identifikazzjoni tas-sorsi ewlenin ta’ inċertezza tal-kwantifikazzjoni msemmija hawn fuq, u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi biex titnaqqas l-inċertezza;

—

l-aġġornament regolari tad-data tal-input u tal-output tas-solvent.

b.

L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ traċċar tas-solventi

Sistema ta’ traċċar tas-solventi għandha l-għan li żżomm kontroll tal-kwantitajiet kemm użati kif ukoll mhux użati tas-solventi (eż. billi jintiżnu l-kwantitajiet mhux użati rritornati lejn iż-żona tal-ħażna miż-żona tal-applikazzjoni).

c.

Il-monitoraġġ ta’ bidliet li jistgħu jinfluwenzaw l-inċertezza tad-data tal-bilanċ tal-massa tas-solvent

Kwalunkwe bidla li tista’ tinfluwenza l-inċertezza tad-data tal-bilanċ tal-massa tas-solvent tiġi rreġistrata, bħal:

—

ħsarat fis-sistema ta’ trattament tal-gass ta’ skart: id-data u l-perjodu ta’ żmien jiġu rreġistrati;

—

bidliet li jistgħu jinfluwenzaw ir-rati tal-fluss tal-arja/gass (eż. sostituzzjoni ta’ fannijiet): id-data u t-tip ta’ bidla jiġu rreġistrati.

Applikabbiltà

Din il-BAT tista’ ma tapplikax għall-produzzjoni ta’ poljolefini, PVC jew gomom sintetiċi.

Din il-BAT tista’ ma tkunx applikabbli għal impjanti li l-konsum annwali totali ta’ solventi tagħhom ikun anqas minn 50 tunnellata. Il-livell ta’ dettall tal-bilanċ tal-massa tas-solvent se jkun proporzjonat għan-natura, għall-iskala u għall-kumplessità tal-impjant, u għall-firxa ta’ impatti ambjentali li dan jista’ jkollu, kif ukoll għat-tip u għall-kwantità tas-solventi użati.

BAT 22.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet diffużi ta’ KOV fl-arja jiġu mmonitorjati tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Tip ta’ emittenti ta’ emissjonijiet diffużi ta’ KOV  (51)  (52)

Tip tal-KOV

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Sorsi ta’ emissjonijiet li jaħarbu

KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B

EN 15446  (58)

Darba fis-sena  (53)  (54)  (55)

KOV mhux ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B

Darba matul il-perjodu kopert minn kull programm LDAR (ara l-punt iii. tal-BAT 19)  (56)

Sorsi ta’ emissjonijiet li ma jaħarbux

KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B

EN 17628

Darba fis-sena

KOV mhux ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B

Darba fis-sena  (57)

Nota

It-teknika ta’ immaġnijiet ottiċi tal-gass (OGI) hija teknika komplementari utli għall-metodu EN 15446 (“sniffing”) sabiex jiġu identifikati sorsi ta’ emissjonijiet li jaħarbu ta’ KOV u hija partikolarment rilevanti fil-każ ta’ sorsi inaċċessibbli (ara t-Taqsima 1.4.2.). Din it-teknika hija deskritta fl-EN 17628.

Fil-każ ta’ emissjonijiet li ma jaħarbux, il-kejl jista’ jiġi kkomplementat bl-użu ta’ mudelli termodinamiċi.

Fejn jintużaw/jiġu kkunsmati ammonti kbar (eż. aktar minn 80 t/sena) ta’ KOV, il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-KOV mill-impjant b’korrelazzjoni mat-traċċatur (TC) jew b’tekniki ottiċi bbażati fuq l-assorbiment, bħad-detezzjoni u kejl tad-distanza permezz tad-dawl u l-assorbiment differenzjali (DIAL) jew il-fluss tal-okkultazzjoni solari (SOF), hija teknika komplementari utli (ara t-Taqsima 1.4.2.). Dawn it-tekniki huma deskritti fl-EN 17628.

Applikabbiltà

Il-BAT 22 tapplika biss meta l-kwantità annwali ta’ emissjonijiet diffużi ta’ KOV mill-impjant stmata skont il-BAT 20 tkun akbar minn dawn li ġejjin:

Għall-emissjonijiet li jaħarbu:

—

tunnellata tal-KOV kull sena fil-każ ta’ KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B; jew

—

ħames tunnellati tal-KOV kull sena fil-każ ta’ KOV oħrajn.

Għall-emissjonijiet li ma jaħarbux:

—

tunnellata tal-KOV kull sena fil-każ ta’ KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B; jew

—

ħames tunnellati tal-KOV kull sena fil-każ ta’ KOV oħrajn.

1.1.4.3.   Il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet diffużi ta’ KOV

BAT 23.   Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi ta’ KOV fl-arja, il-BAT hija li jintuża kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt bl-ordni ta’ prijorità li ġejja.

Nota

L-użu ta’ tekniki għall-prevenzjoni jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet diffużi ta’ KOV fl-arja jingħata prijorità skont il-proprjetajiet perikolużi tas-sustanza/sustanzi emessa/emessi u/jew is-sinifikanza tal-emissjonijiet.

Teknika

Deskrizzjoni

Tip ta’ emissjonijiet

Applikabbiltà

1.

Tekniki ta’ prevenzjoni

a.

Il-limitazzjoni tan-numru ta’ emittenti

Dan jinkludi:

—

il-minimizzazzjoni tat-tul tal-pajpijiet;

—

it-tnaqqis tal-għadd ta’ konnetturi tal-pajpijiet (eż. flanġijiet) u ta’ valvi;

—

l-użu ta’ fittings u konnessjonijiet iwweldjati;

—

l-użu ta’ arja kkompressata jew tal-gravità għat-trasferiment tal-materjal.

Emissjonijiet li jaħarbu u li ma jaħarbux

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet operazzjonali fil-każ ta’ impjanti eżistenti.

b.

L-użu ta’ tagħmir ta’ integrità għolja

Tagħmir ta’ integrità għolja jinkludi, iżda ma huwiex limitat għal:

—

Valvi ssiġillati b’imniefaħ jew b’packing seals doppji jew tagħmir bl-istess livell ta’ effettività;

—

pompi/kompressuri/aġitaturi mħaddma b’mod manjetiku jew ermetiċi (canned), jew pompi/kompressuri/aġitaturi li jużaw siġilli doppji u barriera likwida;

—

gaskets iċċertifikati ta’ kwalità għolja (eż. skont l-EN 13555) li huma ssikkati skont it-teknika e.;

—

sistema tal-kampjunar magħluqa.

L-użu ta’ tagħmir ta’ integrità għolja huwa partikolarment rilevanti biex jiġu pprevenuti jew minimizzati:

—

l-emissjonijiet ta’ sustanzi CMR jew sustanzi b’tossiċità akuta; u/jew

—

l-emissjonijiet minn tagħmir b’potenzjal għoli ta’ tixrid; u/jew

—

it-tixrid minn proċessi mħaddma bi pressjonijiet għoljin (eż. bejn 300 bar u 2 000 bar).

It-tagħmir ta’ integrità għolja jintgħażel, jiġi installat u jinżamm skont it-tip ta’ proċess u l-kundizzjonijiet operattivi tal-proċess.

Emissjonijiet li jaħarbu

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet operazzjonali fil-każ ta’ impjanti eżistenti.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda jew aġġornamenti kbar tal-impjanti.

c.

Il-ġbir ta’ emissjonijiet diffużi u t-trattament ta’ effluwenti gassużi

Il-ġbir ta’ emissjonijiet diffużi ta’ KOV (eż. minn siġilli, ventijiet u linji ta’ tindif tal-kompressuri) u t-trażmissjoni tagħhom għall-irkupru (ara l-BAT 9 u l-BAT 10) u/jew għat-tnaqqis (ara l-BAT 11).

Emissjonijiet li jaħarbu u li ma jaħarbux

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta:

—

għal impjanti eżistenti; u/jew

—

minħabba tħassib dwar is-sikurezza (eż. l-evitar ta’ konċentrazzjonijiet qrib il-limitu inferjuri tal-isplussività).

2.

Tekniki oħrajn

d.

L-iffaċilitar tal-aċċess u/jew tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ

Sabiex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta’ manutenzjoni u/jew ta’ monitoraġġ, l-aċċess għal tagħmir potenzjalment b’tixrid jiġi ffaċilitat, eż. billi jiġu installati pjattaformi, u/jew jintużaw droni għall-monitoraġġ.

Emissjonijiet li jaħarbu

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet operazzjonali fil-każ ta’ impjanti eżistenti.

e.

L-issikkar

Dan jinkludi:

—

l-issikkar tal-gaskets mill-persunal li huwa kkwalifikat skont l-EN 1591-4 u bl-użu tal-istress indikat tal-gasket (eż. ikkalkolat skont l-EN 1591-1);

—

l-installazzjoni ta’ għotjien issikkati fuq truf miftuħa;

—

l-użu ta’ flanġijiet magħżula u assemblati skont l-EN 13555.

Emissjonijiet li jaħarbu

Ġeneralment applikabbli.

f.

Is-sostituzzjoni ta’ tagħmir u/jew ta’ partijiet b’tixrid

Dan jinkludi s-sostituzzjoni ta’:

—

gaskets;

—

elementi ta’ ssiġillar (eż. għatu tat-tank);

—

il-materjal tal-ippakkjar (eż. materjal tal-ippakkjar taz-zokk tal-valv).

Emissjonijiet li jaħarbu

Ġeneralment applikabbli.

g.

Ir-rieżami u l-aġġornament tad-disinn tal-proċess

Dan jinkludi:

—

it-tnaqqis tal-użu ta’ solventi u/jew l-użu ta’ solventi b’volatilità aktar baxxa;

—

it-tnaqqis tal-formazzjoni ta’ prodotti sekondarji li fihom il-KOV;

—

it-tnaqqis tat-temperatura tat-tħaddim;

—

it-tnaqqis tal-kontenut tal-KOV fil-prodott finali.

Emissjonijiet li ma jaħarbux

L-applikabbiltà tista’ tkun limitata fil-każ ta’ impjanti eżistenti minħabba restrizzjonijiet operazzjonali.

h.

Ir-rieżami u l-aġġornament tal-kundizzjonijiet operattivi

Dan jinkludi:

—

it-tnaqqis tal-frekwenza u d-durata tal-fetħiet tar-reattur u tar-reċipjent;

—

il-prevenzjoni tal-korrużjoni billi t-tagħmir jinkesa minn ġewwa jew minn barra, billi jinżebgħu l-pajpijiet (għal korrużjoni esterna) u billi jintużaw inibituri tal-korrużjoni għal materjali li jiġu f’kuntatt mat-tagħmir.

Emissjonijiet li ma jaħarbux

Ġeneralment applikabbli.

i.

L-użu ta’ sistemi magħluqa

Dan jinkludi:

—

ir-retroventilazzjoni (ara t-Taqsima 1.4.3);

—

sistemi magħluqa għas-separazzjoni tal-fażi solida/likwida u likwida/likwida;

—

sistemi magħluqa għall-operazzjonijiet tat-tindif;

—

kanali tad-drenaġġ magħluqa u/jew impjanti tat-trattament tal-ilma mormi maħluqa;

—

sistemi tal-kampjunar magħluqa;

—

żoni tal-ħżin magħluqa.

L-effluwenti gassużi minn sistemi magħluqa jintbagħtu għall-irkupru (ara l-BAT 9 u l-BAT 10) u/jew għat-tnaqqis (ara l-BAT 11).

Emissjonijiet li ma jaħarbux

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet operazzjonali fil-każ ta’ impjanti eżistenti u/jew minn tħassib dwar is-sikurezza.

j.

L-użu ta’ tekniki biex jiġu mminimizzati l-emissjonijiet mill-uċuħ

Dan jinkludi:

—

l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ ħolqien taż-żejt fuq uċuħ miftuħa;

—

l-ixkumar perjodiku ta’ uċuħ miftuħa (eż. it-tneħħija ta’ materja li tibqa’ fil-wiċċ);

—

l-installazzjoni ta’ elementi kontra l-evaporazzjoni li jibqgħu fil-wiċċ fuq uċuħ miftuħa;

—

it-trattament ta’ flussi ta’ ilma mormi biex jitneħħew il-KOV u biex il-KOV jintbagħtu għall-irkupru (ara l-BAT 9 u l-BAT 10) u/jew għat-tnaqqis (ara l-BAT 11);

—

l-installazzjoni ta’ soqfa li jżommu fil-wiċċ fuq it-tankijiet;

—

l-użu ta’ tankijiet b’saqaf fiss konnessi ma’ trattament tal-gass ta’ skart.

Emissjonijiet li ma jaħarbux

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet operazzjonali fil-każ ta’ impjanti eżistenti.

1.1.4.4.   Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-użu ta’ solventi jew l-użu mill-ġdid ta’ solventi rkuprati

Il-livelli ta’ emissjonijiet għall-użu ta’ solventi jew l-użu mill-ġdid ta’ solventi rkuprati mogħtija hawn taħt huma assoċjati mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1 u fit-Taqsima 1.1.4.3.

Tabella 1.7

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet diffużi ta’ KOV fl-arja mill-użu ta’ solventi jew mill-użu mill-ġdid ta’ solventi rkuprati

Parametru

BAT-AEL (perċentwal tal-inputs tas-solvent)

(medja annwali)  (59)

Emissjonijiet diffużi ta’ KOV

≤ 5  %

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 20, fil-BAT 21 u fil-BAT 22.

1.2.    Polimeri u gomom sintetiċi

Il-konklużjonijiet dwar il-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-produzzjoni ta’ ċerti polimeri. Dawn japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.

1.2.1.   Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-produzzjoni tal-poljolefini

BAT 24.   Il-BAT hija li tiġi mmonitorjata l-konċentrazzjoni tat-TVOC fi prodotti tal-poljolefini, tal-anqas darba fis-sena għal kull grad rappreżentattiv ta’ poljolefina prodott matul l-istess sena, f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Prodott tal-poljolefini

Standard(s)

Monitoraġġ assoċjat ma’

HDPE, LDPE, LLDPE

L-ebda standard EN disponibbli

BAT 20, BAT 25

PP

EPS, GPPS, HIPS

Nota

Il-kampjuni tal-kejl jittieħdu fil-punt ta’ tranżizzjoni mis-sistema magħluqa għas-sistema miftuħa fejn il-poljolefina tiġi f’kuntatt mal-atmosfera.

Is-sistema magħluqa tirreferi għall-parti tal-proċess tal-produzzjoni fejn il-materjali (eż. is-sustanzi reattivi, is-solventi, l-aġenti tas-sospensjoni) ma jkunux f’kuntatt mal-atmosfera. Din tinkludi l-passi tal-polimerizzazzjoni, l-użu mill-ġdid u l-irkupru tal-materjali.

Is-sistema miftuħa tirreferi għall-parti tal-proċess ta’ produzzjoni fejn il-poljolefini jiġu f’kuntatt mal-atmosfera. Din tinkludi l-istadji tal-irfinar (eż. it-tnixxif, it-taħlit) kif ukoll it-trasferiment, l-immaniġġar u l-ħżin tal-poljolefini.

Meta l-punt ta’ tranżizzjoni bejn is-sistema miftuħa u dik magħluqa ma jkunx jista’ jiġi identifikat b’mod ċar, il-kampjuni tal-kejl jittieħdu f’punt xieraq.

Applikabbiltà

Il-kejl ma japplikax għall-proċessi tal-produzzjoni magħmula biss minn sistema magħluqa.

BAT 25.   Sabiex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta’ komposti organiċi, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt, sa fejn applikabbli.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Aġenti kimiċi b’punti tat-togħlija baxxi

Jintużaw solventi u aġenti tas-sospensjoni b’punti tat-togħlija baxxi.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet operazzjonali.

b.

It-tnaqqis tal-kontenut tal-KOV fil-polimeru

Il-kontenut tal-KOV fil-polimeru jitnaqqas, eż. bl-użu ta’ separazzjoni bi pressjoni baxxa, strippaġġ jew sistemi ta’ tindif tan-nitroġenu f’ċirkwit magħluq, estrużjoni tad-devolatilizzazzjoni (ara t-Taqsima 1.4.3). It-tekniki għat-tnaqqis tal-kontenut tal-KOV jiddependu mit-tip ta’ prodott u mill-proċess ta’ produzzjoni tal-polimeri.

L-estrużjoni tad-devolatilizzazzjoni tista’ tiġi ristretta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għall-produzzjoni tal-HDPE, l-LDPE u l-LLDPE.

c.

Il-ġbir u t-trattament ta’ effluwenti gassużi tal-proċess

L-effluwenti gassużi tal-proċess li jirriżultaw mill-użu tat-teknika b. kif ukoll mill-istadju finali, eż. sajlos tal-estrużjoni u tat-tneħħija tal-gass, jinġabru u jintbagħtu għall-irkupru (ara l-BAT 9 u l-BAT 10) u/jew għat-tnaqqis (ara l-BAT 11).

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet operazzjonali u/jew minħabba tħassib dwar is-sikurezza (eż. l-evitar ta’ konċentrazzjonijiet qrib il-limitu inferjuri/superjuri tal-isplussività).


Tabella 1.8

Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet totali fl-arja ta’ KOVs mill-produzzjoni ta’ poljolefini espressi bħala tagħbijiet speċifiċi tal-emissjonijiet

Prodott tal-poljolefini

Unità

BAT-AEL

(Medja annwali)

HDPE

g C għal kull kg ta’ poljolefini prodotti

0,3 -1,0  (60)

LDPE

0,1 -1,4  (61)  (62)

LLDPE

0,1 -0,8

PP

0,1 -0,9  (60)

GPPS u HIPS

< 0,1

EPS

< 0,6

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8, fil-BAT 20, fil-BAT 22 u fil-BAT 24. Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tat-TVOC fl-arja jinkludi l-emissjonijiet kollha mill-istadji tal-proċess li ġejjin, fejn l-emissjonijiet jiġu identifikati bħala rilevanti fl-inventarju mogħti fil-BAT 2: il-ħżin u l-immaniġġar ta’ materja prima, il-polimerizzazzjoni, l-irkupru ta’ materjali u t-tnaqqis ta’ sustanzi niġġiesa, l-irfinar tal-polimeru (eż. l-estrużjoni, it-tnixxif, it-taħlit) kif ukoll it-trasferiment, l-immaniġġar u l-ħżin tal-polimeri.

1.2.2.   Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-produzzjoni tal-klorur tal-polivinil (PVC)

BAT 26.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet inkanalati fl-arja jiġu mmonitorjati tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza

Punti ta’ emissjoni

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ  (63)

Monitoraġġ assoċjat ma’

VCM

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa tal-VCM ta’ ≥ 25 g/h

Standards EN ġeneriċi  (64)

Kontinwa  (65)

BAT 29

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa tal-VCM ta’ < 25 g/h

L-ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur  (66)  (67)

BAT 27.   Il-BAT hija li l-konċentrazzjoni tal-monomeru tal-klorur tal-vinil residwu f’sospensjoni magħquda tal-klorur/f’latex tal-PVC tiġi mmonitorjata, tal-anqas darba fis-sena għal kull grad rappreżentattiv ta’ PVC prodott matul l-istess sena, f’konformità mal-istandards EN.

Sustanza

Standard(s)

Monitoraġġ assoċjat ma’

VCM

EN ISO 6401

BAT 30

Nota

Il-kampjuni tas-sospensjoni magħquda/tal-latex tal-PVC jittieħdu fil-punt ta’ tranżizzjoni mis-sistema magħluqa għas-sistema miftuħa fejn is-sospensjoni magħquda/il-latex tal-PVC jiġi f’kuntatt mal-atmosfera.

Is-sistema magħluqa tirreferi għall-parti tal-proċess tal-produzzjoni fejn is-sospensjoni magħquda/latex tal-PVC ma jkunx f’kuntatt mal-atmosfera. Ġeneralment tinkludi l-passi tal-polimerizzazzjoni, l-użu mill-ġdid u l-irkupru tal-VCM.

Is-sistema miftuħa hija l-parti tas-sistema fejn is-sospensjoni magħquda/latex tal-PVC jiġi f’kuntatt mal-atmosfera. Din tinkludi l-istadji tal-irfinar (eż. it-tnixxif u t-taħlit) kif ukoll it-trasferiment, l-immaniġġar u l-ħżin tal-PVC.

BAT 28.   Sabiex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi u sabiex jitnaqqas il-fluss tal-massa tal-komposti organiċi mibgħuta għat-trattament finali tal-gass ta’ skart, il-BAT hija li jiġi rkuprat il-monomeru tal-klorur tal-vinil mill-effluwenti gassużi tal-proċess billi tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt, u li jerġa’ jintuża l-monomeru rkuprat.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Assorbiment (riġenerattiv)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

b.

Adsorbiment (riġenerattiv)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

c.

Kondensazzjoni

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Applikabbiltà

L-irkupru jista’ jkun ristrett meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva minħabba l-konċentrazzjoni baxxa tal-kompost(i) ikkonċernat(i) fl-effluwent(i) gassuż(i) tal-proċess.

BAT 29.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ monomeru tal-klorur tal-vinil mill-irkupru tal-monomeru tal-klorur tal-vinil, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Assorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli

b.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

c.

Kondensazzjoni

Ara t-Taqsima 1.4.1.

d.

Ossidazzjoni termali

Ara t-Taqsima 1.4.1.

L-applikabbiltà ta’ ossidazzjoni termali rekuperattiva u riġenerattiva għal impjanti eżistenti tista’ tiġi ristretta minn restrizzjonijiet ta’ disinn u/jew operazzjonali.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva minħabba l-konċentrazzjoni baxxa tal-kompost(i) ikkonċernat(i) fl-effluwenti gassużi tal-proċess.


Tabella 1.9

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ VCM mill-irkupru tal-VCM

Sustanza

BAT-AEL (mg/Nm 3)

(Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar)

VCM

< 0,5 -1  (68)  (69)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 26.

BAT 30.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja tal-monomeru tal-klorur tal-vinil, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Faċilitajiet xierqa ta’ ħżin tal-VCM

Dan jinkludi:

—

il-ħżin tal-VCM f’tankijiet imkessħa bi pressjoni atmosferika jew f’tankijiet taħt pressjoni f’temperatura ambjentali;

—

l-użu ta’ kondensaturi tar-rifluss imkessħa jew tankijiet tal-konnessjoni għall-irkupru (ara l-BAT 28) u/jew għat-tnaqqis (ara l-BAT 29) tal-VCM.

b.

Retroventilazzjoni

Ara t-Taqsima 1.4.3.

c.

Il-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet tal-VCM residwu mit-tagħmir

Dan jinkludi:

—

it-tnaqqis tal-frekwenza u t-tul tal-fetħiet tar-reattur;

—

l-ivventjar ta’ effluwenti gassużi minn tankijiet tal-ħżin tal-latex u minn konnessjonijiet għall-irkupru (ara l-BAT 28) u/jew għat-tnaqqis (ara l-BAT 29) tal-VCM qabel ma jinfetaħ ir-reattur;

—

it-tlaħliħ tar-reattur b’gass inerti qabel il-ftuħ u l-ivventjar ta’ gassijiet effluwenti għall-irkupru (ara l-BAT 28) u/jew it-tnaqqis (ara l-BAT 29) tal-VCM;

—

it-tnixxif tal-kontenut likwidu tar-reattur għal reċipjenti magħluqa qabel il-ftuħ tar-reattur;

—

it-tindif tar-reattur bl-ilma qabel il-ftuħ u t-tnixxif tal-ilma għas-sistema tal-istrippaġġ.

d.

It-tnaqqis tal-kontenut tal-VCM fil-polimeru permezz tal-istrippaġġ

Ara t-Taqsima 1.4.3.

e.

Il-ġbir u t-trattament ta’ effluwenti gassużi tal-proċess

L-effluwenti gassużi tal-proċess mill-użu tat-teknika d. jinġabru u jintbagħtu għall-irkupru (ara l-BAT 28) u/jew għat-tnaqqis (ara l-BAT 29) tal-VCM.


Tabella 1.10

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet totali fl-arja tal-VCM mill-produzzjoni tal-PVC espressi bħala tagħbijiet ta’ emissjonijiet speċifiċi

Tip tal-PVC

Unità

BAT-AEL

(Medja annwali)

S-PVC

g VCM għal kull kg ta’ PVC prodott

0,01 -0,045

E-PVC

0,25 -0,3  (70)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 20, fil-BAT 22, fil-BAT 26 u fil-BAT 27. Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-VCM fl-arja jinkludi l-emissjonijiet kollha mill-passi jew mit-tagħmir tal-proċess li ġejjin, fejn l-emissjonijiet jiġu identifikati bħala rilevanti fl-inventarju mogħti fil-BAT 2: l-irfinar, eż. it-tnixxif u t-taħlit; it-trasferiment, l-immaniġġar u l-ħżin; il-fetħiet tar-reattur; il-ħowlders tal-gass; l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi; l-irkupru u/jew it-tnaqqis tal-VCM.

Tabella 1.11

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-konċentrazzjoni tal-VCM fis-sospensjoni magħquda/fil-latex tal-PVC

Tip tal-PVC

Unità

BAT-AEL

(Medja annwali)

S-PVC

g VCM għal kull kg ta’ PVC prodott

0,01 -0,03

E-PVC

0,2 -0,4

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 27.

1.2.3.   Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-produzzjoni tal-gomom sintetiċi

BAT 31.   Il-BAT hija li l-konċentrazzjoni tat-TVOC fil-gomom sintetiċi tiġi mmonitorjata tal-anqas darba fis-sena għal kull grad rappreżentattiv ta’ gomma sintetika prodott matul l-istess sena, f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/Parametru

Standard(s)

Monitoraġġ assoċjat ma’

KOV

L-ebda standard EN disponibbli

BAT 32

Nota

Il-kampjuni jittieħdu wara li jitnaqqas il-kontenut tal-KOV fil-polimeru (ara l-BAT 32 a.) fejn il-gomma sintetika tiġi f’kuntatt mal-atmosfera.

Applikabbiltà

Il-kejl ma japplikax għall-proċessi tal-produzzjoni magħmula biss minn sistema magħluqa.

BAT 32.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja tal-komposti organiċi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

a.

It-tnaqqis tal-kontenut tal-KOV fil-polimeru

Il-kontenut tal-KOV fil-polimeru jitnaqqas bl-użu ta’ strippaġġ jew ta’ estrużjoni tad-devolatilizzazzjoni (ara t-Taqsima 1.4.3).

b.

Il-ġbir u t-trattament ta’ effluwenti gassużi tal-proċess

L-effluwenti gassużi tal-proċess jinġabru u jintbagħtu għall-irkupru (ara l-BAT 9 u l-BAT 10) u/jew għat-tnaqqis (ara l-BAT 11).


Tabella 1.12

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet totali fl-arja tal-KOV mill-produzzjoni ta’ gomma sintetikaespress bħala tagħbija ta’ emissjonijiet speċifika

Sustanza/Parametru

Unità

BAT-AEL

(Medja annwali)

TVOC

g C għal kull kg ta’ gomma sintetika prodotta

0,2 -4,2

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8, fil-BAT 20, fil-BAT 22 u fil-BAT 31. Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tat-TVOC fl-arja jinkludi l-emissjonijiet kollha mill-istadji tal-proċess li ġejjin, fejn l-emissjonijiet jiġu identifikati bħala rilevanti fl-inventarju mogħti fil-BAT 2: il-ħżin tal-materja prima, il-polimerizzazzjoni, l-irkupru tal-materjali u t-tekniki ta’ tnaqqis, l-irfinar tal-polimeru (eż. l-estrużjoni, it-tnixxif, it-taħlit) kif ukoll it-trasferiment, l-immaniġġar u l-ħżin ta’ gomom sintetiċi.

1.2.4.   Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-produzzjoni tal-viskuż bl-użu ta’ CS2

BAT 33.   Il-BAT hija li l-emissjonijiet inkanalati fl-arja jiġu mmonitorjati tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza  (71)

Punti ta’ emissjoni

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma’

Disulfur tal-karbonju (CS2)

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ ≥ 1 kg/h

Standards EN ġeneriċi  (72)

Kontinwa  (73)

BAT 35

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ < 1 kg/h

L-ebda standard EN disponibbli

Darba fis-sena  (74)

Sulfur tal-idroġenu (H2S)

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ ≥ 50 g/h

Standards EN ġeneriċi  (72)

Kontinwa  (73)

Kwalunkwe ċumnija bi fluss tal-massa ta’ < 50 g/h

L-ebda standard EN disponibbli

Darba fis-sena  (74)

BAT 34.   Sabiex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi u sabiex jitnaqqas il-fluss tal-massa ta’ CS2 u H2S mibgħuta għat-trattament finali tal-gass ta’ skart, il-BAT hija li jiġi rkuprat is-CS2 billi tintuża t-teknika a. u/jew it-teknika b. jew kombinament tat-teknika c. mat-teknika/i a. u/jew b., mogħtija hawn taħt u li jerġa’ jintuża s-CS2, jew, inkella, li tintuża t-teknika d.

Teknika

Sustanza ewlenija fil-mira

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Assorbiment (riġenerattiv)

H2S

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Applikabbli b’mod ġenerali għall-produzzjoni tal-kisi.

Għal prodotti oħrajn, l-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva minħabba flussi għoljin ta’ volum ta’ gass ta’ skart (eż. aktar minn 120 000 Nm3/h) jew konċentrazzjoni baxxa ta’ H2S fil-gass ta’ skart (eż. anqas minn 0,5 g/Nm3).

b.

Adsorbiment (riġenerattiv)

H2S, CS2

Ara t-Taqsima 1.4.1.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija għall-irkupru tkun eċċessiva jekk il-konċentrazzjoni tas-CS2 fil-gass ta’ skart tkun taħt eż. 5 g/Nm3.

c.

Kondensazzjoni

H2S, CS2

Ara t-Taqsima 1.4.1.

d.

Produzzjoni ta’ aċidu sulfuriku

H2S, CS2

L-effluwenti gassużi tal-proċess li fihom CS2 u H2S jintużaw għall-produzzjoni tal-aċidu sulfuriku.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta jekk il-konċentrazzjoni ta’ CS2 u/jew ta’ H2S fil-gass ta’ skart tkun anqas minn 5 g/Nm3.

BAT 35.   Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ CS2 u H2S, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Sustanza ewlenija fil-mira

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Assorbiment

H2S

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Ġeneralment applikabbli.

b.

Bijoproċessi

CS2, H2S

Ara t-Taqsima 1.4.1.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva minħabba flussi għoljin ta’ volum ta’ gass ta’ skart (eż. aktar minn 60 000 Nm3/h) jew konċentrazzjoni għolja ta’ CS2 fil-gass ta’ skart (eż. aktar minn 1 000 mg/Nm3) jew konċentrazzjoni baxxa wisq ta’ H2S.

c.

Ossidazzjoni termali

CS2, H2S

Ara t-Taqsima 1.4.1.

L-applikabbiltà ta’ ossidazzjoni termali rekuperattiva u riġenerattiva għal impjanti eżistenti tista’ tiġi ristretta minn restrizzjonijiet ta’ disinn u/jew operazzjonali.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva minħabba l-konċentrazzjoni baxxa tal-kompost(i) ikkonċernat(i) fl-effluwenti gassużi tal-proċess.


Tabella 1.13

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ CS2 u H2S mill-produzzjoni ta’ viskuż bl-użu ta’ CS2

Sustanza

BAT-AEL (mg/Nm 3)

(Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar)  (75)

CS2

5 -400  (76)  (77)

H2S

1 -10  (78)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 33.

Tabella 1.14

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja ta’ H2s u CS2 mill-produzzjoni ta’ fibri staple u tal-kisi espressi bħala tagħbijiet ta’ emissjonijiet speċifiċi

Parametru

Proċess

Unità

BAT-AEL

(Medja annwali)

Is-somma ta’ H2s u CS2 (espressa bħala S Totali)  (79)

Il-produzzjoni ta’ fibri staple

g ta’ S Totali għal kull kg ta’ prodott

6 -9

Kisi

120 -250

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 33.

1.3.    Fran/ħiters tal-proċess

Il-konklużjonijiet dwar il-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw meta fran/ħiters tal-proċess b’input termiku nominali totali ta’ 1 MW jew aktar jintużaw fil-proċessi ta’ produzzjoni inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT. Dawn japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.

Meta l-gassijiet ta’ skart ta’ żewġ fran/ħiters tal-proċess separati jew aktar ikunu, jew jistgħu, fil-fehma tal-awtorità kompetenti, jiġu skarikati minn ċumnija komuni, il-kapaċitajiet tal-fran/tal-ħiters individwali kollha għandhom jingħaddu flimkien għall-fini tal-kalkolu tal-input termiku nominali totali.

BAT 36.   Sabiex jiġu pprevenuti jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja tas-CO, tat-trab, tal-NOX u tal-SOX, il-BAT hija li tintuża t-teknika c. u teknika waħda jew kombinament tat-tekniki l-oħrajn mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Komposti inorganiċi ewlenin fil-mira

Applikabbiltà

Tekniki primarji

a.

L-għażla tal-fjuwil

Ara t-Taqsima 1.4.1. Din tinkludi l-qlib minn fjuwils likwidi għal oħrajn gassużi, filwaqt li jitqies il-bilanċ ġenerali tal-idrokarburi.

NOX, SOX, trab

Fil-każ ta’ fran/ħiters tal-proċess eżistenti, il-qlib minn fjuwils likwidi għal oħrajn gassużi jista’ jkun ristrett mid-disinn tal-berners.

b.

Berner b’livell baxx ta’ NOX

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NOX

Għall-fran/ħiters tal-proċess eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mid-disinn tagħhom.

c.

Kombustjoni ottimizzata

Ara t-Taqsima 1.4.1.

CO, NOX

Ġeneralment applikabbli.

Tekniki sekondarji

d.

Assorbiment

Ara t-Taqsima 1.4.1.

SOX, trab

L-applikabbiltà għall-fran/ħiters tal-proċess eżistenti tista’ tkun ristretta minħabba raġunijiet ta’ disponibbiltà tal-ispazju.

e.

Filtru tad-drapp jew filtru assolut

Ara t-Taqsima 1.4.1.

Trab

Mhux applikabbli fil-każijiet fejn issir kombustjoni ta’ fjuwils gassużi biss.

f.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NOX

L-applikabbiltà għall-fran/ħiters tal-proċess eżistenti tista’ tkun ristretta minħabba raġunijiet ta’ disponibbiltà ta’ spazju.

g.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Ara t-Taqsima 1.4.1.

NOX

L-applikabbiltà għall-fran/ħiters tal-proċess eżistenti tista’ tkun ristretta mill-medda tat-temperatura (800-1 100  °C) u mill-ħin ta’ residenza meħtieġ għar-reazzjoni.


Tabella 1.15

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ NOX u l-livell indikattiv ta’ emissjonijiet għal emissjonijiet inkanalati fl-arja tas-CO minn fran/ħiters tal-proċess

Parametru

BAT-AEL (mg/Nm 3)

(Medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar)

Ossidi tan-nitroġenu (NOX)

30 -150  (80)  (81)  (82)

Monossidu tal-karbonju (CO)

L-ebda BAT-AEL  (83)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8.

1.4.    Deskrizzjoni tat-tekniki

1.4.1.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet inkanalati fl-arja

Teknika

Deskrizzjoni

Assorbiment

It-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa gassużi jew partikolati minn effluwent gassuż tal-proċess jew minn fluss ta’ gass ta’ skart bit-trasferiment tal-massa għal likwidu xieraq, ħafna drabi ilma jew soluzzjoni milwiema. Din tista’ tinvolvi reazzjoni kimika (eż. f’purifikatur li jaħdem b’aċidu jew b’alkali). Fil-każ ta’ assorbiment riġenerattiv, il-komposti jistgħu jiġu rkuprati mil-likwidu.

Adsorbiment

It-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa minn effluwent gassuż tal-proċess jew minn fluss ta’ gass ta’ skart billi jinżammu fuq wiċċ solidu (il-karbonju attivat tipikament jintuża bħala l-adsorbent). L-adsorbiment jista’ jkun riġenerattiv jew mhux riġenerattiv.

Fl-adsorbiment mhux riġenerattiv, l-adsorbent użat ma jiġix riġenerat, iżda jintrema.

Fil-każ ta’ adsorbiment riġenerattiv, l-adsorbent jiġi sussegwentement desorbit, eż. bil-fwar (ħafna drabi fuq il-post), għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi u l-adsorbent jerġa’ jintuża. Għal operazzjoni kontinwa, normalment jitħaddmu, b’mod parallel, aktar minn żewġ adsorbenti, wieħed minnhom f’modalità ta’ desorbiment.

Bijoproċessi

Il-bijoproċessi jinkludu dawn li ġejjin:

—

Bijofiltrazzjoni: il-fluss tal-gass ta’ skart jingħadda minn sodda ta’ materjal organiku (bħal pit, ħaxixet il-mikinsa, kompost, għeruq, qoxra tas-siġar, pit, kompost, injam artab u tipi ta’ kombinamenti differenti) jew xi materjal inert (bħal tafal, karbonju attivat, u poliuretan), fejn il-gass ta’ skart jiġi ossidat bijoloġikament f’diossidu tal-karbonju, ilma, imluħ inorganiċi u bijomassa minn mikroorganiżmi li jseħħu b’mod naturali.

—

Il-purifikazzjoni bijoloġika: it-tneħħija tal-komposti niġġiesa minn fluss ta’ gass ta’ skart bl-użu ta’ kombinament ta’ purifikazzjoni niedja (assorbiment) u l-bijodegradazzjoni f’kundizzjonijiet aerobiċi. L-ilma tal-purifikazzjoni fih popolazzjoni ta’ mikroorganiżmi xierqa biex jiġu ossidizzati komposti gassużi bijodegradabbli. Is-sustanzi niġġiesa assorbiti jiġu ddegradati f’tankijiet tal-ħama b’arjazzjoni.

—

L-iskular bijoloġiku: it-tneħħija tal-komposti niġġiesa minn fluss ta’ gass ta’ skart f’reattur bijoloġiku b’sodda għat-taqtir. Is-sustanzi niġġiesa jiġu assorbiti mill-fażi tal-ilma u jiġu ttrasportati lejn il-bijorita, fejn isseħħ it-trasformazzjoni bijoloġika.

L-għażla tal-fjuwil

L-użu ta’ fjuwil (inkluż dak ta’ appoġġ/awżiljari) b’kontenut baxx ta’ komposti potenzjalment niġġiesa (eż. karburant b’kontenut baxx ta’ kubrit, irmied, nitroġenu, fluworu jew kloru fil-fjuwil).

Kondensazzjoni

It-tneħħija tal-fwar ta’ komposti organiċi u inorganiċi minn fluss ta’ effluwent gassuż tal-proċess jew tal-gass ta’ skart billi t-temperatura tiegħu tinġieb taħt il-punt tan-nida tiegħu, bir-riżultat li l-fwar jiġi likwifikat. Skont il-medda tat-temperatura tat-tħaddim meħtieġa, jintużaw mezzi differenti tat-tkessiħ, eż. ilma jew salmura.

F’kondensazzjoni krijoġenika, in-nitroġenu likwidu jintuża bħala mezz tat-tkessiħ.

Ċiklun

Tagħmir għat-tneħħija tat-trab minn fluss ta’ effluwent gassuż tal-proċess jew tal-gass ta’ skart bl-użu tal-forzi ċentrifugi għas-separazzjoni, normalment f’kompartiment koniku.

Preċipitatur elettrostatiku

Preċipitatur elettrostatiku (ESP) huwa apparat għall-kontroll tal-partikoli li juża forzi elettriċi biex iċaqlaq il-partikoli mqiegħda fi ħdan fluss tal-gass ta’ skart fuq il-pjanċi tal-kollettur. Il-partikoli li jitkaxkru jingħataw ċarġ elettriku huma u għaddejjin minn ġo korona li fiha fluss ta’ joni gassużi. Elettrodi fiċ-ċentru tal-korsija tal-fluss jinżammu f’vultaġġ għoli u jiġġeneraw il-kamp elettriku li jġiegħel lill-partikoli jersqu lejn il-ħitan tal-kolletturi. Il-vultaġġ DC b’pulsazzjonijiet meħtieġ huwa fil-medda ta’ 20-100 kV.

Filtru assolut

Il-filtri assoluti, imsejħa wkoll filtri tal-arja partikolata effiċjenti ħafna (HEPA) jew filtri tal-arja b’penetrazzjoni baxxa ħafna (ULPA), huma magħmula minn drapp tal-ħġieġ jew minn tessuti ta’ fibri sintetiċi li minnhom jgħaddu l-gassijiet biex jitneħħew il-partikoli. Il-filtri assoluti juru effiċjenzi ogħla mill-filtri tad-drapp. Il-klassifikazzjoni tal-filtri HEPA u ULPA skont il-prestazzjoni tagħhom tingħata fl-EN 1822-1.

Filtru tal-arja effiċjenti ħafna (HEAF)

Filtru b’sodda ċatta li fih l-aerosols jingħaqdu fi qtar. Il-qtar viskuż ħafna jibqa’ fuq id-drapp tal-filtru li jkun fih ir-residwi li għandhom jintremew u jiġu sseparati fi qtar, aerosols u trab. L-HEAFs huma partikolarment xierqa għat-trattament ta’ qtar viskuż ħafna.

Filtru tad-drapp

Il-filtri tad-drapp, li ħafna drabi jissejħu filtri b’borża, huma magħmula minn drapp minsuġ jew minn pannu poruż li minnu jgħaddu l-gassijiet sabiex jitneħħew il-partikoli. L-użu ta’ filtru tad-drapp jirrikjedi l-għażla ta’ drapp addattat għall-karatteristiċi tal-gass ta’ skart u tat-temperatura tat-tħaddim massima.

Berner b’livell baxx ta’ NOX

It-teknika (inklużi l-berner b’livell baxx ħafna ta’ NOX) hija bbażata fuq il-prinċipji tat-tnaqqis tat-temperaturi massimi tal-fjamma. It-taħlit tal-arja/fjuwil inaqqas id-disponibbiltà tal-ossiġenu u jnaqqas it-temperatura massima tal-fjamma, b’hekk idewwem il-konverżjoni ta’ nitroġenu marbut mal-fjuwil għal NOX u l-formazzjoni tal-NOX termali, filwaqt li jżomm effiċjenza għolja ta’ kombustjoni. Id-disinn ta’ berners b’livell baxx ħafna ta’ NOX jinkludi t-tqassim tal-(arja)/fjuwil u ċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-egżost/gass mit-tromba ta’ ċumnija.

Kombustjoni ottimizzata

Id-disinn tajjeb tal-kompartimenti tal-kombustjoni, tal-berners u tat-tagħmir/tal-apparat assoċjat jiġi kkombinat mal-ottimizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kombustjoni (eż. it-temperatura u l-ħin ta’ residenza fiż-żona ta’ kombustjoni, it-taħlit effiċjenti tal-fjuwil u l-arja ta’ kombustjoni) u l-manutenzjoni ppjanata regolari tas-sistema ta’ kombustjoni skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-fornituri. Il-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-kombustjoni huwa bbażat fuq il-monitoraġġ kontinwu u l-kontroll awtomatizzat ta’ parametri tal-kombustjoni xierqa (eż. l-O2, is-CO, il-proporzjon ta’ fjuwil għall-arja u s-sustanzi mhux maħruqa).

Ottimizzazzjoni tal-ossidazzjoni katalitika jew termali

L-ottimizzazzjoni tad-disinn u tat-tħaddim tal-ossidazzjoni katalitika jew termali biex tiġi promossa l-ossidazzjoni ta’ komposti organiċi inkluż il-PCDD/F preżenti fil-gassijiet ta’ skart, biex jiġu pprevenuti l-PCDD/F u l-formazzjoni (mill-ġdid) tal-prekursuri tagħhom, kif ukoll biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa bħal NOX u CO.

Ossidazzjoni katalitika

Tagħmir għat-tnaqqis li jossidizza l-komposti kombustibbli fi fluss tal-gass ta’ skart bis-saħħa tal-arja jew l-ossiġenu f’sodda katalitika. Il-katalizzatur jippermetti l-ossidazzjoni f’temperaturi aktar baxxi u f’tagħmir iżgħar meta mqabbel mal-ossidazzjoni termali. It-temperatura tipika tal-ossidazzjoni hija ta’ bejn 200 °C u 600 °C.

Għall-effluwenti gassużi tal-proċess b’konċentrazzjonijiet baxxi tal-KOV (eż. < 1 g/Nm3), jistgħu jiġu applikati passi ta’ qabel il-konċentrazzjoni bl-użu ta’ adsorbiment (rotor jew sodda fissa, b’karbonju attivat jew b’żeoliti). Il-KOV adsorbiti fil-konċentratur jiġu desorbiti bl-użu ta’ arja ambjentali msaħħna jew ta’ gass ta’ skart imsaħħan, u l-fluss tal-volum li jirriżulta b’konċentrazzjoni ogħla ta’ KOV jiġi dirett lejn l-ossidatur.

Il-filtri molekulari (“apparati għall-illixxar”), tipikament magħmula minn żeoliti, jistgħu jintużaw qabel il-konċentraturi jew l-ossidatur biex jiġu llivellati ’l isfel varjazzjonijiet għoljin tal-konċentrazzjonijiet tal-KOV fl-effluwenti gassużi tal-proċess.

Ossidazzjoni termali

Teknika għat-tnaqqis li tossidizza l-komposti kombustibbli fi fluss ta’ gass ta’ skart billi ssaħħnu bl-arja jew bl-ossiġenu ’l fuq mill-punt tat-tqabbid awtomatiku tiegħu f’kompartiment tal-kombustjoni u żżommu f’temperatura għolja għal ħin twil biżżejjed biex titlesta l-kombustjoni tiegħu għal diossidu tal-karbonju u ilma. It-temperatura tipika tal-kombustjoni hija ta’ bejn 800 °C u 1 000  °C.

Jitħaddmu diversi tipi ta’ ossidazzjoni termali:

—

Ossidazzjoni termali dritta: ossidazzjoni termali mingħajr irkupru tal-enerġija mill-kombustjoni.

—

Ossidazzjoni termali rekuperattiva: ossidazzjoni termali bl-użu tas-sħana tal-gassijiet ta’ skart permezz ta’ trasferiment indirett tas-sħana.

—

Ossidazzjoni termali riġenerattiva: ossidazzjoni termali fejn il-fluss tal-gass ta’ skart li jidħol jissaħħan meta jgħaddi minn sodda ppakkjata biċ-ċeramika qabel jidħol fil-kompartiment tal-kombustjoni. Il-gassijiet sħan ippurifikati joħorġu minn dan il-kompartiment billi jgħaddu minn sodda jew sodod ippakkjati biċ-ċeramika (imkessħa minn fluss tal-gass ta’ skart li jidħol f’ċiklu ta’ kombustjoni preċedenti). Din is-sodda ppakkjata msaħħna mill-ġdid imbagħad tibda ċiklu ta’ kombustjoni ġdid billi ssaħħan minn qabel fluss tal-gass ta’ skart ġdid li jidħol.

Għall-effluwenti gassużi tal-proċess b’konċentrazzjonijiet baxxi tal-KOV (eż. < 1 g/Nm3), jistgħu jiġu applikati passi ta’ qabel il-konċentrazzjoni bl-użu ta’ adsorbiment (rotor jew sodda fissa, b’karbonju attivat jew b’żeoliti). Il-KOV adsorbiti fil-konċentratur jiġu desorbiti bl-użu ta’ arja ambjentali msaħħna jew ta’ gass ta’ skart imsaħħan, u l-fluss tal-volum li jirriżulta b’konċentrazzjoni ogħla ta’ KOV jiġi dirett lejn l-ossidatur.

Il-filtri molekulari (“apparati għall-illixxar”), tipikament magħmula minn żeoliti, jistgħu jintużaw qabel il-konċentraturi jew l-ossidatur biex jiġu llivellati ’l isfel varjazzjonijiet għoljin tal-konċentrazzjonijiet tal-KOV fl-effluwenti gassużi tal-proċess.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ir-riduzzjoni selettiva tal-ossidi tan-nitroġenu bl-ammonijaka jew bl-urea fil-preżenza ta’ katalizzatur. It-teknika hija bbażata fuq it-tnaqqis tal-NOX għan-nitroġenu f’sodda katalitika b’reazzjoni mal-ammonijaka f’temperatura tat-tħaddim ottimali li tipikament tkun ta’ madwar 200-450 °C. B’mod ġenerali, l-ammonijaka tiġi injettata bħala soluzzjoni milwiema; is-sors tal-ammonijaka jista’ jkun ammonijaka anidruża jew soluzzjoni tal-urea. Jistgħu jiġu applikati diversi saffi ta’ katalizzaturi. Tinkiseb aktar riduzzjoni tal-NOX bl-użu ta’ wiċċ akbar tal-katalizzatur, installat bħala saff wieħed jew aktar. RKS “in-duct” jew “slip” tikkombina RMKS ma’ RKS downsteam li tnaqqas l-slip tal-ammonijaka mir-RMKS.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Ir-riduzzjoni selettiva tal-ossidi tan-nitroġenu għan-nitroġenu bl-ammonijaka jew bl-urea f’temperaturi għoljin u mingħajr katalizzatur. Il-firxa tat-temperatura tat-tħaddim tinżamm bejn it-800 °C u l-1 000  °C għal reazzjoni ottimali.

1.4.2.   Tekniki għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet diffużi fl-arja

Teknika

Deskrizzjoni

LIDAR bl-assorbiment differenzjali (DIAL)

Teknika bbażata fuq il-laser bl-użu ta’ LIDAR (detezzjoni u kejl tad-distanza permezz tad-dawl u l-assorbiment differenzjali) b’assorbiment differenzjali, li huwa l-analogu ottiku tal-RADAR ibbażat fuq il-mewġ tar-radju. It-teknika hija bbażata fuq ir-retrodiffużjoni tal-pulsazzjonijiet tar-raġġi tal-laser minn aerosols atmosferiċi, u l-analiżi tal-proprjetajiet spettrali tad-dawl li jkun ġie lura miġbur minn teleskopju.

Fatturi ta’ emissjoni

Il-fatturi ta’ emissjoni huma numri li jistgħu jiġu mmultiplikati b’rata ta’ attività (eż. l-output tal-produzzjoni), sabiex jiġu stmati l-emissjonijiet mill-installazzjoni. Il-fatturi ta’ emissjoni ġeneralment jiġu dderivati permezz tal-ittestjar ta’ popolazzjoni ta’ tagħmir tal-proċess jew passi tal-proċess simili. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biex il-kwantità ta’ materjal emess tiġi relatata ma’ xi kejl ġenerali tal-iskala ta’ attività. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra, jistgħu jintużaw fatturi prestabbiliti ta’ emissjoni (eż. valuri tal-letteratura) biex tiġi pprovduta stima tal-emissjonijiet.

Il-fatturi ta’ emissjoni normalment jiġu espressi bħala l-massa ta’ sustanza emessa diviża bit-throughput tal-proċess li fih tiġi emessa s-sustanza.

Programm għad-Detezzjoni u t-Tiswija tat-Tixrid (LDAR)

Approċċ strutturat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jaħarbu ta’ KOV permezz tad-detezzjoni u t-tiswija jew is-sostituzzjoni sussegwenti tal-komponenti li jkunu qegħdin inixxu. Il-programm LDAR jikkonsisti f’kampanja waħda jew aktar. Normalment issir kampanja fuq perjodu ta’ sena, fejn jiġi mmonitorjat ċertu perċentwal tal-biċċiet tat-tagħmir.

Metodi ta’ teknika ta’ immaġnijiet ottiċi tal-gass (OGI)

It-teknika ta’ immaġnijiet ottiċi tal-gass tuża kameras żgħar ħfief miżmuma fl-idejn jew imwaħħlin li jippermettu l-viżwalizzazzjoni tat-tixrid tal-gass dak il-ħin stess, biex jidher bħala “duħħan” fuq reġistratur flimkien mal-immaġni tat-tagħmir ikkonċernat sabiex it-tnixxijiet sinifikanti ta’ KOV jiġu lokalizzati faċilment u malajr. Is-sistemi attivi jipproduċu immaġni b’dawl tal-laser infraaħmar retrodiffuż fuq wara rifless fuq it-tagħmir u l-inħawi tiegħu. Is-sistemi passivi huma bbażati fuq ir-radjazzjoni infraħamra naturali tat-tagħmir u tal-inħawi tiegħu.

Il-fluss tal-okkultazzjoni solari (SOF)

It-teknika hija bbażata fuq ir-reġistrazzjoni u l-analiżi spettrometrika Fourier Transform ta’ spettru tad-dawl tax-xemx f’banda wiesgħa infraaħmar jew ultra-vjola/viżibbli tul itinerarju ġeografiku speċifiku, li jaqsam id-direzzjoni tar-riħ u jidħol fid-dħaħen tal-KOV.

1.4.3.   Tekniki biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi

Teknika

Deskrizzjoni

Estrużjoni tad-devolatilizzazzjoni

Meta s-soluzzjoni tal-gomma kkonċentrata tiġi pproċessata ulterjorment permezz tal-estrużjoni, il-fwar tas-solvent (normalment iċ-ċikloeżan, l-eżan, l-eptan, it-toluwen, iċ-ċiklopentan, l-isopentan jew taħlitiet tagħhom) li jiġu mit-toqba tal-fetħa tal-estrużur jiġu kkompressati u jintbagħtu għall-irkupru.

Strippaġġ

Il-KOV li jinsabu fil-polimeru jiġu ttrasferiti lejn il-fażi gassuża (eż. bl-użu tal-fwar). L-effiċjenza tat-tneħħija tista’ tiġi ottimizzata b’kombinament xieraq ta’ temperatura, pressjoni u ħin ta’ residenza u billi jiġi mmassimizzat il-proporzjon ta’ wiċċ ħieles ta’ polimeru għall-volum totali ta’ polimeru.

Retroventilazzjoni

Il-fwar minn biċċa tagħmir riċevitur (eż. tank) li jiġi spostat matul it-trasferiment ta’ likwidu u li jiġi rritornat lejn it-tagħmir tal-konsenja li minnu jiġi kkonsenjat il-likwidu.


(1)  Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396 30.12.2006, p. 1).

(5)  Għal kwalunkwe parametru fejn, minħabba limitazzjonijiet ta’ kampjunar jew analitiċi u/jew minħabba kundizzjonijiet operazzjonali (eż. proċessi tal-lott), kampjun/kejl ta’ 30 minuta u/jew medja ta’ tliet kampjuni/kejliet konsekuttivi ma jkunx xieraq, tista’ tintuża proċedura aktar rappreżentattiva tal-kampjunar/kejl. Għall-PCDD/F jintuża perjodu tal-kampjunar wieħed ta’ bejn sitt u tmien sigħat.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

(7)  Il-monitoraġġ japplika biss meta s-sustanza/il-parametru kkonċernat(a) tiġi/jiġi identifikat(a) bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju mogħti fil-BAT 2.

(8)  Il-kejl isir skont EN 15259.

(9)  Sa fejn ikun possibbli, il-kejl jitwettaq fl-ogħla stat tal-emissjonijiet mistenni f’kundizzjonijiet operattivi normali.

(10)  Il-frekwenza tal-monitoraġġ minima tista’ titnaqqas għal darba fis-sena jew għal darba kull tliet snin jekk jintwera li l-livelli ta’ emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(11)  L-istandards EN ġeneriċi għall-kejl kontinwu huma EN 14181, EN 15267-1, EN 15267-2 u EN 15267-3.

(12)  Fil-każ ta’ fran/ħiters tal-proċess b’input termiku nominali totali ta’ anqas minn 100 MW imħaddma anqas minn 500 siegħa fis-sena, il-frekwenza tal-monitoraġġ minima tista’ titnaqqas għal darba fis-sena.

(13)  Il-frekwenza tal-monitoraġġ minima tista’ titnaqqas għal darba kull 3 snin jekk jintwera li l-livelli ta’ emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(14)  Il-frekwenza tal-monitoraġġ minima tista’ titnaqqas għal darba kull 6 xhur jekk jintwera li l-livelli ta’ emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(15)  Il-frekwenza tal-monitoraġġ minima tista’ titnaqqas għal darba fis-sena jekk jintwera li l-livelli ta’ emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(16)  Fil-każ tal-produzzjoni tal-poljolefini, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tat-TVOC mill-istadji tal-irfinar (eż. it-tnixxif, it-taħlit) u mill-ħżin tal-polimeri jista’ jiġi kkomplementat mill-monitoraġġ fil-BAT 24 jekk jipprovdi rappreżentazzjoni aħjar tal-emissjonijiet tat-TVOC.

(17)  Fil-każ tal-produzzjoni ta’ gomom sintetiċi, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tat-TVOC mill-istadji tal-irfinar (eż. l-estrużjoni, it-tnixxif, it-taħlit) u mill-ħżin tal-gomma sintetika jista’ jiġi kkomplementat mill-monitoraġġ fil-BAT 31 jekk jipprovdi rappreżentazzjoni aħjar tal-emissjonijiet tat-TVOC.

(18)  (12) jiġifieri għajr il-benżen, 1,3-butadien, il-klorometan, id-diklorometan, id-diklorur tal-etilen, l-ossidu tal-etilen, il-formaldeid, l-ossidu tal-propilen, it-tetraklorometan, it-toluwen, it-triklorometan.

(19)  Għall-attivitajiet elenkati fil-punti 8 u 10, il-Parti 1 tal-Anness VII tal-IED, il-meded tal-BAT-AEL japplikaw sal-punt li jwasslu għal livelli ta’ emissjonijiet aktar baxxi mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet fil-parti 2 u 4 tal-Anness VII tal-IED.

(20)  It-TVOC huwa espress f’mg C/Nm3.

(21)  Fil-każ tal-produzzjoni tal-polimeri, il-BAT-AEL ma jistax japplika għall-emissjonijiet mill-istadji tal-irfinar (eż. l-estrużjoni, it-tnixxif, it-taħlit) u mill-ħżin tal-polimeri.

(22)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tat-TVOC ikun taħt eż. 100 g C/h) jekk l-ebda sustanza CMR ma tiġi identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju mogħti fil-BAT 2.

(23)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 30 mg C/Nm3 meta jintużaw tekniki għall-irkupru tal-materjali (eż. solventi, ara l-BAT 9), jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

—

il-preżenza ta’ sustanzi kklassifikati bħala CMR 1 A/1B jew CMR 2 tiġi identifikata bħala mhux rilevanti (ara l-BAT 2);

—

l-effiċjenza tat-tnaqqis tat-TVOC tas-sistema tat-trattament tal-gass ta’ skart tkun ≥ ta’ 95 %.

(24)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tas-somma tal-KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B ikun taħt eż. 1 g/h).

(25)  Il-BAT-AEL ma japplikax għall-emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tas-somma tal-KOV kklassifikati bħala CMR 2 ikun taħt eż. 50 g/h).

(26)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tas-sustanza kkonċernata jkun taħt eż. 1 g/h).

(27)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tas-sustanza kkonċernata jkun taħt eż. 50 g/h).

(28)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 15 mg/Nm3 meta jintużaw tekniki għall-irkupru tal-materjali (eż. solventi, ara l-BAT 9), jekk l-effiċjenza tat-tnaqqis tas-sistema tat-trattament tal-gass ta’ skart tkun ≥ ta’ 95 %.

(29)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 20 mg/Nm3 meta jintużaw tekniki għall-irkupru tat-toluwen (ara l-BAT 9), jekk l-effiċjenza tat-tnaqqis tas-sistema ta’ trattament tal-gass ta’ skart tkun ≥ ta’ 95 %.

(30)  In-naħa ta’ fuq tal-medda hija 20 mg/Nm3 meta ma jkun applikabbli la filtru assolut u lanqas filtru tad-drapp.

(31)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tat-trab ikun taħt eż. 50 g/h) jekk l-ebda sustanza CMR ma tiġi identifikata bħala rilevanti fit-trab abbażi tal-inventarju mogħti fil-BAT 2.

(32)  Fil-każ tal-produzzjoni ta’ pigmenti inorganiċi kumplessi li jużaw tisħin dirett, u fil-każ tal-pass tat-tnixxif fil-produzzjoni tal-E-PVC, it-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 10 mg/Nm3.

(33)  L-emissjonijiet tat-trab huma mistennija li jkunu lejn it-tarf ta’ isfel tal-medda tal-BAT-AEL (eż. taħt it-2,5 mg/Nm3) meta l-preżenza ta’ sustanzi kklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B, jew CMR 2 fit-trab tiġi identifikata bħala rilevanti (ara l-BAT 2).

(34)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa taċ-ċomb ikun taħt eż. 0,1 g/h).

(35)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa ta’ Ni ikun taħt eż. 0,15 g/h).

(36)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 80 mg/Nm3 jekk l-effluwent(i) gassuż(i) tal-proċess ikun fih/fihom livelli għoljin ta’ prekursuri tal-NOX.

(37)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 200 mg/Nm3 jekk l-effluwent(i) gassuż(i) tal-proċess ikun fih/fihom livelli għoljin ta’ prekursuri tal-NOX.

(38)  Bħala indikazzjoni, il-livelli ta’ emissjonijiet għall-monossidu tal-karbonju huma ta’ 4-50 mg/Nm3, bħala medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar.

(39)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 40 mg/Nm3 fil-każ ta’ effluwenti gassużi tal-proċess li jkun fihom livelli għoljin ħafna ta’ NOX (eż. ogħla minn 5 000 mg/Nm3) qabel it-trattament b’RKS jew b’RMKS.

(40)  Il-BAT-AEL ma japplikax għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ ammonijaka mill-użu ta’ RKS jew RMKS (slip tal-ammonijaka). Dan huwa kopert mill-BAT 17.

(41)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tal-NH3 ikun taħt eż. 50 g/h).

(42)  Fil-każ tal-pass tat-tnixxif fil-produzzjoni tal-E-PVC, it-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 20 mg/Nm3, meta s-sostituzzjoni tal-imluħa tal-ammonju ma tkunx possibbli minħabba l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott.

(43)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tas-sustanza kkonċernata jkun taħt eż. 5 g/h).

(44)  Fil-każ ta’ konċentrazzjonijiet tal-NOX li jaqbżu l-100 mg/Nm3, it-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 3 mg/Nm3 minħabba interferenza analitika

(45)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tal-HCl ikun taħt eż. 30 g/h).

(46)  Fil-każ tal-produzzjoni tal-isplussivi, it-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 220 mg/Nm3 meta jiġi riġenerat jew irkuprat l-aċidu nitriku mill-proċess tal-produzzjoni.

(47)  Il-BAT-AEL ma japplikax għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ NOX mill-użu ta’ ossidazzjoni katalitika jew termali (ara l-BAT 16) jew mill-fran/ħiters tal-proċess (ara l-BAT 36).

(48)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tas-sustanza kkonċernata jkun taħt eż. 500 g/h.

(49)  Fil-każ tal-produzzjoni tal-kaprolattam, it-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 200 mg/Nm3 fil-każ ta’ effluwenti gassużi tal-proċess li fihom livelli għoljin ħafna ta’ NOX (eż. ogħla minn 10 000 mg/Nm3) qabel it-trattament b’RKS jew b’RMKS, meta l-effiċjenza tat-tnaqqis tar-RKS jew tar-RMKS tkun ta’ ≥ 99 %.

(50)  Il-BAT-AEL ma japplikax fil-każ ta’ purifikazzjoni fiżika jew konċentrazzjoni mill-ġdid ta’ aċidu sulfuriku eżawrit.

(51)  Il-monitoraġġ japplika biss għal emittenti li huma identifikati bħala rilevanti fl-inventarju mogħti fil-BAT 2.

(52)  Il-monitoraġġ ma japplikax għal tagħmir imħaddem taħt pressjoni subatmosferika.

(53)  Fil-każ ta’ sorsi inaċċessibbli ta’ emissjonijiet li jaħarbu ta’ KOV (eż. jekk il-monitoraġġ ikun jirrikjedi t-tneħħija tal-iżolament jew l-użu ta’ scaffolding), il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba matul il-perjodu kopert minn kull programm LDAR (ara l-punt iii. tal-BAT 19).

(54)  Għall-produzzjoni tal-PVC, il-frekwenza tal-monitoraġġ minima tista’ titnaqqas għal darba kull ħames snin jekk l-impjant juża detetturi tal-gass VCM biex jimmonitorja kontinwament l-emissjonijiet tal-VCM b’mod li jippermetti livell ekwivalenti ta’ detezzjoni tat-tnixxijiet tal-VCM.

(55)  Fil-każ ta’ tagħmir ta’ integrità għolja (ara l-BAT 23 b.) f’kuntatt mal-KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B, tista’ tiġi adottata frekwenza tal-monitoraġġ minima aktar baxxa, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas darba kull ħames snin.

(56)  Fil-każ ta’ tagħmir ta’ integrità għolja (ara l-BAT 23 b.) f’kuntatt mal-KOV għajr il-KOV ikklassifikati bħala CMR 1 A jew 1B, tista’ tiġi adottata frekwenza tal-monitoraġġ minima aktar baxxa, iżda fi kwalunkwe każ tal-anqas darba kull tmien snin.

(57)  Il-frekwenza tal-monitoraġġ minima tista’ titnaqqas għal darba kull ħames snin jekk l-emissjonijiet li ma jaħarbux jiġu kkwantifikati bl-użu ta’ kejl.

(58)  Dan l-istandard jista’ jiġi kkomplementat minn EN 17628.

(59)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal impjanti li l-konsum annwali totali ta’ solventi tagħhom ikun anqas minn 50 tunnellata.

(60)  It-tarf ta’ isfel tal-medda tal-BAT-AEL huwa tipikament assoċjat mal-proċess ta’ polimerizzazzjoni gas-phase.

(61)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 2,7 g C/kg fil-każ tal-produzzjoni ta’ EVA jew ta’ kopolimeri oħrajn (eż. kopolimeri tal-etilakrilat).

(62)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 4,7 g C/kg jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

—

l-ossidazzjoni termali ma tkunx applikabbli;

—

jiġu prodotti EVA jew kopolimeri oħrajn (eż. kopolimeri tal-etilakrilat).

(63)  Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-VCM mill-istadji tal-irfinar (eż. it-tnixxif, it-taħlit) kif ukoll mit-trasferiment, mill-immaniġġar u mill-ħżin tal-PVC jista’ jiġi sostitwit mill-monitoraġġ fil-BAT 27.

(64)  L-istandards EN ġeneriċi għall-kejl kontinwu huma EN 14181, EN 15267-1, EN 15267-2 u EN 15267-3.

(65)  Il-frekwenza tal-monitoraġġ minima tista’ titnaqqas għal darba kull 6 xhur jekk jintwera li l-livelli ta’ emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(66)  Sa fejn ikun possibbli, il-kejl jitwettaq fl-ogħla stat tal-emissjonijiet mistenni f’kundizzjonijiet operattivi normali.

(67)  Il-frekwenza tal-monitoraġġ minima tista’ titnaqqas għal darba fis-sena jekk jintwera li l-livelli ta’ emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(68)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet minuri (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tal-VCM ikun taħt eż. 1 g/h).

(69)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 5 mg/Nm3 jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

—

l-ossidazzjoni termali ma tkunx applikabbli;

—

l-impjant ma jkunx assoċjat direttament mal-produzzjoni ta’ EDC u VCM.

(70)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,5 g VCM għal kull kg ta’ PVC prodott jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

—

l-ossidazzjoni termali ma tkunx applikabbli;

—

l-impjant ma jkunx assoċjat direttament mal-produzzjoni ta’ EDC u VCM.

(71)  Il-monitoraġġ japplika biss meta s-sustanza kkonċernata tkun identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju mogħti fil-BAT 2.

(72)  L-istandards EN ġeneriċi għall-kejl kontinwu huma EN 14181, EN 15267-1, EN 15267-2 u EN 15267-3.

(73)  Fil-każ tal-produzzjoni tal-kisi, il-frekwenza tal-monitoraġġ minima tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar meta ma jkunx possibbli monitoraġġ kontinwu minħabba interferenza analitika.

(74)  Sa fejn ikun possibbli, il-kejl jitwettaq fl-ogħla stat tal-emissjonijiet mistenni f’kundizzjonijiet operattivi normali.

(75)  Il-BAT-AEL ma japplikax għall-produzzjoni tar-raden.

(76)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 500 mg CS2/Nm3 jekk:

(a)

jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

—

il-bijoproċessi (ara l-BAT 35 b) ma jkunux applikabbli;

—

l-effiċjenza ta’ rkupru tas-CS2 (ara l-BAT 34) tkun ≥ ta’ 97 %; jew

(b)

l-irkupru tas-CS2 ma jkunx applikabbli.

(77)  It-tarf ta’ isfel tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jinkiseb bl-użu ta’ ossidazzjoni termali jew it-teknika d. fil-BAT 34.

(78)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 30 mg/Nm3, meta s-somma ta’ H2S u CS2 (espressa bħala S Totali) tkun qrib it-tarf ta’ isfel tal-medda tal-BAT-AEL fit-Tabella 1.14.

(79)  L-emissjonijiet fl-arja jirreferu għall-emissjonijiet inkanalati biss.

(80)  Fil-każ tal-produzzjoni ta’ pigmenti inorganiċi kumplessi, it-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 400 mg/Nm3 meta tiġi ssodisfata l-kundizzjoni b) ta’ hawn taħt, u sa 1 000 mg/Nm3 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet a) u b) ta’ hawn taħt:

(a)

it-temperatura tal-kombustjoni tkun ogħla minn 1 000 C;

(b)

tintuża arja arrikkita bl-ossiġenu, jew ossiġenu pur.

(81)  Il-BAT-AEL ma japplikax għal emissjonijiet żgħar (jiġifieri meta l-fluss tal-massa tal-NOX ikun taħt eż. 500 g/h).

(82)  It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 200 mg/Nm3 meta jintuża tisħin dirett.

(83)  Bħala indikazzjoni, il-livelli ta’ emissjonijiet għall-monossidu tal-karbonju huma ta’ 4-50 mg/Nm3, bħala medja ta’ kuljum jew medja matul il-perjodu tal-kampjunar.