|
9.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/136 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2414
tas-6 ta’ Diċembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 fir-rigward tal-istandards armonizzati dwar ir-rekwiżiti, l-ittestjar u l-immarkar tal-filtri tal-partiċelli għal apparati respiratorji protettivi, ir-rekwiżiti ġenerali għall-ilbies protettiv, ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tal-għajnejn għall-isquash u għall-protezzjoni tal-għajnejn għar-racquetball u l-isquash 57 u r-rekwiżiti u l-metodi tal-ittestjar għax-xedd tas-saqajn li jipproteġi mir-riskji fil-funderiji u waqt l-iwweldjar u proċessi konnessi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir ta’ protezzjoni personali li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra M/031, bit-titolu “Standardisation mandate to CEN/CENELEC concerning standards for personal protective equipment” (Mandat ta’ standardizzazzjoni indirizzat lis-CEN/CENELEC li jikkonċerna standards għal tagħmir ta’ protezzjoni personali), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) biex jiġu żviluppati u abbozzati standards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (3). |
|
(3) |
Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni M/031, is-CEN abbozza diversi standards ġodda u rreveda għadd ta’ standards armonizzati eżistenti. |
|
(4) |
Fid-19 ta’ Novembru 2020, it-talba ta’ standardizzazzjoni M/031 skadiet u ġiet sostitwita b’talba ġdida ta’ standardizzazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)7924 (4). |
|
(5) |
Billi r-Regolament (UE) 2016/425 japplika minflok ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza applikabbli għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali stabbiliti bid-Direttiva 89/686/KEE, l-abbozzi tal-istandards armonizzati żviluppati skont it-talba ta’ standardizzazzjoni M/031 huma koperti mit-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924. Għaldaqstant, ir-referenzi tagħhom jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jista’ jiġi aċċettat b’mod eċċezzjonali li tali standards żviluppati u ppubblikati mis-CEN u mis-CENELEC matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni bejn it-talba ta’ standardizzazzjoni M/031 u t-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924 ma fihomx referenza espliċita għat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924. |
|
(6) |
Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni M/031 u tat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati ġodda li ġejjin: EN ISO 18527-2:2021 dwar ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tal-għajnejn għall-isquash u għall-protezzjoni tal-għajnejn għar-racquetball u l-isquash 57, EN ISO 20349-1:2017/A1:2020 li jemenda EN ISO 20349-1:2017 dwar ir-rekwiżiti u l-metodi tal-ittestjar għax-xedd tas-saqajn li jipproteġi mir-riskji fil-funderiji u EN ISO 20349-2:2017/A1:2020 li jemenda EN ISO 20349-2:2017 dwar ir-rekwiżiti u l-metodi tal-ittestjar għax-xedd tas-saqajn li jipproteġi mir-riskji waqt l-iwweldjar u proċessi konnessi. |
|
(7) |
Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni M/031 u tat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 143:2000 dwar ir-rekwiżiti, l-ittestjar u l-immarkar tal-filtri tal-partiċelli għal apparati respiratorji protettivi, kif ikkoreġut b’EN 143:2000/AC:2005 u emendat b’EN 143:2000/A1:2006, u EN ISO 13688:2013 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-ilbies protettiv, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 209/03) (5). Dik ir-reviżjoni wasslet għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 143:2021 u l-emenda EN ISO 13688:2013/A1:2021 għall-istandard armonizzat EN ISO 13688:2013. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN ivvalutat jekk l-istandards armonizzati abbozzati u reveduti mis-CEN jikkonformawx mat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924. |
|
(9) |
L-istandards armonizzat EN 143:2021, EN ISO 13688:2013 kif emendat b’EN ISO 13688:2013/A1:2021, EN ISO 18527-2:2021, EN ISO 20349-1:2017 kif emendat b’EN ISO 20349-1:2017/A1:2020 u EN ISO 20349-2:2017 kif emendat b’EN ISO 20349-2:2017/A1:2020 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/425. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(10) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/668 (6) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2016/425. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 ikunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 143:2021, EN ISO 13688:2013 u tal-emenda tiegħu EN ISO 13688:2013/A1:2021, EN ISO 18527-2:2021, EN ISO 20349-1:2017 u tal-emenda tiegħu EN ISO 20349-1:2017/A1:2020 u EN ISO 20349-2:2017 u tal-emenda tiegħu EN ISO 20349-2:2017/A1:2020 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(11) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandard armonizzat EN 143:2000, u tal-korrezzjoni tiegħu EN 143:2000/AC:2005 u tal-emenda tiegħu EN 143:2000/A1:2006, u tal-istandard armonizzat EN ISO 13688:2013 mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(12) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 li huma rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant jixraq li r-referenzi tal-istandard armonizzat EN 143:2000, u tal-korrezzjoni tiegħu EN 143:2000/AC:2005 u tal-emenda tiegħu EN 143:2000/A1:2006, u tal-istandard armonizzat EN ISO 13688:2013 jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(13) |
L-istandards armonizzati EN 352-1:2002, EN 352-2:2002, EN 352-3:2002, EN 352-4:2001 kif emendat b’EN 352-4:2001/A1:2005, EN 352-5:2002 kif emendat b’EN 352-5:2002/A1:2005, EN 352-6:2002, EN 352-7:2002 u EN 352-8:2008 dwar tagħmir li jipproteġi s-smigħ ġew riveduti mis-CEN u r-referenzi tagħhom ġew inklużi fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 bil-21 ta’ Jannar 2023 indikat bħala d-data tal-irtirar. Il-verżjonijiet il-ġodda tal-istandards sostitwiti introduċew rekwiżiti tekniċi ġodda rigward il-kalkolu tal-attenwazzjoni u d-daqsijiet tar-ras ġodda, li jimplika ttestjar addizzjonali tat-tagħmir li jipproteġi s-smigħ flimkien mal-apparati tal-protezzjoni tar-ras u/jew tal-protezzjoni tal-wiċċ f’kombinazzjonijiet aktar varjati. Konsegwentement, il-manifatturi jeħtieġu aktar żmien biex jadattaw il-produzzjoni tagħhom biex issir konformi mal-istandards il-ġodda. Barra minn hekk, il-korpi notifikati u l-laboratorji tal-ittestjar huma meħtieġa jadattaw il-metodi tal-ittestjar u jirrevedu l-akkreditazzjoni tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti l-ġodda. Għaldaqstant jixraq li d-data tal-irtirar tal-istandards armonizzati EN 352-1:2002, EN 352-2:2002, EN 352-3:2002, EN 352-4:2001 u tal-emenda tiegħu EN 352-4:2001/A1:2005, EN 352-5:2002 u tal-emenda tiegħu EN 352-5:2002/A1:2005, EN 352-6:2002, EN 352-7:2002 u EN 352-8:2008 tiġi posposta għal 18-il xahar addizzjonali. Dan il-posponiment mhuwiex mistenni li jkollu effett detrimentali fuq il-livelli ta’ sikurezza tal-prodotti kkonċernati peress li l-istandards riveduti prinċipalment itejbu ċ-ċarezza tal-proċeduri tal-ittestjar u ma jġibux magħhom bidliet sinifikanti fir-rekwiżiti sostantivi applikabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 dwar l-istandards armonizzati EN 352-1:2002, EN 352-2:2002, EN 352-3:2002, EN 352-4:2001 u l-emenda tiegħu EN 352-4:2001/A1:2005, EN 352-5:2002 u l-emenda tiegħu EN 352-5:2002/A1:2005, EN 352-6:2002, EN 352-7:2002 u EN 352-8:2008 jiġu sostitwiti. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 tiġi emendata skont dan. |
|
(15) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 143:2021 u EN ISO 13688:2013 kif emendat b’EN ISO 13688:2013/A1:2021, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi tal-istandard armonizzat EN 143:2000 kif ikkoreġut b’EN 143:2000/AC:2005 u emendat b’EN 143:2000/A1:2006, u tal-istandard armonizzat EN ISO 13688:2013. |
|
(16) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)7924 tad-19 ta’ Novembru 2020 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir ta’ protezzjoni personali b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 209, 15.6.2018, p. 17).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/668 tat-18 ta’ Mejju 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 19.5.2020, p. 13).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
“39. |
EN 143:2021 Apparati respiratorji protettivi - Filtri tal-partiċelli - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
|
40. |
EN ISO 13688:2013 Ilbies protettiv - Rekwiżiti ġenerali (ISO 13688:2013) EN ISO 13688:2013/A1:2021 |
|
41. |
EN ISO 18527-2:2021 Protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ għal użu sportiv - Parti 2: Rekwiżiti għall-protezzjoni tal-għajnejn għall-isquash u għall-protezzjoni tal-għajnejn għar-racquetball u l-isquash 57 (ISO 18527-2:2021) |
|
42. |
EN ISO 20349-1:2017 Tagħmir ta’ protezzjoni personali - Xedd tas-saqajn li jipproteġi mir-riskji fil-funderiji u l-iwweldjar - Parti 1: Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar għall-protezzjoni kontra r-riskji fil-funderiji (ISO 20349-1:2017) EN ISO 20349-1:2017/A1:2020 |
|
43. |
EN ISO 20349-2:2017 Tagħmir ta’ protezzjoni personali - Xedd tas-saqajn li jipproteġi mir-riskji fil-funderiji u l-iwweldjar - Parti 2: Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar għall-protezzjoni kontra r-riskji fl-iwweldjar u fil-proċessi konnessi (ISO 20349-2:2017) EN ISO 20349-2:2017/A1:2020”. |
ANNESS II
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrati Nru 22 sa 29 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|