2.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/176


DEĊIŻJONI (UE) 2022/2359 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ Novembru 2022

li tadotta regoli interni dwar restrizzjonijiet tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data b’rabta mal-funzjonament intern tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/42)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l- Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iwettaq il-kompiti tiegħu skont it-Trattati.

(2)

Skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725, id-Deċiżjoni (UE) 2020/655 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/28) (2) jistabbilixxi r-regoli ġenerali li jimplimentaw ir-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tal-BĊE. B’mod partikolari, jispeċifika r-regoli dwar il-ħatra u r-rwol tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-BĊE (UPD), inklużi l-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tal-UPD.

(3)

Fl-eżerċizzju tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE, il-BĊE u b’mod partikolari l-unità organizzattiva kkonċernata taġixxi bħala kontrollur tad-data sa fejn hija tiddetermina, waħedha jew flimkien ma’ oħrajn, l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ data personali.

(4)

B’rabta mal-funzjonament intern tal-BĊE, diversi oqsma tal-ħidma tal-BĊE (inklużi d-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani (DĠ/HR), l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza (CGO), id-Direttorat tal-Verifika Interna (D/IA) u d-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Legali (DĠ/L)) huma fdati b’kompiti fi ħdan il-qafas legali li jirregola l-impjiegi mal-BĊE li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali. Tali kompiti jistgħu jinkludu, pereżempju, azzjonijiet meħuda fir-rigward ta’ ksur potenzjali ta’ dmirijiet professjonali (inklużi investigazzjonijiet ta’ mġiba mhux xierqa skont il-qafas tal-BĊE dwar id-dinjità fuq il-post tax-xogħol u s-segwitu tar-rapportar ta’ kwalunkwe attività illegali jew kwalunkwe ksur tad-dmirijiet professjonali ppreżentati permezz ta’ kwalunkwe mezz, inkluż inter alia, permezz tal-għodda għall-iżvelar ta’ informazzjoni tal-BĊE); kompiti relatati ma’ proċeduri ta’ għażla, kompiti mwettqa mid-DĠ/HR fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu relatati mal-ġestjoni tal-prestazzjoni, il-promozzjoni, il-ħatra diretta ta’ membri tal-persunal tal-BĊE; l-iżvilupp professjonali inkluż kalibrazzjoni ta’ talent fi ħdan kif ukoll tul l-oqsma ta’ negozju, żidiet fis-salarju u bonuses u deċiżjonijiet dwar il-mobilità u l-liv, l-eżami ta’ appelli interni mressqa mill-persunal tal-BĊE (inkluż permezz ta’ rieżami amministrattiv, proċeduri ta’ lmenti, proċeduri speċjali ta’ appell jew kumitati mediċi) u s-segwitu tagħhom; il-kompiti konsultattivi tas-CGO taħt il-Qafas tal-Etika tal-BĊE (stabbilit fil-Parti 0 tar-Regoli tal-Persunal tal-BĊE) u l-kompiti tas-CGO relatati mal-monitoraġġ għall-finijiet ta’ konformità tal-attivitajiet finanzjarji privati (inkluża l-kooperazzjoni ma’ kwalunkwe fornitur ta’ servizzi esterni maħtur skont l-Artikolu 0.4.3.3 tar-Regoli tal-Persunal tal-BĊE); u l-awditjar mwettaq mid-D/IA u l-kompiti mwettqa fil-kuntest taċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006 dwar l-inkjesti amministrattivi interni (3) meta jitwettqu attivitajiet investigattivi u inkjesti amministrattivi f’sitwazzjonijiet li jista’ jkollhom dimensjoni dixxiplinarja possibbli li tinvolvi l-impjegati tal-BĊE (inklużi l-kompiti tal-persuni li jwettqu l-inkjesta jew il-membri tal-bord ta’ inkjesta fejn ikunu meħtieġa jiġbru l-evidenza u jistabbilixxu l-fatti rilevanti).

(5)

Skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/3) (4) il-BĊE għandu jibgħat lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, fuq talba tiegħu jew fuq l-inizjattiva tal-BĊE stess, informazzjoni fil-pussess tal-BĊE li tagħti lok għal suspett tal-eżistenza ta’ każijiet possibbli ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni. Id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3) tipprovdi li f’każ bħal dan il-partijiet interessati jiġu infurmati malajr, jekk dan ma jkunx ta’ ħsara għall-investigazzjoni, u li, fi kwalunkwe każ, l-ebda konklużjoni li tirreferi b’isimhom għall-partijiet interessati ma tista’ ssir mingħajr ma l-partijiet interessati jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-fatti kollha relatati magħhom, inkluża kwalunkwe evidenza li teżisti kontrihom.

(6)

Bis-saħħa tal-punt (b) tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/655 (BĊE/2020/28), l-UPD għandu jinvestiga kwistjonijiet u inċidenti relatati mal-protezzjoni tad-data jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-BĊE.

(7)

Id-diviżjoni tas-Sigurtà u s-Sikurezza fi ħdan id-Direttorat tal-Amministrazzjoni hija responsabbli għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet għall-finijiet li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sigurtà fiżika fil-BĊE ta’ persuni, bini u proprjetà, għall-ġbir ta’ intelligence dwar theddid u għall-analiżi ta’ inċidenti ta’ sigurtà.

(8)

Il-BĊE għandu dmir ta’ kooperazzjoni leali mal-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali ta’ prosekuzzjoni kriminali. B’mod partikolari, skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/1162 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/19) (5), il-BĊE jista’, fuq talba ta’ awtorità nazzjonali tal-investigazzjoni kriminali, jipprovdi informazzjoni kunfidenzjali miżmuma minnu u relatata mal-kompiti kkonferiti lill-BĊE mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (6) jew kompiti oħra relatati mas-SEBĊ/Eurosistema lil ANK jew BĊN rispettivament għall-iżvelar lill-awtorità nazzjonali tal-investigazzjoni kriminali inkwistjoni taħt ċerti kundizzjonijiet.

(9)

Bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (7), il-BĊE jrid jipprovdi mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) meta jiġi identifikat suspett ta’ reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tiegħu.

(10)

Il-BĊE għandu jikkoopera mal-korpi tal-UE li jeżerċitaw funzjoni superviżorja, ta’ sorveljanza jew ta’ awditjar li għalihom huwa soġġett il-BĊE, bħall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Ombudsman Ewropew, fit-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom. F’dan il-kuntest, il-BĊE jista’ jipproċessa data personali biex ikun jista’ jwieġeb għal talbiet, jikkonsulta ma’ u jipprovdi informazzjoni lil dawn il-korpi.

(11)

Bis-saħħa tal-qafas intern għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-BĊE, il-persunal tal-BĊE jista’ jikkuntattja medjatur fi kwalunkwe ħin u bi kwalunkwe mezz biex jitlob l-appoġġ tal-medjatur fir-riżoluzzjoni jew fil-prevenzjoni ta’ tilwim relatat max-xogħol. Dan il-qafas jipprovdi li kull komunikazzjoni mal-medjatur hija protetta mill-kunfidenzjalità. Kwalunkwe ħaġa msemmija matul il-proċess ta’ medjazzjoni titqies bħala privileġġata u kull parti involuta fil-medjazzjoni trid tuża tali informazzjoni biss għall-fini tal-proċess ta’ medjazzjoni, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċediment legali. Eċċezzjonalment, il-medjatur jista’ jiżvela informazzjoni meta l-iżvelar ikun jidher meħtieġ biex jipprevjeni riskju imminenti ta’ ħsara serja għall-integrità fiżika jew mentali ta’ persuna.

(12)

Il-BĊE jagħmel ħiltu biex jiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol li jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-persunal tiegħu u jirrispettaw id-dinjità tagħhom fuq il-post tax-xogħol billi jipprovdi servizzi ta’ konsulenza biex jappoġġahom. Il-persunal tal-BĊE jista’ jitlob is-servizzi ta’ konsulent soċjali fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni inklużi kwistjonijiet emozzjonali, personali u relatati max-xogħol. Il-konsulent soċjali ma jistax ikollu aċċess għall-fajl personali tal-persunal tal-BĊE, sakemm ma jkunx awtorizzat b’mod espliċitu minnhom. L-ebda informazzjoni riċevuta jew dikjarazzjoni magħmula minn individwu lill-konsulent soċjali ma tista’ tiġi żvelata, sakemm ma tkunx espliċitament awtorizzata minn tali individwu jew meħtieġa mil-liġi.

(13)

B’rabta mal-funzjonament intern tiegħu, il-BĊE jipproċessa diversi kategoriji ta’ data li jistgħu jkunu relatati ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Listi mhux eżawrjenti ta’ dawk il-kategoriji ta’ data personali li huma pproċessati mill-BĊE b’konnessjoni mal-funzjonament intern tiegħu jinsabu fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni. Id-data personali tista’ tifforma wkoll parti minn valutazzjoni li tinkludi valutazzjoni mwettqa mill-qasam tan-negozju responsabbli relatat mal-kwistjoni li tkun qed tiġi eżaminata, inkluża, pereżempju, valutazzjoni mid-DĠ/HR, DĠ/L, D/IA jew minn kumitat dixxiplinari jew bord ta’ inkjesta dwar ksur ta’ dmirijiet professjonali.

(14)

Fil-kuntest tal-premessi 4 sa 13, huwa xieraq li jiġu speċifikati r-raġunijiet li għalihom il-BĊE jista’ jirrestrinġi d-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

(15)

L-għan tal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu huwa li jsegwi objettivi importanti ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni. Għalhekk, it-twettiq ta’ tali kompiti għandu jiġi salvagwardjat kif previst mir-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari l-punti (b), (c), (d), (f), (g) u (h) tal-Artikolu 25(1).

(16)

F’konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, ir-restrizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36 u, sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 22, l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi stabbilit fir-regoli interni jew fl-atti legali adottati abbażi tat-Trattati. Għaldaqstant, il-BĊE għandu jistabbilixxi r-regoli li bihom jista’ jirrestrinġi d-drittijiet tas-suġġetti tad-data fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(17)

Il-BĊE għandu jiġġustifika għaliex tali restrizzjonijiet tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data huma strettament meħtieġa u proporzjonali f’soċjetà demokratika biex jissalvagwardjaw l-għanijiet segwiti fl-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali tiegħu u l-funzjonijiet marbuta magħha, u kif il-BĊE jirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali filwaqt li jimponi kwalunkwe restrizzjoni bħal din.

(18)

F’dan il-qafas il-BĊE huwa marbut li jirrispetta, sal-limitu massimu possibbli, id-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data, b’mod partikolari dawk relatati mad-dritt tal-għoti ta’ informazzjoni, l-aċċess u r-rettifika, id-dritt għat-tħassir, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt ta’ komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni kif previst fir-Regolament (UE) 2018/1725.

(19)

Madankollu, il-BĊE jista’ jkun obbligat jirrestrinġi l-informazzjoni pprovduta lis-suġġetti tad-data u d-drittijiet ta’ suġġetti oħra tad-data biex jipproteġi t-twettiq tal-kompiti tiegħu, b’mod partikolari l-investigazzjonijiet u l-proċeduri tiegħu stess, l-investigazzjonijiet u l-proċeduri ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni oħra relatati mal-investigazzjonijiet tiegħu jew proċeduri oħra.

(20)

Il-BĊE għandu jneħħi restrizzjoni li diġà ġiet applikata sal-punt li ma għadhiex meħtieġa.

(21)

L-UPD għandu jirrieżamina l-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Deċiżjoni u mar-Regolament (UE) 2018/1725.

(22)

Filwaqt li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli li skont dawn il-BĊE jista’ jirrestrinġi d-drittijiet tas-suġġetti tad-data meta l-BĊE jipproċessa data personali b’rabta mal-funzjonament intern tiegħu, il-Bord Eżekuttiv adotta deċiżjoni separata li tadotta regoli interni dwar ir-restrizzjoni tad-drittijiet fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu.

(23)

Il-BĊE jkun jista’ japplika eċċezzjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 li tagħmel il-ħtieġa li titqies restrizzjoni mhux meħtieġa inkluż b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 15(4), 16(5), 19(3) u 35(3) ta’ dak ir-Regolament.

(24)

Derogi mid-drittijiet tas-suġġetti tad-data msemmija fl-Artikoli 17, 18, 20, 21, 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku jistgħu jiġu previsti f’regoli interni jew f’atti legali adottati abbażi tat-Trattati mill-BĊE fir-rigward tal-arkivjar tiegħu soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji meħtieġa skont l-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(25)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 u ta opinjoni fit-12 ta’ Marzu 2021.

(26)

Il-Kumitat tal-Persunal ġie kkonsultat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli relatati mar-restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data mill-BĊE meta jwettaq attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali, kif irreġistrati fir-reġistru ċentrali, b’rabta mal-funzjonament intern tiegħu.

2.   Id-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jistgħu jiġu ristretti huma speċifikati fl-Artikoli li ġejjin tar-Regolament (UE) 2018/1725:

(a)

L-Artikolu 14 (informazzjoni, komunikazzjoni u modalitajiet trasparenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data);

(b)

L-Artikolu 15 (informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta tinġabar data personali mis-suġġett tad-data);

(c)

L-Artikolu 16 (informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta d-data personali ma tkunx inkisbet mis-suġġett tad-data);

(d)

Artikolu 17 (dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data);

(e)

Artikolu 18 (dritt ta’ rettifika);

(f)

L-Artikolu 19 (dritt għal tħassir (“dritt li wieħed ikun minsi”));

(g)

Artikolu 20 (dritt għal restrizzjoni tal-ipproċessar);

(h)

L-Artikolu 21 (obbligu ta’ notifika rigward rettifika jew tħassir ta’ data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar);

(i)

L-Artikolu 22 (dritt għall-portabbiltà tad-data);

(j)

L-Artikolu 35 (komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data);

(k)

Artikolu 36 (kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi);

(l)

L-Artikolu 4 sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘ipproċessar’ tfisser proċessar kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2018/725;

(2)

data personali’ tfisser data personali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725;

(3)

‘suġġett tad-data’ tfisser persuna fiżika identifikata jew identifikabbli; persuna identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal mezz ta’ identifikazzjoni bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data ta’ lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna fiżika;

(4)

‘reġistru ċentrali’ tfisser ir-repożitorju disponibbli għall-pubbliku tal-attivitajiet kollha ta’ pproċessar ta’ data personali mwettqa fil-BĊE li jinżamm mill-UPD u msemmi fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/655 (BĊE/2020/28);

(5)

‘kontrollur’ tfisser il-BĊE, u b’mod partikolari l-unità organizzattiva kompetenti fi ħdan il-BĊE, li, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ data personali u li huwa responsabbli għall-operazzjoni ta’ pproċessar;

(6)

‘istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni’ tfisser istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 3

Applikazzjoni tar-restrizzjonijiet

1.   Għall-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali stabbiliti fl-Artikolu 1(1), il-kontrollur jista’ jirrestrinġi d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) biex jissalvagwardja l-interessi u l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun jipperikola kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni u r-rapportar ta’ ksur potenzjali tad-dmirijiet professjonali u, fejn meħtieġ, l-investigazzjoni u s-segwitu sussegwenti tagħhom, inkluża s-sospensjoni mid-dmirijiet, li s-salvagwardja tagħhom tkun f’konformità mal-punti (b), (c), (f) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(b)

il-proċeduri ta’ dinjità informali u/jew formali fuq il-post tax-xogħol, inkluża l-konsiderazzjoni ta’ każijiet li jistgħu jirriżultaw f’tali proċedura kif stabbilit fil-Parti 0.5 tar-Regoli tal-Persunal tal-BĊE, li s-salvagwardja tagħhom hija skont il-punti (b), (c), (f) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(c)

it-twettiq xieraq tal-funzjonijiet tad-DĠ/HR skont il-qafas tal-liġi dwar l-impjieg fil-BĊE fuq il-ġestjoni tal-prestazzjoni, il-proċeduri ta’ promozzjoni jew il-ħatra diretta tal-persunal tal-BĊE, proċeduri tal-għażla u l-iżvilupp professjonali, li s-salvagwardja tagħhom hija skont il-punti (c) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(d)

l-eżami ta’ appelli interni mressqa mill-persunal tal-BĊE (inkluż permezz ta’ rieżami amministrattiv jew proċeduri ta’ lment, proċeduri ta’ appell speċjali jew kumitati mediċi) u s-segwitu tagħhom, li s-salvagwardja tagħhom tkun f’konformità mal-punti (b), (c) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(e)

ir-rapportar ta’ kwalunkwe attività illegali jew ksur ta’ dmirijiet professjonali permezz tal-għodda għall-iżvelar ta’ informazzjoni tal-BĊE jew il-valutazzjoni ta’ talbiet mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza (CGO) għall-protezzjoni ta’ informaturi jew xhieda minn ritaljazzjoni, li s-salvagwardja tagħhom hija f’konformità mal-punti (b), (c), (f) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(f)

l-attivitajiet tas-CGO taħt il-Qafas tal-Etika tal-BĊE stabbilit fil-Parti 0 tar-Regoli tal-Persunal tal-BĊE u r-regoli dwar l-għażla u l-ħatra stabbiliti fil-Parti 1A tar-Regoli tal-Persunal tal-BĊE, u l-monitoraġġ għall-finijiet ta’ konformità ta’ attivitajiet finanzjarji privati inklużi kemm il-funzjonijiet eżerċitati mill-fornitur estern tas-servizzi maħtur skont l-Artikolu 0.4.3.3 tar-Regoli tal-Persunal tal-BĊE u l-valutazzjoni u s-segwitu ta’ ksur potenzjali li jirriżulta minn tali monitoraġġ mis-CGO, li s-salvagwardja tiegħu hija f’konformità mal-punti (b), (c), (f) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(g)

awditi mwettqa mid-Direttorat għall-Awditjar Intern, attivitajiet investigattivi u inkjesti amministrattivi interni, li s-salvagwardja tagħhom tkun f’konformità mal-punti (b), (c) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(h)

it-twettiq tal-funzjonijiet tal-BĊE skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3), b’mod partikolari d-dmir tal-BĊE li jirrapporta kwalunkwe informazzjoni dwar attività illegali, li s-salvagwardja tagħha hija f’konformità mal-punti (b), (c), (g) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(i)

investigazzjonijiet imwettqa mill-UPD dwar attivitajiet ta’ pproċessar imwettqa fil-BĊE skont il-punt (b) tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/655 (BĊE/2020/28), li s-salvagwardja tagħhom hija f’konformità mal-punti (b) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(j)

investigazzjonijiet għall-finijiet li tiġi żgurata s-sigurtà fiżika fil-BĊE ta’ persuni, bini u proprjetà, kemm jekk ġestiti internament kif ukoll jekk b’appoġġ estern, il-ġbir ta’ intelligence dwar theddid u analiżi ta’ inċidenti ta’ sigurtà, li s-salvagwardja tagħhom hija f’konformità mal-punti (b), (c), (d) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(k)

proċedimenti ġudizzjarji, li s-salvagwardja tagħhom tkun f’konformità mal-punti (b), (c) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(l)

il-kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni kriminali, b’mod partikolari l-għoti ta’ informazzjoni kunfidenzjali miżmuma mill-BĊE għall-iżvelar lil awtorità nazzjonali tal-investigazzjoni kriminali fuq talba ta’ din tal-aħħar, li s-salvagwardja tagħha tkun f’konformità mal-punti (b), (c), (d) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(m)

il-kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-UPPE skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, b’mod partikolari d-dmir tal-BĊE li jipprovdi informazzjoni dwar reati, li s-salvagwardja tagħhom tkun f’konformità mal-punti (b), (c), (d) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(n)

il-kooperazzjoni ma’ korpi tal-UE li jeżerċitaw funzjoni superviżorja, ta’ sorveljanza jew ta’ awditjar li għaliha jkun soġġett il-BĊE, li s-salvagwardja tagħhom tkun skont il-punti (c), (d), (g) u/jew (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(o)

it-twettiq tal-kompiti ta’ medjatur skont il-qafas intern għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-BĊE, b’mod partikolari l-għoti ta’ appoġġ biex jgħin isolvi jew jipprevjeni tilwim relatat max-xogħol, li s-salvagwardja tiegħu tkun f’konformità mal-punt (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(p)

il-forniment tas-servizzi ta’ konsulenza mill-konsulent soċjali biex jappoġġaw lill-persunal tal-BĊE, li s-salvagwardja tiegħu tkun f’konformità mal-punt (h) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-kategoriji ta’ data personali li fir-rigward tagħhom jistgħu jiġu applikati r-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma speċifikati fl-Annessi I sa XIV ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-kontrollur jista’ japplika restrizzjoni biss meta fuq valutazzjoni ta’ każ b’każ huwa jikkonkludi li r-restrizzjoni:

(a)

tkun meħtieġa u proporzjonata b’kont meħud tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data; u

(b)

tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali f’soċjetà demokratika.

3.   Il-kontrollur għandu jiddokumenta l-valutazzjoni tiegħu f’nota ta’ valutazzjoni interna li għandha tinkludi l-bażi ġuridika, ir-raġunijiet għar-restrizzjoni, id-drittijiet tas-suġġetti tad-data li huma ristretti, is-suġġetti tad-data affettwati, il-ħtieġa u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni u t-tul probabbli tar-restrizzjoni.

4.   Deċiżjoni biex jiġu ristretti d-drittijiet ta’ suġġett tad-data skont il-paragrafu 1 li għandha tittieħed mill-kontrollur għandha ssir fil-livell tal-kap jew deputat kap tal-qasam tan-negozju rilevanti li fil-qasam tan-negozju tiegħu titwettaq l-operazzjoni ewlenija tal-ipproċessar li tinvolvi d-data personali.

Artikolu 4

Għoti ta’ informazzjoni ġenerali dwar restrizzjonijiet

Il-kontrollur għandu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar ir-restrizzjoni potenzjali tad-drittijiet tas-suġġett tad-data kif ġej:

(a)

il-kontrollur għandu jispeċifika d-drittijiet li jistgħu jiġu ristretti, ir-raġunijiet għar-restrizzjoni u t-tul ta’ żmien potenzjali;

(b)

il-kontrollur għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) fl-avviżi tiegħu dwar il-protezzjoni tad-data, l-istqarrijiet ta’ privatezza, u r-rekords tal-attivitajiet ta’ pproċessar kif imsemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 5

Restrizzjoni tad-dritt ta’ aċċess mis-suġġetti tad-data, dritt ta’ rettifika, dritt ta’ tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar

1.   Meta l-kontrollur jirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, id-dritt ta’ aċċess, id-dritt ta’ rettifika, id-dritt ta’ tħassir jew id-dritt ta’ restrizzjoni tal-ipproċessar, rispettivament imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 19(1) u 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, huwa għandu, fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 11(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/655 (BĊE/2020/28), jinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba bil-miktub tiegħu għat-talba, dwar ir-restrizzjoni applikata, ir-raġunijiet prinċipali għar-restrizzjoni, il-possibbiltà li jitressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-kontrollur għandu jżomm in-nota ta’ valutazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 3(3) u, fejn applikabbli, id-dokumenti li jkun fihom l-elementi fattwali u legali sottostanti u jagħmilhom disponibbli għall-UPD u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.

3.   Il-kontrollur jista’ jiddifferixxi, iħalli barra jew jiċħad l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sakemm dak l-għoti ta’ informazzjoni jimmina l-għan tar-restrizzjoni. Hekk kif il-kontrollur jiddetermina li l-għoti tal-informazzjoni ma għadux jimmina l-iskop tar-restrizzjoni, il-kontrollur għandu jipprovdi dik l-informazzjoni lis-suġġett tad-data.

Artikolu 6

Tul ta’ żmien tar-restrizzjonijiet

1.   Il-kontrollur għandu jneħħi restrizzjoni hekk kif iċ-ċirkostanzi li ġġustifikaw dik ir-restrizzjoni ma jibqgħux japplikaw.

2.   Meta l-kontrollur ineħħi restrizzjoni skont il-paragrafu 1, il-kontrollur għandu minnufih:

(a)

sa fejn ma jkunx diġà għamel dan, jinforma lis-suġġett tad-data bir-raġunijiet prinċipali li fuqhom kienet ibbażata l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni;

(b)

jinforma lis-suġġett tad-data dwar id-dritt tiegħu jew tagħha li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jfittex rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(c)

jagħtu lis-suġġett tad-data d-dritt li kien soġġett għar-restrizzjoni li tneħħiet.

3.   Il-kontrollur għandu jivvaluta mill-ġdid kull sitt xhur il-ħtieġa li tinżamm restrizzjoni applikata skont din id-Deċiżjoni u għandu jiddokumenta l-valutazzjoni mill-ġdid tiegħu f’nota ta’ valutazzjoni interna.

Artikolu 7

Salvagwardji

Il-BĊE għandu japplika salvagwardji organizzattivi u tekniċi kif stabbilit fl-Anness XV biex jipprevjeni l-abbuż jew l-aċċess jew it-trasferiment illegali.

Artikolu 8

Rieżami mill-UPD

1.   Meta l-kontrollur jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet ta’ suġġett tad-data, huwa għandu jinvolvi kontinwament lill-UPD. B’mod partikolari, għandu japplika dan li ġej:

(a)

il-kontrollur għandu, mingħajr dewmien żejjed, jikkonsulta lill-UPD;

(b)

fuq talba tal-UPD, il-kontrollur għandu jipprovdi lill-UPD b’aċċess għal kwalunkwe dokument li jkun fih elementi fattwali u legali sottostanti, inkluża n-nota ta’ valutazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 3(3);

(c)

il-kontrollur għandu jiddokumenta kif kien involut l-UPD inkluża l-informazzjoni rilevanti li ġiet kondiviża, b’mod partikolari d-data tal-ewwel konsultazzjoni tiegħu kif imsemmi fil-punt (a);

(d)

l-UPD jista’ jitlob lill-kontrollur biex jirrevedi r-restrizzjoni;

(e)

il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ qabel ma tiġi applikata kwalunkwe restrizzjoni.

2.   Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD meta r-restrizzjoni tkun ġiet ivvalutata mill-ġdid f’konformità mal-Artikolu 6(3) jew meta tkun tneħħiet.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Novembru 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  Id-Deċizjoni (UE) 2020/655 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2020 li tadotta regoli implimentattivi dwar il-protezzjoni tad-data fil-Bank Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2007/1(BĊE/2020/28), (ĠU L 152, 15.5.2020, p. 13).

(3)  Iċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006 ġiet adottata fil-21 ta’ Marzu 2006 u hija disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE.

(4)  Deċiżjoni (UE) 2016/456 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għal investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi tal-Bank Ċentrali Ewropew, fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni u ta' kull attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (BĊE/2016/3) (ĠU L 79, 30.3.2016, p. 34).

(5)  Deċiżjoni (UE) 2016/1162 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ Ġunju 2016 dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali (BĊE/2016/19) (ĠU L 192, 16.7.2016, p. 73).

(6)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(7)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (‘l-UPPE’) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).


ANNESS I

Valutazzjoni u rapportar ta’ ksur potenzjali tad-dmirijiet professjonali u, fejn meħtieġ, l-investigazzjoni u s-segwitu sussegwenti tagħhom

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga, allowances jew tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data ta’ lokalizzazzjoni;

g)

data dwar oġġetti jew servizzi pprovduti;

h)

data dwar attivitajiet esterni;

i)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

j)

kwalunkwe data oħra relatata mal-valutazzjoni u r-rapportar ta’ ksur potenzjali tad-dmirijiet professjonali u, fejn meħtieġ, investigazzjoni u segwitu sussegwenti.


ANNESS II

Proċeduri ta’ dinjità informali u/jew formali fuq il-post tax-xogħol, inkluża l-konsiderazzjoni ta’ każijiet li jistgħu jirriżultaw f’tali proċedura kif stabbilit fil-Parti 0.5 tar-Regoli tal-Persunal tal-BĊE

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga, allowances jew tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data ta’ lokalizzazzjoni;

g)

data dwar oġġetti jew servizzi pprovduti;

h)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

i)

kwalunkwe data oħra relatata ma’ proċeduri ta’ dinjità fuq il-post tax-xogħol informali u/jew formali, inkluż il-konsiderazzjoni ta’ każijiet li jistgħu jirriżultaw f’tali proċedura kif stabbilit fil-Parti 0.5 tar-Regoli tal-Persunal tal-BĊE.


ANNESS III

Il-prestazzjoni tal-funzjonijiet tad-DĠ/HR skont il-qafas tal-liġi dwar l-impjieg fil-BĊE

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari l-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga, allowances jew tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data ta’ lokalizzazzjoni;

g)

data dwar oġġetti jew servizzi pprovduti;

h)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

i)

kwalunkwe data oħra inkluża fi, jew relatata ma’, kunsiderazzjonijiet ta’ każijiet individwali, b’mod partikolari dawk li jistgħu jirriżultaw f’deċiżjoni li taffettwa b’mod negattiv il-persunal tal-BĊE u l-eżami ta’ appelli interni mressqa mill-persunal tal-BĊE u s-segwitu tagħhom;

j)

kull data oħra dwar il-proċeduri ta’ għażla.


ANNESS IV

L-eżami ta’ appelli interni u s-segwitu tagħhom

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari l-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga, allowances jew tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data ta’ lokalizzazzjoni;

g)

data dwar oġġetti jew servizzi pprovduti;

h)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

i)

kwalunkwe data oħra inkluża fi, jew relatata ma’, kunsiderazzjonijiet ta’ każijiet individwali, b’mod partikolari dawk li jistgħu jirriżultaw f’deċiżjoni li taffettwa b’mod negattiv il-persunal tal-BĊE u l-eżami ta’ appelli interni mressqa mill-persunal tal-BĊE u s-segwitu tagħhom.


ANNESS V

Ir-rapportar ta’ kwalunkwe attività illegali jew kwalunkwe ksur ta’ dmirijiet professjonali sottomessi permezz ta’ kwalunkwe mezz, inkluż permezz tal-għodda ta’ żvelar ta' informazzjoni protetta tal-BĊE, jew il-valutazzjoni tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza ta’ talbiet għall-protezzjoni ta’ informatur jew xhieda

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari l-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga, allowances jew tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil tal-ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data ta’ lokalizzazzjoni

g)

data li tikkonċerna oġġetti jew servizzi pprovduti;

h)

data dwar attivitajiet esterni;

i)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

j)

kwalunkwe data oħra relatata ma' kwalunkwe attività allegata illegali jew allegat ksur ta' dmirijiet professjonali jew ma' kwalunkwe talba għall-protezzjoni ta' informaturi jew xhieda.


ANNESS VI

Attivitajiet tas-CGO skont ir-Regoli tal-Persunal tal-BĊE

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data dwar attivitajiet esterni;

g)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

h)

kwalunkwe data oħra relatata ma’ kwalunkwe attività rrapportata lis-CGO jew investigata minnu.


ANNESS VII

Awditi mwettqa mid-Direttorat għall-Awditjar Intern u attivitajiet investigattivi jew inkjesti amministrattivi interni

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga, allowances jew tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data dwar attivitajiet esterni;

g)

data ta’ lokalizzazzjoni;

h)

data dwar oġġetti jew servizzi pprovduti;

i)

data soċjali u dwar l-imġiba u tipi oħra ta’ data speċifiċi għall-operazzjoni ta’ pproċessar;

j)

informazzjoni dwar proċedimenti amministrattivi jew kwalunkwe investigazzjoni oħra;

k)

data elettronika dwar it-traffiku;

l)

data ta’ sorveljanza bil-vidjo;

m)

reġistrazzjonijiet tal-awdjo;

n)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

o)

data relatata ma’ proċedimenti kriminali, kwalunkwe sanzjoni jew penali amministrattiva oħra;

p)

kwalunkwe data oħra relatata mal-awditi mwettqa mid-Direttorat għall-Awditjar Intern u kwalunkwe attività investigattiva jew inkjesta amministrattiva interna.


ANNESS VIII

It-twettiq tal-funzjonijiet tal-BĊE skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3)

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga jew allowances, jew tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data dwar attivitajiet esterni;

g)

data ta’ lokalizzazzjoni;

h)

data dwar prodotti jew servizzi pprovduti;

i)

data elettronika dwar it-traffiku;

j)

data ta’ sorveljanza bil-vidjo;

k)

reġistrazzjonijiet tal-awdjo;

l)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

m)

kwalunkwe data oħra relatata mat-twettiq tal-funzjonijiet tal-BĊE skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3).


ANNESS IX

Investigazzjonijiet immexxija mill-UPD skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(b) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/655 (BĊE/2020/28)

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga jew allowances, jew tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data dwar attivitajiet esterni;

g)

lokalizzazzjoni tad-data;

h)

data li tikkonċerna oġġetti jew servizzi pprovduti;

i)

data elettronika dwar it-traffiku;

j)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

k)

kwalunkwe data oħra relatata ma’ kwalunkwe investigazzjoni mwettqa mill-UPD skont il-punt (b) tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/655 (BĊE/2020/28).


ANNESS X

Investigazzjonijiet bl-għan li tiġi żgurata s-sigurtà fiżika fil-BĊE ta’ persuni, bini u proprjetà, il-ġbir ta’ intelligence dwar theddid u analiżi ta’ inċidenti ta’ sigurtà

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

data ta’ lokalizzazzjoni;

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data elettronika dwar it-traffiku;

g)

data ta’ sorveljanza bil-vidjo;

h)

reġistrazzjonijiet tal-awdjo;

i)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

j)

data dwar każijiet kriminali pendenti jew rekords kriminali;

k)

kwalunkwe data oħra relatata ma’ investigazzjonijiet bl-għan li tiġi żgurata s-sigurtà fiżika fil-BĊE ta’ persuni, bini u proprjetà, ma’ intelligence dwar theddid jew ma’ analiżi ta’ inċidenti ta’ sigurtà.


ANNESS XI

Proċedimenti Ġudizzjarji

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga, allowances jew tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data dwar attivitajiet esterni;

g)

data ta’ lokalizzazzjoni;

h)

data elettronika dwar it-traffiku;

i)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

j)

kwalunkwe data oħra relatata ma’ proċedimenti ġudizzjarji.


ANNESS XII

Il-kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni kriminali, l-UPPE u l-korpi tal-UE li jeżerċitaw funzjoni superviżorja, ta’ sorveljanza jew ta’ awditjar li għaliha huwa soġġett il-BĊE

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punti (l) sa (n) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji kollha ta’ data personali msemmija fl-Anness I sa XI, kif ukoll il-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ identifikazzjoni;

b)

data ta’ kuntatt;

c)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

d)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga, allowances jew tranżazzjonijiet privati);

e)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

f)

data dwar attivitajiet esterni;

g)

data tal-lokalizzazzjoni;

h)

data li tikkonċerna oġġetti jew servizzi pprovduti;

i)

data ta’ sorveljanza bil-vidjo;

j)

data elettronika dwar it-traffiku;

k)

reġistrazzjonijiet tal-awdjo;

l)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

m)

informazzjoni dwar proċedimenti amministrattivi jew kwalunkwe investigazzjoni oħra;

n)

data relatata ma’ proċedimenti kriminali, kwalunkwe sanzjoni jew penali amministrattiva oħra;

o)

kwalunkwe data oħra relatata mal-kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni kriminali, l-UPPE u l-korpi tal-UE li jeżerċitaw funzjoni superviżorja, ta’ sorveljanza jew ta’ awditjar li għaliha jkun soġġett il-BĊE.


ANNESS XIII

It-twettiq tal-kompiti tal-medjatur

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (o) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ kuntatt;

b)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

c)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga, allowances jew tranżazzjonijiet privati);

d)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

e)

data soċjali u dwar l-imġiba u tipi oħra ta’ data speċifiċi għall-operazzjoni ta’ pproċessar;

f)

informazzjoni dwar proċedimenti amministrattivi jew kwalunkwe investigazzjoni regolatorja oħra;

g)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

h)

kwalunkwe data oħra relatata mat-twettiq tal-kompiti tal-medjatur.


ANNESS XIV

Il-forniment tas-servizzi ta’ konsulenza mill-konsulent soċjali

Ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (p) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiġi applikata fir-rigward tal-kategoriji ta’ data msemmija fir-rekords rilevanti tal-ipproċessar, b’mod partikolari, il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

a)

data ta’ kuntatt;

b)

data professjonali, inkluża data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dettalji tal-impjieg;

c)

dettalji finanzjarji (eż. informazzjoni dwar paga, allowances jew tranżazzjonijiet privati);

d)

data dwar il-familja, l-istil ta’ ħajja u ċ-ċirkostanzi soċjali;

e)

data soċjali u dwar l-imġiba u tipi oħra ta’ data speċifiċi għall-operazzjoni ta’ pproċessar;

f)

informazzjoni dwar proċedimenti amministrattivi jew kwalunkwe investigazzjoni regolatorja oħra;

g)

data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union; data ġenetika jew data bijometrika; data dwar is-saħħa; jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika;

h)

kwalunkwe data oħra relatata mal-forniment tas-servizzi ta’ konsulenza mill-konsulent soċjali.


ANNESS XV

Salvagwardji organizzattivi u tekniċi fil-BĊE għall-prevenzjoni ta’ abbuż jew ipproċessar illegali ta’ data personali jinkludu:

(a)

fir-rigward tal-persuni:

(i)

il-persuni kollha li jkollhom aċċess għal informazzjoni mhux pubblika tal-BĊE li jkunu responsabbli biex ikunu jafu u japplikaw il-politika u r-regoli tal-BĊE dwar il-ġestjoni u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni;

(ii)

proċess ta’ approvazzjoni tas-sigurtà li jiżgura li persuni skrutinizzati u awtorizzati biss ikollhom aċċess għall-bini tal-BĊE u għall-informazzjoni mhux pubblika tiegħu;

(iii)

miżuri ta’ IT, informazzjoni u għarfien dwar is-sigurtà fiżika u taħriġ li jsir b’mod regolari għall-membri tal-persunal tal-BĊE u l-fornituri esterni tas-servizzi;

(iv)

il-persunal tal-BĊE soġġett għal regoli stretti ta’ segretezza professjonali stabbiliti fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u r-Regoli tal-Persunal tal-BĊE, li l-ksur tagħhom iwassal għal sanzjonijiet dixxiplinari;

(v)

regoli u obbligi li jirregolaw l-aċċess tal-fornituri tas-servizzi esterni jew tal-kuntratturi għal informazzjoni mhux pubblika tal-BĊE li huma stabbiliti f’arranġamenti kuntrattwali;

(vi)

kontrolli tal-aċċess inkluż tqassim f’żoni tas-sigurtà li jiġu infurzati biex jiġi żgurat li l-aċċess ta’ persuni għal informazzjoni mhux pubblika tal-BĊE jkun awtorizzat u ristrett abbażi tal-ħtiġijiet tan-negozju u r-rekwiżiti tas-sigurtà;

(b)

fir-rigward tal-proċessi:

(i)

proċessi fis-seħħ biex jiżguraw l-implimentazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet tal-IT kkontrollati li jappoġġaw in-negozju tal-BĊE;

(ii)

l-użu ta’ applikazzjonijiet tal-IT għan-negozju tal-BĊE li jikkonformaw mal-istandards ta’ sigurtà tal-BĊE;

(iii)

li jkun hemm programm komprensiv ta’ sigurtà fiżika fl-operat li jivvaluta kontinwament it-theddid għas-sigurtà u li jinkludi miżuri fiżiċi ta’ sigurtà biex jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni;

(c)

fir-rigward tat-teknoloġija:

(i)

id-data elettronika kollha maħżuna f’applikazzjonijiet tal-IT li jikkonformaw mal-istandards ta’ sigurtà tal-BĊE u b’hekk ikunu protetti kontra aċċess jew alterazzjoni mhux awtorizzati;

(ii)

l-applikazzjonijiet tal-IT implimentati, operati u miżmuma f’livell ta’ sigurtà proporzjonat għall-ħtiġijiet tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-applikazzjonijiet tal-IT, li huma bbażati fuq analiżijiet tal-impatt fuq in-negozju;

(iii)

il-livell ta’ sigurtà tal-applikazzjonijiet tal-IT li jiġu vvalidati regolarment permezz ta’ valutazzjonijiet tas-sigurtà tekniċi u mhux tekniċi;

(iv)

jingħata aċċess għall-informazzjoni mhux pubblika tal-BĊE skont il-prinċipju tal-ħtieġa ta’ għarfien, u l-aċċess privileġġjat ikun strettament limitat u kkontrollat b’mod strett;

(v)

kontrolli li qed jiġu implimentati biex jidentifikaw u jsegwu l-ksur attwali u potenzjali tas-sigurtà.