30.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/8


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2336

tat-28 ta’ Novembru 2022

dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri ta’ emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2020

(notifikata bid-dokument C(2022) 8428)

(It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (d) u (f) tiegħu,

Billi:

(1)

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur jenħtieġ li jkunu ddeterminati abbażi tad-data rrappurtata mill-Istati Membri u mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għall-vetturi ta’ dak il-manifattur.

(2)

Jenħtieġ li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni jkunu bbażati fuq dik id-data rrappurtata għall-vetturi mill-manifatturi kollha.

(3)

Jenħtieġ li l-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi jkun iddeterminat għal kull manifattur filwaqt li jitqiesu l-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi, irrapportati b’dan il-mod.

(4)

Jenħtieġ li t-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet ikunu ddeterminati għal kull manifattur abbażi tan-numru ta’ vetturi tqal ġodda minbarra l-vetturi vokazzjonali rrappurtati b’dan il-mod.

(5)

Id-data ppreżentata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq id-data disponibbli għall-Kummissjoni fl-1 ta’ Awwissu 2022.

(6)

Jista’ jkun li l-Kummissjoni jkollha taġġorna d-data pubblika, jekk tirċievi data addizzjonali li tkun taffettwa r-riżultati ta’ dawk il-kalkoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242 fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2020, huma indikati fit-tieni kolonna tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur

Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2020, huwa indikat fit-tielet kolonna tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur

It-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2020, huma indikati fir-raba’ u l-ħames kolonni rispettivament, tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2020, kif ikkalkulati permezz tal-applikazzjoni tal-formula tal-Anness I, il-punt 2.7, tar-Regolament (UE) 2019/1242 filwaqt li jitqiesu l-vetturi tqal ġodda tal-manifatturi kollha, huma: 52,46 g/tkm.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi li ġejjin:

(1)

DAIMLER TRUCK AG

Mercedesstr.120

70372 Stuttgart

Il-Ġermanja

(2)

DAF NV

P.O. box 90065

5602 PT Eindhoven

In-Netherlands

(3)

Ford Otomotiv Sanayi AS

Akpinar Mah. Hasan Basri Cad No 2

34885 Sancaktepe Istanbul

It-Turkija

(4)

Iveco Magirus-AG

Nicolaus-Otto-Straße 27

89079 Ulm

Il-Ġermanja

(5)

IVECO SPA

Via Puglia 35

10156 Torino

L-Italja

(6)

MAN TRUCK AND BUS SE

Dachauer Str 667

80995 Munich

Il-Ġermanja

(7)

RENAULT TRUCK SA

99 Route de Lyon

69802 Saint Priest

Franza

(8)

SCANIA CV AB

Vagnmakarvagen 1

15187 Södertälje

L-Iżvezja

(9)

VOLVO TRUCK CORPORATION

Herkulesgatan 75

40508 Göteborg

l-Iżvezja.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President Eżekuttiv


(1)  ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).


ANNESS

L-entrati kollha jirreferu għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2020 kif iddefinit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2019/1242.

Manifattur

Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm

Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242

Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm

Krediti tal-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242 fi g/tkm

DAIMLER TRUCK AG

52,65

0,999

51,35

-

DAF NV

55,05

1,000

54,21

-

Iveco Magirus-AG

54,81

1,000

52,01

-

IVECO SPA

33,00

0,998

29,69

-

Ford Otomotiv Sanayi AS

55,09

1,000

51,28

-

MAN TRUCK AND BUS SE

50,79

0,998

50,83

1 011

RENAULT TRUCK SA

50,61

0,998

48,67

-

SCANIA CV AB

50,23

1,000

51,86

49 534

VOLVO TRUCK CORPORATION

53,53

0,999

52,79

-