29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/16


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2331

tal-25 ta’ Novembru 2022

dwar il-ħatra tal-President u ta’ membru full-time tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 56(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Settembru 2022, wara li semgħet lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (il-“Bord”), fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Kummissjoni adottat listi mqassra ta’ kandidati għall-ħatra tal-President u membru full-time tal-Bord u pprovdiethom lill-Parlament Ewropew.

(2)

Il-Kunsill ġie infurmat ukoll bil-listi mqassra pprovduti lill-Parlament Ewropew.

(3)

Skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat tal-President u tal-membru tal-Bord għandu jkun ta’ ħames snin.

(4)

Fit-12 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni adottat proposta għall-ħatra tas-Sur Dominique LABOUREIX bħala President tal-Bord u tas-Sa Tuija TAOS bħala membru full-time tal-Bord u ppreżentat il-proposta lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni.

(5)

Il-Parlament Ewropew approva dik il-proposta fl-10 ta’ Novembru 2022,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura bħala President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għal mandat ta’ ħames snin mid-9 ta’ Jannar 2023:

Is-Sur Dominique LABOUREIX.

2.   Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura bħala membru full-time tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għal mandat ta’ ħames snin mit-22 ta’ Marzu 2023:

Is-Sa Tuija TAOS.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)   ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.