|
22.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/212 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/2285 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-8 ta’ Novembru 2022
li temenda d-Deciżjoni (UE) 2021/2255 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħrug ta’ muniti fl-2022 (BĊE/2021/54) (BĊE/2022/41)
Il-BORD EŻEKUTTIV tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(7) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
|
(2) |
Skont l-estimi tad-domanda għall-muniti tal-euro fl-2022 li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE, il-BĊE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni fl-2022, fid-Deċiżjoni (UE) 2021/2255 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/54) (2). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43) l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jinnotifikaw lill-BĊE jekk id-domanda attwali għall-muniti tal-euro x’aktarx taqbeż il-volum approvat ta’ ħruġ ta’ muniti f’sena kalendarja u, meta t-talbiet miżjuda ta’ muniti jkomplu, għandhom jitolbu approvazzjoni ad hoc għal volum addizzjonali ta’ ħruġ ta’ muniti f’dik is-sena kalendarja. |
|
(4) |
Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-BĊE rċieva talba mill-Banco de España f’isem Spanja biex jiżdied il-volum ta’ muniti tal-euro li Spanja tista’ toħroġ fl-2022 b’volum addizzjonali ta’ EUR 151,7 miljun, minn EUR 189,8 miljun għal EUR 341,5 miljun, b’reazzjoni għal żieda sinifikanti fil-ħruġ nett ta’ muniti tal-euro fi Spanja, kif osservat minn Awwissu 2021. Iż-żieda ġiet xprunata minn ħruġ gross ogħla b’mod sinifikanti (speċjalment ta’ muniti tal-1 euro) flimkien ma’ livelli baxxi ta’ depożiti tal-muniti tal-euro mal-Banco de España. Fl-istess ħin, munita tal-kollezzjonisti b’valur nominali ta’ EUR 40 se tinħareġ fl-2022 minflok il-munita tal-kollezzjonisti ippjanata inizjalment b’valur ta’ EUR 30 minħabba ż-żieda fil-prezz tal-fidda. B’riżultat ta’ dan, il-volum tal-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti jeħtieġ li jiżdied minn EUR 30 miljun għal EUR 40 miljun. |
|
(5) |
Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-BĊE rċieva talba min-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique f’isem il-Belġju biex jiżdied il-volum ta’ muniti tal-euro li l-Belġju jista’ joħroġ fl-2022 b’volum addizzjonali ta’ EUR 5 miljun, minn EUR 33 miljun għal EUR 38 miljun. Ir-raġuni għal din iż-żieda hija l-bidliet fiċ-ċiklu nazzjonali tal-flus kontanti li jwasslu għal ħruġ nett ogħla ta’ muniti tal-euro. Iż-żieda ġiet xprunata minn għadd baxx ħafna ta’ muniti tal-euro li ġew irritornati lin-Nationale Bank van Belgium/Banque Nationale de Belgique u t-tnaqqis fid-domanda għall-flus kontanti previst mill-awtoritajiet Belġjani li ma seħħx. |
|
(6) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2022, il-BĊE rċieva talba mill-Banca d’Italia f’isem l-Italja biex jiżdied il-volum ta’ muniti tal-euro li l-Italja tista’ toħroġ fl-2022 b’volum addizzjonali ta’ EUR 45 miljun, minn EUR 169 miljun għal EUR 214 miljun, b’reazzjoni għal domanda ogħla ta’ muniti tal-euro xprunata minn irkupru sinifikanti ta’ attivitajiet ekonomiċi, żieda sinifikanti fit-turiżmu u livell ogħla ta’ inflazzjoni. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43) il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta deċiżjoni individwali dwar it-talba ad hoc għal approvazzjoni, meta ebda modifika għat-talba ad hoc ma tkun meħtieġa. |
|
(8) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2021/2255 (BĊE/2021/54) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
It-tabella fl-Artikolu 2 tad-Decizjoni (UE) 2021/2255 (BĊE/2021/54) hija emendata kif gej:
|
1. |
ir-ringiela dwar il-Belġju hija mibdula b’li ġej:
|
|
2. |
ir-ringiela dwar Spanja hija mibdula b’li ġej:
|
|
3. |
ir-ringiela dwar l-Italja hija mibdula b’li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Novembru 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123
(2) Deċiżjoni (UE) 2021/2255 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-7 ta’ Diċembru 2021 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2022 (BĊE/2021/54) (ĠU L 454, 17.12.2021, p. 19).