21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2276

tat-18 ta’ Novembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 b’appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 tipprevedi perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.

(3)

L-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) talbet estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 bi tlettax-il xahar, sat-23 ta’ Jannar 2024, meta jitqies id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġett skont id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna.

(4)

Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 sat-23 ta’ Jannar 2024 tista’ titwettaq mingħajr ebda konsegwenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

(5)

It-talba għal estensjoni għandha tiġi aċċettata billi jiġi emendat l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009,l-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-23 ta’ Jannar 2024.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2009 tat-2 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE (ĠU L 312, 3.12.2019, p. 42).