17.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/71 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2255
tal-24 ta’ Ottubru 2022
dwar il-bidu tal-eżami dettaljat ta’ ċerti miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni għat-tielet perjodu ta’ referenza sottomess fil-livell tal-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu, u min-Netherlands skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2022) 7438)
(It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (1) (ir-Regolament qafas) u, b’mod partikolari, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) u (3) tiegħu,
Billi:
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
(1) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, l-Istati Membri jridu jfasslu, fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (“FABs”), miri tal-prestazzjoni vinkolanti għal kull perjodu referenzjarju tal-iskema ta’ prestazzjoni għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dawk il-miri tal-prestazzjoni jridu jkunu konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha adottati mill-Kummissjoni għall-perjodu referenzjarju kkonċernat. |
(2) |
Il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu ta’ referenza (“RP3”) ġew stabbiliti oriġinarjament fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903 (3). Billi dawk il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u l-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni tal-RP3 sussegwentement sottomessi f’Ottubru 2019 mill-Istati Membri tfasslu qabel ma faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 f’Marzu 2020, dawn ma qisux it-tnaqqis konsiderevoli fit-traffiku tal-ajru minħabba l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi biex jikkontrollaw il-pandemija. |
(3) |
B’rispons għall-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ġew stabbiliti miżuri eċċezzjonali għall-RP3, li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 (4). Fit-2 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891 (5) li tistabbilixxi miri ta’ prestazzjoni riveduti għall-Unjoni kollha għall-RP3. Abbażi ta’ dan, f’Ottubru 2021, l-Istati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni abbozzi ta’ pjanijiet ta’ prestazzjoni li fihom miri ta’ prestazzjoni lokali riveduti għall-RP3. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/728 (6) dwar l-inkonsistenza ta’ ċerti miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tal-blokok ta’ spazju tal-ajru nazzjonali u funzjonali ġiet indirizzata lill-Belġju, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lil Franza, lil Ċipru, lil-Latvja, lil-Lussemburgu, lil Malta, lin-Netherlands, lir-Rumanija, u lill-Iżvezja. |
(5) |
Fir-rigward tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni għall-RP3 stabbilit fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu, u min-Netherlands (“abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC”), il-Kummissjoni sabet li l-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu ma humiex konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u ħarġet rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta’ dawk il-miri. |
(6) |
Bi tweġiba għall-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, li bdiet fl-24 ta’ Frar 2022, l-Unjoni imponiet miżuri restrittivi li jipprojbixxu lit-trasportaturi tal-ajru Russi, lil kwalunkwe inġenju tal-ajru rreġistrat fir-Russja u lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li ma huwiex irreġistrat fir-Russja li huwa proprjetà ta’ jew mikri b’lokazzjoni, jew inkella li huwa kkontrollat minn kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiku jew ġuridiku Russu milli jinżel u jitlaq minn, jew itir minn fuq it-territorju tal-Unjoni. Dawk il-miżuri restrittivi u l-kontromiżuri adottati mir-Russja wasslu għal bidliet fit-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru Ewropew. Ċerti Stati Membri ġew affettwati serjament minn tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ titjiriet fuq l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Madankollu, fil-livell tal-Unjoni kollha, l-impatt osservat ta’ dawk il-miżuri fuq in-numru ta’ titjiriet kien limitat, li jikkuntrasta mat-tnaqqis qawwi tat-traffiku tal-ajru madwar l-Ewropa li rriżulta mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19. |
(7) |
Fit-13 ta’ Lulju 2022, il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, u n-Netherlands ippreżentaw abbozz rivedut ta’ pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC għall-RP3 għal valutazzjoni mill-Kummissjoni. |
(8) |
Il-korp ta’ rieżami tal-prestazzjoni, li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, ippreżenta lill-Kummissjoni rapport li fih il-parir tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC. |
(9) |
F’konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni lokali li hemm fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi lokali. Fir-rigward ta’ kull qasam ewlieni ta’ prestazzjoni u l-miri ta’ prestazzjoni relatati, il-Kummissjoni kkomplementat il-valutazzjoni tagħha billi rrieżaminat l-elementi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(10) |
It-tbassir bażi tat-traffiku ta’ STATFOR tal-Eurocontrol ippubblikat f’Ġunju 2022 iqis iċ-ċirkostanzi mibdula msemmija fil-premessa (6). Abbażi ta’ dak it-tbassir, il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, u n-Netherlands ma humiex previsti li jesperjenzaw bidliet kbar fil-flussi tat-traffiku tal-ajru matul l-RP3 bħala riżultat tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna. Għalhekk, dawk iċ-ċirkostanzi mibdula ma jaffettwawx direttament il-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC jew il-valutazzjoni ta’ dawk il-miri fir-rigward tal-konsistenza tagħhom mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. |
RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TA’ EŻAMI DETTALJAT
Miri ta’ prestazzjoni li jwasslu għal dubji
(11) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-miri inizjali ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza en route tal-RP3 għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, kif jinsabu fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fl-2021, u l-miri ta’ prestazzjoni riveduti korrispondenti li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat f’Lulju 2022.
|
(12) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-miri ta’ prestazzjoni għas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024 ġew riveduti ’l isfel, filwaqt li l-valur ta’ referenza għall-2014 ġie rivedut ’l fuq. Barra minn hekk, ġie applikat aġġustament tekniku minuri, li ma huwiex ta’ sinifikat għall-valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni, fir-rigward tal-valur ta’ referenza għall-2019. |
(13) |
Il-Belġju u l-Lussemburgu ġġustifikaw l-aġġustament propost tal-valur ta’ referenza għall-2014 prinċipalment bil-bidliet fil-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u fit-terminal, li ġew introdotti fl-RP3. Ġie applikat aġġustament simili għall-valur ta’ referenza tal-2019 u dan kien diġà inkluż fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fl-2021. |
(14) |
Il-Kummissjoni tosserva li r-reviżjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza għall-perjodu ta’ żmien mill-2022 sal-2024 twassal għal tnaqqis ġenerali fil-kost unitarju ddeterminat (“DUC”) ta’ -11,6 % fuq dawk it-tliet snin kalendarji u ta’ -8,2 % fuq l-RP3 kollu kemm hu. Dak it-tnaqqis tad-DUC jirriżulta kemm mis-suppożizzjonijiet aġġornati tat-traffiku użati fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni kif ukoll mir-reviżjoni ’l isfel tal-kostijiet determinati espressi f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017. |
(15) |
Il-bidliet fit-tbassir tat-traffiku għas-snin kalendarji mill-2022 sal-2024 huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-Kummissjoni tinnota li t-tbassir tat-traffiku użat fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni huwa bbażat fuq it-tbassir bażi tat-traffiku ta’ STATFOR tal-Eurocontrol ta’ Ġunju 2022.
|
(16) |
Il-kostijiet determinati riveduti għas-snin kalendarji mill-2022 sal-2024, espressi f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017, huma murija fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
(17) |
Il-Kummissjoni tinnota li s-suppożizzjonijiet dwar l-inflazzjoni li fuqhom huwa bbażat l-iffissar tal-kostijiet determinati ġew riveduti ’l fuq b’mod sinifikanti, kif deskritt fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
(18) |
Minħabba l-aġġornament tat-tbassir dwar l-inflazzjoni, il-kostijiet determinati riveduti f’termini nominali għas-snin kalendarji mill-2022 sal-2024, li huma murija hawn taħt, għadhom fil-biċċa l-kbira l-istess u saħansitra żdiedu bi +2,9 % għas-sena kalendarja 2023, minkejja li huma aktar baxxi f’termini reali kif ippreżentat fil-premessa (16).
|
(19) |
Il-Kummissjoni tosserva ulterjorment li l-kostijiet determinati għall-2024 jinkludu tnaqqis ta’ darba li jammonta għal madwar EUR 8,3 miljun f’termini nominali. |
(20) |
Il-Kummissjoni tinnota li tliet fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, jiġifieri skeyes, MUAC u ANA Lussemburgu, huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni taż-żona tal-imposti en route bejn il-Belġju u l-Lussemburgu. Fir-rigward tal-kostijiet tal-forniment tas-servizz fiż-żona tal-imposti, 62 % tal-kostijiet determinati tal-2024 huma mġarrba minn skeyes, filwaqt li MUAC tirrappreżenta 35 % tal-bażi tal-kostijiet għal dik l-istess sena. 3 % biss tal-kostijiet totali tal-forniment tas-servizzi fiż-żona tal-imposti huma allokati lil ANA Lussemburgu, u dawk il-kostijiet huma esklussivament imġarrba għall-forniment ta’ servizzi ta’ approċċ fl-ispazju tal-ajru madwar l-ajruport tal-Lussemburgu. |
Sejbiet
(21) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri riveduti tal-kosteffiċjenza proposti għaż-żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
(22) |
Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC en route fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ +1,9 % matul l-RP3 hija anqas tajba mix-xejra mal-Unjoni kollha ta’ +1,0 % matul l-istess perjodu. Il-Kummissjoni tinnota li dan jikkostitwixxi titjib mix-xejra tad-DUC ta’ +5,7 % ikkalkolata abbażi tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fl-2021. |
(23) |
Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC en route fil-livell taż-żona tal-imposti matul it-tieni perjodu ta’ referenza (“RP2”) u l-RP3 ta’ +1,1 % hija anqas tajba mix-xejra fit-tul mal-Unjoni kollha ta’ -1,3 % matul l-istess perjodu. Il-Kummissjoni tinnota li dan jikkostitwixxi titjib mix-xejra fit-tul tad-DUC ta’ +4,0 % ikkalkolata abbażi tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fl-2021. B’referenza għall-premessa (13), dan it-titjib huwa parzjalment dovut għall-aġġustament tal-valur ta’ referenza għall-2014 għaż-żona tal-imposti. |
(24) |
Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur ta’ referenza tad-DUC ta’ EUR 83,26 tal-Belġju u tal-Lussemburgu f’EUR2017 huwa 13,2 % ogħla mill-valur ta’ referenza medju ta’ EUR 73,53 fl-2017 tal-grupp komparatur rilevanti. Il-Kummissjoni tinnota li d-differenza ssir saħansitra akbar matul l-RP3, peress li d-DUC en route tal-Belġju u l-Lussemburgu għall-2024 huwa ogħla b’29,8 % mill-medja tal-grupp komparatur. |
(25) |
Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi eżaminat jekk id-devjazzjonijiet osservati fil-premessi (22) sa (24) hawn fuq mill-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), 1.4(b) u 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jistgħux jitqiesu meħtieġa u proporzjonati skont il-punt 1.4(d) ta’ dak l-Anness, dment li d-devjazzjonijiet osservati mix-xejra tad-DUC madwar l-Unjoni kollha u mix-xejra tad-DUC fit-tul madwar l-Unjoni kollha huma esklussivament dovuti għal kostijiet determinati addizzjonali relatati mal-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità jew għal miżuri ta’ ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(18) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
(26) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-differenza stmata mill-korp ta’ rieżami tal-prestazzjoni bejn il-kostijiet en route determinati fl-RP3 irrapportati mill-Belġju u mil-Lussemburgu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC u l-kostijiet iddeterminati li jkunu meħtieġa biex tiġi ssodisfata x-xejra tad-DUC mal-Unjoni kollha fl-RP3 hija ta’ madwar EUR 8,2 miljun f’EUR2017, filwaqt li devjazzjoni stmata korrispondenti mix-xejra fit-tul mal-Unjoni kollha tammonta għal madwar EUR 43,7 miljun f’EUR2017. |
(27) |
Bl-istess mod bħal fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fl-2021, il-Belġju u l-Lussemburgu jkomplu jsostnu li l-kumplessità tal-ispazju tal-ajru hija waħda mill-fatturi ewlenin wara d-devjazzjoni tal-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni mix-xejriet tad-DUC madwar l-Unjoni. L-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ikompli jenfasizza li l-kumplessità tal-ispazju tal-ajru bejn il-Belġju u l-Lussemburgu tikkostitwixxi fattur li jżid l-ammont ta’ xogħol relattiv tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, u b’hekk tagħti ponderazzjoni negattiva fuq il-produttività tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u fuq il-bażi tal-kost en route. |
(28) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju u l-Lussemburgu ma wrewx, fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC, li l-kumplessità tal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fiż-żona tal-imposti kienet tiżdied meta mqabbla mal-RP2 jew li kien se jkun hemm kostijiet addizzjonali fl-RP3 minħabba bidla fil-kumplessità tal-operazzjonijiet. |
(29) |
Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC, il-Belġju u l-Lussemburgu jirreferu għall-kostijiet determinati addizzjonali mġarrba matul l-RP3 mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, skeyes u MUAC, b’rabta mal-miżuri biex iżidu l-kapaċità. |
(30) |
Il-Kummissjoni tosserva li seba’ miżuri relatati mal-kapaċità għal skeyes u MUAC huma ssostanzjati fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC bħala ġustifikazzjoni għad-devjazzjoni osservata mix-xejriet tal-kosteffiċjenza madwar l-Unjoni. Erbgħa minn dawk il-miżuri kienu diġà dettaljati fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fl-2021, filwaqt li ġew inklużi tliet miżuri addizzjonali speċifiċi għal MUAC. |
(31) |
Fir-rigward ta’ skeyes, l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC jiddeskrivi miżuri mmirati lejn iż-żamma ta’ livelli xierqa ta’ kapaċità tal-kontrollur tat-traffiku tal-ajru (ATCO) sabiex jiġi indirizzat it-tixjiħ tal-forza tax-xogħol tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-għadd għoli konsegwenti ta’ rtirar mistenni matul l-RP3 u r-raba’ perjodu ta’ referenza (“RP4”). |
(32) |
Tali miżuri jinkludu b’mod partikolari r-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ kontrolluri tat-traffiku tal-ajru ġodda sabiex jissostitwixxu lil dawk li beħsiebhom jirtiraw u jwasslu l-kapaċità meħtieġa mit-traffiku mbassar. Barra minn hekk, huwa rrapportat li skeyes iġġarrab kostijiet sinifikanti fir-rigward tal-“iskema DISPO” li, f’konformità mal-liġi Belġjana (7), tirrikjedi li l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jiġu rtirati mid-dmir tagħhom ħames snin qabel id-data tal-irtirar tagħhom. Matul dawk il-ħames snin, huma eliġibbli għall-irtirar bikri u jirċievu benefiċċju li jammonta għal bejn 75 % u 85 % tal-aħħar salarju tagħhom. Skont l-informazzjoni pprovduta fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru bħalissa jitqiegħdu taħt id-DISPO fl-età ta’ 56 sena u dan il-limitu ta’ età se jiżdied għal 57 sena mill-2025 ’il quddiem. Il-Kummissjoni tinnota li ma ġiet ippreżentata l-ebda miżura ta’ mitigazzjoni mill-Belġju sabiex jiġi limitat l-impatt finanzjarju konsiderevoli u li qed jiżdied tal-iskema DISPO fuq il-bażi tal-kost tal-RP3. |
(33) |
Il-Kummissjoni tosserva ulterjorment li l-kostijiet totali ppreżentati fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-miżuri deskritti fil-premessi (31) u (32) ġew evalwati mill-ġdid għas-snin kalendarji mill-2022 sal-2024, u dan wassal għal żieda ta’ 22,4 % fl-2022, ta’ 49,0 % fl-2023 u ta’ 36,8 % fl-2024. |
(34) |
Barra minn hekk, l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC jirreferi għal kostijiet addizzjonali mġarrba minn skeyes fir-rigward tas-sostituzzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (“ATM”) b’sistema unika, integrata u armonizzata ta’ ġestjoni tal-ispazju tal-ajru mal-MUAC u d-Difiża Belġjana, li timmira li tappoġġa l-integrazzjoni tas-servizzi tal-ATM ċivili u militari u li ttejjeb il-kapaċità u l-effiċjenzi operazzjonali. Il-Kummissjoni tosserva li l-kostijiet assoċjati ma’ dik il-miżura huma stmati li huma aktar baxxi minn dawk indikati fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fl-2021, b’-9,5 % fl-2023 u b’-11,9 % fl-2024. |
(35) |
Fir-rigward ta’ MUAC, il-Belġju u l-Lussemburgu jirrapportaw, b’mod simili bħal fl-abbozz ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fl-2021, li l-ftehim kollettiv konkluż fl-2019 jikkostitwixxi miżura għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità minħabba li, essenzjalment, għandu l-għan li jżid id-disponibbiltà tal-ATCOs sabiex tintlaħaq id-domanda tat-traffiku. Id-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà introdotti fil-ftehim huma akkumpanjati minn żieda fl-iskali tas-salarju bi kważi 11 %, li għandha impatt fuq il-bażi tal-kost matul il-perjodu ta’ referenza kollu. Il-Kummissjoni tosserva li l-kostijiet ippreżentati fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC fir-rigward ta’ din il-miżura ġew riveduti għas-snin kalendarji mill-2022 sal-2024, u dan wassal għal żieda ta’ 7,4 % fl-2022, ta’ 9,0 % fl-2023 u ta’ 9,2 % fl-2024. |
(36) |
Minħabba d-daqs tal-bidliet fil-kostijiet imsemmija fil-premessi (33), (34) u (35), il-Kummissjoni tqis li l-Belġju u l-Lussemburgu jenħtieġ li jispjegaw u jagħtu aktar dettalji dwar is-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu ta’ dawk il-kostijiet. |
(37) |
L-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC itenni li l-ilħuq tal-miri tal-kapaċità minn MUAC jeħtieġ proċess imtejjeb ta’ analiżi ta’ wara l-operazzjonijiet, għodod relatati u “faċilitajiet ta’ intelligence dwar in-negozju” li jippermettu l-ottimizzazzjoni ulterjuri tal-ippjanar tal-operazzjonijiet ta’ kuljum. Il-Belġju u l-Lussemburgu jindikaw li dan is-sett ta’ miżuri, imsejjaħ il-proġett “PABI”, huwa previst li jipprovdi “ammont żgħir ta’ kapaċità addizzjonali” u li jirriżulta f’xi tnaqqis fid-dewmien tal-AFTM billi jiġu evitati restrizzjonijiet operazzjonali li ma humiex meħtieġa għall-utenti tal-ispazju tal-ajru (imsemmija bħala “regolamentazzjoni żejda”). Il-kostijiet stmati ta’ dan il-proġett jibqgħu l-istess mill-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fl-2021. Il-Kummissjoni tqis li l-kontribut tal-inizjattiva PABI għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità lokali jenħtieġ li jiġi ssostanzjat ulterjorment sabiex jiġi evalwat jekk il-kostijiet addizzjonali relatati jistgħux jiġu ddeterminati bħala meħtieġa u proporzjonati għad-devjazzjoni mix-xejriet tal-kosteffiċjenza madwar l-Unjoni. |
(38) |
Barra minn hekk, l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni jinkludi tliet miżuri addizzjonali minn MUAC li huma meqjusa mill-Belġju u mil-Lussemburgu li jiġġeneraw kostijiet addizzjonali meħtieġa għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità. Dawk il-miżuri jinkludu t-taħriġ ab-initio tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, l-impjieg ta’ kontrolluri tat-traffiku tal-ajru addizzjonali għas-settur ta’ Brussell ta’ MUAC u sistema ġdida ta’ pjanar tal-ħaddiema. |
(39) |
Wara li kkunsidrat l-evalwazzjoni magħmula mill-korp ta’ rieżami tal-prestazzjoni, il-kostijiet totali addizzjonali rrapportati mill-Belġju u mil-Lussemburgu fir-rigward tal-miżuri ta’ titjib tal-kapaċità msemmija fil-premessi (30) sa (38) huma ferm aktar baxxi mid-devjazzjoni mix-xejra tad-DUC fit-tul madwar l-Unjoni osservata fil-premessi (23) u (26). Għalhekk, anke li kieku wieħed kellu jaċċetta li dawk il-miżuri kollha huma meħtieġa u proporzjonati bil-ħsieb li jintlaħqu l-miri tal-kapaċità lokali, huwa ċar li d-devjazzjoni mix-xejra tad-DUC fit-tul taqbeż f’termini monetarji l-kostijiet addizzjonali assoċjati ma’ dawk il-miżuri. Għalhekk id-devjazzjoni ma hijiex esklussivament dovuta għal kostijiet determinati addizzjonali relatati mal-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ta’ prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità. |
(40) |
B’hekk, il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 ma huwiex issodisfat fir-rigward tal-Belġju u tal-Lussemburgu. |
(41) |
Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, huwa biżżejjed li jissemma li fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni, il-Belġju u l-Lussemburgu ma ppreżentaw l-ebda miżura ta’ ristrutturar li tiġġustifika devjazzjoni mix-xejra tad-DUC madwar l-Unjoni jew mix-xejra fit-tul tad-DUC madwar l-Unjoni. B’hekk, il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(ii) ma huwiex issodisfat fir-rigward tal-Belġju u l-Lussemburgu. |
KONKLUŻJONIJIET
(42) |
Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (11) sa (41), il-Kummissjoni tqis, f’dan l-istadju tal-valutazzjoni tal-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC, li għad hemm dubji dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza proposti għaż-żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu. |
(43) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tinnota li r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728 fir-rigward ta’ dawk il-miri ta’ prestazzjoni ma ġewx indirizzati b’mod adegwat fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC. |
(44) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni tosserva li l-miri riveduti tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza proposti għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu la huma konsistenti max-xejra tad-DUC tal-RP3 madwar l-Unjoni, u lanqas max-xejra tad-DUC fit-tul madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-kostijiet determinati għaż-żona tal-imposti ma tnaqqsux b’mod suffiċjenti bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza mal-miri ta’ prestazzjoni madwar l-Unjoni. |
(45) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabitx, abbażi tal-elementi u l-ġustifikazzjonijiet ipprovduti fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC, li d-devjazzjoni sinifikanti mix-xejra tad-DUC fit-tul madwar l-Unjoni tista’ tiġi attribwita esklussivament għal kostijiet addizzjonali mġarrba għall-ilħuq tal-miri ta’ prestazzjoni tal-kapaċità lokali. |
(46) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ma jistabbilixxix miżuri strutturali ewlenin li jtaffu ż-żidiet ippjanati fil-kostijiet fl-RP3 u jikkontribwixxu għall-kosteffiċjenza fuq terminu medju u twil. |
(47) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-eżami dettaljat stabbilit fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 fir-rigward tal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza li ġejjin proposti għaż-żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-RP3 stabbilit fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu u min-Netherlands, jagħtu lok għal dubji fir-rigward tal-konsistenza tagħhom mal-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni kollha:
QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA
Kost unitarju determinat tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru en route
Żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu |
Valur ta’ referenza tal-2014 |
Valur ta’ referenza tal-2019 |
2020 -2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
Abbozzi riveduti tal-miri tal-kosteffiċjenza en route, espressi bħala kost unitarju determinat en route (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2017) |
EUR 81,78 |
EUR 83,26 |
EUR 189,52 |
EUR 104,47 |
EUR 94,18 |
EUR 89,87 |
Artikolu 2
1. Il-proċedura dettaljata ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 hija bil-preżenti mibdija fir-rigward tal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza msemmija fl-Artikolu 1.
2. Sabiex tiġi appoġġata l-valutazzjoni ulterjuri tal-miri ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, u n-Netherlands għandhom jipprovdu, fuq talba tal-Kummissjoni, data u informazzjoni addizzjonali rilevanti fir-rigward tal-elementi stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Franċiża, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, u lir-Renju tan-Netherlands.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Adina-Ioana VĂLEAN
Membru tal-Kummissjoni
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903 tad-29 ta’ Mejju 2019 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024 (ĠU L 144, 3.6.2019, p. 49).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 tat-3 ta’ Novembru 2020 dwar miżuri eċċezzjonali għat-tielet perjodu ta’ referenza (2020-2024) tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-ajru uniku Ewropew minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 7).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 tat-2 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903 (ĠU L 195, 3.6.2021, p. 3).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/728 tat-13 ta’ April 2022 dwar l-inkonsistenza ta’ ċerti miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tal-blokok ta’ spazju tal-ajru nazzjonali u funzjonali ppreżentati mill-Belġju, mill-Ġermanja, mill-Greċja, minn Franza, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Lussemburgu, minn Malta, min-Netherlands, mir-Rumanija, u mill-Iżvezja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju u li tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta’ dawk il-miri (ĠU L 135, 12.5.2022, p. 4).
(7) Id-Digriet Irjali tat-23 ta’ April 2017.
ANNESS
LISTA MHUX EŻAWRJENTI TA’ ELEMENTI GĦAL ANALIŻI ULTERJURI FIR-RIGWARD TAL-MIRI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA GĦAŻ-ŻONA TAL-IMPOSTI EN ROUTE BELĠJU-LUSSEMBURGU
(1)
Miżuri invokati mill-Belġju u mil-Lussemburgu sabiex jiġġustifikaw id-devjazzjonijiet osservati mix-xejriet tal-kosteffiċjenza mal-Unjoni kollha abbażi ta’ kostijiet addizzjonali għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità;
(2)
Kumplessità tal-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fiż-żona tal-imposti, u l-evoluzzjoni tagħha maż-żmien;
(3)
Suppożizzjonijiet u parametri dettaljati li fuqhom huma bbażati l-kostijiet iddeterminati ta’ skeyes u MUAC, għal kull sena tal-RP3 u maqsuma skont il-kategorija tal-kostijiet u s-servizz;
(4)
Unitajiet tas-servizzi rreġistrati u previsti fiż-żona tal-imposti, maqsuma skont l-ANSP;
(5)
Distribuzzjoni tal-kostijiet tal-MUAC u tal-unitajiet tas-servizzi bejn is-settur ta’ Brussell u s-setturi l-oħra fi ħdan il-qasam ta’ responsabbiltà tal-MUAC;
(6)
Ippjanar tal-kapaċitajiet ta’ skeyes u MUAC inkluż fir-rigward tal-għadd ippjanat ta’ ATCOs, it-taħriġ ATCO, u l-investimenti ppjanati f’assi fissi;
(7)
Allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u fit-terminal, u bejn is-servizzi fl-ambitu tal-pjan ta’ prestazzjoni u servizzi oħra;
(8)
Skema tal-irtirar bikri “DISPO” għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fil-Belġju;
(9)
Arranġamenti ta’ forniment ta’ servizzi transfruntiera ma’ pajjiżi ġirien, u l-impatt operazzjonali u finanzjarju tagħhom;
(10)
Kostijiet imposti fuq l-utenti tal-ispazju tal-ajru fl-RP2 fir-rigward ta’ investimenti posposti jew ittardjati f’assi fissi.