14.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 293/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2232

tal-14 ta’ Novembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 (1) li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi.

(2)

Fl-20 ta’ Awwissu 2020, Alexei Navalny, mexxej prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja, ġie avvelenat b’aġent nervin tossiku ta’ grad militari tal-grupp Novichok, kif ikkonfermat minn laboratorji speċjalizzati fil-Ġermanja, Franza u l-Iżvezja, kif ukoll mill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW). Dan l-avvelenament jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta’ Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (il-’Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi’) u ksur serju tad-dritt internazzjonali. L-Unjoni ttenni t-tħassib serju tagħha li l-Federazzjoni Russa ma rreaġixxietx għas-sejħiet internazzjonali għal investigazzjoni bir-reqqa u trasparenti fl-attentat ta’ qtil kontra Alexei Navalny.

(3)

L-Unjoni kkundannat bil-qawwa l-użu ta’ armi kimiċi mis-Sirja u n-nuqqas tagħha li tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, kif sostanzjat permezz ta’ investigazzjonijiet komprensivi u bir-reqqa mwettqa min-Nazzjonijiet Uniti u l-OPCW. L-Unjoni qajmet dan it-tħassib f’diversi fora u tħeġġeġ lis-Sirja biex terġa’ lura għal konformità sħiħa mal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

(4)

F’dak il-kuntest, u fid-dawl tat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi, jenħtieġ li għaxar persuni u entità waħda jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25).


ANNESS

Il-persuni u l-entità li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 2 u 3” fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544:

A.   PERSUNI FIŻIĊI

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

Data tal-elenkar

“16.

Alexey Alexandrovich ALEXANDROV

(Алексей Александрович АЛЕКСАНДРОВ)

magħruf ukoll bħala Alexey Andreevich FROLOV

(Алексей Андреевич ФРОЛОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 16.6.1981 jew 16.6. 1980;

Nazzjonalità: Russa

Alexey Alexandrov huwa aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika.

F’dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’aġent nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

Għalhekk, Alexey Alexandrov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022

17.

Vladimir Alexandrovich PANYAEV

(Владимир Александрович ПАНЯЕВ) magħruf ukoll bħala Vladimir ALEXEEV

(Владимир АЛЕКСЕЕВ)

magħruf ukoll bħala

Vladimir ALEXEYEV

(Владимир АЛЕКСЕЕВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 25.11.1980;

Post tat-twelid: Serdobsk, Russian Federation;

Nazzjonalità: Russa

Vladimir Panyaev huwa aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika.

F’dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’aġent nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

Għalhekk, Vladimir Panyaev kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022

18.

Ivan Vladimirovich OSIPOV

(Иван Владимирович ОСИПОВ)

magħruf ukoll bħala Ivan Vasilyevich SPIRIDONOV

(Иван Васильевич СПИРИДОНОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 21.8.1976 jew 21.8.1975;

Nazzjonalità: Russa

Ivan Osipov huwa aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika.

F’dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’aġent nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

Għalhekk, Ivan Osipov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022

19.

Artur Aleksandrovich ZHIROV

(Артур Александрович ЖИРОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 6.7.1961;

Nazzjonalità: Russa

Artur Zhirov huwa espert dwar l-armi kimiċi u Direttur tal-SC Signal, istitut ta’ riċerka li ġie marbut mal-programm tal-armi kimiċi tar-Russja.

Bħala Direttur ta’ SC Signal, Artur Zhirov ipprovda appoġġ tekniku għall-operazzjonijiet kontra Yulia Navalnaya u Alexei Navalny li saru f’Kaliningrad fis-6 ta’ Lulju 2020 u għall-ippjanar tal-avvelenament sussegwenti ta’ Alexei Navalny b’aġent nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

Għalhekk, Artur Zhirov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022

20.

Kirill Yurievich VASILIEV

(Кирилл Юрьевич ВАСИЛЬЕВ)

magħruf ukoll bħala Kirill VASILYEV

(Кирилл ВАСИЛЬЕВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 22.2.1973;

Nazzjonalità: Russa;

Nru tal-Identità tat-Taxxa: 773721109701 (Russja)

Il-Ġeneral Kirill Vasiliev huwa d-Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB), li wettaq operazzjonijiet biex jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet ta’ Alexei Navalny fuq perjodu twil ta’ żmien, inkluż matul il-vjaġġ tiegħu lejn Tomsk fejn ġie avvelenat b’nervin tat-tip Novichok fl-20 ta’ Awwissu 2020. Dak l-avvelenament jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

Kirill Vasiliev, fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika tal-FSB, ipprovda l-qafas u d-direzzjoni operazzjonali biex titwettaq is-sorveljanza u l-attentat ta’ qtil kontra Alexei Navalny.

Għalhekk, huwa kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi, huwa responsabbli għall-użu tal-armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022

21.

Konstantin Borisovich KUDRYAVTSEV

(Константин Борисович КУДРЯВЦЕВ)

magħruf ukoll bħala Konstantin Yevgenievich SOKOLOV

(Константин Евгеньевич СОКОЛОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 28.4.1980 jew 28.4.1981;

Nazzjonalità: Russa;

Konstantin Kudryavtsev huwa espert dwar l-armi kimiċi u aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika.

F’dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u fl-operazzjonijiet ta’ tindif tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’aġent nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Barra minn hekk, huwa ammetta l-involviment tiegħu f’ talinqas operazzjoni oħra ta’ tentattiv ta’ avvelenament kontra Navalny fl-2017.

Għalhekk, Konstantin Kudryavtsev kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022

22.

Stanislav Valentinovich MAKSHAKOV

(Станислав Валентинович МАКШАКОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 1966;

Nazzjonalità: Russa;

Stanislav Makshakov huwa xjentist militari u Viċi Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB), li wettaq operazzjonijiet biex jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet ta’ Alexei Navalny fuq perjodu twil ta’ żmien. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika, Stanislav Makshakov kien il-kmandant tat-tim ta’ operaturi involuti fit-tħejjijiet u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

Għalhekk, Stanislav Makshakov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi, huwa responsabbli għall-użu ta’ armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022

23.

Vladimir Mikhaylovich BOGDANOV

(Владимир Михайлович БОГДАНОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 17.7.1958;

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation;

Nazzjonalità: Russa;

Vladimir Bogdanov huwa l-Kap taċ-Ċentru tat-Teknoloġija Speċjali tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB), li huwa l-impriża omm tal-Istitut tal-Kriminalistika. F’dik il-kapaċità, Vladimir Bogdanov jissorvelja u jikkontrolla l-attivitajiet ta’ dawk l-entitajiet.

L-FSB wettaq operazzjonijiet biex jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet ta’ Alexei Navalny fuq perjodu twil ta’ żmien, inkluż matul il-vjaġġ tiegħu lejn Tomsk fejn Navalny ġie avvelenat b’nervin tat-tip Novichok fl-20 ta’ Awwissu 2020. Dak l-avvelenament jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

Vladimir Bogdanov, fil-kapaċità tiegħu bħala l-Kap taċ-Ċentru tat-Teknoloġija Speċjali tal-FSB, ipprovda l-qafas u d-direzzjoni operazzjonali biex titwettaq is-sorveljanza u l-attentat ta’ qtil kontra Alexei Navalny.

Għalhekk, huwa kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi, huwa responsabbli għall-użu ta’ armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022

24.

Chadi HOURANIEH

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 29.5.1979

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Nazzjonalità: Kanadiża;

Chadi Houranieh huwa l-koproprjetarju tal-kumpanija MHD Nazier Houranieh & Sons Co, li topera fl-industrija tal-metalli u tforni liċ-Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka Sirjani (SSRC) b’materjali użati fil-manifattura ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi kimiċi.

Għalhekk, Chadi Houranieh huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ materjali għall-manifattura ta’ armi kimiċi u huwa involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi u b’hekk jikkontribwixxi għat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022

25.

Mohammad Nazier HOURANIEH

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 6.5.1976

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Nazzjonalità: Kanadiża;

Mohammad Nazier Houranieh huwa l-koproprjetarju tal-kumpanija MHD Nazier Houranieh & Sons Co, li topera fl-industrija tal-metalli u tforni liċ-Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka Sirjani (SSRC) b’materjali użati fil-manifattura ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi kimiċi.

Għalhekk, Mohammad Nazier Houranieh huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ materjali għall-manifattura ta’ armi kimiċi u huwa involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi u b’hekk jikkontribwixxi għat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022”

B.   PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

Data tal-elenkar

“3.

MHD Nazier Houranieh & Sons Co

Indirizz: Zoukak Al Jin Abed Al Rahman Bn Al Kassem Street. Damascus, Syria;

Telefown: (+963) 11-2210758,

(+963) 11-2224349;

Fax: (+963) 11-2235892;

Web: https://houranieh.com/

Indirizz elettroniku: info@houranieh.com

MHD Nazier Houranieh & Sons Co hija kumpanija li topera fl-industrija tal-metalli u tforni liċ-Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka Sirjani (SSRC) b’materjali użati fil-manifattura ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi kimiċi.

Għalhekk, MHD Nazier Houranieh & Sons Co tipprovdi appoġġ materjali għall-manifattura ta’ armi kimiċi u hija involuta fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi u b’hekk tikkontribwixxi għat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi.

14.11.2022”