|
9.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/86 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2188
tat-8 ta’ Novembru 2022
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Settembru 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”), stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relatata ma’ żewġ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
ANNESS
Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “B. Entitajiet”, l-entrati 36 u 74 huma ssostitwiti b’dan li ġej:
|
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Lokalità |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
Informazzjoni oħra |
|
“36. |
Singwang Economics and Trading General Corporation |
|
Indirizz: DPRK |
30.11.2016 |
Hija intrapriża tar-RDPK għall-kummerċ tal-faħam. Ir-RDPK tiġġenera sehem sinifikanti tal-flus għall-programmi nukleari u ta’ missili ballistiċi tagħha bl-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali u l-bejgħ tagħhom barra mill-pajjiż. |
|
74. |
Weihai World-Shipping Freight |
|
Indirizz: 419-201, Tongyi Lu, Huancui Qu, Weihai, Shandong 264200, China; Numru tal-OMI: 5905801 |
30.3.2018 |
Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta’ XIN GUANG HAI, bastiment li għabba faħam f’Taean, ir-RDPK fis-27 ta’ Ottubru 2017 u kellu bħala ħin stmat tal-wasla l-14 ta’ Novembru 2017 f’Cam Pha, il-Vjetnam, iżda ma wasalx.”. |