9.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/81


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2186

tat-8 ta’ Novembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran.

(2)

Il-Kunsill irrieżamina l-miżuri restrittivi li jinsabu fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu estiżi sat-12 ta’ Novembru 2023.

(3)

Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-12 ta’ Novembru 2023 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. STANJURA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 47).