|
7.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/15 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/2128 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-27 ta’ Ottubru 2022
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21) (BĊE/2022/37)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (1);
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 1(4) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510, (BĊE/2014/60), il-Kunsill Governattiv jista', f'kull ħin, jibdel l-għodda, l-istrumenti, ir-rekwiżiti, il-kriterji u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Lulju 2019, fit-twettiq tal-għan li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet billi jiġu ppreżervati kundizzjonijiet ta’ tislif bankarju favorevoli u b’hekk jappoġġja l-pożizzjoni aġevolanti tal-politika monetarja fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/21) (2). Din id-Deċiżjoni pprovdiet għat-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs-III) li għandhom jitwettqu matul il-perijodu minn Settembru 2019 sa Marzu 2021. |
|
(3) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21), il-parametri u l-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III ġew ikkalibrati mill-ġdid f’diversi okkażjonijiet, kif jitqies neċessarju u xieraq fid-dawl tar-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet, il-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja u l-prospetti ekonomiċi fiż-żona tal-euro eżistenti f’dak iż-żmien. Dawn l-aġġustamenti seħħew f’ambjent diżinflazzjonarju, li kien jeħtieġ pożizzjoni ta’ politika monetarja aġevolanti ħafna biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-prezzijiet fuq terminu medju. B’mod partikolari, fit-12 ta’ Settembru 2019, sabiex jiġu ppreservati kundizzjonijiet favorevoli ta’ self bankarju, tiġi żgurata t-trażmissjoni bla xkiel tal-politika monetarja fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u biex tiġi appoġġata l-pożizzjoni aġevolanti tal-politika monetarja, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jibdel ċerti parametri tat-TLTROs-III, inkluż li jżid il-maturità tal-operazzjonijiet kollha minn sentejn għal tliet snin u jipprevedi tnaqqis fir-rati tal-imgħax applikabbli. Fit-12 ta’ Marzu 2020, sabiex jappoġġa s-self mill-banek lil dawk l-aktar milquta mill-imxija tal-marda tal-coronavirus (COVID-19), b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jbiddel ċerti parametri tat-TLTROs-III, inkluż li jżid il-limitu fuq is-self. Barra minn hekk, nhar it-30 ta’ April 2020, sabiex jingħata aktar appoġġ lill-għoti ta’ kreditu lil unitajiet domestiċi u lil ditti f’dan iż-żmien ta’ tfixkil ekonomiku u inċertezza kbira prevalenti, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jipprovdi tnaqqis temporanju addizzjonali fir-rati tal-imgħax applikati għat-TLTROs-III kollha taħt ċerti kundizzjonijiet (3). Fl-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jerġa' jikkalibra l-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III bil-għan li jikkontribwixxi għall-preservazzjoni ta' kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli matul il-perijodu pandemiku, biex b'hekk jappoġġa l-fluss ta' kreditu għas-setturi kollha tal-ekonomija, jirfed l-attività ekonomika u jissalvagwardja l-istabbiltà tal-prezzijiet fuq terminu medju. B’mod partikolari, ġie deċiż li jiġi estiż l-perijodu li matulu japplikaw termini konsiderevolment aktar favorevoli għal Ġunju 2022, jitwettqu tliet operazzjonijiet addizzjonali bejn Ġunju u Diċembru 2021, u jgħolew l-ammont totali li l-parteċipanti huma intitolati li jissellfu f'TLTROs-III. F’dak il-waqt, il-Kunsill Governattiv indika li baqa’ lest biex jaġġusta l-istrumenti kollha tiegħu, kif xieraq, biex jiżgura li l-inflazzjoni tersaq lejn l-għan tiegħu b’mod sostnut, skont l-impenn tiegħu għas-simetrija (4). |
|
(4) |
It-TLTROs-III, kif aġġustati meta meħtieġ, kellhom għalhekk rwol ewlieni fiż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet, b’mod partikolari matul il-fażi akuta tal-perijodu tal-pandemija, billi ppreżervaw kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli f’ambjent diżinflazzjonarju u appoġġaw il-pożizzjoni aġevolanti tal-politika monetarja meħtieġa biex jiġu indirizzati r-riskji negattivi severi għall-ekonomija u għall-istabbiltà tal-prezzijiet. Matul dak il-perijodu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta kundizzjonijiet ta’ finanzjament eċċezzjonalment favorevoli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu parteċipanti permezz tat-TLTROs-III, bil-ħsieb li jsostni s-self lill-ekonomija reali fi żmien ta’ stress intens. |
|
(5) |
Iż-żieda rapida u mhux mistennija fl-inflazzjoni għal livelli li huma mingħajr preċedent sa mill-introduzzjoni tal-euro, prinċipalment minħabba kostijiet għoljin mhux mistennija tal-enerġija u nuqqasijiet fil-provvista, u r-reviżjoni sostanzjali ’l fuq fil-prospettiva għall-inflazzjoni fuq terminu medju sa minn tmiem l-2021, titlob valutazzjoni mill-ġdid fundamentali tal-pożizzjoni xierqa tal-politika monetarja. Il-prezzijiet tal-enerġija u tal-komoditajiet żdiedu drastikament wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna u t-tfixkil fil-kummerċ li rriżulta li aggravaw il-konġestjonijiet fil-provvista, żied l-inċertezza u intensifika l-pressjonijiet tal-inflazzjoni fis-setturi kollha. Din il-bidla drastika fiċ-ċirkostanzi ma setax jiġi previst la meta t-TLTROs-III ġew stabbiliti u lanqas meta l-kundizzjonijiet tagħhom ġew ikkalibrati mill-ġdid u kien dovut, sa ċertu punt importanti, għal xokkijiet esterni. Din il-bidla mhux mistennija u bla preċedent fiċ-ċirkostanzi, aggravata mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, teħtieġ aġġustamenti fil-pożizzjoni tal-politika monetarja u kalibrazzjoni mill-ġdid tal-istrumenti kollha tal-politika monetarja, inkluż it-TLTROs-III. B’mod partikolari, il-Kunsill Governattiv beda triq aċċellerata u antiċipata tan-normalizzazzjoni tal-politika monetarja sabiex jiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza għall-mira ta’ 2 % fuq terminu medju f’konformità mal-mandat tal-BĊE għall-istabbiltà tal-prezzijiet. Minn Diċembru 2021, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jwaqqaf ix-xiri nett ta’ assi taħt il-Programm ta’ Xiri ta’ Assi u l-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija u, sussegwentement, li jżid ir-rati ta’ politika ewlenin tal-BĊE b’total ta’ 200 punt bażi sal-lum. |
|
(6) |
Filwaqt li ż-żieda fir-rati ta’ politika ewlenin s’issa ġiet trażmessa bla xkiel lill-unitajiet domestiċi u lid-ditti fiż-żona tal-euro, iċ-ċirkostanzi attwali jeħtieġu aktar aċċellerazzjoni tat-trażmissjoni tal-politika tar-rati għall-kundizzjonijiet ta’ finanzjament b’mod aktar wiesa’. It-termini tal-ipprezzar eżistenti tat-TLTROs-III jimplikaw li qabel u wara ż-żewġ perijodi tar-rata tal-imgħax speċjali li jvarjaw mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2022, ir-rata tal-imgħax applikabbli hija marbuta mar-rata tal-faċilità ta’ depożitu jew ir-rata fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul il-ħajja kollha tal-operazzjoni rispettiva. Dan qed inaqqas ir-ritmu tan-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-self mill-banek u qed ixekkel il-kapaċità tal-BĊE li jwettaq il-mandat tiegħu ta’ stabbiltà tal-prezzijiet. Fil-fatt, hekk kif ir-rati ta’ politika jogħlew, ir-rata tat-TLTROs-III taġġusta biss gradwalment ħafna. Il-kundizzjonijiet attwali tat-TLTROs-III għalhekk joffru ftit inċentivi lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu parteċipanti biex iħallsu lura l-ammonti tat-TLTROs-III pendenti tagħhom kmieni. Il-kundizzjonijiet attwali tat-TLTROs-III jikkontribwixxu wkoll għaż-żamma ta’ karta tal-bilanċ akbar tal-Eurosistema li min-naħa tagħha taħdem kontra n-normalizzazzjoni tal-politika monetarja maħsuba. Dan għaliex id-daqs tal-karta tal-bilanċ ta’ bank ċentrali huwa sinjal ewlieni tal-livell ta’ aġevolazzjoni li l-politika monetarja tipprovdi lill-ekonomija u tinfluwenza direttament il-kost tal-likwidità fis-suq. Aġġustament fit-termini u l-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III li jneħħi d-deterrent għall-ħlas lura bikri tal-parteċipanti tal-ammonti tat-TLTROs-III pendenti tagħhom għalhekk jiffavorixxi wkoll it-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema, u jagħmilha aktar konformi mal-pożizzjoni attwali tal-politika monetarja. Għalhekk, l-aġġustament fit-termini u l-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III għandu l-għan li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet billi jaċċellera n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament u jnaqqas il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema. |
|
(7) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill Governattiv iddeċieda [li jadotta miżuri addizzjonali ta’ politika monetarja bl-għan li jiżgura r-ritorn f’waqtu tal-inflazzjoni għall-mira tal-BĊE ta’ 2 % fuq żmien medju. Il-Kunsill Governattiv iqis il-firxa sħiħa ta’ miżuri adottati fis-27 ta’ Ottubru 2022 bħala meħtieġa u proporzjonati għall-implimentazzjoni tal-pożizzjoni tal-politika monetarja adegwata biex terġa’ tinkiseb l-istabbiltà tal-prezzijiet fuq żmien medju. Bħala parti minn dan il-pakkett, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal kull TLTRO-III pendenti rispettiv għandha tiġi kkalkulata kif ġej: li tibda mit-23 ta' Novembru 2022 u sad-data tal-maturità jew id-data tal-ħlas lura bikri ta' kull TLTRO-III pendenti rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun indiċjata mal-medja tar-rati tal-imgħax ewlenin applikabbli tal-BĊE matul dan il-perijodu, għall-kuntrarju tal-ħajja ta’ kull TLTRO-III rispettiv, sabiex tikkontribwixxi għall-proċess ġenerali tan-normalizzazzjoni tal-politika monetarja. |
|
(8) |
Huwa kkunsidrat li r-rabta tar-rata tal-imgħax tat-TLTROs-III mar-rata medja tal-faċilità ta’ depożitu jew ir-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament għall-maturità li jifdal tat-TLTRO-III rispettiv hija adatta biex twassal għal aċċellerazzjoni fin-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament u tnaqqas il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema, biex jintlaħaq l-għan li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Din il-miżura hija mistennija li żżid l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-banek, u b’hekk tikkontribwixxi għar-restawr f’waqtu tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-ambjent inflazzjonarju attwali. Barra minn hekk, iż-żieda fl-ispejjeż tal-finanzjament tal-banek li tirriżulta mill-kalibrazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III hija mistennija li jkollha effett mhux negliġibbli fuq ir-rati tas-self. L-impatt tal-bidliet fil-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III fuq ir-rati tas-self bankarju fl-aħħar mill-aħħar huwa mistenni li jkollu impatt sinifikanti ‘l isfel fuq l-inflazzjoni fuq terminu medju. Barra minn hekk, il-bidliet fil-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III huma mistennija wkoll li jneħħu deterrenti għall-ħlas lura bikri tas-self pendenti tat-TLTROs-III mill-istituzzjonijiet ta’ self parteċipanti, u b’hekk inaqqsu l-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema u jikkontribwixxu għan-normalizzazzjoni ġenerali tal-politika monetarja. |
|
(9) |
Ir-rabta tar-rata tal-imgħax tat-TLTROs-III mar-rata medja tal-faċilità ta’ depożitu jew ir-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament għall-maturità li jifdal tal-operazzjoni tat-TLTRO-III rispettiv ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ. Ma hemmx miżuri ta’ politika monetarja inqas intrużivi u fl-istess ħin ugwalment effiċjenti biex jintlaħaq l-għan kemm li jwasslu għan-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament kif ukoll li jnaqqsu l-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema. Barra minn hekk, il-progress mixtieq lejn kundizzjonijiet monetarji u ta’ finanzjament aktar stretti li l-ipprezzar aġġustat tat-TLTRO-III jkun fassal ma jistgħax jinkiseb b’mod aktar effiċjenti permezz ta’ żidiet fir-rati. |
|
(10) |
Kwalunkwe impatt negattiv potenzjali li l-bidliet proposti jista’ jkollhom fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu parteċipanti huwa mmitigat billi jiġi ppreservat l-ipprezzar favorevoli attwalment applikabbli sat-22 ta’ Novembru 2022, bl-introduzzjoni ta’ dati addizzjonali ta’ ħlas lura bikri li fihom dawn l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jħallsu lura l-ammonti tat-TLTROs-III pendenti tagħhom, billi jingħataw biżżejjed żmien biex jikkunsidraw mill-ġdid it-taħlita ta’ finanzjament tagħhom qabel ma jidħlu fis-seħħ il-bidliet u billi jkomplu joffru rata tal-imgħax fuq it-TLTRO-IIIs li, anki wara l-bidla, tkun favorevoli meta mqabbla ma’ opzjonijiet ta’ finanzjament ibbażati fuq is-suq. Il-kalkolu tar-rata tal-imgħax eżistenti għandu għalhekk jinżamm għall-perijodu mid-data tas-saldu ta’ kull TLTRO-III rispettiv sat-22 ta’ Novembru 2022. Barra minn hekk, għandhom jiġu introdotti tliet dati addizzjonali ta’ ħlas lura bikri volontarju sabiex il-parteċipanti tat-TLTRO-III jingħataw opportunitajiet addizzjonali biex itemmu jew inaqqsu l-ammont ta’ TLTRO-III rispettiv qabel il-maturità. |
|
(11) |
Minħabba l-importanza tal-għan li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet, it-tibdil tal-ipprezzar tat-TLTROs-III malajr kemm jista’ jkun u mingħajr miżuri tranżitorji huwa essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet maħsuba li jwasslu għan-normalizzazzjoni aċċellerat tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament u jnaqqsu l-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema. L-adozzjoni ta’ miżuri tranżitorji tagħmel il-bidliet inqas effiċjenti biex iġiegħlu lill-banek jinnormalizzaw il-kundizzjonijiet tas-self u jżommu deterrenti qawwija għall-ħlas lura bikri, kif ukoll jirriskjaw li jċajpru s-sinjal ta’ politika mwassal mill-miżura. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza. |
|
(12) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Artikolu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Imgħax 1. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b’self taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta’ referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju ta’ tislif nett u li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali jkun inqas mill-parametru referenzjarju ta’ tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 (3a):
2. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta' referenza speċjali u matul il-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali ikun anqas mill-parametru referenzjarju tat-tislif nett tagħhom iżda li s-self nett eliġibbli tagħhom matul it-tieni perijodu ta' referenza jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
3. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b’self taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul it-tieni perijodu ta’ referenza, il-perijodu ta’ referenza speċjali u l-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali ikun inqas mill-parametru referenzjarju tat-tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
3a. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b'self taħt kull wieħed mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment ta' tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3b):
3b. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b'self taħt it-tmien TLTRO-III jew it-TLTROs-III sussegwenti minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment ta' tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3b):
3c. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b’self taħt it-tmien TLTRO-III jew it-TLTROs-III sussegwenti minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali jkun inqas mill-parametru referenzjarju ta’ tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
4. Aktar dettalji dwar il-kalkoli tar-rati tal-imgħax huma stabbiliti fl-Anness I. Ir-rata tal-imgħax finali u d-data rilevanti dwar il-kalkolu tagħha, għandhom jiġu kkomunikati lill-parteċipanti f’konformità mal-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE. 5. L-imgħax għandu jitħallas bl-arretrati mal-maturazzjoni ta' kull TLTRO-III jew mal-ħlas lura bikri kif previst fl-Artikolu 5a, skont kif ikun applikabbli. 6. Jekk, minħabba l-eżerċitar ta’ rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant ikun meħtieġ iħallas lura ammonti pendenti f’wieħed mill-ewwel seba’ TLTROs-III qabel li d-data tal-imgħax relatata mat-tieni perijodu ta’ referenza u l-perijodu ta’ referenza speċjali tiġi kkomunikata lil dak il-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III u soġġetta għal ħlas lura obbligatorji għandha tkun: (a) għall-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi; (b) għall-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi; u (c) għall-perjodu tar-rata tal-imgħax qabel is-SIRP, ir-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv sad-data li fiha l-ħlas lura kien meħtieġ li jsir mill-BĊN. Jekk dak il-ħlas lura jkun meħtieġ wara li d-data dwar l-imgħax relatat mat-tieni perijodu ta’ referenza u mal-perijodu ta’ referenza speċjali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant iżda qabel ma d-data relatata mar-rata tal-imgħax tal-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonalii tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III u soġġetti għal ħlasijiet lura obbligatorji għandha tiġi stabbilita skont il-paragrafi 1 sa 3. Jekk tali ħlas lura jkun meħtieġ wara li d-data relatata mar-rata tal-imgħax tal-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonili tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti ta’ ħlas lura meħtieġa meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III għandha tiġi stabbilita skont il-paragrafi 1 sa 3a. Jekk minħabba l-eżerċizzju ta’ rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant huwa meħtieġ li jħallas lura ammonti pendenti fit-tmien TLTRO-III jew TLTROs-III sussegwenti qabel ma r-rata tal-imgħax li tirriżulta għall-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt it-tmien TLTRO-III jew TLTROs-III sussegwenti u soġġett għal ħlas lura obbligatorju għandha tiġi stabbilita skont il-paragrafu 3c. Jekk tali ħlas lura ikun meħtieġ wara li d-data relatata mal-imgħax tal-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt it-tmien TLTROs-III jew tat-TLTROs-III sussegwenti u soġġett għal ħlas lura obbligatorju għandha tiġi stabbilita f’konformità mal-paragrafi 3b u 3c. 7. Jekk il-kontropartijiet iħallsu lura b’mod volontarju l-ammonti bikrija mislufa f’waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III f’konformità mal-Artikolu 5a qabel ma d-data relatata mal-imgħax tal-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali tkun ġiet ikkomunikata lilhom, ir-rata tal-imgħax għall-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali għandha tiġi kkalkolata f’konformità mal-paragrafi 1(b), 2(b) u 3(b).”; |
|
3. |
fl-Artikolu 5a, huwa miżjud il-paragrafu 5 li ġej: “5. Minbarra l-għażliet ta’ ħlas lura bikri previsti fil-paragrafu 1, il-parteċipanti għandu jkollhom ukoll l-għażla li jitterminaw jew inaqqsu l-ammont tat-TLTROs-III kkonċernati qabel il-maturità fi kwalunkwe waħda mid-dati addizzjonali ta’ ħlas lura bikri li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u b’deroga mill-paragrafi 3 u 4 fir-rigward tal-iskedi ta’ żmien għan-notifika ta’ ħlas lura bikri maħsub u l-effett vinkolanti tiegħu, fejn parteċipant itemm jew inaqqas l-ammont tat-TLTROs-III kkonċernati fit-23 ta’ Novembru 2022, huwa għandu jinnotifika lill-BĊN rilevanti mill-inqas ġimgħa qabel id-data addizzjonali ta’ ħlas lura bikri li biħsiebu jħallas lura f’din id-data addizzjonali ta’ ħlas lura bikri skont il-proċedura ta’ ħlas lura bikri. In-notifika għandha ssir vinkolanti fuq il-parteċipant involut ġimgħa qabel din id-data ta’ ħlas lura bikri.”; |
|
4. |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1, il-punti (f) u (g) huma ssostitwiti b’dan li ġej:
|
|
5. |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2022.
Magħmul fi Frankfurt am Main ,is-27 ta’ Ottubru 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Lulju 2019 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21) (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 100).
(3) Deċiżjoni (UE) 2020/407 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/13) (ĠU L 80, 17.3.2020, p. 23) u Deċiżjoni (UE) 2020/614 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/407 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/25) (ĠU L 141, 5.5.2020, p. 28) jimplimentaw dan it-tibdil.
(4) Deċiżjoni (UE) 2021/124 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2021 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2021/3) (ĠU L 38, 3.2.2021, p. 93) timplimenta dan it-tibdil.
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) hija emendata kif ġej:
Sezzjoni 3 hija mibdula b’li ġej:
“3. Kalkolu tar-rata tal-imgħax
|
A. |
Ħalli NLSpecial tindika l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli matul il-perijodu ta’ referenza speċjali mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.
|
|
B. |
Ħalli NLADSpecial tindika l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli matul il-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021.
|
|
C. |
Ħalli NSMar 2021 juri l-ammont miksub billi jingħadd it-tislif nett eliġibbli fuq il-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021 u l-ammont pendenti fuq selfiet eliġibbli fil-31 ta' Marzu 2019; dan huwa kkalkulat bħala .
Jiddenota issa b’ EX id-devjazzjoni perċentwali ta’ NSMar 2021 mill-parametru referenzjarju tal-ammont pendenti matul il-perijodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2021, jiġifieri,
EX titqarreb sal-eqreb 15-il pożizzjoni deċimali. Fejn OAB huwa żero, EX jitqies daqs 1.15. |
|
E. |
Ħalli k pre tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiv sat-23 ta’ Ġunju 2020, k special tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021, k adspecial tindika l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2021 sat-23 ta’ Ġunju 2022, k post tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP mill-24 ta’ Ġunju 2022 sal-aktar kmieni mit-22 ta’ Novembru 2022 jew id-data tal-ħlas lura bikri tat-TLTRO-III rispettiv, kif applikabbli, k main tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiv sa l-aktar kmieni mit-22 ta’ Novembru 2022 jew id-data tal-ħlas lura bikri tat-TLTRO-III rispettiv, kif applikabbli, u k last tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax mit-23 ta’ Novembru 2022 sa l-aktar kmieni mid-data ta’ maturità tat-TLTRO-III rispettiv jew id-data tal-ħlas lura bikri tat-TLTRO-III rispettiv, kif applikabbli. Ħalli
Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Ħalli
Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Ħalli
Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Ħalli
Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq |
|
F. |
Ħalli l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax, fejn applikabbli, ikun indikat bħala iri, imkejjel bħala frazzjoni tal-kuritur medju bejn:
|
|
G. |
Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ħajja sħiħa ta’ TLTRO-III k (rata tal-imgħax finali), espressa bħala rata perċentwali annwali, tiġi indikata rk
. Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal perijodu kj, b’ j = pre, special, adspecial, post jew last, tat-TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata
|
|
H. |
Ir-rata tal-imgħax rk hija definita bħala:
Fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal kull TLTRO-III k hija kkalkolata kif ġej:
|