21.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1994

tas-17 ta’ Ottubru 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 (2), ġie applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Ġunju 2018 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2021.

(2)

Skont l-Artikolu 240(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (is-“Sottokumitat”) għandu jiddetermina r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

(3)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, peress li dawk ir-regoli ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, jenħtieġ li jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat.

(5)

Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tkun għaldaqstant ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ dak is-Sottokumitat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ dak is-Sottokumitat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 23, 26.1.2018, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (ĠU L 23, 26.1.2018, p. 1).