|
20.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 272/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1986
tal-20 ta' Ottubru 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa' soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Ir-reġim Iranjan jipprovdi appoġġ militari għall-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li tliet individwi u entità waħda involuti fl-iżvilupp u l-kunsinna ta' Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord lir-Russja jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(4) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex ċertu miżuri jiġu implimentati. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni u l-entità li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“1263. |
Mohammad Hossein BAGHERI محمد حسین باقری |
Post tat-twelid: Tehran, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: Raġel Grad: Maġġur Ġeneral Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Iran |
Il-Maġġur Ġeneral Mohammad Hossein Bagheri huwa l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Iran. Huwa jissorvelja l-programm militari ta' Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAV) u għandu rwol fundamentali fil-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża tal-Iran mal-Federazzjoni Russa. Huwa involut ukoll fl-espansjoni barra mill-pajjiż ta' UAVs magħmula fl-Iran; f'din il-kapaċità, huwa inawgura linja ta' assemblaġġ fit-Taġikistan destinata għall-esportazzjoni ta' droni Ababil-2. Huwa pparteċipa wkoll fl-iżvilupp tad-droni Mohajer-6 u l-forniment tagħhom lill-Federazzjoni Russa għall-użu tagħhom fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, il-Maġġur Ġeneral Mohammad Hossein Bagheri huwa responsabbli li appoġġa azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. |
20.10.2022 |
|
1264. |
Sayed Hojatollah QUREISHI سید حجت الله قریشی magħruf ukoll bħala Sayyed Hojatolah GHOREISHI |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: Raġel Grad: Ġeneral Pożizzjoni: Kap tad-Diviżjoni tal-Provvista, ir-Riċerka u l-Affarijiet Industrijali fil-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) tal-Iran |
Il-Ġeneral Sayed Hojatollah Qureishi huwa l-Kap tad-Diviżjoni tal-Provvista, ir-Riċerka u l-Affarijiet Industrijali fil-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) tal-Iran u huwa responsabbli għan-negozjar tal-ftehim mal-Federazzjoni Russa fir-rigward tal-forniment ta' Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) magħmula fl-Iran għall-użu tagħhom fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, il-Ġeneral Sayed Hojatollah Qureishi huwa responsabbli li appoġġa azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
20.10.2022 |
|
1265. |
Saeed AGHAJANI/ Saeed Ara Jani / Said Ara Jani / Said Agha Jani سعید آقاجانی |
Data tat-twelid: 3.4.1969 Sess: Raġel Passaport: Passaport V47528711 (Iran) Nazzjonalita: Iranjana Grad: Brigadier Ġeneral Pożizzjoni: Kmandant tal-Kmand tal-UAVs tal-Forza Ajruspazjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC ASF) |
Il-Brigadier Ġeneral Saeed Aghajani huwa l-Kmandant tal-Kmand tal-UAVs tal-Forza Ajruspazjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC ASF), is-sinsla tal-programm tal-Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) tal-Iran. Il-Brigadier Ġeneral Saeed Aghajani jissorvelja u jidderieġi l-ippjanar, it-tagħmir u t-taħriġ għall-operazzjonijiet tal-UAVs tal-Iran, li jinkludu wkoll il-forniment ta' droni lill-alleati internazzjonali tal-Iran, inkluż il-Federazzjoni Russa. Għaldaqstant, il-Brigadier Ġeneral Saeed Aghajani huwa responsabbli li appoġġa azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
20.10.2022” |
Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“119. |
Shahed Aviation Industries magħrufa wkoll bħala Shahed Aviation Industries Research Center صنایع هوایی شاهد مرکز تحقیقات صنایع هوایی شاهد |
|
Shahed Aviation Industries hija kumpanija marbuta mal-Forza Ajruspazjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika fl-Iran li hija responsabbli għat-tfassil u l-iżvilupp tas-serje Shahed ta' Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) tal-Iran. Id-droni tas-serje Shahed ġew fornuti lill-Federazzjoni Russa u huma użati fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Shahed Aviation Industries hija responsabbli li appoġġat materjalment azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
20.10.2022” |