|
20.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/14 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1979
tal-31 ta’ Awwissu 2022
li tistabbilixxi l-formola u l-bażijiet tad-data għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(1) u 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE
(notifikata bid-dokument C(2022) 6124)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2012/18/UE, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar inċidenti kbar li jilħqu l-kriterji tal-Anness VI ta’ din id-Direttiva u li jkunu seħħew fit-territorju tagħhom, billi jużaw il-formola speċifika stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/10/KE (2). |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b’ċerta informazzjoni dwar l-istabbilimenti koperti minn dik id-Direttiva, billi jużaw il-formola speċifika stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE (3). |
|
(3) |
Biex jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(1) u 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE, l-Istati Membri għandhom jużaw il-bażijiet tad-data msemmija rispettivament fl-Artikoli 21(3) u 21(4) ta’ dik id-Direttiva li għandhom jiġu stabbiliti u miżmuma aġġornati mill-Kummissjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), fil-kuntest tan-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet), għandha tiġbor, tipproċessa u tanalizza d-data, b’mod partikolari dwar il-kwalità tal-ambjent u l-pressjonijiet fuqu, kif ukoll dwar is-sustanzi kimiċi li huma perikolużi għall-ambjent. Sabiex iżżid is-sinerġiji mal-bażijiet ta’ data eżistenti żviluppati mill-EEA, tikkonsolida l-informazzjoni dwar l-impatti ambjentali li jirriżultaw minn dawn l-impjanti, ittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u għal dawk li jfasslu l-politika u tiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ riskji potenzjali (eż. effetti domino), huwa xieraq li l-EEA tistabbilixxi u żżomm aġġornata, f’isem il-Kummissjoni, il-bażijiet ta’ data msemmija fl-Artikoli 21(3) u 21(4) tad-Direttiva 2012/18/UE. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw dawn il-bażijiet tad-data meta jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(1) u 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-formoli tar-rapporti u l-bażijiet tad-data użati skont id-Direttiva 2012/18/UE jippermettu l-komunikazzjoni u d-disponibbiltà tal-informazzjoni simplifikata li tiġi ppreżentata mill-Istati Membri, sabiex jimmassimizzaw il-preċiżjoni, l-utilità u l-komparabbiltà tal-informazzjoni pprovduta u jimminimizzaw il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, filwaqt li jirrispettaw ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(6) |
Sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri mar-rapportar stabbilit għal impjanti industrijali simili, jenħtieġ li l-formoli tar-rapporti u l-bażijiet tad-data jkunu simili għal dawk użati għar-rapportar skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li l-format, il-frekwenza u l-kontenut tagħhom huma stabbiliti rispettivament bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 (8) u bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1741 (9). |
|
(7) |
Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, huwa xieraq li tiġi aġġornata l-formola tar-rapport li l-Istati Membri għandhom jużaw meta jipprovdu l-informazzjoni dwar l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/895/UE. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/895/UE titħassar skont dan. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-iżvilupp mill-EEA taż-żewġ bażijiet ta’ data imsemmija rispettivament fl-Artikoli 21(3) u 21(4) tad-Direttiva 2012/18/UE jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025. Għalhekk, jenħtieġ li r-rapportar tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(1) u 21(3) ta’ dik id-Direttiva jibda biss wara dik id-data. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/18/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha, f’isem il-Kummissjoni, tistabbilixxi u żżomm aġġornati l-bażijiet tad-data elettroniċi msemmija fl-Artikoli 21(3) u 21(4) tad-Direttiva 2012/18/UE.
2. Għall-fini tar-rapportar f’konformità mal-Artikoli 18(1) u 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE, l-Istati Membri għandhom jużaw il-bażijiet tad-data elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola tar-rapport stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni meta jipprovdu l-informazzjoni dwar l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artiklu tiġi aġġornata regolarment.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/895/UE titħassar b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2025.
Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-Artikolu 1(1) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
L-Artikolu 1(2) sa (4) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/10/KE tat-2 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi formola għar-rappurtar ta’ aċċidenti kbar skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ [li jinvolvu] sustanzi perikolużi (ĠU L 6, 10.1.2009, p. 64).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE tal-10 ta’ Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 51).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent. (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).
(5) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 40).
(9) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1741 tat-23 ta’ Settembru 2019 li tistabbilixxi l-format u l-frekwenza tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 3).
ANNESS
Li jistabbilixxi r-rapport tal-formola tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE
Nota:
|
— |
L-ispazji kollha mmarkati b’asterisk huma obbligatorji. |
|
— |
L-ispazji li mhumiex immarkati b’asterisk għandhom multipliċità ta’ 0-1 skont INSPIRE, u għaldaqstant ma jridux jimtlew bilfors. |
|
— |
L-informazzjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala tali u tkun tindika, għal kull tip ta’ data, ir-raġunijiet għaliex tkun ġiet irrifjutata t-talba f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
1. |
Informazzjoni kuntestwali |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tip |
Format |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1.1 |
Identifikatur tal-pajjiż* |
L-identifikazzjoni tal-pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment irrapportat. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1.2 |
Sena ta’ rapportar* |
Is-sena kalendarja li jirreferi għaliha r-rapportar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2 |
Informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti għall-istabbiliment |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tip |
Format |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2.1 |
Isem l-awtorità kompetenti* |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2.2 |
Indirizz tal-awtorità kompetenti* |
L-indirizz postali kif definit min-numru tal-binja, it-triq, il-belt/ir-raħal, il-kodiċi postali, il-pajjiż. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2.3 |
Indirizz elettroniku tal-awtorità kompetenti* |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2.4 |
Numru telefoniku tal-awtorità kompetenti* |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2.5 |
Kummenti |
Il-kummenti li l-utent jista’ jkun jixtieq iżid fir-rigward tal-awtorità kompetenti li tirrapporta. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3 |
Informazzjoni meta l-istabbiliment Seveso ikun parti minn “Sit ta’ produzzjoni” (2) jew jikkoinċidi miegħu. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tip |
Format |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3.1 |
InspireId * |
L-identifikatur uniku tas-“sit ta’ produzzjoni” li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3.2 |
IdTematiku |
L-identifikatur ta’ oġġett tematiku tas-“sit ta’ produzzjoni”. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3.3 |
Ġeometrija* |
Il-latitudni u lonġitudni (il-koordinati taċ-ċentru approssimattiv tas-sit ta’ produzzjoni) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta’ ħames ċifri deċimali. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3.4 |
Isem is-sit ta’ produzzjoni* |
Id-denominazzjoni uffiċjali, l-isem proprju jew konvenzjonali tas-sit ta’ produzzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4 |
Informazzjoni dwar l-istabbiliment Seveso |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tip |
Format |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.1 |
InspireId * |
L-identifikatur uniku tal-istabbiliment (3) li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.2 |
IdTematiku |
L-identifikatur ta’ oġġett tematiku tal-faċilità ta’ produzzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.3 |
Livell ta’ stabbiliment Seveso * |
L-indikazzjoni dwar jekk huwiex stabbiliment tal-livelli inferjuri jew superjuri skont l-Anness I tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.4 |
Status* |
L-istatus operattiv tal-istabbiliment (funzjonali, diżużat, dekummissjonat). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.5 |
Isem l-istabbiliment* |
Id-denominazzjoni uffiċjali, l-isem proprju jew konvenzjonali tal-istabbiliment. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.6 |
Isem il-kumpanija omm |
Il-kumpanija omm hija kumpanija li tippossjedi jew tikkontrolla l-kumpanija li topera l-istabbiliment (pereżempju billi jkollha aktar minn 50 % tal-kapital tal-ishma tal-kumpanija jew maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ azzjonisti jew assoċjati) — ara d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.7 |
Indirizz tal-istabbiliment* |
L-indirizz postali tal-istabbiliment kif definit skont in-numru tal-binja, it-triq, il-belt/ir-raħal, il-kodiċi postali, il-pajjiż. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.8 |
Ġeometrija* |
Il-latitudni u lonġitudni (il-koordinati taċ-ċentru approssimattiv tal-istabbiliment) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta’ ħames ċifri deċimali. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.9 |
Tip ta’ industrija * li tuża l-klassifikazzjoni tan-NACE tal-Eurostat. (Meta stabbiliment ikun relatat ma’ aktar minn kodiċi NACE wieħed, għandha ssir distinzjoni bejn l-attività primarja u l-attivitajiet sekondarji) |
Kodiċi NACE: NACE huwa l-istandard tal-industrija Ewropew relatat ma’ klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi, u jikkonsisti f’kodiċi b’sitt ċifri. L-utent huwa mistenni li jorbot l-istabbiliment ta’ Seveso ma’ din l-iskema ta’ klassifikazzjoni, b’referenza għall-ewwel erba’ ċifri, barra minn, jew bħala alternattiva għall-kodiċi SPIRS. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.10 |
It-tip ta’ industrija li tuża l-kodiċi SPIRS. Tista’ tintgħażel ukoll kategorija fakultattiva ta’ industrija sekondarja li tiddefinixxi aktar in-natura tal-periklu. (Meta stabbiliment ikun relatat ma’ aktar minn kodiċi SPIRS wieħed, għandha ssir distinzjoni bejn l-attività primarja u l-attivitajiet sekondarji) |
L-utent jista’ jirrapporta l-Kodiċi SPIRS. It-tip ta’ industrija jrid jiġi indikat skont il-kodiċijiet SPIRS:
Attivitajiet sekondarji;
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.11 |
Link għas-sit web b’informazzjoni għall-popolazzjoni * |
L-indirizz tas-sit web fejn tista’ tinstab l-informazzjoni prevista mill-Art. 14 (Informazzjoni lill-pubbliku) tad-Direttiva 2012/18/UE. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.12 |
Link għas-sit web ġeneriku |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.13 |
Data tal-aħħar spezzjoni (5) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.14 |
Link għall-aħħar konklużjonijiet tal-ispezzjoni |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.15 |
Kummenti |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. |
Sustanzi tal-istabbiliment |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tip |
Format |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.1 |
|
L-isem komuni jew isem ġeneriku jew klassifikazzjoni tal-periklu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.2 |
|
In-Numru tar-Reġistru CAS huwa identifikatur numeriku uniku, huwa magħżul għal sustanza waħda biss, ma għandux sinifikat kimiku u huwa ħolqa għal minjiera ta’ informazzjoni dwar sustanza kimika speċifika. Dan jista’ jkun fih sa għaxar ċifri, maqsuma permezz ta’ sing fi tliet partijiet. (http://www.cas.org/content/chemical-substances) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.3 |
|
L-ammont ta’ kull sustanza perikoluża f’tunnellati li jwassal għall-istatus ta’ Seveso. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.4 |
|
Il-kundizzjonijiet tal-ħżin li fihom tinżamm is-sustanza, bħall-istat (solidu, likwidu, gass), il-granularità (trab, gerbub, eċċ.), il-pressjoni, it-temperatura, eċċ. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.5 |
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(2) Is-“Sit ta’ Produzzjoni” kif definit fl-Anness IV, il-punt 8.2.4, tar-Regolament (UE) Nru 1253/2013: “l-art kollha f’lokalità ġeografika distinta fejn kienet lokalizzata, hija lokalizzata jew huwa maħsub li tiġi lokalizzata l-faċilità ta’ produzzjoni. Dan jinkludi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha” u kopert mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 jew mid-Direttiva 2012/18/UE.
(3) Għall-fini tar-rapportar f’din id-Deċiżjoni, “stabbiliment” hija ekwivalenti għal “faċilità ta’ produzzjoni” kif definit fl-Anness IV, il-punt 8.2.1, tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010.
(4) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(5) Kif definit fl-Artikolu 3(19) tad-Direttiva 2012/18/UE.