|
18.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/92 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1969
tas-17 ta’ Ottubru 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/489 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta’ April 2020, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ April 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/489 (1) li taħtar lis-Sur Miroslav LAJČÁK bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-"RSUE") għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent. Il-mandat tar-RSUE ġie estiż suċċessivament, l-aktar reċenti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1240 (2) u ser jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(3) |
Wara t-trasferiment temporanju ta’ ċerti kompiti tal-EULEX Kosovo lir-RSUE għad-Djalogu Belgrad-Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent, jenħtieġ li jiġu allokati riżorsi addizzjonali lir-RSUE. L-ammont ta’ referenza finanzjarja jenħtieġ li għalhekk jiġi adattat skont dan. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/489, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2024 għandu jkun ta’ EUR 5 200 000.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/489 tat-2 ta’ April 2020 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent (ĠU L 105, 3.4.2020, p. 3).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1240 tat-18 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/489 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħrajn tal-Balkani tal-Punent (ĠU L 190, 19.7.2022, p. 131).