17.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1954

tal-12 ta’ Ottubru 2022

dwar standards armonizzati għall-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni u għall-inġenji tal-ilma personali abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE li tindirizza rekwiżiti essenzjali aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, meta mqabbla mad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li ġiet imħassra.

(3)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736, is-CEN u s-CENELEC intalbu wkoll jirrevedu standards li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 209/05 (5).

(4)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN ISO 10087:2019 dwar l-identifikazzjoni tal-inġenji u s-sistema ta’ kodifikazzjoni għall-inġenji żgħar, li r-referenza tiegħu hija inkluża fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/919 (6) .. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN ISO 10087:2022 dwar l-identifikazzjoni tal-inġenji u s-sistema ta’ kodifikazzjoni għall-inġenji żgħar.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dan l-istandard armonizzat jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736.

(6)

L-istandard EN ISO 10087:2022 jissodisfa r-rekwiżiti li jimmira li jkopri, u li huma stipulati fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE, kif ukoll fil-Parti A tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-istandard EN ISO 10087:2022 se jissostitwixxi l-istandard EN ISO 10087:2019. Għalhekk jeħtieġ li r-referenza tal-istandard EN ISO 10087:2019 tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjoni riveduta tal-istandard armonizzat EN ISO 10087:2019, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenza ta’ dan l-istandard jiġi differit.

(9)

Fl-interessi taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’att uniku lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE huma ppubblikati attwalment bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 u permezz tal-Komunikazzjoni 2018/C 209/05.

(10)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 ġiet emendata b’mod sostanzjali kemm-il darba. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, u peress li jeħtieġ li jsiru aktar emendi għal dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tiġi sostitwita.

(11)

Ħafna mir-referenzi tal-istandards armonizzati ppubblikati permezz tal-Komunikazzjoni 2018/C 209/05 ġew irtirati. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 tipprevedi l-irtirar tar-referenzi li jifdal tal-istandards armonizzati li huma ppubblikati permezz ta’ dik il-Komunikazzjoni. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, il-Komunikazzjoni 2018/C 209/05 jenħtieġ li titħassar. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet riveduti tal-istandards ikkonċernati, jenħtieġ li l-Komunikazzjoni 2018/C 209/05 tkompli tapplika sad-dati tal-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati kkonċernati ppubblikati permezz ta’ dik il-Komunikazzjoni.

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tat-tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’hekk, ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni u għall-inġenji tal-ilma personali abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 titħassar.

Artikolu 3

Il-Komunikazzjoni 2018/C 209/05 titħassar.

Madankollu, għandha tkompli tapplika fir-rigward tar-referenzi tal-istandards armonizzati elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sad-dati tal-irtirar ta’ dawk ir-referenzi stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-12 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8736 final tal-15 ta’ Diċembru 2015 fuq talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE.

(4)  Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (Pubblikazzjoni ta’ titoli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 209, 15.6.2018, p. 137).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/919 tal-4 ta’ Ġunju 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni u għall-inġenji tal-ilma personali abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 106).


ANNESS I

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN ISO 6185-1:2018

Dgħajjes li jistgħu jintefħu - Parti 1: Dgħajjes b’potenza nominali massima tal-mutur ta’ 4,5 kW (ISO 6185-1:2001)

2.

EN ISO 6185-2:2018

Dgħajjes li jistgħu jintefħu - Parti 2: Dgħajjes b’potenza nominali massima tal-mutur minn 4,5 kW sa 15 kW inklużi (ISO 6185-2:2001)

3.

EN ISO 6185-3:2018

Dgħajjes li jistgħu jintefħu - Parti 3: Dgħajjes b’tul tal-buq inqas minn 8 m b’potenza nominali tal-mutur ta’ 15 kW u akbar (ISO 6185-3:2014)

4.

EN ISO 6185-4:2018

Dgħajjes li jistgħu jintefħu - Parti 4: Dgħajjes b’tul tal-buq ta’ bejn 8 m u 24 m b’potenza nominali tal-mutur ta’ 15 kW u akbar (ISO 6185-4:2011, Verżjoni kkoreġuta 2014-08-01)

5.

EN ISO 7840:2021

Inġenji żgħar - Pajpijiet flessibbli tal-fjuwil li jirreżistu n-nar (ISO 7840:2021)

6.

EN ISO 8099-1:2018

Inġenji żgħar - Sistemi tal-iskart - Parti 1: Żamma tal-ilma tal-iskart (ISO 8099-1:2018)

7.

EN ISO 8099-2:2021

Inġenji żgħar - Sistemi tal-iskart - Parti 2: Sistemi ta’ trattament tad-drenaġġ (ISO 8099-2:2020)

8.

EN ISO 8469:2021

Inġenji żgħar - Pajpijiet flessibbli tal-fjuwil li ma jirreżistux in-nar (ISO 8469:2021)

9.

EN ISO 8665:2017

Inġenji żgħar - Magni u sistemi marittimi li jaħdmu bi propulsjoni - Kejl tal-potenza u dikjarazzjonijiet (ISO 8665:2006)

10.

EN ISO 8666:2020

Inġenji żgħar - Data prinċipali (ISO 8666:2020)

EN ISO 8666:2020/A11:2021

11.

EN ISO 8846:2017

Inġenji żgħar - Apparati elettriċi - Protezzjoni minn qbid ta’ gassijiet li jaqbdu li jkunu fl-ambjent tal-madwar (ISO 8846:1990)

12.

EN ISO 8847:2021

Inġenji żgħar - Ger tal-istering - Sistemi ta’ kejbil u tarjoli (ISO 8847:2021)

13.

EN ISO 8848:2017

Inġenji żgħar - Sistemi remoti tal-istering (ISO 8848:1990)

14.

EN ISO 8849:2021

Inġenji żgħar - Pompi tas-sentina li jaħdmu bl-elettriku (ISO 8849:2020)

15.

EN ISO 9093:2021

Inġenji żgħar - Valvs u tagħmir fil-buq li minnhom jgħaddi likwidu li jkun fuq il-ġewwa tal-inġenju (ISO 9093:2020)

16.

EN ISO 9094:2017

Inġenji żgħar - Protezzjoni min-nar (ISO 9094:2015)

17.

EN ISO 10087:2022

Inġenji żgħar - Identifikazzjoni tal-inġenji - Sistema ta’ kodifikazzjoni (ISO 10087:2022)

18.

EN ISO 10088:2017

Inġenji żgħar - Sistemi tal-fjuwil installati b’mod permanenti (ISO 10088:2013)

19.

EN ISO 10133:2017

Inġenji żgħar - Sistemi elettriċi - Installazzjonijiet ta’ vultaġġ baxx ħafna b’kurrent dirett (ISO 10133:2012)

20.

EN ISO 10239:2017

Inġenji żgħar - Sistemi li jaħdmu bil-gass likwifikat mi-żejt (LPG) (ISO 10239:2014)

21.

EN ISO 10592:2017

Inġenji żgħar - Sistemi tal-istering idrawliċi (ISO 10592:1994)

22.

EN ISO 11105:2020

Inġenji żgħar - Ventilazzjoni tal-kompartimenti tal-magna li taħdem bil-petrol u/jew tat-tank tal-petrol (ISO 11105:2020)

23.

EN ISO 11192:2018

Inġenji żgħar - Simboli grafiċi (ISO 11192:2005)

24.

EN ISO 11547:2018

Inġenji żgħar - Protezzjoni biex l-inġenju ma jistartjax waqt li jkun ingranat (ISO 11547:1994)

25.

EN ISO 11592-1:2016

Inġenji żgħar – Determinazzjoni tal-potenza nominali massima tal-propulsjoni bl-użu tal-veloċità tal-immanuvrar - Parti 1: Inġenji b’tul tal-buq ta’ inqas minn 8 m (ISO 11592-1:2016)

26.

EN ISO 11592-2:2021

Inġenji żgħar – Determinazzjoni tal-potenza nominali massima tal-propulsjoni bl-użu tal-veloċità tal-immanuvrar - Parti 2: Inġenji b’tul tal-buq ta’ bejn 8 m u 24 m (ISO 11592-2:2021)

27.

EN ISO 11812:2018

Inġenji żgħar - Kabini reżistenti għad-dħul tal-ilma u kabini li jarmu l-ilma malajr (ISO 11812:2001)

28.

EN ISO 12215-1:2018

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u d-dimensjonamenti - Parti 1: Materjali: Reżini għal issettjar termostatiku, rinforzi ta’ fibra msaħħa bil-ħġieġ, laminat li jservi ta’ referenza (ISO 12215-1:2000)

29.

EN ISO 12215-2:2018

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u d-dimensjonamenti - Parti 2: Materjali: Materjali tal-qalba għal kostruzzjoni saffi saffi, materjali intrinsiċi (ISO 12215-2:2002)

30.

EN ISO 12215-3:2018

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u d-dimensjonamenti - Parti 3: Materjali: Azzar, ligi tal-aluminju, injam, materjali oħra (ISO 12215-3:2002)

31.

EN ISO 12215-4:2018

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u d-dimensjonamenti - Parti 4: Workshop u manifattura (ISO 12215-4:2002)

32.

EN ISO 12215-5:2019

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u d-dimensjonamenti - Parti 5: Pressjonijiet tad-disinn ta’ buq singlu, tensjonijiet tad-disinn, determinazzjoni tad-dimensjonamenti (ISO 12215-5:2019)

33.

EN ISO 12215-6:2018

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u d-dimensjonamenti - Parti 6: Arranġamenti u dettalji strutturali (ISO 12215-6:2008)

34.

EN ISO 12215-8:2018

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u d-dimensjonamenti - Parti 8: Tmun (ISO 12215-8:2009, inkluż Cor 1:2010)

35.

EN ISO 12215-9:2018

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u d-dimensjonamenti - Parti 9: Żidiet ma’ inġenji bil-qlugħ (ISO 12215-9:2012)

36.

EN ISO 12216:2018

inġenji żgħar - Twieqi, twieqi żgħar tal-ġnub (portlights), bokkaporti, kontropurtelli u bibien - Rekwiżiti ta’ saħħa u reżistenza għad-dħul tal-ilma (ISO 12216:2002)

37.

EN ISO 12217-1:2017

Inġenji żgħar - Valutazzjoni u kategorizzazzjoni tal-istabbiltà u tal-kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 1: Dgħajjes mhux bil-qlugħ b’tul tal-buq ta’ 6 m jew itwal (ISO 12217-1:2015)

38.

EN ISO 12217-2:2017

Inġenji żgħar - Valutazzjoni u kategorizzazzjoni tal-istabbiltà u kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 2: Dgħajjes bil-qlugħ b’tul tal-buq ta’ 6 m jew itwal (ISO 12217-2:2015)

39.

EN ISO 12217-3:2017

Inġenji żgħar - Valutazzjoni u kategorizzazzjoni tal-istabbiltà u tal-kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 3: Dgħajjes b’tul tal-buq ta’ inqas minn 6 m (ISO 12217-3:2015)

40.

EN ISO 13297:2018

Inġenji żgħar - Sistemi elettriċi - Installazzjonijiet ta’ kurrent alternat (ISO 13297:2014)

41.

EN ISO 13590:2018

Inġenji żgħar - Inġenji tal-ilma personali - Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u għall-installazzjoni tas-sistemi (ISO 13590:2003)

42.

EN ISO 13929:2017

Inġenji żgħar - Ger tal-istering - Sistemi li jillinkjaw b’sett ta’ gerijiet (ISO 13929:2001)

43.

EN ISO 14509-1:2018

Inġenji żgħar - Ħoss trasmess bl-arja li joħroġ mill-inġenji motorizzati li jintużaw għar-rikreazzjoni - Parti 1: Proċeduri għall-kejl tal-ħoss it-tranżitu (ISO 14509-1:2008)

44.

EN ISO 14509-3:2018

Inġenji żgħar - Ħoss trasmess bl-arja li joħroġ mill-inġenji motorizzati li jintużaw għar-rikreazzjoni - Parti 3: Valutazzjoni tal-ħoss bl-użu ta’ proċeduri tal-kalkolu u tal-kejl (ISO 14509-3:2009)

45.

EN ISO 14895:2016

Inġenji żgħar - Stufi tal-kċina li jaħdmu bi fjuwil likwidu u apparati tat-tisħin (ISO 14895:2016)

46.

EN ISO 14945:2021

Inġenji żgħar - Plakka tal-bennej (ISO 14945:2021)

47.

EN ISO 14946:2021

Inġenji żgħar - Kapaċità ta’ tagħbija massima (ISO 14946:2021)

48.

EN ISO 15083:2018

Inġenji żgħar - Sistemi tal-pompi tas-sentina (ISO 15083:2003)

49.

EN ISO 15084:2018

Inġenji żgħar - Ankraġġ, irmiġġar u rmunkar - Punti b’saħħithom (ISO 15084:2003)

50.

EN ISO 15085:2003

Inġenji żgħar - Protezzjoni u salvataġġ f’każ li xi ħadd jaqa’ l-baħar (ISO 15085:2003)

EN ISO 15085:2003/A1:2009

EN ISO 15085:2003/A2:2018

51.

EN ISO 15584:2017

Inġenji żgħar - Magni petrol abbord - Komponenti tal-fjuwil u komponenti elettriċi immuntati fuq il-magna (ISO 15584:2001)

52.

EN 15609:2021

Tagħmir u aċċessorji tal-LPG - Sistemi ta’ propulsjoni tal-LPG għad-dgħajjes, jottijiet u inġenji tal-ilma oħrajn - rekwiżiti tal-installazzjoni

53.

EN ISO 16147:2021

Inġenji żgħar - Magni diżil abbord - Komponenti tal-fjuwil, taż-żejt u komponenti elettriċi immuntati fuq il-magna (ISO 16147:2020)

54.

EN ISO 16180:2018

Inġenji żgħar - Dwal tan-navigazzjoni - installazzjoni, tqegħid fil-post u viibbiltà (ISO 16180:2013)

55.

EN ISO 16315:2016

Inġenji żgħar - Sistema ta’ propulsjoni elettrika (ISO 16315:2016)

56.

EN ISO 18854:2015

Inġenji żgħar - Kejl tal-emissjonijiet tal-egżost ta’ magni b’kombustjoni interna b’moviment rotanti - kejl tal-emissjonijiet gassużi u tal-partikulati mill-egżost fuq il-bank tat-test;

57.

EN ISO 19009:2015

Inġenji żgħar - Dwal tan-navigazzjoni elettriċi - Prestazzjoni tad-dwal LED (ISO 19009:2015)

58.

EN ISO 21487:2018

Inġenji żgħar - Tankijiet tal-petrol u tad-diżil installati b’mod permanenti (ISO 21487:2012, inkluż Amd 1:2014 u Amd 2:2015)

59.

EN ISO 23411:2021

Inġenji żgħar - Roti tal-istering (ISO 23411:2020)

60.

EN ISO 25197:2018

Inġenji żgħar - Sistemi elettriċi/elettroniċi għall-kontroll tal-istering, tat-tibdil tal-gerijiet u tal-aċċeleratur (ISO 25197:2012, inkluż Amd 1:2014)

61.

EN 60092-507:2015

Installazzjonijiet elettriċi fil-vapuri - Parti 507 - Bastimenti żgħar (IEC 60092-507:2014)


ANNESS II

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

1.

EN ISO 7840:2018

Inġenji żgħar - Pajpijiet flessibbli tal-fjuwil li jirreżistu n-nar (ISO 7840:2013)

27 ta’ Frar 2023

2.

EN ISO 8469:2018

Inġenji żgħar - Pajpijiet flessibbli tal-fjuwil li ma jirreżistux in-nar (ISO 8469:2013)

27 ta’ Frar 2023

3.

EN ISO 8666:2018

Inġenji żgħar - Data prinċipali (ISO 8666:2016)

29 ta’ Diċembru 2023

4.

EN ISO 8847:2017

Inġenji żgħar - Ger tal-istering - Sistemi ta’ kejbil u tarjoli (ISO 8847:2004)

10 ta’ Settembru 2023

5.

EN ISO 9093-1:2018

Inġenji żgħar - Valvs u tagħmir fil-buq li minnhom jgħaddi likwidu li jkun fuq il-ġewwa tal-inġenju - Parti 1: Metalliċi (ISO 9093-1:1994)

27 ta’ Frar 2023

6.

EN ISO 9093-2:2018

Inġenji żgħar - Valvs u tagħmir fil-buq li minnhom jgħaddi likwidu li jkun fuq il-ġewwa tal-inġenju - Parti 2: Mhux metalliċi (ISO 9093-2:2002)

27 ta’ Frar 2023

7.

EN ISO 9775:2017

Inġenji żgħar - Sistemi remoti tal-istering għal magni uniċi mhux abbord b’potenza ta’ bejn 15 kW u 40 kW (ISO 9775:1990)

27 ta’ Frar 2023

8.

EN ISO 10087:2019

Identifikazzjoni tal-inġenji u sistema ta’ kodifikazzjoni għal inġenji żgħar

17 ta’ April 2024

9.

EN 15609:2012

Tagħmir u aċċessorji tal-LPG - Sistemi ta’ propulsjoni tal-LPG għad-dgħajjes, jottijiet u inġenji oħrajn

fid-29 ta’ Diċembru 2023.

10.

EN ISO 15652:2017

Inġenji żgħar - Sistemi remoti tal-istering għal dgħajjes żgħar bil-ġett bil-magna abbord (ISO 15652:2003)

27 ta’ Frar 2023

11.

EN ISO 16147:2017

Inġenji żgħar - Magni diżil abbord - Komponenti tal-fjuwil u komponenti elettriċi mmuntati fuq il-magna (ISO 16147:2002, inkluż Amd 1:2013)

27 ta’ Frar 2023