12.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/81


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1928

tal-11 ta’ Ottubru 2022

li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 514/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, (UE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u (UE) 2021/1147 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat in-notifika tal-Irlanda dwar ix-xewqa li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2022/585 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 514/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, (UE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u (UE) 2021/1147 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (1),

Billi:

(1)

Permezz tal-ittra tal-14 ta’ Lulju 2022, l-Irlanda nnotifikat formalment ix-xewqa tagħha, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21, li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2022/585.

(2)

Ma hemm l-ebda kundizzjoni marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni l-aktar bikrija possibbli tar-Regolament (UE) 2022/585 u biex jiġi żgurat li l-Irlanda tista’ tagħmel użu sħiħ mill-flessibbiltà pprovduta fih, huwa xieraq li jiġi previst li l-parteċipazzjoni fakultattiva tal-Irlanda tkun effettiva mid-data tan-notifika formali tax-xewqa tagħha li taċċetta u li tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2022/585.

(4)

Skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 331(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni għaldaqstant jenħtieġ li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585 hija kkonfermata.

2.   Ir-Regolament (UE) 2022/585 għandu japplika għall-Irlanda mill-14 ta’ Lulju 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 112, 11.4.2022, p. 1.