6.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 259/122


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1909

tas-6 ta’ Ottubru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Fl-24 ta’ Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk kontra l-Ukrajna. Dak l-attakk huwa ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. Bl-azzjonijiet militari illegali tagħha, il-Federazzjoni Russa qed tikser b’mod serju d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Karta tan-NU”), u qed iddgħajjef is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali. Il-Kunsill Ewropew appella għat-tħejjija u l-adozzjoni urġenti ta’ pakkett ta’ sanzjonijiet individwali u ekonomiċi ulterjuri.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 u l-24 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill Ewropew iddikjara li ser tkompli l-ħidma fuq is-sanzjonijiet, inkluż biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni u tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni.

(6)

Fil-21 ta’ Settembru 2022, minkejja diversi appelli mill-komunità internazzjonali lir-Russja biex twaqqaf minnufih l-aggressjoni militari tagħha kontra l-Ukrajna, il-Federazzjoni Russa ddeċidiet li tkompli teskala l-aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna billi tappoġġa l-organizzazzjoni ta’ “referenda” illegali fil-partijiet tar-reġjuni ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk u Zaporizhzhia li bħalissa huma okkupati mir-Russja. Il-Federazzjoni Russa eskalat ukoll l-aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna billi ħabbret mobilizzazzjoni fil-Federazzjoni Russja u billi heddet ukoll li tuża armi ta’ qerda massiva.

(7)

Fit-28 ta’ Settembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli r-“referenda” fittizji illegali li saru f’partijiet tar-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk, u Zaporizhzhia li bħalissa huma parzjalment okkupati mir-Russja. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjara wkoll li l-Unjoni ma tirrikonoxxix u qatt mhi ser tirrikonoxxi dawk ir-“referenda” fittizji illegali u l-eżitu ffalsifikat tagħhom, u ebda deċiżjoni meħuda abbażi ta’ dak l-eżitu, u ħeġġeġ lill-Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti biex jagħmlu l-istess. Bl-organizzazzjoni ta’ dawk ir-“referenda” fittizji illegali, ir-Russja kellha l-għan li tbiddel bil-forza l-fruntieri tal-Ukrajna rikonoxxuti internazzjonalment, li jikkostitwixxi ksur ċar u serju tal-Karta tan-NU. Ir-Rappreżentant Għoli indika wkoll li dawk kollha involuti fl-organizzazzjoni ta’ dawk ir-“referenda” fittizji illegali kif ukoll dawk responsabbli għal ksur ieħor tad-dritt internazzjonali fl-Ukrajna ser jinżammu responsabbli u li ser jitressqu miżuri restrittivi addizzjonali kontra r-Russja f’dan ir-rigward. Ir-Rappreżentant Għoli fakkar li l-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha, u teżiġi li r-Russja tirtira immedjatament, għalkollox u mingħajr kondizzjonijiet, it-truppi u t-tagħmir militari kollha tagħha mit-territorju kollu tal-Ukrajna. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjara wkoll li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ser ikomplu jappoġġaw l-isforzi tal-Ukrajna għal dan l-għan, sakemm ikun meħtieġ.

(8)

Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-membri tal-Kunsill Ewropew adottaw dikjarazzjoni fejn irrifjutaw bil-qawwa u kkundannaw b’mod inekwivoku l-annessjoni illegali mir-Russja tar-reġjuni tal-Ukranja ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk u Zaporizhzhia. Billi intenzjonalment iddgħajjef l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u tikser b’mod sfaċċat id-drittijiet fundamentali tal-Ukrajna għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali, prinċipji ewlenin kif minquxa fil-Karta tan-NU u fid-dritt internazzjonali, ir-Russja qed tpoġġi s-sigurtà dinjija f’riskju. Il-membri tal-Kunsill Ewropew iddikjaraw li ma jirrikonoxxux u qatt mhu ser jirrikonoxxu r-“referenda” illegali li r-Russja fasslet bħala pretest għal dan il-ksur ulterjuri tal-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, u lanqas ir-riżultati ffalsifikati u illegali tagħhom. Huma ddikjaraw li qatt mhu ser jirrikonoxxu l-annessjoni illegali, li dawk id-deċiżjonijiet huma nulli u bla effett u ma jistgħu jipproduċu l-ebda effett legali u li l-Krimea, Donetsk, Kherson, Luhansk u Zaporizhzhia huma l-Ukrajna. Huma appellaw lill-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha biex b’mod inekwivoku jirrifjutaw l-annessjoni illegali u fakkru li l-Ukrajna qed teżerċita d-dritt leġittimu tagħha li tiddefendi lilha nnifisha kontra l-aggressjoni Russa biex terġa’ tikseb il-kontroll sħiħ tat-territorju tagħha u għandha d-dritt li tillibera territorji okkupati fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment. Il-Membri tal-Kunsill Ewropew ddikjaraw li ser isaħħu l-miżuri restrittivi tal-Unjoni kontra l-azzjonijiet illegali tar-Russja u jkomplu jżidu l-pressjoni fuq ir-Russja biex ittemm il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha.

(9)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, huwa xieraq li jiġu introdotti miżuri restrittivi ulterjuri.

(10)

B’mod partikolari, huwa xieraq li tiġi estiża l-projbizzjoni ta’ involviment fi kwalunkwe tranżazzjoni ma’ ċerti persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi tal-Istat Russu, jew ikkontrollati mill-Istat Russu, billi tiġi inkluża wkoll projbizzjoni fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni li jokkupaw kwalunkwe kariga fil-korpi governattivi ta’ dawk il-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi. Huwa wkoll xieraq li mal-lista ta’ entitajiet tal-Istat Russu, jew ikkontrollati mill-Istat Russu, li huma soġġetti għal dik il-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet tiżdied ir-Russian Maritime Register of Shipping (ir-Reġistru Marittimu Russu tat-Tbaħħir), entità 100 % tal-Istat li twettaq attivitajiet relatati mal-klassifikazzjoni u l-ispezzjoni, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, ta’ bastimenti u inġenji Russi u mhux Russi. Dik iż-żieda tipprojbixxi l-għoti ta’ kwalunkwe tip ta’ benefiċċju ekonomikament siewi lir-Russian Maritime Register of Shipping. F’dan ir-rigward, huwa wkoll xieraq li jintalab l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri lir-Russian Maritime Register of Shipping skont id-Direttiva 2005/65/KE (2), 2009/15/KE (3) jew (UE) 2016/1629 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu dan l-irtirar f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 391/2009 u d-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), huwa wkoll xieraq li jiġi rtirat ir-rikonoxximent mill-Unjoni tar-Russian Maritime Register of Shipping. Barra minn hekk, huwa xieraq li tiġi estiża l-projbizzjoni fuq l-aċċess għall-portijiet u l-imgħalaq fit-territorju tal-Unjoni għal bastimenti ċċertifikati mir-Russian Maritime Register of Shipping.

(11)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jitneħħa l-limitu għall-projbizzjoni eżistenti fuq il-forniment ta’ kartieri tal-kriptoassi, kontijiet jew servizzi ta’ kustodja lil persuni u residenti Russi, biex b’hekk jiġi pprojbit il-forniment ta’ dawn is-servizzi irrispettivament mill-valur totali ta’ tali kriptoassi.

(12)

Huwa wkoll xieraq li tiġi estiża l-projbizzjoni eżistenti fuq il-forniment ta’ ċerti servizzi lill-Federazzjoni Russa billi jiġi pprojbit il-forniment ta’ servizzi arkitettoniċi u ta’ inġinerija kif ukoll servizzi ta’ konsulenza tal-IT u servizzi ta’ konsulenza legali. F’konformità mal-Klassifikazzjoni Ċentrali tal-Prodotti kif tinsab fid-Dokumenti Statistiċi, Serje M, Nru 77, CPC prov., 1991, tal-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, “servizzi arkitettoniċi u tal-inġinerija” jkopri kemm is-servizzi arkitettoniċi u tal-inġinerija, kif ukoll is-servizzi integrati tal-inġinerija, l-ippjanar urban u s-servizzi arkitettoniċi tal-pajsaġġ u s-servizzi ta’ konsulenza xjentifika u teknika relatati mal-inġinerija. “Servizzi tal-inġinerija” ma jkoprix l-assistenza teknika relatata ma’ oġġetti esportati lejn ir-Russja, fejn il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom ma jkunux ipprojbiti fiż-żmien meta tiġi pprovduta tali assistenza teknika. “Servizzi ta’ konsulenza tal-IT” ikopri s-servizzi ta’ konsulenza relatati mal-installazzjoni ta’ hardware tal-kompjuter, inkluż is-servizzi ta’ assistenza lill-klijenti biex jinstallaw hardware tal-kompjuter (jiġifieri tagħmir fiżiku) u networks tal-kompjuter, u servizzi ta’ implimentazzjoni tas-software, inkluż is-servizzi kollha li jinvolvu servizzi ta’ konsulenza dwar software, l-iżvilupp tas-software u l-implimentazzjoni tiegħu.

(13)

“Servizzi konsultattivi legali” tkopri l-għoti ta’ pariri legali lill-klijenti fi kwistjonijiet mhux kontenzjużi, inkluż tranżazzjonijiet kummerċjali, li jinvolvu l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tal-liġi; il-parteċipazzjoni ma’ jew f’isem klijenti fi tranżazzjonijiet kummerċjali, negozjati u negozjati oħra ma’ partijiet terzi; u t-tħejjija, l-eżekuzzjoni u l-verifika ta’ dokumenti legali. “Servizzi ta’ konsulenza legali” ma tinkludi l-ebda rappreżentazzjoni, parir, tħejjija ta’ dokumenti jew verifika ta’ dokumenti fil-kuntest tas-servizzi ta’ rappreżentanza legali, jiġifieri fi kwistjonijiet jew proċedimenti quddiem aġenziji amministrattivi, qrati, jew tribunali uffiċjali oħra debitament kostitwiti, jew fi proċedimenti ta’ arbitraġġ jew ta’ medjazzjoni.

(14)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi speċifikat li l-projbizzjoni tal-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta’ rikambju għalihom, mill-Federazzjoni Russa, tapplika kemm għall-importazzjoni diretta kif ukoll għal dik indiretta.

(15)

Huwa wkoll xieraq li tiġi estiża l-lista ta’ oġġetti ristretti li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Federazzjoni Russa jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u tas-sigurtà tagħha, billi jiġu inklużi f’dik il-lista ċerti sustanzi kimiċi, aġenti nervini u oġġetti li ma għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, jew li jistgħu jintużaw għal dawn il-finijiet. L-oġġetti soġġetti għal dik il-projbizzjoni huma koperti wkoll mir-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). F’dan il-kuntest, id-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandha tiġi ttrattata bħala lex specialis u għaldaqstant, f’każ ta’ kunflitt, tieħu preċedenza fuq ir-Regolament (UE) 2019/125.

(16)

Huwa wkoll xieraq li jiġi projbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom kif ukoll il-munizzjon lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Federazzjoni Russa, jew għal użu fil-Federazzjoni Russa. L-oġġetti soġġetti għal dik il-projbizzjoni huma koperti wkoll mir-Regolament (UE) Nru 258/2012 (8). F’dan il-kuntest, id-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandha tiġi ttrattata bħala lex specialis u għaldaqstant, f’każ ta’ kunflitt, tieħu preċedenza fuq ir-Regolament (UE) Nru 258/2012.

(17)

Huwa wkoll xieraq li tiġi estiża l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ prodotti tal-azzar li jew joriġinaw mill-Federazzjoni Russa jew li ġew esportati minnha, kif ukoll li jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti addizzjonali li jiġġeneraw dħul sinifikanti għall-Federazzjoni Russa. Dik il-projbizzjoni tapplika għal oġġetti li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa jew li jiġu esportati minnha u tinkludi oġġetti bħall-polpa tal-injam u l-karta, ċerti elementi użati fl-industrija tal-ġojjellerija bħal ħaġar u metalli prezzjużi, ċertu makkinarju u oġġetti kimiċi, sigaretti, plastik u prodotti kimiċi lesti bħalma huma l-kożmetiċi. Huwa wkoll xieraq li l-projbizzjoni tal-esportazzjoni tiġi estiża billi jiżdiedu oġġetti ġodda mal-lista ta’ oġġetti li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet industrijali Russi, kif ukoll li jiġu imposti restrizzjonijiet fuq il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti addizzjonali użati fis-settur tal-avjazzjoni.

(18)

L-Unjoni hija impenjata li tevita theddid għas-sikurezza u s-sigurtà nukleari. Konsegwentement, l-ebda waħda mill-miżuri f’din id-Deċiżjoni ma tfittex li ddgħajjef is-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili jew il-kooperazzjoni nukleari ċivili, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, jew li timmina l-ippjanar, il-kostruzzjoni u l-inġinerija, l-ikkummissjonar, il-manutenzjoni, u l-provvista tal-fjuwil ta’ proġetti nukleari li għadom kif inbnew.

(19)

Apparti l-projbizzjonijiet eżistenti relatati mal-forniment ta’ servizzi għat-trasport marittimu ta’ żejt mhux maħdum u ċerti prodotti tal-petroleum lejn pajjiżi terzi, huwa xieraq li jiġi pprojbit ulterjorment it-trasport marittimu ta’ dawn l-oġġetti lejn pajjiżi terzi. Din il-projbizzjoni għandha tkun bil-kundizzjoni li l-Kunsill jintroduċi limitu massimu tal-prezz stabbilit minn qabel miftiehem mill-Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet.

(20)

Hija wkoll xierqa l-introduzzjoni ta’ eżenzjoni mill-projbizzjoni li jiġi pprovdut trasport marittimu u mill-projbizzjoni li tingħata assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mat-trasport marittimu lejn pajjiżi terzi ta’ żejt mhux maħdum jew ta’ prodotti tal-petroleum li joriġinaw jew jiġu esportati mir-Russja, li jinxtraw b’limitu massimu tal-prezz miftiehem mill- Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezz, jew taħtu. Dik l-eżenzjoni għandha ttaffi il-konsegwenzi negattivi fuq il-provvista tal-enerġija għal pajjiżi terzi u tnaqqas iż-żidiet fil-prezzijiet ikkawżati minn kundizzjonijiet straordinarji tas-suq, filwaqt li jiġi limitat id-dħul Russu miż-żejt. Dik l-eżenzjoni jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien, sabiex jiġi żgurat li tibqa’ adegwata, u tkun tista’ tiġġedded skont iċ-ċirkostanzi marbuta mas-sigurtà tal-enerġija tal-pajjiż terz L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezz għal dik l-eżenzjoni jiddependi fuq proċess ta’ attestazzjoni li jippermetti lill-operaturi fil-katina tal-provvista taż-żejt Russu li jinġarr bil-baħar biex juru li nxtara b’ dak il-limitu massimu tal-prezz jew taħtu. Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kunsill, toħroġ gwida biex tispeċifika l-aspetti prattiċi tal-applikazzjoni tal-limitu massimu tal-prezz, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni uniformi u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni u globalment.

(21)

Meta jiddeċiedi jekk jintroduċix dak il-limitu massimu tal-prezzijiet, il-Kunsill ser iqis l-effettività tal-miżura f’termini tar-riżultati mistennija tagħha, l-aderenza internazzjonali u l-allinjament informali mal-iskema tal-limitu massimu tal-prezzijiet, u l-impatt potenzjali tagħha fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġa bis-sħiħ lill-Kunsill fil-valutazzjoni jekk jintroduċix il-limitu massimu tal-prezzijiet, inkluż billi ssejjaħ laqgħat ta’ koordinazzjoni mal-Istati Membri u mar-rappreżentanti tal-industriji affettwati. Wara l-ewwel Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħmel applikabbli l-limitu massimu tal-prezzijiet, il-Kummissjoni ser tkompli torganizza tali laqgħat biex tivvaluta, fost l-oħrajn, prattiki potenzjali ta’ ċirkomvenzjoni tal-limitu massimu tal-prezzijiet, bħat-tneħħija tal-bandiera tal-bastimenti, u l-impatt tagħhom fuq l-effettività tal-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezzijiet, u ser tipproponi soluzzjonijiet xierqa.

(22)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-limitu massimu tal-prezz, jenħtieġ li l-Kunsill jaġġorna malajr il-prezz miftiehem f’koordinazzjoni mal-Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezz. Il-limitu massimu tal-prezz bl-ebda mod ma jaffettwa l-eċċezzjonijiet li jippermettu lil ċerti Stati Membri jkomplu jimportaw żejt mhux maħdum u prodotti tal-petroleum mir-Russja minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħhom jew li jimportaw żejt mhux maħdum bil-baħar mir-Russja f’każ li l-provvista ta’ żejt mhux maħdum permezz ta’ pipeline mir-Russja tiġi interrotta għal raġunijiet barra mill-kontroll tagħhom. Il-proġetti speċifiċi li huma essenzjali għas-sigurtà tal-enerġija ta’ ċerti pajjiżi terzi jistgħu jiġu eżentati mil-limitu massimu tal-prezz.

(23)

F’każ li bastiment taħt il-bandiera ta’ pajjiż terz ikun ittrasporta żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi Russi mixtrija bi prezz ogħla mil-limitu massimu tal-prezz, għandu jkun ipprojbit l-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja inkluż l-assigurazzjoni, relatata ma’ kwalunkwe trasport fil-futur, minn dak il-bastiment, ta’ żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi.

(24)

Tenħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni biex ċerti miżuri jiġu implimentati.

(25)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1aa huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Mit-22 ta’ Ottubru 2022 għandu jkun ipprojbit li tinżamm kwalunkwe kariga fil-korpi governattivi ta’ kwalunkwe persuna ġuridika, korp jew entità msemmija fil-paragrafu 1.”

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika, sal-15 ta’ Mejju 2022, għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi ma’ persuna ġuridika, entità jew korp imsemmi fil-Parti A tal-Anness X qabel is-16 ta’ Marzu 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”;

(c)

il-paragrafu 2a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2a.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fil-Parti A tal-Anness X, li jirċievu pagamenti dovuti skont kuntratti li jkunu saru qabel il-15 ta’ Mejju 2022.”;

(d)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2b.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-eżekuzzjoni sat-8 ta’ Jannar 2023 ta’ kuntratti konklużi ma’ persuna ġuridika, entità jew korp imsemmijin fil-Parti B tal-Anness X qabel is-7 ta’ Ottubru 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.

2c.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fil-Parti B tal-Anness X, li jirċievu pagamenti dovuti skont kuntratti li jkunu saru qabel it-8 ta’ Jannar 2023.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1ab

1.   L-Istati Membri li awtorizzaw lir-Russian Maritime Register of Shipping iwettaq spezzjonijiet u stħarriġ b’mod sħiħ jew parzjali b’rabta maċ-ċertifikati statutorji u, fejn xieraq, awtorizzawh joħroġ jew iġedded iċ-ċertifikati relatati f’konformità mal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għandhom jirtiraw dawk l-awtorizzazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva qabel il-5 ta’ Jannar 2023.

Matul il-perjodu sakemm tali awtorizzazzjonijiet ma jkunux ġew irtirati, l-Istati Membri ma għandhomx jippermettu, jew jagħtu delega lir-Reġistru Marittimu Russu tat-Tbaħħir biex iwettaq kwalunkwe wieħed mill-kompiti li, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar is-sikurezza marittima, huma riżervati għal organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni, inkluż li jwettaq spezzjonijiet u stħarriġ relatati maċ-ċertifikati statutorji kif ukoll li joħroġ, japprova jew iġedded iċ-ċertifikati relatati.

2.   Kwalunkwe ċertifikat statutorju maħruġ f’isem Stat Membru mir-Russian Maritime Register of Shipping qabel is-7 ta’ Ottubru 2022 għandu jiġi rtirat u terminat mill-Istat Membru rilevanti, li jaġixxi bħala Stat tal-bandiera, qabel it-8 ta’ April 2023.

3.   B’deroga mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) u fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), ir-rikonoxximent mill-Unjoni tar-Russian Maritime Register of Shipping skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 u d-Direttiva (UE) 2016/1629 huwa rtirat.

4.   L-Istati Membri li ddelegaw kwalunkwe dmir relatat mal-ispezzjoni lir-Russian Maritime Register of Shipping, kif definit fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva (UE) 2016/1629, b’mod partikolari biex iwettqu spezzjonijiet tekniċi biex jivverifikaw jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fid-Direttiva (UE) 2016/1629, b’mod partikolari fl-Annessi II u V tagħha, għandhom jirtiraw dawk l-awtorizzazzjonijiet qabel is-6 ta’ Novembru 2022.

5.   L-Istati Membri li ddelegaw kwalunkwe dmir relatat mas-sigurtà lir-Russian Maritime Register of Shipping f’konformità mal-punt 4.3 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****)jew mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****), b’mod partikolari b’rabta mal-ħruġ jew it-tiġdid taċ-Ċertifikati Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Bastimenti u ma’ kwalunkwe verifika relatata f’konformità mal-punti 19.1.2 u 19.2.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, għandhom jirtiraw dawk l-awtorizzazzjonijiet qabel il-5 ta’ Jannar 2023.

6.   Kwalunkwe Ċertifikata Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Bastimenti maħruġ f’isem Stat Membru mir-Russian Maritime Register of Shipping qabel is-7 ta’ Ottubru 2022 għandu jiġi rtirat u terminat mill-Istat Membru rilevanti, li jaġixxi bħala Gvern Kontraenti, qabel it-8 ta’ April 2023.”

(*)  Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47)."

(**)  Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11)."

(***)  Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p 118)."

(****)  Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6)."

(*****)  Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet, (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28).’;"

(3)

fl-Artikolu 1b, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta’ kartieri tal-kriptoassi, kontijiet jew servizzi ta’ kustodja lil ċittadini Russi jew persuni fiżiċi li jirrisjedu fir-Russja, jew lil persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja.”;

(4)

fl-Artikolu 1j, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw meta l-fiduċjarju jew il-benefiċjarju jkun ċittadin ta’ Stat Membru, ta’ pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Iżvizzera, jew persuna fiżika li jkollha permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru, f’pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Iżvizzera.”;

(5)

L-Artikolu 1k huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1k

1.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta’ kontabilità, awditjar, inkluż l-awditjar statutorju, iż-żamma tal-kotba u servizzi ta’ konsulenza dwar it-taxxa, jew servizzi ta’ konsulenza maniġerjali u dwar in-negozju u servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi lil:

(a)

il-Gvern tar-Russja; jew

(b)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja.

2.   Għandu jkun ipprojbit l-għoti, dirett jew indirett, ta’ servizzi arkitettoniċi u ta’ inġinerija, servizzi ta’ konsulenza legali u servizzi ta’ konsulenza tal-IT lil:

(a)

il-Gvern tar-Russja; jew

(b)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-forniment ta’ servizzi li, sal-5 ta’ Lulju 2022 huma strettament neċessarji għat-terminazzjoni ta’ kuntratti li mhumiex konformi ma’ dan l-Artikolu, konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.

4.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-forniment ta’ servizzi li, sat-8 ta’ Jannar 2023 huma strettament neċessarji għat-terminazzjoni ta’ kuntratti li ma jikkonformawx ma’ dan l-Artikolu, konklużi qabel is-7 ta’ Ottubru 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.

5.   Il-paragrafu 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta’ servizzi li huma strettament neċessarji għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ difiża fi proċedimenti ġudizzjarji u d-dritt għal rimedju legali effettiv.

6.   Il-paragrafu 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta’ servizzi li huma strettament neċessarji biex jiġi żgurat aċċess għal proċedimenti ġudizzjarji, amministrattivi jew ta’ arbitraġġ fi Stat Membru, jew għar-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ sentenza jew deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija fi Stat Membru, sakemm tali forniment ta’ servizzi jkun konsistenti mal-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni u mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

7.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta’ servizzi maħsuba għall-użu esklużiv ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja li huma proprjetà ta’, jew kkontrollati kompletament jew b’mod konġunt minn, persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru, pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, l-Iżvizzera, jew pajjiż sieħeb kif elenkat fl-Anness VII,.

8.   Il-paragrafi 2 ma għandux japplika għall-forniment ta’ servizzi neċessarji għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali.

9.   Il-paragrafi 2 ma għandux japplika għall-forniment ta’ servizzi neċessarji għall-aġġornament ta’ software għal użu mhux militari u għal utent mhux militari, permess permezz tal-Artikoli 3(3)(d) u 3a(3)(d).

10.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw is-servizzi msemmijin fihom, bil-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma neċessarji għal:

(a)

skopijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inkluż il-provvisti mediċi, l-ikel, jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u l-assistenza relatata, jew għall-evakwazzjonijiet;

(b)

attivitajiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem jew l-istat tad-dritt fir-Russja; jew

(c)

il-funzjonament ta’ rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew pajjiżi sħab fir-Russja, inkluż delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu immunitajiet f’konformità mal-liġi internazzjonali.

11.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw is-servizzi msemmijin fihom, bil-kondizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma neċessarji għal:

(a)

l-iżgurar tal-provvista kritika tal-enerġija fl-Unjoni u x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport fl-Unjoni tat-titanju, l-aluminju, ir-ram, in-nikil, il-palladju u l-mineral tal-ħadid;

(b)

l-iżgurar tat-tħaddim kontinwu tal-infrastrutturi, hardware u software li huma kritiċi għas-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem, jew għas-sikurezza tal-ambjent;

(c)

it-twaqqif, it-tħaddim, il-manutenzjoni, il-provvista tal-fjuwil u t-trattament mill-ġdid u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, u l-kontinwazzjoni tad-disinn, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar meħtieġa għat-tlestija tal-faċilitajiet nukleari ċivili, il-provvista ta’ materjal prekursur għall-produzzjoni ta’ isotopi radjuattivi mediċi u applikazzjonijiet mediċi simili, jew teknoloġija kritika għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni ambjentali, kif ukoll għall-kooperazzjoni nukleari ċivili, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp; jew

(d)

il-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni neċessarji għat-tħaddim, il-manutenzjoni u s-sigurtà, inkluż iċ-ċibersigurtà, ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, fir-Russja, fl-Ukrajna, fl-Unjoni, bejn ir-Russja u l-Unjoni, u bejn l-Ukrajna u l-Unjoni, u għal servizzi ta’ ċentri tad-data fl-Unjoni.

12.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 9, 10 u 11 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”;

(6)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport dirett jew indirett ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta’ rikambju għalihom, mir-Russja minn ċittadini tal-Istati Membri jew li jużaw bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti.”;

(7)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3aa

1.   Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta, ta’ armi tan-nar, il-partijiet, il-komponenti essenzjali u l-munizzjon tagħhom, kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), kemm jekk joriġinaw mill-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja.

2.   Għandhom ikunu pprojbiti:

(a)

l-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1 u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ dawk l-oġġetti, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja;

(b)

l-għoti ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawk l-oġġetti, jew għall-għoti ta’ assistenza teknika relatata, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra, b’mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja, jew għall-użu fir-Russja.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta’ u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1).”;"

(8)

l-Artikolu 4d huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Fir-rigward tal-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness XI għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 (*), il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 4, sat-28 ta’ Marzu 2022, ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel is-26 ta’ Frar 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”;

(*)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).”;"

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   Fir-rigward tal-oġġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness XI għar-Regolament (UE) Nru 833/2014, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 4, sas-6 ta’ Novembru 2022, ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel is-7 ta’ Ottubru 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“6a.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, taħt tali kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, jew assistenza teknika relatata, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, wara li jkunu ddeterminaw li dan huwa meħtieġ għall-produzzjoni ta’ oġġetti tat-titanju meħtieġa fl-industrija tal-ajrunawtika, li għalihom ma tkun disponibbli l-ebda provvista alternattiva.”;

(9)

L-Artikolu 4ha huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll, wara t-8 ta’ April 2023, għal kwalunkwe bastiment ċertifikat mir-Russian Maritime Register of Shipping.”

(b)

fil-paragrafu 3, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1a, “bastiment “ifisser:””;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej

“4.   Il-paragrafi 1 u 1a ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ bastiment li jeħtieġ assistenza biex ifittex post ta’ rifuġju, biex jieqaf f’port ta’ emerġenza għal raġunijiet ta’ sikurezza marittima, jew biex tiġi salvata l-ħajja fuq il-baħar.”

(d)

fil-paragrafu 5, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“5.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 1a, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-aċċess minn bastiment għal port jew magħlaq, bil-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-aċċess ikun neċessarju għal:”

(e)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5b.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, li bastiment ikollu aċċess għal port jew magħlaq sakemm huwa:

(a)

ikun tajjar il-bandiera tal-Federazzjoni Russa taħt reġistrazzjoni ta’ noleġġ ta’ bastimenti mingħajr ekwipaġġ inizjalment effettwata qabel l-24 ta’ Frar 2022,

(b)

reġa’ ssokta bid-dritt tiegħu li jtajjar il-bandiera tar-reġistru sottostanti tal-Istat Membru tal-UE qabel il-31 ta’ Jannar 2023; u

(c)

ma jkunx proprjetà ta’, mikri, operat jew ikkontrollat b’xi mod ieħor minn ċittadin Russu jew minn kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi tal-Federazzjoni Russa.”;

(10)

l-Artikolu 4i huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

l-importazzjoni jew ix-xiri, mit-30 ta’ Settembru 2023, direttament jew indirettament, ta’ prodotti tal-ħadid u tal-azzar kif elenkati fl-Anness XVII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 meta pproċessati f’pajjiż terz li jinkorporaw prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw mir-Russja kif elenkati fl-Anness XVII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII ipproċessati f’pajjiż terz li jinkorporaw prodotti tal-azzar li joriġinaw mir-Russja tal-kodiċi NM 7207 11 jew 7207 12 10, din il-projbizzjoni għandha tapplika mill-1 ta’ April 2024 għall-kodiċi NM 7207 11 u mill-1 ta’ Ottubru 2024 għall-kodiċi NM 7207 12 10;”;

(b)

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż id-derivattivi finanzjarji, kif ukoll ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b),(c) u (d).”;

(c)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fir-rigward tal-oġġetti elenkati fil-Parti A tal-Anness XVII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, u irrispettivament minn jekk ikunux elenkati fil-Parti B ta’ dak l-Anness jew le, il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1, sas-17 ta’ Ġunju 2022, ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel is-16 ta’ Marzu 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”;

(d)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Fir-rigward tal-oġġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness XVII għar-Regolament (UE) Nru 833/2014 li mhumiex elenkati fil-Parti A ta’ dak l-Anness, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1, sat-8 ta’ Jannar 2023, ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel is-7 ta’ Ottubru 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7207 11 u 7207 12 10, li għalihom il- paragrafi 4 u 5.

4.   Il-projbizzjonijiet fil-punti (a), (b), (c) u (e) ta’ paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport, jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata, tal-kwantitajiet li ġejjin ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7207 12 10:

(a)

3 747 905 tunnellati metriċi bejn is-7 ta’ Ottubru 2022 u t-30 ta’ Settembru 2023;

(b)

3 747 905 tunnellati metriċi bejn l-1 ta’ Ottubru 2023 u t-30 ta’ Settembru 2024;

5.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport, jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata, tal-kwantitajiet li ġejjin ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7207 11:

(a)

487 202 tunnellati metriċi bejn is-7 ta’ Ottubru 2022 u t-30 ta’ Settembru 2023;

(b)

85 260 tunnellata metrika bejn l-1 ta’ Ottubru 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2023;

(c)

48 720 tunnellata metrika bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u l-31 ta’ Marzu 2024;

6.   Il-kwoti ta’ volum ta’ importazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri f’konformità mas-sistema ta’ ġestjoni għall-kwoti tariffarji prevista fl-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*).

7.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment tal-oġġetti elenkati fl-Anness XVII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dan huwa meħtieġ għat-twaqqif, it-tħaddim, il-manutenzjoni, il-provvista tal-fjuwil u t-trattament mill-ġdid u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, u l-kontinwazzjoni tad-disinn, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar meħtieġa għat-tlestija tal-faċilitajiet nukleari ċivili, il-provvista ta’ materjal prekursur għall-produzzjoni ta’ isotopi radjuattivi mediċi u applikazzjonijiet mediċi simili, jew teknoloġija kritika għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni ambjentali, kif ukoll għall-kooperazzjoni nukleari ċivili, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp.”

8.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 7 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

(*)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”;"

(11)

l-Artikolu 4k huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fir-rigward tal-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness XXI għar-Regolament (UE) Nru 833/2014, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2, sal-10 ta’ Lulju 2022, ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel id-9 ta’ April 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“3a   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal xiri fir-Russja li huwa meħtieġ għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew għall-użu personali ta’ ċittadini tal-Istati Membri u l-membri immedjati tal-familja tagħhom.

3b.   Fir-rigward tal-oġġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness XXI għar-Regolament (UE) Nru 833/2014, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sat-8 ta’ Jannar 2023 ta’ kuntratti konklużi qabel is-7 ta’ Ottubru 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”;

3c.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment tal-oġġetti elenkati fl-Anness XXI tar-Regolament (UE) 833/2014, jew l-għoti ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dan huwa meħtieġ għat-twaqqif, ittħaddim, il-manutenzjoni, il-provvista tal-fjuwil u t-trattament mill-ġdid u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, u l-kontinwazzjoni tad-disinn, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar meħtieġa għat-tlestija tal-faċilitajiet nukleari ċivili, il-provvista ta’ materjal prekursur għall-produzzjoni ta’ isotopi radjuattivi mediċi u applikazzjonijiet mediċi simili, jew teknoloġija kritika għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni ambjentali, kif ukoll għall-kooperazzjoni nukleari ċivili, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 3c fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”;

(12)

fl-Artikolu 4l, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għandu jkun ipprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment fl-Unjoni, direttament jew indirettament, ta’ faħam u prodotti oħra jekk dawn joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja.”;

(13)

l-Artikolu 4m huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Fir-rigward tal-oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2701, 2702, 2703 u 2704 kif elenkati fl-Anness XXIII għar-Regolament (UE) Nru 833/2014, il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sat-8 ta’ Jannar 2023 ta’ kuntratti konklużi qabel is-7 ta’ Ottubru 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”;

(b)

fil-paragrafu 5, jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

it-twaqqif, it-tħaddim, il-manutenzjoni, il-provvista tal-fjuwil u t-trattament mill-ġdid u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, u l-kontinwazzjoni tad-disinn, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar meħtieġa għat-tlestija tal-faċilitajiet nukleari ċivili, il-provvista ta’ materjal prekursur għall-produzzjoni ta’ isotopi radjuattivi mediċi u applikazzjonijiet mediċi simili, jew teknoloġija kritika għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni ambjentali, kif ukoll għall-kooperazzjoni nukleari ċivili, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp.”

(14)

l-Artikolu 4p huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022, jew ta’ kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, sa:

(a)

il-5 ta’ Diċembru 2022, għaż-żejt mhux maħdum li jaqa’ taħt il-kodiċi -NM 2709 00;

(b)

il-5 ta’ Frar 2023, għall-prodotti tal-petroleum li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma tapplikax għall-pagament ta’ pretensjonijiet tal-assigurazzjoni wara l-5 ta’ Diċembru 2022, għal żejt mhux maħdum li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2709 00, jew wara l-5 ta’ Frar 2023, għal prodotti tal-petroleum li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710, abbażi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022 u dment li l-kopertura tal-assigurazzjoni tkun waqfet sad-data rilevanti.

4.   Għandu jkun ipprojbit it-trasport, inkluż permezz ta’ trasferimenti minn vapur għall-ieħor, lejn pajjiżi terzi, ta’ żejt mhux maħdum li jaqa’ taħt in-NM 2709 00, mill-5 ta’ Diċembru 2022, jew ta’ prodotti tal-petroleum li jaqgħu taħt in-NM 2710, mill-5 ta’ Frar 2023, kif elenkati fl-Anness XXV għar-Regolament (UE) Nru 833/2014, li joriġinaw mir-Russja jew li ġew esportati mir-Russja.

5.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 4għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ewwel Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Anness XI f’konformità mal-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kull Deċiżjoni tal-Kunsill sussegwenti li temenda l-Anness XI ta’ din id-Deċiżjoni, il-projbizzjoni fil-paragrafu 4 ma għandhiex tapplika, għal perjodu ta’ 90 jum, għat-trasport ta’ prodotti elenkati fl-Anness XXV, li joriġinaw mir-Russja jew li ġew esportati mir-Russja, dment li

(a)

it-trasport ikun ibbażat fuq kuntratt konkluż qabel dik id-data tad-dħul fis-seħħ; u

(b)

il-prezz tax-xiri għal kull barmil ma kienx jaqbeż il-prezz stabbilit fl-Anness XI ta’ din id-Deċiżjoni fifid-data tal-konklużjoni ta’ dak il-kuntratt.

6.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 4 ma għandhomx japplikaw:

(a)

mill-5 ta’ Diċembru 2022, għaż-żejt mhux maħdum li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2709 00, u mill-5 ta’ Frar 2023, għall-prodotti tal-petroleum li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710, li joriġinaw mir-Russja jew li ġew esportati mir-Russja, dment li l-prezz tax-xiri għal kull barmil ta’ dawn il-prodotti ma jaqbiżx il-prezzijiet stabbiliti fl-Anness XI;;

(b)

għaż-żejt mhux maħdum jew il-prodotti tal-petroleum kif elenkati fl-Anness XXV għar-Regolament (UE) Nru 833/2014 meta dawn l-oġġetti joriġinaw minn pajjiż terz u jkunu biss qed jitgħabbew mir-Russja, jitilqu minnha jew jgħaddu minnha, dment li kemm l-oriġini kif ukoll is-sid ta’ dawn l-oġġetti ma jkunux Russi;

(c)

għat-trasport, jew għall-assistenza teknika, is-servizzi ta’ senserija, il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja relatata ma’ dan it-trasport, tal-prodotti msemmijin fl-Anness XII ta’ din id-Deċiżjoni lejn il-pajjiżi terzi msemmija fih, għat-tul taż-żmien speċifikat f’dak l-Anness.

7   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-forniment ta’ servizzi ta’ bdoti meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza marittima.

8.   Fil-każ li, wara d-dħul fis-seħħ ta’Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Anness X, bastiment ikun ittrasporta ż-żejt mhux maħdum jew il-prodotti petroliferi msemmija fil-paragrafu 4, li l-prezz tax-xiri tagħhom għal kull barmil jaqbeż il-prezz stabbilit fl-Anness XI fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt għal tali xiri, għandu jkun ipprojbit minn hemm ’il quddiem li jiġu pprovduti s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 relatati mat-trasport ta’ żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi minn dak il-bastiment.

9.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli bl-appoġġ tal-Kummissjoni, għandu jemenda:

(a)

l-Anness XI fuq il-bażi tal-prezzijiet miftiehma mill- Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet;

(b)

l-Anness XII abbażi ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà oġġettivi miftiehma mill-Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet biex jiġu eżentati proġetti speċifiċi tal-enerġija essenzjali għas-sigurtà tal-enerġija ta’ ċerti pajjiżi terzi.”

(15)

L-Annessi huma emendati kif jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(2)  Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28).

(3)  Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 30, 31.1.2019, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta’ u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1).


ANNESS

Fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK, l-Annessi huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness VII, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“Lista tal-pajjiżi sħab imsemmija fl-Artikoli 1k(7), 3(9), 4j(3) u 4m(4)”;

(2)

L-Anness X huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS X

LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1AA

PARTI A

OPK OBORONPROM

UNITED AIRCRAFT CORPORATION

URALVAGONZAVOD

ROSNEFT

TRANSNEFT

GAZPROM NEFT

ALMAZ-ANTEY

KAMAZ

ROSTEC (RUSSIAN TECHNOLOGIES STATE CORPORATION)

JSC PO SEVMASH

SOVCOMFLOT

UNITED SHIPBUILDING CORPORATION

PARTI B

RUSSIAN MARITIME REGISTER of SHIPPING (RMRS)

”.

(3)

jiżdiedu l-Annessi li ġejjin:

“ANNESS XI

Prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 4p(9)(a)

[tabella bil-kodiċijiet NM tal-prodotti u l-prezzijiet korrispondenti kif miftiehma mill- Koalizzjoni tal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet]

ANNESS XII

Lista ta’proġetti msemmija fl-Artikolu 4p(9)(b)

Kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni

Data ta’ applikazzjoni

Data ta’ skadenza

It-trasport bil-bastiment lejn il-Ġappun, l-assistenza teknika, is-servizzi ta’ senserija, il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja relatata ma’ tali trasport, ta’ żejt mhux maħdum li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2709 00 imħallat mal-kondensat, li joriġina mill-Proġett Sakhalin-2 (Сахалин-2), li jinsab fir-Russja

5 ta’ Diċembru 2022

5 ta’ Ġunju 2023.