|
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/58 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1844
tat-28 ta’ Settembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-pajpijiet industrijali metalliċi, għall-apparati portabbli tat-tifi tan-nar, għall-ittestjar mhux distruttiv, għall-fittings tal-pajpijiet, għall-valvijiet industrijali, għall-bojlers b’tubi tal-ilma, għat-tankijiet u għar-reċipjenti tal-fibra tal-ħġieġ, għall-ġonot tal-espansjoni u għall-valvijiet tas-sistemi ta’ refriġerazzjoni u tal-pompi tas-sħana
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat ta’ pressjoni jew l-assemblaġġi msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Bl-ittra M/071 tal-1 ta’ Awwissu 1994, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex ifassal, fir-rigward tal-apparat ta’ pressjoni, l-istandards relatati mal-prodotti u l-istandards ta’ natura orizzontali b’appoġġ għad-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/68/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba M/071 u biex jiġi rifless l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, is-CEN irreveda u emenda wħud mill-istandards armonizzati eżistenti. B’mod speċifiku, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 3-8:2006/AC:2007, EN ISO 9712:2012 u EN 10253-2:2007 li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 293/01 (4) u dan wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 3-8:2021, EN ISO 9712:2022 u EN 10253-2:2021, rispettivament, dwar apparati portabbli tat-tifi tan-nar, ittestjar mhux distruttiv u fittings tal-pajpijiet. |
|
(4) |
Is-CEN irreveda wkoll l-istandards armonizzati li ġejjin dwar il-bojlers b’tubi tal-ilma li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati permezz tal-Komunikazzjoni 2016/C 293/01: EN 12952-2:2011, EN 12952-5:2011, EN 12952-6:2011 u EN 12952-10:2002. Dan wassal, rispettivament, għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 12952-2:2021, EN 12952-5:2021, EN 12952-6:2021 u EN 12952-10:2021. |
|
(5) |
Barra minn hekk, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati li ġejjin li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati permezz tal-Komunikazzjoni 2016/C 293/01: EN 13121-1:2003, EN 14917:2009+A1:2012 u EN 12284:2003. Dan wassal, rispettivament, għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 13121-1:2021 dwar tankijiet u reċipjenti tal-fibra tal-ħġieġ, EN 14917:2021 dwar il-ġonot tal-espansjoni u EN ISO 21922:2021 dwar il-valvijiet tas-sistemi ta’ refriġerazzjoni u tal-pompi tas-sħana. |
|
(6) |
Abbażi tat-talba M/071, is-CEN emenda wkoll l-istandards li ġejjin dwar il-pajpijiet industrijali metalliċi, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 (5): EN 13480-2:2017, EN 13480-5:2017 u EN 13480-3:2017. Dan wassal, rispettivament, għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati, kif emendati, li ġejjin: EN 13480-2:2017/A8:2021, EN 13480-5:2017/A2:2021 u EN 13480-3:2017/A4:2021. Barra minn hekk, is-CEN emenda l-istandard armonizzat EN 12516-2:2014 li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata permezz tal-Komunikazzjoni 2016/C 293/01. Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 12516-2:2014+A1:2021. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif emendati jew riveduti mis-CEN jikkonformawx mat-talba M/071. |
|
(8) |
L-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif emendati jew riveduti mis-CEN jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2014/68/UE. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13480-2:2017, EN 13480-5:2017 u EN 13480-3:2017 flimkien mal-emendi tagħhom jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(10) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE li huma rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-istandards armonizzati li ġejjin li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati permezz tal-Komunikazzjoni 2016/C 293/01 ġew sostitwiti, riveduti jew emendati: EN 10253-2:2007, EN 12284:2003, EN 12516-2:2014, EN 12952-10:2002, EN 12952-2:2011, EN 12952-5:2011, EN 12952-6:2011, EN 13121-1:2003, EN 14917:2009+A1:2012, EN 3-8:2006/AC:2007 u EN ISO 9712:2012. Għalhekk jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616. |
|
(11) |
Jeħtieġ ukoll li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13480-2:2017, EN 13480-5:2017 u EN 13480-3:2017 flimkien ma’ kwalunkwe emenda tagħhom, ippubblikati permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616, peress li dawn ġew sostitwiti. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(12) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards riveduti jew tal-istandards emendati, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati jiġi differit. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mit-3 ta’ April 2024.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).
(3) Id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 293, 12.8.2016, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 tas-27 ta’ Settembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 95).
ANNESS I
L-Anness I għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassru l-entrati 11, 12 u 29; |
|
(2) |
l-entrati 11a, 12a u 29a li ġejjin jiddaħħlu fil-post xieraq sekwenzjalment skont in-numru tal-entrata:
|
|
(3) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
ANNESS II
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616, jiżdiedu dawn l-entrati:
|
“47. |
EN 10253-2:2007 Fittings tal-pajpijiet tal-iwweldjar tarf ma’ tarf – Parti 2: Azzar mhux illigat u azzar illigat ferritiku b’rekwiżiti speċifiċi ta’ spezzjoni |
3.4.2024 |
|
48. |
EN 12284:2003 Sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana – Valvijiet – Rekwiżiti, ittestjar u mmarkar |
3.4.2024 |
|
49. |
EN 12516-2:2014 Valvijiet industrijali – Saħħa tad-disinn tal-forma – Parti 2: Metodu tal-kalkolu għal forom ta’ valvijiet tal-azzar |
3.4.2024 |
|
50. |
EN 12952-10:2002 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji – Parti 10: Rekwiżiti għas-salvagwardji minn pressjoni eċċessiva |
3.4.2024 |
|
51. |
EN 12952-2:2011 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji – Parti 2: Materjali għall-partijiet taħt pressjoni ta’ bojlers u aċċessorji |
3.4.2024 |
|
52. |
EN 12952-5:2011 Bojlers b’tubi tal-ilma u stallazzjonijiet awżiljarji – Parti 5: Kwalità tax-xogħol u kostruzzjoni ta’ partijiet taħt pressjoni tal-bojler |
3.4.2024 |
|
53. |
EN 12952-6:2011 Bojlers b’tubi tal-ilma u stallazzjonijiet awżiljarji – Parti 6: Spezzjoni waqt il-kostruzzjoni; dokumentazzjoni u mmarkar ta’ partijiet taħt pressjoni tal-bojler |
3.4.2024 |
|
54. |
EN 13121-1:2003 Tankijiet u reċipjenti tal-fibra tal-ħġieġ għal użu ’l fuq mill-art – Parti 1: Materja prima – Kundizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni u kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni |
3.4.2024 |
|
55. |
EN 14917:2009+A1:2012 Ġonot tal-espansjoni ta’ mniefaħ tal-metall għal applikazzjonijiet ta’ pressjoni |
3.4.2024 |
|
56. |
EN 3-8:2006 Apparati portabbli tat-tifi tan-nar – Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali għal EN 3-7 għall-kostruzzjoni, għar-reżistenza għall-pressjoni u għat-testijiet mekkaniċi għall-apparati tat-tifi tan-nar bi pressjoni massima permessibbli daqs jew inqas minn 30 bar EN 3-8:2006/AC:2007 |
3.4.2024 |
|
57. |
EN ISO 9712:2012 Ittestjar mhux distruttiv – Kwalifika u ċertifikazzjoni tal-persunal tal-NDT (ISO 9712:2012) |
3.4.2024” |