30.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1679

tas-26 ta’ Settembru 2022

li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/1257 (2), li taħtar ħames membri u seba’ membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Peter Sønderby Westphal SØRENSEN, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Daniż ippropona lis-Sur Kasper Egede GLYNGØ, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Byrådsmedlem, Hedensted Kommune (membru tal-Kunsill tal-Belt, Muniċipalità ta’ Hedensted), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Kasper Egede GLYNGØ, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali, Byrådsmedlem, Hedensted Kommune (membru tal-Kunsill tal-Belt, Muniċipalità ta’ Hedensted), huwa b’dan maħtur bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. NEKULA


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1257 tat-18 ta’ Lulju 2022 li taħtar ħames membri u seba’ membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, tal-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 191, 20.7.2022, p. 63).