|
29.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1665
tas-26 ta’ Settembru 2022
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l- Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-15 ta’ Ġunju 2018 il-Kunsill awtorizza li l-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerka għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE, bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
In-negozjati ġew konklużi b’suċċess fit-12 ta’ Lulju 2022 bl-inizjalar tal-Ftehim. |
|
(3) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.