|
28.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1660
tal-20 ta’ Settembru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom fir-rigward tal-emendar tal-Annessi III u IV tal-Ftehim
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 (2). |
|
(2) |
Il-Ftehim ġie konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 (3) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12(3) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta deċiżjonijiet li għandhom, mad-dħul fis-seħħ tagħhom, jorbtu lill-Partijiet. |
|
(4) |
L-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi tal-Ftehim. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tirrestawra l-kompatibbiltà u l-konsistenza bejn regoli tal-liġi u l-applikazzjoni prattiċi tagħhom b’fehma biex jipproteġi l-informazzjoni sensittiva, b’mod partikolari kontra żvelar mhux awtorizzat jew telf ta’ integrità. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-marki tas-sensittività kif jinsabu fl-Anness III u IV tal-Ftehim, jenħtieġ li dawk l-Annessi jiġu emendati f’konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Ftehim. |
|
(6) |
Il-Kumitat Konġunt, waqt il-ħames laqgħa tiegħu, jew aktar kmieni permezz ta’ proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt (4), ser jadotta Deċiżjoni fir-rigward tal-emendar tal-Annessi III u IV tal-Ftehim. |
|
(7) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendar tal-Annessi III u IV tal-Ftehim, billi l-Annessi emendati ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, waqt il-ħames laqgħa tal-Kumitat Konġunt, jew qabel permezz ta’ proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 tal-10 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 322, 7.12.2017, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 tat-23 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 43, 16.2.2018, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-Kollegament tal-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra tagħhom tal-25 ta’ Jannar 2019 fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1279 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 239, 24.9.2018, p. 8).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU 1/2022 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA' KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA TAGĦHOM
ta' ...
li temenda l-Annessi III u IV tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom (1) (minn hawn 'il quddiem ''il-Ftehim''), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(2) tal-Ftehim, l-informazzjoni sensittiva għandha tiġi mmarkata f'konformità mal-livell ta' sensittività tagħha. |
|
(2) |
L-Anness III tal-Ftehim jistabbilixxi kif l-informazzjoni sensittiva li tiġi ġestita u skambjata fil-Ftehim tiġi mmarkata. Jirrikjedi li l-Partijiet jagħmlu użu mil-livelli ta' sensittività biex jidentifikaw it-tali informazzjoni sensittiva. |
|
(3) |
L-Anness IV tal-Ftehim jiddefinixxi l-livelli ta' sensittività tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ('ETS') u jistabbilixxi l-livell ta' sensittività globali tal-informazzjoni. |
|
(4) |
L-immarkar u l-ġestjoni korrispondenti tal-informazzjoni huma importanti biex jiġi żgurat il-livell meħtieġ ta' kunfidenzjalità tal-informazzjoni biex jiġi evitat dannu li jirriżulta mill-iżvelar mhux awtorizzat jew telf ta' integrità. |
|
(5) |
Permezz tal-Avviż tas-Sigurtà dwar l-Immarkar u l-ġestjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata (2), il-Kummissjoni Ewropea bidlet il-marki tas-sigurtà ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata għall-użu intern tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat it-tfassil ta' ftehim ma' sħab esterni li jistabbilixxi l-istruzzjonijiet dwar il-ġestjoni għall-informazzjoni kollha skambjata bejniethom. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsisteni tal-marki tas-sensittività kif stabbilit fl-Anness III u IV tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista' jemenda dawk l-Annessi f'konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Ftehim. |
|
(7) |
Fit-tielet laqgħa tiegħu li saret fis-26 ta' Novembru 2020, il-Kumitat Konġunt approva l-istruzzjonijiet dwar il-ġestjoni f'konformità mal-Anness III tal-Ftehim u kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim. |
|
(8) |
Il-grupp ta' ħidma stabbilit bid-Deċiżjonijiet Nru 1/2020 (3) u Nru 2/2020 (4) tal-Kumitat Konġunt irrakkomanda, f'konformità mal-mandat previst minn dawk id-Deċiżjonijiet, biex jiġu emendati l-istruzzjonijiet dwar il-ġestjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-marki tas-sensittività, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi III u IV tal-Ftehim huma sostitwiti bit-test li jidher fl-Annessi III u IV fl-Appendiċi ta' din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi ...,
Għall-Kumitat Konġunt
Is-Segretarju għall-Unjoni Ewropea
Il-President
Is-Segretarju għall-Iżvizzera
(1) ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.
(2) C(2019) 1904 final.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Novembru 2020 dwar l-adozzjoni tal-Proċeduri Operazzjonali Komuni (COP) [2021/1033] (ĠU L 226, 25.6.2021, p. 2).
(4) Id-Deċiżjoni Nru 2/2020 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Novembru 2020 li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim u l-adozzjoni tal-Istandards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) [2021/1034] (ĠU L 226, 25.6.2021, p. 16).
APPENDIĊI
ANNESS III
LIVELLI TA' SENSITTIVITÀ U STRUZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI
Il-Partijiet għandhom jagħmlu użu mil-livelli ta' sensittività li ġejjin biex tiġi identifikata l-informazzjoni sensittiva li tkun ġestita u skambjata f'dan il-Ftehim.
Għal dan l-għan, dawk il-marki stabbiliti fl-Artikolu 9(2) ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu applikati kif ġej:
|
— |
"ETS Limitata" għandha tiġi applikata fl-Unjoni bħala ''SENSITIVE: ETS Joint Procurement''; fl-Iżvizzera bħala ''LIMITED: ETS'' |
|
— |
"ETS Sensittiva" għandha tiġi applikata fl-Unjoni u fl-Iżvizzera bħala ''SENSITIVE: ETS'' |
|
— |
"ETS Kritika" għandha tiġi applikata fl-Unjoni u fl-Iżvizzera bħala ''SPECIAL HANDLING: ETS Critical'' |
Informazzjoni li hija mmarkata bħala ''SPECIAL HANDLING: ETS Critical'' hija aktar sensittiva minn informazzjoni li hija mmarkata bħala ''SENSITIVE: ETS'', li min-naħa tagħha hija aktar sensittiva minn informazzjoni li hija mmarkata bħala ''SENSITIVE: ETS Joint Procurement'' fl-Unjoni jew ''LIMITED: ETS'' fl-Iżvizzera.
Il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw struzzjonijiet dwar il-ġestjoni abbażi tal-politika eżistenti tal-Unjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni tal-ETS u abbażi tal-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni u l-Att Federali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Iżvizzera. L-istruzzjonijiet dwar il-ġestjoni għandhom jiġu sottomessi lill-Kumitat Konġunt għall-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni, l-informazzjoni kollha għandha tiġi ġestita skont il-livell ta' sensittività tagħha f'konformità mal-istruzzjonijiet dwar il-ġestjoni.
Fil-każ li l-Partijiet jagħtu valutazzjonijiet differenti dwar il-livell, għandu jiġi applikat l-ogħla livell.
Il-leġiżlazzjoni ta' kull Parti għandha tinkludi rekwiżiti ekwivalenti ta' sigurtà essenzjali għall-passi dwar il-ġestjoni li ġejjin, filwaqt li jitqiesu l-livelli ta' sensittività tal-ETS:
|
— |
Ġenerazzjoni ta' dokument
|
|
— |
Ħżin
|
|
— |
Trażmissjoni elettronika
|
|
— |
Trażmissjoni Fiżika
|
|
— |
Użu
|
|
— |
Immaniġġjar tal-informazzjoni
|
ANNESS IV
DEFINIZZJONI TA' LIVELLI TA' SENSITTIVITÀ TAL-ETS
A.1 – Klassifikazzjoni tal-Kunfidenzjalità u tal-Integrità
"Kunfidenzjalità" tfisser in-natura riżervata tal-informazzjoni jew ta' sistema ta' informazzjoni kollha jew parti minnha (bħal algoritmi, programmi u dokumentazzjoni) li l-aċċess għaliha jkun limitat għal persuni, korpi u proċeduri awtorizzati.
"Integrità" tfisser il-garanzija li s-sistema ta' informazzjoni u l-informazzjoni pproċessata jistgħu jiġu alterati biss b'azzjoni intenzjonata u leġittima u li s-sistema ser tipproduċi r-riżultat mistenni b'mod preċiż u b'mod sħiħ.
Għal kull element ta' informazzjoni tal-ETS li jitqies bħala sensittiv, l-aspett ta' kunfidenzjalità għandu jitqies mill-impatt potenzjali fil-livell ta' negozju fejn din l-informazzjoni tiġi żvelata u l-aspett ta' integrità għandu jitqies mill-impatt potenzjali fil-livell ta' negozju fejn din l-informazzjoni fir-rigward ta' modifikazzjoni, qerda parzjali jew kompleta mhux intenzjonata.
Il-livell ta' kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-livell ta' integrità ta' sistema ta' informazzjoni għandhom ikunu klassifikati wara valutazzjoni abbażi tal-kriterji li jinsabu fit-taqsima A.2. Dawk il-klassifikazzjonijiet jippermettu li l-livell ta' sensittività globali tal-informazzjoni jiġi evalwat permezz tat-tabella skematika mogħtija fit-taqsima A.3.
A.2 – Klassifikazzjoni tal-Kunfidenzjalità u tal-Integrità
A.2.1 – "Klassifikazzjoni baxxa"
Għandha tingħata klassifikazzjoni baxxa lil kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ETS li l-iżvelar tagħha lil persuni mhux awtorizzati, u/jew li t-telf ta' integrità tagħha jikkawżaw ħsara moderata lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħrajn li min-naħa tagħha tista':
|
— |
taffettwa moderatament ir-relazzjonijiet politiċi jew diplomatiċi; |
|
— |
tikkawża pubbliċità lokali negattiva għall-immaġni jew għar-reputazzjoni tal-Partijiet jew ta' istituzzjonijiet oħra; |
|
— |
tikkawża imbarazzament lill-individwi; |
|
— |
taffettwa l-moral/produttività tal-persunal; |
|
— |
tikkawża telf finanzjarju limitat jew tiffaċilita moderatament qligħ jew vantaġġ mhux xieraq għall-individwi jew għall-kumpaniji; |
|
— |
taffettwa moderatament l-iżvilupp jew l-operat effettiv tal-politiki tal-Partijiet; |
|
— |
taffettwa moderatament l-immaniġġjar xieraq tal-Partijiet u tal-operazzjonijiet tagħhom. |
A.2.2 – "Klassifikazzjoni medja"
Għandha tingħata klassifikazzjoni medja lil kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ETS li l-iżvelar tagħha lil persuni mhux awtorizzati, u/jew li t-telf ta' integrità tagħha jikkawżaw ħsara lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħrajn li min-naħa tagħha tista':
|
— |
tikkawża imbarazzament lir-relazzjonijiet politiċi jew diplomatiċi; |
|
— |
tikkawża ħsara lill-immaġni jew lir-reputazzjoni tal-Partijiet jew ta' istituzzjonijiet oħra; |
|
— |
tikkawża tbatija għall-individwi; |
|
— |
tikkawża tnaqqis konsegwenzjali fil-moral/produttività tal-persunal; |
|
— |
timbarazza lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħrajn f'negozjati kummerċjali jew ta' politika ma' oħrajn; |
|
— |
tikkawża telf finanzjarju jew tiffaċilita qligħ jew vantaġġ mhux xieraq għall-individwi jew għall-kumpaniji; |
|
— |
taffettwa l-investigazzjoni ta' reat; |
|
— |
tikser l-obbligi legali jew kuntrattwali dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni; |
|
— |
taffettwa l-iżvilupp jew l-operat tal-politiki tal-Partijiet; |
|
— |
taffettwa l-immaniġġjar xieraq tal-Partijiet u tal-operazzjonijiet tagħhom. |
A.2.3 – "Klassifikazzjoni għolja"
Għandha tingħata klassifikazzjoni għolja lil kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ETS li l-iżvelar tagħha lil persuni mhux awtorizzati, u/jew li t-telf ta' integrità tagħha jikkawżaw ħsara katastrofika u/jew ħsara mhux aċċettabbli lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħrajn li min-naħa tagħha tista':
|
— |
taffettwa b'mod avvers ir-relazzjonijiet diplomatiċi; |
|
— |
tikkawża tbatija sostanzjali lill-individwi; |
|
— |
tagħmilha aktar diffiċli li tinżamm l-effettività jew is-sigurtà operattiva tal-Partijiet jew ta' forzi ta' kontributuri oħra; |
|
— |
tikkawża telf finanzjarju jew tiffaċilita qligħ jew vantaġġ mhux xieraq għall-individwi jew għall-kumpaniji; |
|
— |
tikser l-impenji xierqa għaż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni pprovduta minn partijiet terzi; |
|
— |
tikser restrizzjonijiet statutorji dwar l-iżvelar tal-informazzjoni; |
|
— |
tippreġudika l-investigazzjoni jew tiffaċilita t-twettiq ta' reat kriminali; |
|
— |
tpoġġi lill-Partijiet fi żvantaġġ f'negozjati kummerċjali jew ta' politika ma' oħrajn; |
|
— |
timpedixxi l-iżvilupp jew l-operat effettiv tal-politiki tal-Partijiet; |
|
— |
tfixkel l-immaniġġjar xieraq tal-Partijiet u tal-operazzjonijiet tagħhom. |
A.3 – Valutazzjoni tal-livell ta' informazzjoni sensittiva tal-ETS
Abbażi tal-klassifikazzjonijiet għall-Kunfidenzjalità u għall-Integrità skont it-taqsima A.2, u f'konformità mal-livelli ta' sensittività skont l-Anness III ta' dan il-Ftehim, il-livell ta' sensittività globali tal-informazzjoni jiġi determinat permezz tat-tabella skematika li ġejja:
|
Klassifikazzjoni tal-kunfidenzjalità Klassifikazzjoni tal-integrità |
Baxxa |
Medja |
Għolja |
|
Baxxa |
Markatura tal-UE: SENSITIVE: ETS Joint Procurement Markatura CH : LIMITED: ETS |
Markatura tal-UE/CH: SENSITIVE: ETS (jew (*1) Markatura tal-UE: SENSITIVE: ETS Joint Procurement Markatura CH: LIMITED: ETS) |
Markatura tal-UE/CH: SPECIAL HANDLING: ETS Critical |
|
Medja |
Markatura tal-UE/CH: SENSITIVE: ETS (jew (*1) Markatura tal-UE: SENSITIVE: ETS Joint Procurement Markatura CH: LIMITED: ETS) |
Markatura tal-UE/CH: SENSITIVE: ETS (jew (*1) Markatura tal-UE/CH: SPECIAL HANDLING: ETS Critical) |
Markatura tal-UE/CH: SPECIAL HANDLING: ETS Critical |
|
Għolja |
Markatura tal-UE/CH: SPECIAL HANDLING: ETS Critical |
Markatura tal-UE/CH: SPECIAL HANDLING: ETS Critical |
Markatura tal-UE/CH: SPECIAL HANDLING: ETS Critical |
(*1) Varjazzjoni possibbli li għandha tiġi vvalutata fuq bażi ta' każ b'każ.